Enrico Mizzi magħruf popolarment bħala Nerik Mizzi Valletta Valletta kien politiku Malti li għal ftit serva bħala Prim M
Nerik Mizzi

Enrico Mizzi, magħruf popolarment bħala Nerik Mizzi (Valletta, , – Valletta, , ) kien politiku Malti li għal ftit serva bħala Prim Ministru ta' Malta. Hu jibqa' l-uniku Prim Ministru li miet fil-kariga, fl-età ta' 65 sena. Kien ukoll l-inqas wieħed li dam Prim Ministru, tliet xhur biss. Kien Kap tal-Partito Democratico Nazionalista l-ewwel u tal-Partito Nazionalista (il-Partit Nazzjonalista tal-lum il-ġurnata) sa mewtu.
Enrico Mizzi | |||||
---|---|---|---|---|---|
Settembru 1950 - 20 Diċembru 1950 ← Pawlu Boffa - Ġorġ Borg Olivier →
1924 - 1927 | |||||
Ħajja | |||||
Twelid | Valletta, 20 Settembru 1885 | ||||
Nazzjonalità | Kolonja ta' Malta | ||||
Mewt | Valletta, 20 Diċembru 1950 | ||||
Post tad-dfin | Ċimiterju tal-Addolorata | ||||
Familja | |||||
Missier | Fortunato Mizzi | ||||
Konjuga/i | Bice Mizzi (1926 - 1950) | ||||
Ulied | uri
| ||||
Edukazzjoni | |||||
Alma mater | La Sapienza | ||||
Lingwi | Malti Ingliż Taljan Latin | ||||
Okkupazzjoni | |||||
Okkupazzjoni | politiku |
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Tfulija
Enrico Mizzi kien iben dak li sejħulu Pater Patriae (Padre della Patria jew Missier il-Patrija) jiġifieri Fortunato Mizzi u Maria Sofia Fogliero de Luna. Missieru kien avukat Għawdxi iben Maġistrat Għawdxi, waqt li ommu kienet mara ta' nazzjonalità Taljana li kienet residenti f'Malta. Fortunato Mizzi miet, fost niket kbir, fl- meta ibnu Nerik kien għad kellu 19-il sena.
Missier Nerik, Fortunato Mizzi, kien patrijott u nazzjonalista kbir. Il-Partit Nazzjonalista jirrikonoxxi fil-Partito Nazionale (imsejjaħ ukoll Partito Anti-Riformista) ta' Fortunato Mizzi l-antenat politiku ta' dak li kellu jsir il-Partit Nazzjonalista. F'dik l-epoka fejn l-awtoritajiet Imperjali Ingliżi ma kinux idumu jaħsbuha biex jippersegwitawk għal dak li tgħid u tistqarr.
Kienet omm Nerik Mizzi, jew in-nazzjonalità Taljana tagħha, li l-aktar tat problemi lil Nerik Mizzi. Bosta kkunsidraw lil Enrico Mizzi bħala estremista fl-attakkament tiegħu għal-lingwa u l-kultura Taljana ta' Malta. Fil-fatt, bosta kienu jiddeskrivu lil Nerik Mizzi bħala estremista, radikali, idealista, irredentista, u saħansitra traditur. L-ewwel erba' aġġettivi kienu jingħadu saħansitra minn bosta Panzavecchiani, li kienu kkunsidrati bħala nazzjonalisti moderati.
Politika
Minkejja li kien studja l-liġi fl-Università ta' Ruma u ta' Urbino, Nerik bilkemm qatt ipprattika l-professjoni legali tiegħu. Huwa kien iħossu aktar miġbud lejn il-politika u l-ġurnaliżmu – li għalihom baqa' magħruf sal-lum il-ġurnata. Il-karriera politika tiegħu tista' tgħid li bdiet f'Novembru tal-1915 meta ħareġ bħala kandidat għal Għawdex – fejn ingħata appoġġ liema bħalu. F'ħidmitu ħadem bis-sħih biex jikseb Kostituzzjoni liberali mill-Ingliżi.
F'Mejju tal-1917 ġie arrestat f'daru stess u intbagħat għal sena l-ħabs – liema sentenza inbidlet mill-Gvernatur Methuen f'tbeżbiża serja, minflok ħabs. Waqt l-ewwel laqgħa tal-Assemblea Nazzjonali, Nerik Mizzi ġie nominat u maħtur Segretarju tal-Assemblea b'vot unanimu.
Twaqqif tal-Partit Nazzjonalista
Fl-1921 Nerik ifforma l-Partito Democratico Nazionale, li fl-istess sena tella' erba' kandidati fuq Għawdex. Wara l-elezzjonijiet tal-1924 il-partit ta' Nerik ifforma gvern ta' koalizzjoni mal-Unione Politica Maltese. Fl-1926 dawn iż-żewġ partiti ingħaqdu u saru il-Partito Nazionalista – liema partit eventwalment spiċċa jmexxi fl-1942.
Mizzi kien magħruf bħala “cavaliere senza macchia e senza paura” – kavallier bla tebgħa u bla biża'. Hu baqa' magħruf għall-patrijottiżmu u nazzjonaliżmu tiegħu, fi żmien fejn Malta kienet taħt il-ħakma Ingliża li kienu jikkuntrastaw mal-kultura nazzjonali Maltija, l-identità xi ftit jew wisq Taljana, il-lingwa Taljana f'Malta u reliġjon Kattolika Rumana. L-imperu kien wieħed fil-maġġoranza tiegħu Protestant, u bosta Nazzjonalisti kienu jemmnu li b'xi mod dawn jinfiltraw din ir-reliġjon f'Malta wkoll, li dak iż-żmien kienet meqjusa bħala “cattolicissima”.
Mizzi u sħabu kienu jaħsbu li l-Ingliżi riedu jaqtgħu lill-Maltin mill-Ewropa f'kull settur sabiex ikunu jistgħu jikkontrollawh aħjar. Dan kien jinkludi l-proċess biex ikisser il-lingwa Taljana f'Malta, li kienet ilha f'Malta għal bosta sekli f'kull qasam tal-ħajja Maltija. L-Awtoritajiet Imperjali, skont il-Keenan Report li kien ikkummissjonat mill-istess Awtoritajiet Imperjali, bdew jaraw kif il-lingwa Maltija terġa' ssir djalett tal-Għarbi klassiku fi stat pur – u b'hekk jitneħħa kull element rumanz li kien fiha.
Din kienet biss waħda fost il-proposti kulturali li riedet lill-Maltin eqreb tal-Ingliżi u aktar ‘il bogħod mit-Taljani – kulturalment, lingwistikament u anke politikament. Huwa permezz ta' din il-perspettiva li wieħed jista' jifhem għaliex Mizzi kien magħruf bħala “kavallier bla biża'”, hekk kif kull affinità mat-Taljani kienet meqjusa bħala theddida għall-Imperu Ingliż.
Qabel it-Tieni Gwerra Dinjija kien Ministru tal-Industrija u l-Kummerċ, tal-Agrikultura, tas-Sajd, tal-Posta u tal-Edukazzjoni.
Deportat fl-Uganda
Fit-30 ta' Mejju tal-1940 filwaqt li Mizzi kien il-Malta Printing Press, ġie arrestat u miżmum fil-Fortizza tas-Salvatur. Fi Frar tal-1942, il-Gvernatur Dobbie ħarreġ warrant illegali għad-diportazzjoni ta' 47 Maltin għall-Uganda – fosthom kien hemm Nerik Mizzi wkoll. Waqt l-eżilju tiegħu, Mizzi kien jagħmel dak li jista' biex iżomm aġġornat mas-sitwazzjoni politika f'Malta. Huwa żamm f'kuntatt mal-Membri Nazzjonalisti Eletti l-oħra tal-Kunsill tal-Gvern – Ġorġ Borg Olivier u Giuseppe Schembri.
Riorganizzazzjoni tal-PN
Il-grupp reġa' ddaħħal f'Malta fit-8 ta' Marzu tal-1945, fejn Nerik ma tilef l-ebda minuta u reġa' qabad bil-ħidma politika tiegħu billi jattendi s-Seduta tal-Kunsill fil-15 ta' Marzu. Malli wasal lura, Nerik fittex li jorganizza lill-Partit Nazzjonalista mill-qiegħ. L-ideoloġija tal-Partit Nazzjonalista, l-appoġġ li dan kellu għal-lingwa u għall-kultura Taljana ta' spiss kienet tintuża kontrih minn dawk li kienu jopponuh. Il-gazzetti ta' Strickland, magħruf bħala l-għadu ta' Mizzi kienu jpinġu lil Mizzi bħala traditur, bħala individwu b'simpatija lejn l-Italja Faxxista.
Prim Ministru ta' Malta
Ħames snin wara, f'Settembru tal-1950 Nerik Mizzi sar il-Prim Ministru ta' Malta – liema kariga damet biss tliet xhur, hekk kif fl-20 ta' Diċembru tal-1950, Mizzi miet fir-residenza tiegħu fil-Belt Valletta.
Mewtu
Enrico Mizzi, fuq is-sodda tal-mewt, qal testwalment dawn il-kliem, bil-lingwa Taljana: "Chiedo perdono a Dio di tutti i miei peccati. Se questa è la Sua volontà, io accetto volentieri la morte . Dite a tutti che ho fatto sempre il mio dovere e ho la coscienza tranquilla di aver fatto tutto per la Patria. Perdono a tutti come voglio che tutti perdonino a me."
Wara dik il-frażi, dar fuq ibnu, illum il-Mons. Fortunato Mizzi fundatur tal-Moviment Azzjoni Soċjali, u qallu dejjem bit-Taljan: "Abbi cura di mamà, combatti per la Religione e per la Patria." (“Ħu ħsieb lil ommok, u ġġieled għar-reliġjon u għall-patrija.”)
Mintoff ifaħħar lil Mizzi
Wara l-mewt tal-Prim Ministru Nerik Mizzi, kienet saret seduta tal-Parlament f'ġieħu, li fiha taw l-eloġji tagħhom il-Prim Ministru ġdid Ġorġ Borg Olivier, Pawlu Boffa u Dom Mintoff. Mintoff kellu kliem ta' tifħir għal Nerik Mizzi, fejn fost l-oħrajn talab li ebda bniedem ma jħammġu fil-futur. Mintoff qal hekk dwar Mizzi: "...ahna sibnieh dejjem avversarju nadif, mingħajr odju, mingħajr vendetta...Kien bniedem li wera bil fatti illi l-ideal tiġġieled għalih mhux biss meta r-riħ ikun jonfoħ favur tiegħek imma wkoll fit-tempesti, ukoll fin-niket u fl-għawġ...huwa qatt ma biddel l-opinjonijiet tiegħu imma baqa' ta' karattru sod, baqa' Malti, l-aqwa fost il-Maltin."
Karmenu Mifsud Bonnici jgħid li "l-ewwel wieħed li qam joħodlu b'idejh u jifraħ lil Mintoff fis-Sala tal-Arazzi fil-Palazz fejn kien jiltaqa' il-Parlament kien Robbie Borg Olivier, ħu Ġorġ Borg Olivier, li kien għadu kif sar Prim Ministru."
"Dak ta' Mintoff kien l-aqwa u l-isbaħ fost it-tliet diskorsi. Għax għalkemm kien avversarju politiku aħrax ta' Mizzi, Mintoff wera li kien jammirah li f' ħajtu żamm dejjem sod, u bata għall-prinċipji politiċi tiegħu kontra l-ħakma fuq Malta tal-Gvern Imperjali Ingliż. Mintoff ma xxaħħahx ifaħħar il-patrijottiżmu ta' Mizzi u wera li kien se jkun huwa fit-tmexxija tal-ġlieda għad-drittijiet politiċi tal-poplu Malti, mingħand il-Gvern Imperjali Ingliż."
"Għaddew 66 sena minn dik is-seduta Parlamentari li għaliha kont preżenti ma' żgħażagħ oħra fl-iStrangers Gallery. Għadu f' moħħi l-kliem kommoventi ta' Mintoff dwar Nerik Mizzi. Għadha quddiem għajnejja wkoll ix-xena impressjonanti ta' kif Nazzjonalisti akkaniti li kienu fl-iStrangers Gallery marru kollha madwar Mintoff biex jifirħulu u joħdulu b'idejh."
Is-suċċessuri tiegħu
Nhar id-19 ta' Settembru 1985, Eddie Fenech Adami qal li, "Il-karattru u l-valuri ta' Nerik Mizzi jpoġġuh f'livell li għandhom ikunu l-ispirazzjoni tal-Partit Nazzjonalista f'kull żmien għaliex għandhom bażi dejjiema."
Nhar id-19 ta' Diċembru 2010, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi sejjaħlu "l-patrijott tal-valuri" u "l-valuri tiegħu jitqassru fil-motto Nazzjonalista 'Religio et Patria'."
Fondazzjoni Fortunato u Enrico Mizzi
Fl-2010, flimkien mal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, Monsinjur Fortunato Mizzi waqqaf il-Fondazzjoni Fortunato u Enrico Mizzi biex mhux biss tfakkar lill-ewwel żewġ Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista, iżda wkoll biex tamministra l-propjetà, l-arkivji u l-memorabilia kollha tal-familja Mizzi.
Issa hemm pjanijiet biex din il-Fondazzjoni, li s-segretarju tagħha huwa Richard Muscat, tikkonverti d-dar ta' Nerik Mizzi u tal-Monsinjur Fortunato Mizzi, fl-ewwel mużew tal-istorja politika f'Malta.
Kwotazzjonijiet
- "L-onestà hija l-aħjar politika u għal din ir-raġuni aħna għandna nagħmlu d-dmirijiet tagħna mingħajr ma noqgħodu naħsbu fis-sagrifiċċji li dawn jiswelwna." - (It-tielet Kungress tal-Partito Democratico Nazionalista, 15 ta' Jannar 1923, Hotel de France, il-Belt Valletta)
- "Id-difisa tar-Religion taghna keghda issir dejjem izjed mehtiegia imhabba specialment li spirtu materialista li, biex nghid hecc, invada cull classi sociali tal gzejjer taghna u li m'hu xejn inkas pericolus mill comunismu." (1950)
Referenzi
- Nerik Mizzi: il-ħajja ta' patrijott Malti (1975) Malta: Lux Press.
Predeċessur Sir Ugo P. Mifsud | Kap tal-Partit Nazzjonalista 1942 – 1950 | Suċċessur |
Predeċessur Pawlu Boffa | Prim Ministru 1950 | Suċċessur |
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Nerik Mizzi, X'inhi Nerik Mizzi? Xi tfisser Nerik Mizzi?
Enrico Mizzi magħruf popolarment bħala Nerik Mizzi Valletta Valletta kien politiku Malti li għal ftit serva bħala Prim Ministru ta Malta Hu jibqa l uniku Prim Ministru li miet fil kariga fl eta ta 65 sena Kien ukoll l inqas wieħed li dam Prim Ministru tliet xhur biss Kien Kap tal Partito Democratico Nazionalista l ewwel u tal Partito Nazionalista il Partit Nazzjonalista tal lum il ġurnata sa mewtu Enrico MizziPrim Ministru ta Malta Settembru 1950 20 Diċembru 1950 Pawlu Boffa Ġorġ Borg Olivier Ministru tal Industija u l Kummerċ 1924 1927ĦajjaTwelid Valletta 20 Settembru 1885Nazzjonalita Kolonja ta MaltaMewt Valletta 20 Diċembru 1950Post tad dfin Ċimiterju tal AddolorataFamiljaMissier Fortunato MizziKonjuga i Bice Mizzi 1926 1950 Ulied uri Fortunat MizziEdukazzjoniAlma mater La SapienzaLingwi Malti Ingliz Taljan LatinOkkupazzjoniOkkupazzjoni politikuDan l artiklu għandu bzonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il fatti u perspettivi dwar is suġġett Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l artiklu skont il konvenzjonijiet tal Wikipedija TfulijaEnrico Mizzi kien iben dak li sejħulu Pater Patriae Padre della Patria jew Missier il Patrija jiġifieri Fortunato Mizzi u Maria Sofia Fogliero de Luna Missieru kien avukat Għawdxi iben Maġistrat Għawdxi waqt li ommu kienet mara ta nazzjonalita Taljana li kienet residenti f Malta Fortunato Mizzi miet fost niket kbir fl meta ibnu Nerik kien għad kellu 19 il sena Missier Nerik Fortunato Mizzi kien patrijott u nazzjonalista kbir Il Partit Nazzjonalista jirrikonoxxi fil Partito Nazionale imsejjaħ ukoll Partito Anti Riformista ta Fortunato Mizzi l antenat politiku ta dak li kellu jsir il Partit Nazzjonalista F dik l epoka fejn l awtoritajiet Imperjali Inglizi ma kinux idumu jaħsbuha biex jippersegwitawk għal dak li tgħid u tistqarr Kienet omm Nerik Mizzi jew in nazzjonalita Taljana tagħha li l aktar tat problemi lil Nerik Mizzi Bosta kkunsidraw lil Enrico Mizzi bħala estremista fl attakkament tiegħu għal lingwa u l kultura Taljana ta Malta Fil fatt bosta kienu jiddeskrivu lil Nerik Mizzi bħala estremista radikali idealista irredentista u saħansitra traditur L ewwel erba aġġettivi kienu jingħadu saħansitra minn bosta Panzavecchiani li kienu kkunsidrati bħala nazzjonalisti moderati PolitikaMinkejja li kien studja l liġi fl Universita ta Ruma u ta Urbino Nerik bilkemm qatt ipprattika l professjoni legali tiegħu Huwa kien iħossu aktar miġbud lejn il politika u l ġurnalizmu li għalihom baqa magħruf sal lum il ġurnata Il karriera politika tiegħu tista tgħid li bdiet f Novembru tal 1915 meta ħareġ bħala kandidat għal Għawdex fejn ingħata appoġġ liema bħalu F ħidmitu ħadem bis sħih biex jikseb Kostituzzjoni liberali mill Inglizi F Mejju tal 1917 ġie arrestat f daru stess u intbagħat għal sena l ħabs liema sentenza inbidlet mill Gvernatur Methuen f tbezbiza serja minflok ħabs Waqt l ewwel laqgħa tal Assemblea Nazzjonali Nerik Mizzi ġie nominat u maħtur Segretarju tal Assemblea b vot unanimu Twaqqif tal Partit Nazzjonalista Fl 1921 Nerik ifforma l Partito Democratico Nazionale li fl istess sena tella erba kandidati fuq Għawdex Wara l elezzjonijiet tal 1924 il partit ta Nerik ifforma gvern ta koalizzjoni mal Unione Politica Maltese Fl 1926 dawn iz zewġ partiti ingħaqdu u saru il Partito Nazionalista liema partit eventwalment spiċċa jmexxi fl 1942 Mizzi kien magħruf bħala cavaliere senza macchia e senza paura kavallier bla tebgħa u bla biza Hu baqa magħruf għall patrijottizmu u nazzjonalizmu tiegħu fi zmien fejn Malta kienet taħt il ħakma Ingliza li kienu jikkuntrastaw mal kultura nazzjonali Maltija l identita xi ftit jew wisq Taljana il lingwa Taljana f Malta u reliġjon Kattolika Rumana L imperu kien wieħed fil maġġoranza tiegħu Protestant u bosta Nazzjonalisti kienu jemmnu li b xi mod dawn jinfiltraw din ir reliġjon f Malta wkoll li dak iz zmien kienet meqjusa bħala cattolicissima Mizzi u sħabu kienu jaħsbu li l Inglizi riedu jaqtgħu lill Maltin mill Ewropa f kull settur sabiex ikunu jistgħu jikkontrollawh aħjar Dan kien jinkludi l proċess biex ikisser il lingwa Taljana f Malta li kienet ilha f Malta għal bosta sekli f kull qasam tal ħajja Maltija L Awtoritajiet Imperjali skont il Keenan Report li kien ikkummissjonat mill istess Awtoritajiet Imperjali bdew jaraw kif il lingwa Maltija terġa ssir djalett tal Għarbi klassiku fi stat pur u b hekk jitneħħa kull element rumanz li kien fiha Din kienet biss waħda fost il proposti kulturali li riedet lill Maltin eqreb tal Inglizi u aktar il bogħod mit Taljani kulturalment lingwistikament u anke politikament Huwa permezz ta din il perspettiva li wieħed jista jifhem għaliex Mizzi kien magħruf bħala kavallier bla biza hekk kif kull affinita mat Taljani kienet meqjusa bħala theddida għall Imperu Ingliz Qabel it Tieni Gwerra Dinjija kien Ministru tal Industrija u l Kummerċ tal Agrikultura tas Sajd tal Posta u tal Edukazzjoni Deportat fl Uganda Fit 30 ta Mejju tal 1940 filwaqt li Mizzi kien il Malta Printing Press ġie arrestat u mizmum fil Fortizza tas Salvatur Fi Frar tal 1942 il Gvernatur Dobbie ħarreġ warrant illegali għad diportazzjoni ta 47 Maltin għall Uganda fosthom kien hemm Nerik Mizzi wkoll Waqt l ezilju tiegħu Mizzi kien jagħmel dak li jista biex izomm aġġornat mas sitwazzjoni politika f Malta Huwa zamm f kuntatt mal Membri Nazzjonalisti Eletti l oħra tal Kunsill tal Gvern Ġorġ Borg Olivier u Giuseppe Schembri Riorganizzazzjoni tal PN Il grupp reġa ddaħħal f Malta fit 8 ta Marzu tal 1945 fejn Nerik ma tilef l ebda minuta u reġa qabad bil ħidma politika tiegħu billi jattendi s Seduta tal Kunsill fil 15 ta Marzu Malli wasal lura Nerik fittex li jorganizza lill Partit Nazzjonalista mill qiegħ L ideoloġija tal Partit Nazzjonalista l appoġġ li dan kellu għal lingwa u għall kultura Taljana ta spiss kienet tintuza kontrih minn dawk li kienu jopponuh Il gazzetti ta Strickland magħruf bħala l għadu ta Mizzi kienu jpinġu lil Mizzi bħala traditur bħala individwu b simpatija lejn l Italja Faxxista Prim Ministru ta Malta Ħames snin wara f Settembru tal 1950 Nerik Mizzi sar il Prim Ministru ta Malta liema kariga damet biss tliet xhur hekk kif fl 20 ta Diċembru tal 1950 Mizzi miet fir residenza tiegħu fil Belt Valletta MewtuEnrico Mizzi fuq is sodda tal mewt qal testwalment dawn il kliem bil lingwa Taljana Chiedo perdono a Dio di tutti i miei peccati Se questa e la Sua volonta io accetto volentieri la morte Dite a tutti che ho fatto sempre il mio dovere e ho la coscienza tranquilla di aver fatto tutto per la Patria Perdono a tutti come voglio che tutti perdonino a me Wara dik il frazi dar fuq ibnu illum il Mons Fortunato Mizzi fundatur tal Moviment Azzjoni Soċjali u qallu dejjem bit Taljan Abbi cura di mama combatti per la Religione e per la Patria Ħu ħsieb lil ommok u ġġieled għar reliġjon u għall patrija Mintoff ifaħħar lil Mizzi Wara l mewt tal Prim Ministru Nerik Mizzi kienet saret seduta tal Parlament f ġieħu li fiha taw l eloġji tagħhom il Prim Ministru ġdid Ġorġ Borg Olivier Pawlu Boffa u Dom Mintoff Mintoff kellu kliem ta tifħir għal Nerik Mizzi fejn fost l oħrajn talab li ebda bniedem ma jħammġu fil futur Mintoff qal hekk dwar Mizzi ahna sibnieh dejjem avversarju nadif mingħajr odju mingħajr vendetta Kien bniedem li wera bil fatti illi l ideal tiġġieled għalih mhux biss meta r riħ ikun jonfoħ favur tiegħek imma wkoll fit tempesti ukoll fin niket u fl għawġ huwa qatt ma biddel l opinjonijiet tiegħu imma baqa ta karattru sod baqa Malti l aqwa fost il Maltin Karmenu Mifsud Bonnici jgħid li l ewwel wieħed li qam joħodlu b idejh u jifraħ lil Mintoff fis Sala tal Arazzi fil Palazz fejn kien jiltaqa il Parlament kien Robbie Borg Olivier ħu Ġorġ Borg Olivier li kien għadu kif sar Prim Ministru Dak ta Mintoff kien l aqwa u l isbaħ fost it tliet diskorsi Għax għalkemm kien avversarju politiku aħrax ta Mizzi Mintoff wera li kien jammirah li f ħajtu zamm dejjem sod u bata għall prinċipji politiċi tiegħu kontra l ħakma fuq Malta tal Gvern Imperjali Ingliz Mintoff ma xxaħħahx ifaħħar il patrijottizmu ta Mizzi u wera li kien se jkun huwa fit tmexxija tal ġlieda għad drittijiet politiċi tal poplu Malti mingħand il Gvern Imperjali Ingliz Għaddew 66 sena minn dik is seduta Parlamentari li għaliha kont prezenti ma zgħazagħ oħra fl iStrangers Gallery Għadu f moħħi l kliem kommoventi ta Mintoff dwar Nerik Mizzi Għadha quddiem għajnejja wkoll ix xena impressjonanti ta kif Nazzjonalisti akkaniti li kienu fl iStrangers Gallery marru kollha madwar Mintoff biex jifirħulu u joħdulu b idejh Is suċċessuri tiegħuNhar id 19 ta Settembru 1985 Eddie Fenech Adami qal li Il karattru u l valuri ta Nerik Mizzi jpoġġuh f livell li għandhom ikunu l ispirazzjoni tal Partit Nazzjonalista f kull zmien għaliex għandhom bazi dejjiema Nhar id 19 ta Diċembru 2010 il Prim Ministru Lawrence Gonzi sejjaħlu l patrijott tal valuri u l valuri tiegħu jitqassru fil motto Nazzjonalista Religio et Patria Fondazzjoni Fortunato u Enrico MizziFl 2010 flimkien mal eks Prim Ministru Lawrence Gonzi Monsinjur Fortunato Mizzi waqqaf il Fondazzjoni Fortunato u Enrico Mizzi biex mhux biss tfakkar lill ewwel zewġ Kapijiet tal Partit Nazzjonalista izda wkoll biex tamministra l propjeta l arkivji u l memorabilia kollha tal familja Mizzi Issa hemm pjanijiet biex din il Fondazzjoni li s segretarju tagħha huwa Richard Muscat tikkonverti d dar ta Nerik Mizzi u tal Monsinjur Fortunato Mizzi fl ewwel muzew tal istorja politika f Malta Kwotazzjonijiet L onesta hija l aħjar politika u għal din ir raġuni aħna għandna nagħmlu d dmirijiet tagħna mingħajr ma noqgħodu naħsbu fis sagrifiċċji li dawn jiswelwna It tielet Kungress tal Partito Democratico Nazionalista 15 ta Jannar 1923 Hotel de France il Belt Valletta Id difisa tar Religion taghna keghda issir dejjem izjed mehtiegia imhabba specialment li spirtu materialista li biex nghid hecc invada cull classi sociali tal gzejjer taghna u li m hu xejn inkas pericolus mill comunismu 1950 ReferenziNerik Mizzi il ħajja ta patrijott Malti 1975 Malta Lux Press Predeċessur Sir Ugo P Mifsud Kap tal Partit Nazzjonalista 1942 1950 Suċċessur Ġorġ Borg Olivier Predeċessur Pawlu Boffa Prim Ministru 1950 Suċċessur Ġorġ Borg Olivier