Monsinjur Fortunat Mizzi 25 ta Lulju 1927 8 ta Settembru 2017 kien saċerdot Malti fundatur tal Moviment Azzjoni Soċjali
Mons. Fortunat Mizzi

Monsinjur Fortunat Mizzi (25 ta' Lulju 1927 - 8 ta' Settembru 2017) kien saċerdot Malti, fundatur tal-Moviment Azzjoni Soċjali. Huwa kien l-uniku wild tal-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Nerik Mizzi.
Mons. Fortunat Mizzi | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Valletta, 25 Lulju 1927 |
Nazzjonalità | Kolonja ta' Malta Stat ta' Malta Malta |
Mewt | 8 Settembru 2017 |
Post tad-dfin | Ċimiterju tal-Addolorata |
Familja | |
Missier | Enrico Mizzi |
Omm | Bice Mizzi |
Familja | uri
|
Edukazzjoni | |
Lingwi | Malti Taljan |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Tfulija
Monsinjur Fortunato Mizzi kien issemma għan-nannu tiegħu, il-fundatur u eks-Kap tal-Partit Nazzjonalista Fortunato Mizzi.
Matul ħajtu, Monsinjur Mizzi għex fl-istess dar li fiha għex u miet missieru, Enrico Mizzi, fi Triq San Ġwann fil-Belt Valletta. Hemmhekk, Monsinjur Fortunato Mizzi baqa’ jgħix kważi għal ħajtu kollha, sakemm fl-2009 beda jgħix fid-Dar tal-Kleru.
Saċerdot impenjat soċjalment
Mons. Mizzi kien ordnat saċerdot fl-1952, u kien magħruf fost affarijiet oħra għall-ħidma tiegħu biex twaqqaf il- (MAS) fl-1955.
Huwa waqqaf ukoll unjins tal-ħaddiema u koperattivi. Jitqies bħala pilastru importanti fil-knisja f'Malta fejn jidħlu inizjattivi ispirati mit-tagħlim soċjali tal-Knisja.
Mons. Mizzi kien għal snin twal membru tal-Kunsill Presbiterali u diversi kunsilli oħra fil-Knisja.
Kellu sehem kbir ukoll fit-traduzzjoni tad-dokumenti tal-.
Fis-sena 2000, huwa ingħata l-Ġieħ fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu.
Ħafna jiddeskrivuh bħala bniedem eżemplari, preċiż u b'rispett kbir lejn l-oħrajn.Kien ukoll riservat, imma fl-istess ħin dirett u ma jdurx mal-lewża.
Fondazzjoni Fortunato u Enrico Mizzi
Fl-2010, flimkien mal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, il-Monsinjur Fortunato Mizzi waqqaf il- biex mhux biss tfakkar lill-ewwel żewġ Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista, iżda wkoll biex tamministra l-propjetà, l-arkivji u l-memorabilia kollha tal-familja Mizzi.
Issa hemm pjanijiet biex din il-Fondazzjoni, li s-segretarju tagħha huwa , tikkonverti d-dar ta’ Nerik Mizzi u tal-Monsinjur Fortunato Mizzi, fl-ewwel mużew tal-istorja politika f’Malta.
Mewt u Funeral
Monsinjur Fortunato Mizzi miet mewta naturali fl-età ta' 90 sena, għall-ħabta tal-4.00 p.m., imdawwar minn numru ta’ persuni li sal-aħħar mumenti ta’ ħajtu baqgħu iżommulu kumpanija.
Il-funeral tiegħu sar fil-Knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt. Il-quddiesa presente cadavere kienet konċelebrata mill-Arċisqof Emeritus Pawl Cremona li fl-omelija tkellem dwar il-kwalitajiet ta’ Dun Fortunato Mizzi. Huwa qal li Dun Fortunato kien bniedem li ma jħobbx jitkellem dwaru innifsu u kellu l-valuri bħala prijorità fil-ħajja tiegħu.
Għall-quddiesa presente cadavere attendew diversi personalitajiet fosthom il-Prim Imħallef Silvio Camilleri, il-Kap tal-PN Simon Busuttil, l-ex Kap tal-PN Lawrence Gonzi, u l-kontestant għal Kap tal-PN Adrian Delia.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Mons. Fortunat Mizzi, X'inhi Mons. Fortunat Mizzi? Xi tfisser Mons. Fortunat Mizzi?
Monsinjur Fortunat Mizzi 25 ta Lulju 1927 8 ta Settembru 2017 kien saċerdot Malti fundatur tal Moviment Azzjoni Soċjali Huwa kien l uniku wild tal eks Kap tal Partit Nazzjonalista Nerik Mizzi Mons Fortunat MizziĦajjaTwelid Valletta 25 Lulju 1927Nazzjonalita Kolonja ta Malta Stat ta Malta MaltaMewt 8 Settembru 2017Post tad dfin Ċimiterju tal AddolorataFamiljaMissier Enrico MizziOmm Bice MizziFamilja uri Paolino Vassallo maternal grandfather en Fortunato Mizzi paternal grandfather en EdukazzjoniLingwi Malti TaljanOkkupazzjoniOkkupazzjoniDan l artiklu għandu bzonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il fatti u perspettivi dwar is suġġett Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l artiklu skont il konvenzjonijiet tal Wikipedija TfulijaMonsinjur Fortunato Mizzi kien issemma għan nannu tiegħu il fundatur u eks Kap tal Partit Nazzjonalista Fortunato Mizzi Matul ħajtu Monsinjur Mizzi għex fl istess dar li fiha għex u miet missieru Enrico Mizzi fi Triq San Ġwann fil Belt Valletta Hemmhekk Monsinjur Fortunato Mizzi baqa jgħix kwazi għal ħajtu kollha sakemm fl 2009 beda jgħix fid Dar tal Kleru Saċerdot impenjat soċjalmentMons Mizzi kien ordnat saċerdot fl 1952 u kien magħruf fost affarijiet oħra għall ħidma tiegħu biex twaqqaf il MAS fl 1955 Huwa waqqaf ukoll unjins tal ħaddiema u koperattivi Jitqies bħala pilastru importanti fil knisja f Malta fejn jidħlu inizjattivi ispirati mit tagħlim soċjali tal Knisja Mons Mizzi kien għal snin twal membru tal Kunsill Presbiterali u diversi kunsilli oħra fil Knisja Kellu sehem kbir ukoll fit traduzzjoni tad dokumenti tal Fis sena 2000 huwa ingħata l Ġieħ fl Ordni Nazzjonali tal Mertu Ħafna jiddeskrivuh bħala bniedem ezemplari preċiz u b rispett kbir lejn l oħrajn Kien ukoll riservat imma fl istess ħin dirett u ma jdurx mal lewza Fondazzjoni Fortunato u Enrico MizziFl 2010 flimkien mal eks Prim Ministru Lawrence Gonzi il Monsinjur Fortunato Mizzi waqqaf il biex mhux biss tfakkar lill ewwel zewġ Kapijiet tal Partit Nazzjonalista izda wkoll biex tamministra l propjeta l arkivji u l memorabilia kollha tal familja Mizzi Issa hemm pjanijiet biex din il Fondazzjoni li s segretarju tagħha huwa tikkonverti d dar ta Nerik Mizzi u tal Monsinjur Fortunato Mizzi fl ewwel muzew tal istorja politika f Malta Mewt u FuneralMonsinjur Fortunato Mizzi miet mewta naturali fl eta ta 90 sena għall ħabta tal 4 00 p m imdawwar minn numru ta persuni li sal aħħar mumenti ta ħajtu baqgħu izommulu kumpanija Il funeral tiegħu sar fil Knisja tal Ġizwiti fil Belt Il quddiesa presente cadavere kienet konċelebrata mill Arċisqof Emeritus Pawl Cremona li fl omelija tkellem dwar il kwalitajiet ta Dun Fortunato Mizzi Huwa qal li Dun Fortunato kien bniedem li ma jħobbx jitkellem dwaru innifsu u kellu l valuri bħala prijorita fil ħajja tiegħu Għall quddiesa presente cadavere attendew diversi personalitajiet fosthom il Prim Imħallef Silvio Camilleri il Kap tal PN Simon Busuttil l ex Kap tal PN Lawrence Gonzi u l kontestant għal Kap tal PN Adrian Delia