Tikal tiˈkɑːl Tik al bl ortografija moderna tal Maja hija l fdal ta belt antika li x aktarx kienet tissejjaħ Yax Mutal u
Tikal

Tikal (/tiˈkɑːl/; Tik’al bl-ortografija moderna tal-Maja) hija l-fdal ta' belt antika, li x'aktarx kienet tissejjaħ Yax Mutal, u li tinsab f'foresta tropikali fil-Gwatemala. Hija wieħed mill-ikbar siti arkeoloġiċi u ċentri urbani taċ-ċivilizzazzjoni tal-Maja pre-Kolumbjana. Tinsab fir-reġjun arkeoloġiku tal-Baċir ta' Petén fit-territorju attwali tat-Tramuntana tal-Gwatemala. Is-sit jinsab fid-dipartiment ta' El Petén u huwa parti mill-Park Nazzjonali ta' Tikal. Fl-1979 sar Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.
Tikal kienet il-belt kapitali ta' stat ħakkiem li sar wieħed mill-iżjed renji setgħana tal-Maja tal-qedem. Għalkemm l-arkitettura monumentali tas-sit tmur lura saħansitra tas-seklu 4 Q.K., Tikal laħqet il-quċċata tagħha matul il-Perjodu Klassiku, għall-ħabta tal-200 sad-900. Matul dak iż-żmien, il-belt iddominat il-biċċa l-kbira tar-reġjun tal-Maja politikament, ekonomikament u militarment, filwaqt li interaġixxiet ma' żoni fil-Mesoamerka kollha, bħall-metropoli l-kbira ta' Teotihuacan fil-Wied tal-Messiku daqstant 'il bogħod. Hemm evidenza li Tikal inħakmet minn Teotihuacan fis-seklu 4 W.K. Wara t-tmiem tal-Perjodu Klassiku Aħħari, ma nbena l-ebda monument maġġuri f'Tikal u hemm evidenza li l-palazzi tal-elit ingħataw in-nar. Dan l-avvenimenti mexew id f'id ma' tnaqqis gradwali fil-popolazzjoni, u laħqu l-qofol tagħhom fl-abbandun tas-sit sal-aħħar tas-seklu 10.
Tikal hija l-iżjed belt mifhuma minn kwalunkwe waħda mill-bliet tal-Maja l-kbar fl-artijiet baxxi, b'lista twila ta' mexxejja dinastiċi, bl-iskoperta tal-oqbra ta' bosta mill-mexxejja fuq din il-lista u bl-investigazzjoni tal-monumenti, tat-tempji u tal-palazzi tagħhom.
Etimoloġija
L-isem Tikal jaf oriġina minn ti ak'al fil-lingwa tal-Maja tal-; jingħad li huwa isem relattivament modern li jfisser "f'ġibjun". Milli jidher l-isem ingħata lil wieħed mill-ġibjuni antiki tas-sit mill-kaċċaturi u mill-vjaġġaturi fir-reġjun. Interpretazzjoni oħra tal-isem hi li jfisser "il-post tal-vuċijiet" fil-lingwa tal-Maja ta' Itza. Madankollu, Tikal mhuwiex l-isem antik tas-sit iżda pjuttost l-isem li ġie adottat ftit wara l-iskoperta tas-sit fis-snin 40 tas-seklu 19. Il-kitbiet ġeroglifiċi fil-fdalijiet jirreferu għall-belt antika bħala Yax Mutal jew Yax Mutul, li tfisser "l-ewwel Mutal". Tikal jaf bdiet tissejjaħ hekk minħabba li Dos Pilas beda juża l-istess glifiċi emblematiċi; il-mexxejja tal-belt x'aktarx li riedu jiddistingwu bejn il-bliet b'dan il-mod. Ir-renju kollu kien jissejjaħ sempliċement Mutul, li huwa l-interpretazzjoni tal-glifiċi emblematiċi tal-"qatta' xagħar" fir-ritratt fuq il-lemin. It-tifsira preċiża għadha mhux ċerta.
Ġeografija
L-eqreb insedjamenti kbar moderni huma Flores u Santa Elena, bejn wieħed u ieħor xi 64 kilometru (40 mil) bogħod bit-triq lejn il-Lbiċ. Tikal tinsab xi 303 kilometri (188 mil) fit-Tramuntana tal-. Tinsab 19-il kilometru (12-il mil) fin-Nofsinhar tal-belt tal-Maja kontemporanja ta' u 30 kilometru (19-il mil) fil-Majjistral ta' . Il-belt tinsab 100 kilometru (62 mil) fix-Xlokk tar-rivali l-kbira tagħha tal-Perjodu Klassiku, Calakmul, u 85 kilometru (53 mil) fil-Majjistral tal-alleat ta' Calakmul, , li issa tinsab fil-Belize.
Il-belt ġiet immappjata għalkollox u kienet tkopri erja ikbar minn 16-il kilometru kwadru (6.2 mili kwadri) li kienet tinkludi madwar 3,000 struttura. It-topografija tas-sit tikkonsisti minn sensiela ta' rdumijiet paralleli tal-ġebla tal-ġir 'il fuq minn artijiet baxxi u mtajna. L-arkitettura maġġuri tas-sit hija raggruppata f'żoni iktar għoljin li huma kkollegati b'toroq olzati minn naħa għall-oħra tal-artijiet bassasa. Iż-żona madwar Tikal ġiet iddikjarata bħala l-Park Nazzjonali ta' Tikal u ż-żona ppreservata tkopri 570 kilometru kwadru (220 mil kwadru). Dan il-park inħoloq fis-26 ta' Mejju 1955 taħt il-patroċinju tal-Instituto de Antropología e Historia u kien l-ewwel żona protetta fil-Gwatemala.
Il-fdalijiet jinsabu fost il-foresti tropikali tat-Tramuntana tal-Gwatemala li kienu jiffurmaw in-nieqa taċ-ċivilizzazzjoni tal-Maja fl-artijiet baxxi. Il-belt stess kienet tinsab qalb art għammiela abbundanti, u jaf iddominat rotta kummerċjali naturali mil-Lvant għall-Punent tul il-Peniżola tal-Yucatan. Fost is-siġar il-kbar tal-Park Nazzjonali ta' Tikal hemm il-kapok ġgantesk (Ceiba pentandra) li kienet is-siġra sagra tal-Maja; iċ-ċedru tropikali (Cedrela odorata), u l-kawba tal-Ħonduras (Swietenia macrophylla). Fir-rigward tal-fawna, wieħed jista' jara regolarment l-aguti, il-koati ta' mnieħru abjad, il-volpi griż, ix-xadin ta' Geoffroy, ix-xadin li jgħajjat, l-ajkla arpija, il-falkun, id-dundjan tal-foresti, il-gwan, it-tukan, il-pappagall aħdar u n-nemel li jaqta' l-weraq. Jingħad ukoll li l-ġagwar, l-ocelot u l-cougar jgħixu fil-park.
Tikal ma kellha l-ebda ilma għajr dak li kien jinġabar mill-ilma tax-xita u jinħażen f'għaxar ġibjuni. L-arkeologi li ħadmu f'Tikal matul is-seklu 20 sewwew wieħed minn dawn il-ġibjuni antiki biex jaħżnu l-ilma għalihom stess. Ix-xita annwali medja li tinżel f'Tikal tammonta għal 1,945 millimetru (76.6 pulzier). Madankollu, ix-xita ġieli tinżel għal għarrieda, u perjodi twal ta' nixfa setgħu jseħħu qabel ma l-għelejjel isiru, li kienet theddida serja għall-abitanti tal-belt antika.
Popolazzjoni
L-istimi tal-popolazzjoni ta' Tikal ivarjaw minn 10,000 sa saħansitra 90,000 abitant. Il-popolazzjoni ta' Tikal bdiet kurva kontinwa ta' tkabbir mill-bidu tal-Perjodu Preklassiku (bejn wieħed u ieħor fl-2000 Q.K. – 200 W.K.), bl-eqqel livell fil-Perjodu Klassiku Aħħari, fejn il-popolazzjoni kibret b'mod rapidu mis-700 W.K. sat-830, u mbagħad kien hemm deklin qawwi. Għaż-żona ta' 120 kilometru kwadru (46 mil kwadru) fi ħdan id-difiżi bit-tajn tal-periferija, l-ogħla popolazzjoni hija stmata li kienet 517-il persuna għal kull kilometru kwadru (1,340 persuna għal kull mil kwadru). F'żona fi ħdan raġġ ta' 12-il kilometru (7.5 mili) tal-qalba tas-sit, l-ogħla popolazzjoni hija stmata li kienet tlaħħaq il-120,000 ruħ; id-densità tal-popolazzjoni hija stmata li kienet 265 persuna għal kull kilometru kwadru (689 persuna għal kull mil kwadru). F'reġjun fi ħdan raġġ ta' 25 kilometru (16-il mil) mill-qalba tas-sit u inkluż xi siti anċillari, l-ogħla popolazzjoni hija stmata li kienet tlaħħaq l-425,000 ruħ b'densità ta' 216-il persuna għal kull kilometru kwadru (515-il persuna għal kull mil kwadru). Dawn iċ-ċifri rigward il-popolazzjoni huma ferm iktar impressjonanti minħabba l-artijiet bassasa estensiva li ma kinux adattati għall-abitazzjoni jew għall-agrikoltura. Madankollu, xi arkeologi, bħal , jemmnu li dawn iċ-ċifri huma wisq għoljin.
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Park Nazzjonali ta' Tikal ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' ħames kriterji tal-għażla tal-UNESCO bħala sit kulturali u naturali mħallat: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; il-kriterju (ix) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-evoluzzjoni u fl-iżvilupp ta' ekosistemi u ta' komunitajiet ta' pjanti u ta' annimali terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar"; u l-kriterju (x) "Post fejn hemm l-iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall-konservazzjoni fil-post tad-diversità bijoloġika, inkluż fejn hemm speċijiet mhedda ta' valur universali straordinarju mill-perspettiva tax-xjenza jew tal-konservazzjoni".
Storja
Preklassika
Hemm traċċi ta' biedja bikrija fis-sit li jmorru lura saħansitra sal-1000 Q.K., fil-Preklassiku Nofsani. Ġabra ta' bċejjeċ taċ-ċeramika ta' Mamon li jmorru lura għal madwar is-700 u l-400 Q.K. instabu f'chultun issiġillat, jiġifieri f'kompartiment taħt l-art b'għamla ta' flixkun.
Fil-perjodu Preklassiku Aħħar f'Tikal diġà kienet qed issir kostruzzjoni maġġuri, u l-ewwel binjiet tfaċċaw għall-ħabta tal-400 u t-300 Q.K., inkluż il-kostruzzjoni ta' piramidi u pjattaformi maġġuri, għalkemm il-belt kienet għadha ferm iżgħar minn siti oħra iktar fin-Nofsinhar bħal u . F'dak iż-żmien, Tikal ipparteċipat fil-kultura mifruxa ta' Chikanel li ddominat iż-żoni Ċentrali u tat-Tramuntana tal-Maja dak iż-żmien – reġjun li kien jinkludi l-Peniżola tal-Yucatan kollha inkluż it-Tramuntana u l-Lvant tal-Gwatemala u l-Belize kollu.
Żewġ tempji li jmorru lura għaż-żminijiet aħħarin ta' Chikanel kellhom superstrutturi b'ħitan bix-xogħol fil-ġebel li jaf kienu bil-volti apposta li jħallu arkata jew spazju vojt fi ħdanhom, għalkemm ma nstabux provi ta' dan. Wieħed minnhom kellu affreski elaborati mal-ħitan ta' barra li juru figuri umani fuq sfond ta' tiżjin ripetut bl-isfar, bl-iswed, bir-roża u bl-aħmar.
Fl-ewwel seklu W.K. tfaċċaw l-ewwel oqbra għonja u Tikal iffjorixxiet politikament u kulturalment, filwaqt li l-ġirien ġganteski tagħha fit-Tramuntana majnaw. Lejn l-aħħar tal-Preklassiku Aħħari, l-istil tal-arti u tal-arkitettura Izapan mill-Kosta Paċifika beda jinfluwenza lil Tikal, kif joħroġ fid-dieher minn skultura miksura mill-akropoli u mill-affreski bikrin fil-belt.
Klassika Bikrija
It-tmexxija dinastika fl-artijiet baxxi tal-Maja hija ankrata l-iktar fil-fond f'Tikal. Skont sejbiet ġeroglifiċi li saru iktar 'il quddiem, id-dinastija ġiet stabbilita minn , x'aktarx fl-ewwel seklu W.K. Fil-bidu tal-perjodu Klassiku Bikri, il-poter fir-reġjun tal-Maja kien ikkonċentrat f'Tikal u f'Calakmul, fil-qalba tat-territorju tal-Maja.
Tikal jaf ibbenefikat mill-waqgħa tal-istati Preklassiċi l-kbar bħal El Mirador. Fil-perjodu Klassiku Bikri Tikal malajr żviluppat fl-iżjed belt dinamika fir-reġjun tal-Maja, u xprunat l-iżvilupp ta' bliet tal-Maja oħrajn fl-inħawi.
Madankollu, is-sit spiss kien imdaħħal fi gwerer u mill-kitbiet imnaqqxa nafu li kien hemm diversi alleanzi u kunflitti ma' stati oħra tal-Maja, inkluż Uaxactun, Caracol, u Calakmul. Is-sit ġarrab telfa fl-aħħar tal-perjodu Klassiku Bikri kontra Caracol, li ħadet post Tikal bħala ċ-ċentru ewlieni fl-artijiet baxxi tan-Nofsinhar tal-Maja. Fil-parti iktar bikrija tal-Klassiku Bikri kien hemm ostilitajiet bejn Tikal u l-ġar tagħha Uaxactun. F'Uaxactun fil-fatt instabu dokumentazzjonijiet dwar il-qbid ta' priġunieri minn Tikal.
Milli jidher kien hemm waqfa fis-suċċessjoni dinastika minn raġel għal ieħor lejn it-317 W.K., meta għamlet ċerimonja ta' tmiem katun, x'aktarx bħala r-reġina tal-belt.
Tikal u Teotihuacan
Diġà fil-200 W.K. Teotihuacan kellha ambaxxati f'Tikal.
L-erbatax-il re ta' Tikal kien Chak Tok Ich'aak (li tfisser litteralment "Sieq tal-Ġagwar il-Kbir"). Chak Tok Ich'aak bena palazz li ġie ppreservat u żviluppat mill-mexxejja ta' warajh sakemm sar il-qalba tal-Akropoli Ċentrali. Ma tantx nafu wisq dwar Chak Tok Ich'aak għajr li nqatel fl-14 ta' Jannar 378 W.K. Fl-istess jum, wasal Siyah K'ak' (li tfisser litteralment "Twieled in-Nar") mill-Punent, wara li għadda minn , sit fil-Punent ta' Tikal, fit-8 ta' Jannar. Fuq l-iStele 31 jissemma bħala s-"Sinjur tal-Punent". Siyah K'ak' x'aktarx li kien ġeneral barrani, irrappreżentat minn kitba ġeroglifika mhux tal-Maja ta' wieħed li jwaddab il-lanez flimkien ma' kokka, kitba ġeroglifika magħrufa sew mill-metropoli l-kbira ta' Teotihuacan fil-Wied tal-Messiku daqstant 'il bogħod. Siyah K'ak' jaf kien anke l-mexxej ta' Teotihuacan. Dawn l-avvenimenti rreġistrati fil-kitba ġeroglifika tal-Maja jissuġġerixxu b'mod qawwi li Siyah K'ak' mexxa invażjoni ta' Tikal min-naħa ta' Teotihuacan u r-re nattiv ta' Tikal ġarrab telfa, inqabad mill-għadu u ġie ġġustizzjat minnufih. Milli jidher Siyah K'ak' ġie megħjun minn fazzjoni politika b'saħħitha f'Tikal stess; bejn wieħed u ieħor fl-istess żmien tal-ħakma, grupp ta' nattivi ta' Teotihuacan kienu qed jirresjedu qrib il-kumpless tad-Dinja Mitlufa. Huwa eżerċita kontroll ukoll fuq bliet oħra fl-inħawi, fosthom Uaxactun, fejn sar re, iżda ma ħax it-tron ta' Tikal għalih innifsu. Fi żmien sena, ibnu, Yax Nuun Ayiin I (l-"Ewwel Kukkudrill") sar il-ħmistax-il re ta' Tikal meta kien għadu tifel, u ngħata t-tron fit-13 ta' Settembru 379. Huwa rrenja għal 47 sena bħala r-re ta' Tikal, u baqa' vassall ta' Siyah K'ak' sa ma dan miet. X'aktarx li Yax Nuun Ayiin I ħa mara mid-dinastija ta' Tikal ta' qablu u b'hekk leġittimizza d-dritt ta' tmexxija għal ibnu, Siyaj Chan K'awiil II.
, sit żgħir madwar 100 kilometru (62 mil) fil-Grigal ta' Tikal, inħakem minn Tikal matul ir-renju ta' Yax Nuun Ayiin I. Is-sit sar qisu tarka ta' Tikal u kien jiddefendiha mill-bliet ostili iktar lejn it-Tramuntana, u sar kollegament kummerċjali mal-.
Għalkemm il-mexxejja l-ġodda ta' Tikal kienu barranin, id-dixxendenti tagħhom malajr saru midħla tal-Maja. Tikal saret l-alleat u l-imsieħeb kummerċjali ewlieni ta' Teotihuacan fl-artijiet baxxi tal-Maja. Wara li nħakmet minn Teotihuacan, Tikal malajr iddominat ir-reġjun ta' Peten fit-Tramuntana u fil-Lvant. Uaxactun, flimkien ma' rħula żgħar oħra fir-reġjun, ġew assorbiti fir-renju ta' Tikal. Siti oħra, bħal u ħdejn il-Lag ta' Petén Itzá saru vassalli tal-ġar iktar setgħan tagħhom lejn it-Tramuntana. Sa nofs is-seklu 5 Tikal kellha territorju ewlieni ta' mill-inqas 25 kilometru (16-il mil) f'kull direzzjoni.
Għall-ħabta tas-seklu 5 inbniet sistema impressjonanti ta' fortifikazzjonijiet b'fosos u bi ħniedaq tul il-periferija tat-Tramuntana ta' Tikal, flimkien mad-difiżi naturali pprovduti minn żoni kbar ta' artijiet bassasa fil-Lvant u fil-Punent tal-belt. X'aktarx li nbnew ukoll fortifikazzjonijiet oħra lejn in-Nofsinhar. Dawn id-difiżi pproteġew lill-popolazzjoni ewlenija u r-riżorsi agrikoli ta' Tikal, f'erja ta' madwar 120 kilometru kwadru (46 mil kwadru). Riċerka reċenti tissuġġerixxi li l-ħniedaq kienu jintużaw bħala sistema ta' ġbir tal-ilma iktar milli għad-difiża.
Tikal u Copán
Fis-seklu 5 il-poter tal-belt kien iwassal saħansitra sa Copán fin-Nofsinhar, u l-fundatur tagħha, K'inich Yax K'uk' Mo', kellu rabtiet ċari ma' Tikal. Copán stess ma kinitx f'reġjun etniku tal-Maja u l-istabbiliment tad-dinastija ta' Copán x'aktarx li kienet tinvolvi l-intervent dirett ta' Tikal. K'inich Yax K'uk' Mo' wasal f'Copán f'Diċembru 426 u mill-analiżi tal-għadam tiegħu nafu li qatta' tfulitu u żgħożitu f'Tikal. Individwu magħruf bħala Ajaw K'uk' Mo' (jew is-Sinjur K'uk' Mo') jissemma f'test bikri f'Tikal u jaf kien l-istess persuna. Il-qabar tiegħu kellu karatteristiċi ta' Teotihuacan u iktar 'il quddiem ġie mpinġi bl-ilbies tal-ġellieda ta' Teotihuacan. Kitbiet ġeroglifiċi jirreferu għalih bħala s-"Sinjur tal-Punent", l-istess bħal Siyah K'ak'. Fl-istess żmien, fl-aħħar tal-426, Copán stabbiliet is-sit ta' fil-qrib, possibbilment sponsorjata minn Tikal stess. L-istabbiliment ta' dawn iż-żewġ ċentri jaf kien parti minn sforz biex tiġi imposta l-awtorità ta' Tikal fuq il-parti tax-Xlokk tar-reġjun tal-Maja. L-interazzjoni bejn dawn is-siti u Tikal kienet waħda intensiva matul it-tliet sekli ta' wara.
Rivalità twila bejn Tikal u Calakmul bdiet fis-seklu 6, u kull waħda miż-żewġt ibliet iffurmat in-network tagħha ta' alleanzi ostili għal xulxin, u dan x'aktarx wassal għal gwerra twila bejn iż-żewġ superpotenzi tal-Maja. Ir-rejiet ta' dawn iż-żewġ bliet kapitali adottaw it-titlu ta' kaloomte', terminu li ġiex tradott b'mod preċiż iżda li jimplika xi ħaġa bħal "re għoli".
Fil-bidu tas-seklu 6 laħqet reġina oħra bħala mexxejja tal-belt, magħrufa bħala s-"Sinjura ta' Tikal", li x'aktarx kienet bint Chak Tok Ich'aak II. Milli jidher qatt ma mexxiet waħedha, iżda dejjem kellha magħha mexxejja rġiel. L-ewwel wieħed minnhom kien Kaloomte' B'alam, li milli jidher kellu karriera twila bħala ġeneral f'Tikal qabel ma sar mexxej mar-reġina u fid-19-il post fis-sekwenza dinastika. Is-Sinjura ta' Tikal stess ma ġietx magħduda fis-sekwenza dinastika numerika. Iktar 'il quddiem x'aktarx li ngħaqad magħha bħala mexxej is-Sinjur "Difer ta' Għasfur", li jingħad li kien l-20 mexxej.
Klassika Aħħarija
Pawża fil-kontinwità tal-poter ta' Tikal
F'nofs is-seklu 6, milli jidher Caracol saret alleata ta' Calakmul u għelbu lil Tikal, u b'hekk temmew il-perjodu Klassiku Bikri. Din il-pawża fil-kontinwità tal-poter ta' Tikal x'aktarx li seħħet bejn l-aħħar tas-seklu 6 u l-aħħar tas-seklu 7 fejn kien hemm qabża fil-kitba tal-kitbiet imnaqqxa u fil-kostruzzjoni fuq skala kbira f'Tikal. Fl-aħħar nofs tas-seklu 6 W.K., il-belt għaddiet minn kriżi kbira, fejn ma tħejjiet l-ebda stele ġdida u fejn kien hemm mutilazzjoni mifruxa tal-iskulturi pubbliċi. Din il-pawża fl-attività kontinwa ta' Tikal kienet misteru għal żmien twil, iżda mbagħad ġew iddeċifrati epigrafi oħra li identifikaw li dak il-perjodu seħħ wara t-telfa komprensiva li ġarrbet Tikal kontra l-alleanza ta' Calakmul u ta' Caracol fil-562, telfa li milli jidher irriżultat fil-qbid u fis-sagrifiċċju tar-re ta' Tikal. L-Artal 21 f'Caracol, ħafna minnu miekul mill-elementi, jiddeskrivi kif Tikal ġarrbet din it-telfa diżastruża fi gwerra maġġuri li seħħet f'April 562. Milli jidher Caracol alleat ruħha ma' Calakmul fil-kunflitt usa' bejn il-belt u Tikal, u t-telfa ta' Tikal kellha impatt kbir għal żmien twil fuq il-belt. Ir-rikkezzi ta' Tikal ma ġewx misruqa iżda l-poter u l-influwenza li kellha ntilfu. Wara r-rebħa kbira tagħha, Caracol kibret malajr u parti mill-popolazzjoni ta' Tikal jaf ġiet rilokata hemmhekk. Matul il-pawża fil-kontinwità tal-poter ta' Tikal, mill-inqas mexxej wieħed ta' Tikal fittex refuġju ma' Janaab' Pakal ta' Palenque, vittma ieħor ta' Calakmul. Calakmul stagħnat matul il-pawża twila fil-kontinwità tal-poter ta' Tikal.
Din il-pawża serviet bħala markatur li l-arkeologi jużaw biex jiddistingwu bejn il-perjodu Klassiku tal-kronoloġija Mesoamerikana u l-perjodu Klassiku Bikri u Aħħari.
Tikal u Dos Pilas
Fis-629 Tikal stabbiliet lil , xi 110 kilometri (68 mil) fil-Lbiċ, bħala stazzjonament militari sabiex tikkontrolla l-kummerċ tul ix-xmara . B'alaj Chan K'awiil tela' fuq it-tron tal-istazzjonament il-ġdid meta kellu erba' snin, fis-635. Meta kiber, għal bosta snin serva bħala vassall leali u ġġieled għal ħuh, ir-re ta' Tikal. Bejn wieħed u ieħor għoxrin sena wara, Dos Pilas ġie attakkat minn Calakmul u ġarrab telfa kbira. B'alaj Chan K'awiil inqabad mir-re ta' Calakmul iżda, minflok ġie ssagrifikat, reġa' ngħata t-tron bħala vassall tal-eks għadu tiegħu.
Huwa attakka lil Tikal fis-657, u ġiegħel lil Nuun Ujol Chaak, ir-re ta' Tikal ta' dak iż-żmien, jabbanduna l-belt temporanjament. L-ewwel żewġ mexxejja ta' Dos Pilas komplew jużaw il-ġeroglifiċi emblematiċi ta' Mutal li kienu ta' Tikal, u x'aktarx li ħassew li kienu leġittimi biex jieħdu t-tron ta' Tikal stess. Għall-istess raġuni, B'alaj Chan K'awiil ma sarx il-mexxej il-ġdid ta' Tikal; u minflok baqa' f'Dos Pilas. Tikal wettqet kontroattakk kontra Dos Pilas fis-672, u wasslet biex B'alaj Chan K'awiil jaħrab f'eżilju li dam ħames snin. Calakmul ipprovat tiċċirkonda lil Tikal fi ħdan żona ddominata mill-alleati tagħha, fosthom El Peru, Dos Pilas, u Caracol.
Fis-682, Jasaw Chan K'awiil I bena l-ewwel monument datat f'Tikal f'120 sena u ħa t-titlu ta' kaloomte', u b'hekk temm din il-pawża fil-poter. Huwa ta bidu għal programm ġdid ta' kostruzzjoni u ħadha qatta' bla ħabel kontra Calakmul sakemm fis-695, irnexxielu jaqbad il-mexxej tal-għadu u b'hekk xeħet lill-istat għadu tiegħu f'perjodu twil ta' deklin li qatt ma rkupra minnu għalkollox. Wara dan l-avveniment, Calakmul qatt ma reġgħet bniet monument biex tiċċelebra xi rebħa militari.
Tikal wara Teotihuacan
Sas-seklu 7, ma kien hemm l-ebda preżenza attiva ta' Teotihuacan f'xi sit tal-Maja u ċ-ċentru ta' Teotihuacan inqered sas-sena 700. Anke wara dan il-perjodu, l-ilbies militari formali mnaqqax jew impinġi fuq il-monumenti kellu stil ta' Teotihuacan. Jasaw Chan K'awiil I u l-eredi tiegħu Yik'in Chan K'awiil komplew l-ostilitajiet kontra Calakmul u l-alleati tagħha u imponew kontroll reġjonali rigoruż fuq iż-żona madwar Tikal, estiża saħansitra sat-territorju madwar il-Lag ta' Petén Itzá. Dan iż-żewġ mexxejja kienu responsabbli għall-biċċa l-kbira tal-arkitettura impressjonanti viżibbli llum il-ġurnata.
Fis-738, Quiriguá, li kienet vassall ta' Copán, l-alleat ewlieni ta' Tikal fin-Nofsinhar, qalbet l-alleanza tagħha favur Calakmul, rebħet kontra Copán u kisbet l-indipendenza tagħha stess. Milli jidher dan kien sforz konxju min-naħa ta' Calakmul sabiex twassal għall-qerda tal-alleati ta' Tikal fin-Nofsinhar. Dan biddel il-bilanċ fil-poter taż-żona tan-Nofsinhar tal-Maja u wassal għal deklin rapidu ta' Copán.
Fis-seklu 8, il-mexxejja ta' Tikal ġabru xi monumenti mill-belt u tellgħuhom quddiem l-Akropoli tat-Tramuntana. Sal-aħħar tas-seklu 8 u l-bidu tas-seklu 9, l-attività f'Tikal majnat. Xorta waħda nbniet arkitettura impressjonanti iżda ftit kitbiet ġeroglifiċi jirreferi għall-mexxejja li ġew wara.
Klassika Terminali
Sas-seklu 9, il-kriżi tal-waqgħa tal-Maja tal-perjodu Klassiku kienet qed taħkem ir-reġjun kollu, il-popolazzjonijiet bdew jonqsu drastikament, u belt wara l-oħra bdiet tispiċċa fix-xejn. Kulma jmur, gwerer endemiċi fir-reġjun tal-Maja wasslu biex il-popolazzjoni ta' Tikal tkun ikkonċentrata b'mod massiċċ qrib il-belt stess, u b'hekk ġie aċċellerat l-użu tal-agrikoltura intensiva li kkontribwixxa għad-deklin ambjentali korrispondenti. Il-kostruzzjoni kompliet fil-bidu tas-seklu, bil-bini tat-Tempju 3, l-aħħar tal-piramidi maġġuri tal-belt, kif ukoll il-bini ta' monumenti li mmarkaw il-waslu tad-19-il K'atun fit-810. Il-bidu tal-għaxar Bak'tun fit-830 sar bla ċelebrazzjonijiet, u jimmarka l-bidu ta' pawża ta' 60 sena fil-kontinwità tal-attività f'Tikal, li probabbilment irriżultat mill-kollass tal-kontrol ċentrali fil-belt. Matul din il-pawża, siti anċillari li tradizzjonalment kienu taħt il-kontroll ta' Tikal bdew jibnu l-monumenti tagħhom stess biex jiċċelebraw lill-mexxejja lokali u xorta waħda użaw il-glifiċi emblematiċi ta' Mutal. Kulma jmur Tikal milli jidher ma kellhiex iktar l-awtorità jew il-poter biex twaqqaf ħesrem dawn it-tentattivi ta' indipendenza. Fit-849, Jewel K'awiil jissemma fuq stele f' u jingħad li żar il-belt bħala s-Sinjur Divin ta' Tikal għalkemm ma ġie rreġistrat imkien iktar u l-poter li xi darba kellha Tikal kien kważi spiċċa fix-xejn. Sa dak iż-żmien is-siti ta' u kienu wirtu l-glifiċi emblematiċi ta' Mutal li fl-imgħoddi kien esklużivi.
Meta Tikal u l-periferija tagħha laħqu l-ogħla popolazzjoni, iż-żona batiet minħabba d-deforestazzjoni, l-erożjoni u t-telf tan-nutrijenti, li ġew segwiti minn deklin rapidu fil-livelli tal-popolazzjoni. Analiżi reċenti tindika wkoll li l-għejun tal-ilma ħelu tal-belt saru kkontaminati ferm bil-, bil-fosfati u biċ-ċjanobatterji, u dan wassal biex jakkumulaw it-tossini. Tikal u l-inħawi tal-madwar milli jidher tilfu l-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni tagħhom bejn it-830 u d-950, u magħha l-awtorità ċentrali wkoll. Ma tantx hemm evidenza minn Tikal li l-belt kienet affettwata direttament minn xi gwerer endemiċi li affettwaw partijiet mir-reġjun tal-Maja matul il-perjodu Klassiku Terminali, għalkemm influss ta' refuġjati mir-reġjun ta' Petexbatún jaf żied il-problemi li rriżultaw mir-riżorsi ambjentali li diġà kienu minimi.
Fl-aħħar nofs tas-seklu 9 kien hemm tentattiv biex il-poter irjali fil-belt imċekkna ferm ta' Tikal jerġa' jingħata l-ħajja, kif joħroġ fid-dieher minn stele li ttellgħet fil-Pjazza l-Kbira minn Jasaw Chan K'awiil II fit-869. Dan kien l-aħħar monument li nbena jew li ttella' f'Tikal qabel ma l-belt sfat fix-xejn. L-eks siti anċillari ta' Tikal, bħal Jimbal u Uaxactun, ma tantx damu wisq iktar, u tellgħu l-aħħar monumenti tagħhom fit-889. Sal-aħħar tas-seklu 9, il-maġġoranza l-kbira tal-popolazzjoni ta' Tikal telqet mill-belt, il-palazzi rjali tagħha ġew okkupati b'mod abbużiv u bdew jinbnew abitazzjonijiet sempliċi bil-ħuxlief fil-pjazez ċerimonjali tal-belt. Dawk li kienu qed jokkupaw il-binjiet b'mod abbużiv imblukkaw xi daħliet fil-kmamar li kienu qed jokkupaw fl-istrutturi monumentali tas-sit u ħallew bosta skart, li kien jinkludi taħlita ta' skart domestiku u oġġetti mhux utilitarji bħal strumenti mużikali. Dawn l-abitanti reġgħu użaw il-monumenti bikrin għall-attivitajiet ritwali tagħhom stess, ferm differenti minn dawk tad-dinastija rjali li kienet bniethom. Xi monumenti ġew ivvandalizzati u wħud tressqu f'postijiet ġodda. Qabel l-abbandun finali tas-sit, kull rispett għall-mexxejja antiki kien għeb, u l-oqbra tal-Akropoli tat-Tramuntana ġew esplorati għall-ġada, filwaqt li r-rikkezzi tal-oqbra iktar aċċessibbli ġew misruqa. Wara d-950, Tikal kienet kważi vojta għalkollox, għalkemm jaf kien għad fadal xi popolazzjoni żgħira f'xi għorfiet qalb il-fdalijiet. Anke dawn l-abitanti finali abbandunaw il-belt fis-sekli 10 u 11 u l-foresta tropikali għattiet il-fdalijiet għall-elf sena ta' wara. Ftit mill-popolazzjoni ta' Tikal jaf marret tgħix fir-reġjun tal-Lagi ta' Peten, li baqgħu b'popolazzjoni kbira minkejja t-tnaqqis fil-livelli tal-popolazzjoni fl-ewwel nofs tas-seklu 9.
L-iżjed kawża probabbli tal-waqgħa ta' Tikal hija l-popolazzjoni eċċessiva u l-falliment agrarju. Il-waqgħa ta' Tikal kienet daqqa ta' ħarta għall-qalba taċ-ċivilizzazzjoni tal-Maja Klassika, peress li l-belt kienet minn ta' quddiem fil-ħajja tal-qorti, fl-arti u fl-arkitettura għal iżjed minn elf sena, b'dinastija mexxejja antika. Madankollu, riċerka ġdida rigward elementi paleoambjentali mis-sistema ta' ġibjuni ta' Tikal tissuġġerixxi li nixfa meteoroloġika jaf wasslet għall-abbandun ta' Tikal, minħabba l-kontaminazzjoni ta' xi ġibjuni qrib it-tempju u l-palazz bl-algi, filwaqt li l-ilma minn ġibjuni oħra baqa' tajjeb għax-xorb. Il-binjiet ġew impittra biċ-ċinabru b'kontenut tal-merkurju, li jaf inġarr mal-ilma tax-xita u niġġes xi ġibjuni. Ix-xogħlijiet ta' Kohler u kollegi tiegħu wrew li din il-belt kienet laħqet livell mhux sostenibbli ta' inugwaljanzi lejn l-aħħar tagħha.
Moderna
Fl-1525, il-konkwistatur Spanjol għadda ftit kilometri 'l bogħod mill-fdalijiet ta' Tikal iżda ma semmihomx fl-ittri tiegħu. Wara li l-patri Spanjol ntilef fil-foresti ta' Petén fil-bidu tal-1696, huwa ddeskriva fdal li jaf kien dak ta' Tikal.
Bħalma sikwit jiġri fil-każ ta' fdalijiet antiki kbar, l-għarfien dwar is-sit qatt ma jkun intilef għalkollox fir-reġjun. Milli jidher il-poplu lokali qatt ma nesa l-belt ta' Tikal u ggwidaw spedizzjonijiet tal-Gwatemala lejn il-fdalijiet fis-snin 50 tas-seklu 19. Xi rakkonti ta' rakkonti (jew saħansitra ta' rakkonti oħra) dwar Tikal ġew stampati mill-bidu tas-seklu 17, u komplew permezz tal-kitbiet ta' fil-bidu tas-seklu 19 (Stephens u l-illustratur semgħu xnigħat ta' belt mitlufa, bil-qċaċet ta' binjiet bojod ħerġin mill-kanopew tal-ġungla, matul il-vjaġġi tagħhom fir-reġjun fl-1839-1840). Madankollu, minħabba kemm kien remot is-sit mill-bliet moderni, l-ebda esploratur ma żar Tikal qabel u fl-1848, rispettivament il-kummissarju u l-gvernatur ta' Petén. L-artist Eusebio Lara akkumpanjahom u r-rakkont tagħhom ġie ppubblikat fil-Ġermanja fl-1853. Saru diversi spedizzjonijiet oħra li komplew jinvestigaw, jimmappjaw u jieħdu ritratti ta' Tikal fis-seklu 19 (inkluż dik ta' Alfred P. Maudslay fl-1881-1882) u fil-bidu tas-seklu 20. Xi arkeologi pijunieri bdew jnaddfu, jimmappjaw u jirreġistraw il-fdalijiet fis-snin 80 tas-seklu 19.
Fl-1951 inbena mitjar żgħir fil-fdalijiet, li qabel setgħu jintlaħqu biss wara diversi jiem ta' vjaġġar bil-mixi jew bil-ħmar minn ġol-ġungla. Fl-1956 il-Proġett ta' Tikal beda jimmappja l-belt fuq skala li qabel ma kinitx prevista fir-reġjun tal-Maja. Mill-1956 sal-1970 twettqu skavi arkeoloġiċi maġġuri mill-Proġett ta' Tikal tal-Università ta' . Dawn immappjaw il-biċċa l-kbira tas-sit u rrestawrar ħafna mill-istrutturi. Skavi mmexxija minn Edwin M. Shook u wara minn William Coe fl-università investigaw l-Akropoli tat-Tramuntana u l-Pjazza Ċentrali mill-1957 sal-1969. Il-Proġett ta' Tikal irreġistra iżjed minn 200 monument fis-sit. Fl-1979, il-gvern tal-Gwatemala beda proġett arkeoloġiku ieħor f'Tikal li baqa' għaddej sal-1984.
Ir-reġista uża lil Tikal biex jiġbed il-qamar fittizju Yavin 4 fl-ewwel film ta' , l-Episodju IV: A New Hope, li nħareġ fl-1977.
It-Tempju I ta' Tikal deher fuq in-naħa ta' wara tal-karta tal-flus ta' 50 centavo.
Eon Productions użaw is-sit għall-ġbid tal-film ta' Moonraker.
Is-sit ta' Tikal issa sar attrazzjoni turistika kbira mdawwar bil-park nazzjonali tiegħu stess. F'Tikal inbena mużew li tlesta fl-1964.
Biblijografija
- Adams, Richard E.W. (2000). "Introduction to a Survey of the Native Prehistoric Cultures of Mesoamerica". In Richard E.W. Adams; Murdo J. Macleod (eds.). The Cambridge History of the Native Peoples of the Americas. Vol. II: Mesoamerica, part 1. Cambridge, UK: Cambridge University Press. pp. 1–44. ISBN 978-0-521-35165-2. OCLC 33359444.
- Andrews, E. Wyllys; William L. Fash (2005). "Issues in Copán Archaeology". In E. Wyllys Andrews; William L. Fash (eds.). Copán: The History of an Ancient Maya Kingdom. Santa Fe and Oxford: School of American Research Press and James Currey Ltd. pp. 395–425. ISBN 978-0-85255-981-9. OCLC 56194789.
- Banco de Guatemala. "Monedas" (in Spanish). Banco de Guatemala. Retrieved 13 November 2009.
- Berlin, Heinrich (April 1967). "The Destruction of Structure 5D-33-1st at Tikal". American Antiquity. 32 (2): 241–242. doi:10.2307/277915. ISSN 0002-7316. JSTOR 277915. OCLC 754651089. S2CID 163207109.
- Coe, Michael D. (1999). The Maya. Ancient peoples and places series (6th, fully revised and expanded ed.). London and New York: Thames & Hudson. ISBN 978-0-500-28066-9. OCLC 59432778.
- Coe, William R. (1988) [1967]. Tikal: Guía de las Antiguas Ruinas Mayas (in Spanish). Guatemala: Piedra Santa. ISBN 978-84-8377-246-1.
- Drew, David (1999). The Lost Chronicles of the Mayan Kings. Los Angeles: University of California Press.
- Fash, William L.; Ricardo Agurcia Fasquelle (2005). "Contributions and Controversies in the Archaeology and History of Copán". In E. Wyllys Andrews; William L. Fash (eds.). Copán: The History of an Ancient Maya Kingdom. Santa Fe and Oxford: School of American Research Press and James Currey Ltd. pp. 3–32. ISBN 978-0-85255-981-9. OCLC 56194789.
- Gill, Richardson B. (2000). The Great Maya Droughts: Water, Life, and Death. Albuquerque: University of New Mexico Press. ISBN 978-0-8263-2194-7. OCLC 43567384.
- Hammond, Norman (2000). "The Maya Lowlands: Pioneer Farmers to Merchant Princes". In Richard E.W. Adams; Murdo J. Macleod (eds.). The Cambridge History of the Native Peoples of the Americas. Vol. II: Mesoamerica, part 1. Cambridge, UK: Cambridge University Press. pp. 197–249. ISBN 978-0-521-35165-2. OCLC 33359444.
- Harrison, Peter D. (2006). "Maya Architecture at Tikal". In Nikolai Grube (ed.). Maya: Divine Kings of the Rain Forest. Eva Eggebrecht and Matthias Seidel (assistant eds.). Köln: Könemann. pp. 218–231. ISBN 978-3-8331-1957-6. OCLC 71165439.
- Hidinger, Lori A. (1996). "Measuring the Impacts of Ecotourism on Animal Populations: A Case Study of Tikal National Park, Guatemala" (PDF). Yale Forestry & Environment Bulletin. 99 (1): 45–59.
- Jones, Grant D. (1998). The Conquest of the Last Maya Kingdom. Stanford, California, USA: Stanford University Press. ISBN 9780804735223. OCLC 38747674.
- Kelly, Joyce (1996). An Archaeological Guide to Northern Central America: Belize, Guatemala, Honduras, and El Salvador. Norman: University of Oklahoma Press. ISBN 978-0-8061-2858-0. OCLC 34658843.
- Kerr, Justin (n.d.). "A Precolumbian Portfolio" (online database). FAMSI Research Materials. Foundation for the Advancement of Mesoamerican Studies, Inc. Retrieved 13 June 2007.
- Looper, Matthew G. (1999). "New Perspectives on the Late Classic Political History of Quirigua, Guatemala". Ancient Mesoamerica. 10 (2): 263–280. doi:10.1017/S0956536199101135. ISSN 0956-5361. OCLC 86542758. S2CID 161977572.
- Looper, Matthew G. (2003). Lightning Warrior: Maya Art and Kingship at Quirigua. Linda Schele series in Maya and pre-Columbian studies. Austin: University of Texas Press. ISBN 978-0-292-70556-2. OCLC 52208614.
- Martin, Simon; Nikolai Grube (2000). Chronicle of the Maya Kings and Queens: Deciphering the Dynasties of the Ancient Maya. London and New York: Thames & Hudson. ISBN 978-0-500-05103-0. OCLC 47358325.
- Martin, Simon; Nikolai Grube (2008). Chronicle of the Maya Kings and Queens: Deciphering the Dynasties of the Ancient Maya (2nd revised ed.). London and New York: Thames & Hudson. ISBN 978-0-500-28726-2. OCLC 191753193.
- Martínez, Horacio; David Webster; Jay Silverstein; Timothy Murtha; Kirk Straight; Irinna Montepeque (2004). J.P. Laporte; B. Arroyo; H. Escobedo; H. Mejía (eds.). "Reconocimiento en la periferia de Tikal: Los Terraplenes Norte, Oeste y Este, nuevas exploraciones y perspectivas" (PDF). XVII Simposio de Investigaciones Arqueológicas en Guatemala, 2003 (in Spanish). Museo Nacional de Arqueología y Etnología, Guatemala. pp. 635–641. Archived from the original (PDF) on 14 September 2011. Retrieved 24 June 2009.
- Means, Philip Ainsworth (1917). History of the Spanish Conquest of Yucatan and of the Itzas . Papers of the Peabody Museum of American Archaeology and Ethnology, Harvard University. Vol. VII. Cambridge, Massachusetts, USA: Peabody Museum of Archaeology and Ethnology. OCLC 681599.
- Miller, Mary Ellen (1999). Maya Art and Architecture. London and New York: Thames & Hudson. ISBN 978-0-500-20327-9. OCLC 41659173.
- Miller, Mary; Karl Taube (1993). The Gods and Symbols of Ancient Mexico and the Maya: An Illustrated Dictionary of Mesoamerican Religion. London: Thames & Hudson. ISBN 978-0-500-05068-2. OCLC 27667317.
- Morales, Tirso; Benito Burgos; Miguel Acosta; Sergio Pinelo; Marco Tulio Castellanos; Leopoldo González; Francisco Castañeda; Edy Barrios; Rudy Larios; et al. (2008). J.P. Laporte; B. Arroyo; H. Mejía (eds.). "Trabajos realizados por la Unidad de Arqueología del Parque Nacional Tikal, 2006-2007" (PDF). XXI Simposio de Arqueología en Guatemala, 2007 (in Spanish): 413–436. Archived from the original (PDF) on 14 September 2011. Retrieved 21 June 2011.
- Puleston, Dennis E.; Donald W. Callender, Jr. (1967). "Defensive Earthworks at Tikal". Expedition. University of Pennsylvania. 9 (3): 40–48. ISSN 0014-4738. OCLC 1568625.
- Salisbury, David; Mimi Koumenalis; Barbara Moffett (19 September 2002). "Newly revealed hieroglyphs tell story of superpower conflict in the Maya world" (PDF). Exploration: The Online Research Journal of Vanderbilt University. OCLC 50324967. Archived from the original (PDF online publication) on 2 November 2014. Retrieved 22 September 2009.
- Schele, Linda; Peter Mathews (1999). The Code of Kings: The language of seven Maya temples and tombs. New York: Simon & Schuster. ISBN 978-0-684-85209-6. OCLC 41423034.
- Sharer, Robert J.; Loa P. Traxler (2006). The Ancient Maya (6th, fully revised ed.). Stanford, CA: Stanford University Press. ISBN 978-0-8047-4817-9. OCLC 57577446.
- Silverstein, Jay; David Webster; Horacio Martinez; Alvaro Soto (2009). Rethinking the Earthworks of Tikal: A Hydraulic Hypothesis for the Classic Maya Polity. Ancient Mesoamerican 20(1), Cambridge Journals.
- StarWars.com. "Star Wars: Episode IV A New Hope". Lucasfilm. Archived from the original on 29 December 2009. Retrieved 13 November 2009.
- Torres, Estuardo. "Parque Nacional Tikal" (in Spanish). Ministerio de Cultura y Deportes. Archived from the original on 18 December 2009. Retrieved 30 July 2014.
- UNESCO World Heritage Center. "Tikal National Park". UNESCO World Heritage Center. Retrieved 13 November 2009.
- Valdés, Juan Antonio; Fahsen, Federico (2005). "Disaster in Sight: The Terminal Classic at Tikal and Uaxactun". In Arthur A. Demarest; Prudence M. Rice; Don S. Rice (eds.). The Terminal Classic in the Maya lowlands: Collapse, transition, and transformation. Boulder: University Press of Colorado. pp. 162–194. ISBN 978-0-87081-822-6. OCLC 61719499.
- Webster, David L. (2002). The Fall of the Ancient Maya: Solving the Mystery of the Maya Collapse. London: Thames & Hudson. ISBN 978-0-500-05113-9. OCLC 48753878.
Referenzi
- ^ Tokovinine, Alexandre (2008). "Lords of Tikal: Narratives and Identities". Peabody Museum of Archaeology and Ethnology. Harvard University: 4.
- ^ "CyArk". CyArk. Miġbur 2022-08-14.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Tikal National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-14.
- ^ Sharer & Traxler 2006, p. 1. Hammond 2000, p. 233.
- ^ Martin & Grube 2008, pp. 29-32.
- ^ Adams 2000, p. 34.
- ^ Martin & Grube 2000, p. 30.
- ^ Drew 1999, p. 136.
- ^ Schele & Mathews 1999, p. 64.
- ^ Sharer & Traxler 2006, p. 1.
- ^ Kelly 1996, pp. 111-112.
- ^ Webster 2002, p. 118.
- ^ Webster 2002, p. 118.
- ^ Coe 1999, p. 104.
- ^ Drew 1999, p. 185.
- ^ Kelly 1996, p. 140.
- ^ Kelly 1996, p. 140.
- ^ Coe 1967, pp. 9-10. Hidinger 1996, p. 52.
- ^ Coe 1999, p. 124.
- ^ Webster 2002, p. 239.
- ^ Webster 2002, p. 264.
- ^ Webster 2002, p. 262.
- ^ Coe 1999, p. 55.
- ^ Coe 1999, p. 55.
- ^ Coe 1999, pp. 73, 80.
- ^ Coe 1999, p. 75.
- ^ Coe 1999, p. 78.
- ^ Coe 1999, p. 90.
- ^ Miller 1999, pp. 88-89.
- ^ Webster 2002, p. 191.
- ^ Sharer 1994, p. 265.
- ^ Kelly 1996, p. 129.
- ^ Martin & Grube 2000, p. 27.
- ^ The Origins & Collapse of the Preclassic Maya in the Mirador Basin - Richard Hansen at The Library of Congress (2014)
- ^ Webster 2002, p. 192.
- ^ Drew 1999, p. 199.
- ^ Coe 1999, pp. 90-91.
- ^ Webster 2002, p. 133.
- ^ Drew 1999, p. 201.
- ^ a b Drew 1999, p. 200.
- ^ Coe 1999, p. 97.
- ^ Drew 1999, pp. 201-202.
- ^ Silverstein 2009.
- ^ Wyllys Andrews & Fash 2005, p. 407.
- ^ Fash & Agurcia Fasquelle 2005, p. 26.
- ^ Looper 2003, p. 37.
- ^ Looper 2003, p. 38.
- ^ Looper 1999, p. 263.
- ^ Webster 2002, pp. 168-169.
- ^ Martin & Grube 2000, pp. 38-39.
- ^ Miller 1999, p. 89.
- ^ Coe 1999, p. 94.
- ^ Historical Dictionary of Mesoamerica by Walter Robert Thurmond Witschey and Clifford T. Brown, p. 313.
- ^ Webster 2002, pp. 192-193.
- ^ Webster 2002, p. 193.
- ^ a b Webster 2002, p. 194.
- ^ Miller u Taube 1993, p. 20.
- ^ Salisbury et al. 2002, p. 1.
- ^ Salisbury et al. 2002, pp. 2-3.
- ^ Salisbury et al. 2002, p. 2.
- ^ Webster 2002, p. 276.
- ^ Hammond 2000, p. 220.
- ^ Miller 1999, p. 105.
- ^ Webster 2002, p. 263.
- ^ Looper 2003, p. 79.
- ^ Wyllys Andrews & Fash 2005, p. 408.
- ^ Miller 1999, p. 33.
- ^ Martin & Grube 2000, pp. 52-53.
- ^ Webster 2002, p. 340.
- ^ Martin & Grube 2000, p. 52.
- ^ Martin & Grube 2000, p. 53.
- ^ Martin & Grube 2000, p. 53.
- ^ Cross, Daniel T. (2020-07-03). "The Mayan city of Tikal succumbed to 'water pollution'" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-15.
- ^ a b Webster 2002, p. 273.
- ^ Webster 2002, p. 274.
- ^ Tamberino, Anthony T. (2013). Ancient Maya Reservoirs and their Role in the Abandonment of Tikal, Guatemala: A Multi-Proxy Investigation of Solid Sediment Cores (Teżi) (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-08-15. Miġbur 2022-08-15.
- ^ Lentz, David L.; Hamilton, Trinity L.; Dunning, Nicholas P.; Scarborough, Vernon L.; Luxton, Todd P.; Vonderheide, Anne; Tepe, Eric J.; Perfetta, Cory J.; Brunemann, James; Grazioso, Liwy; Valdez, Fred; Tankersley, Kenneth B.; Weiss, Alison A. (2020). "Molecular genetic and geochemical assays reveal severe contamination of drinking water reservoirs at the ancient Maya city of Tikal". Scientific Reports. 10 (1): 10316.
- ^ Miller, Michael; Cincinnati, University of. "Ancient Maya reservoirs contained toxic pollution: study". phys.org (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-15.
- ^ Kohler et al. (2017) Greater post-Neolithic wealth disparities in Eurasia than in North America and Mesoamerica. Nature (551) : 619–622.
- ^ Webster 2002, pp. 83-84.
- ^ Jones 1998, pp. 218-219. Means 1917, p. 167.
- ^ Kelly 1996, p. 139.
- ^ Adams 2000, p. 19.
- ^ Adams 2000, p. 30.
- ^ Martin & Grube 2000, p. 43.
- ^ Webster 2002, p. 29.
- ^ "StarWars.com | The Official Star Wars Website". StarWars.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-15.
- ^ "0.50 Quetzal, Guatemala". en.numista.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-15.
- ^ Moonraker Special Edition, Region 2 booklet. United Artists. 2000.
- ^ Coe 1967, 1988, p. 10.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Tikal, X'inhi Tikal? Xi tfisser Tikal?
Tikal tiˈkɑːl Tik al bl ortografija moderna tal Maja hija l fdal ta belt antika li x aktarx kienet tissejjaħ Yax Mutal u li tinsab f foresta tropikali fil Gwatemala Hija wieħed mill ikbar siti arkeoloġiċi u ċentri urbani taċ ċivilizzazzjoni tal Maja pre Kolumbjana Tinsab fir reġjun arkeoloġiku tal Baċir ta Peten fit territorju attwali tat Tramuntana tal Gwatemala Is sit jinsab fid dipartiment ta El Peten u huwa parti mill Park Nazzjonali ta Tikal Fl 1979 sar Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO It Tempju I ta Tikal huwa għoli 47 metru 154 pied Tikal kienet il belt kapitali ta stat ħakkiem li sar wieħed mill izjed renji setgħana tal Maja tal qedem Għalkemm l arkitettura monumentali tas sit tmur lura saħansitra tas seklu 4 Q K Tikal laħqet il quċċata tagħha matul il Perjodu Klassiku għall ħabta tal 200 sad 900 Matul dak iz zmien il belt iddominat il biċċa l kbira tar reġjun tal Maja politikament ekonomikament u militarment filwaqt li interaġixxiet ma zoni fil Mesoamerka kollha bħall metropoli l kbira ta Teotihuacan fil Wied tal Messiku daqstant il bogħod Hemm evidenza li Tikal inħakmet minn Teotihuacan fis seklu 4 W K Wara t tmiem tal Perjodu Klassiku Aħħari ma nbena l ebda monument maġġuri f Tikal u hemm evidenza li l palazzi tal elit ingħataw in nar Dan l avvenimenti mexew id f id ma tnaqqis gradwali fil popolazzjoni u laħqu l qofol tagħhom fl abbandun tas sit sal aħħar tas seklu 10 Tikal hija l izjed belt mifhuma minn kwalunkwe waħda mill bliet tal Maja l kbar fl artijiet baxxi b lista twila ta mexxejja dinastiċi bl iskoperta tal oqbra ta bosta mill mexxejja fuq din il lista u bl investigazzjoni tal monumenti tat tempji u tal palazzi tagħhom EtimoloġijaGlifiċi emblematiċi ta isem Tikal L isem Tikal jaf oriġina minn ti ak al fil lingwa tal Maja tal jingħad li huwa isem relattivament modern li jfisser f ġibjun Milli jidher l isem ingħata lil wieħed mill ġibjuni antiki tas sit mill kaċċaturi u mill vjaġġaturi fir reġjun Interpretazzjoni oħra tal isem hi li jfisser il post tal vuċijiet fil lingwa tal Maja ta Itza Madankollu Tikal mhuwiex l isem antik tas sit izda pjuttost l isem li ġie adottat ftit wara l iskoperta tas sit fis snin 40 tas seklu 19 Il kitbiet ġeroglifiċi fil fdalijiet jirreferu għall belt antika bħala Yax Mutal jew Yax Mutul li tfisser l ewwel Mutal Tikal jaf bdiet tissejjaħ hekk minħabba li Dos Pilas beda juza l istess glifiċi emblematiċi il mexxejja tal belt x aktarx li riedu jiddistingwu bejn il bliet b dan il mod Ir renju kollu kien jissejjaħ sempliċement Mutul li huwa l interpretazzjoni tal glifiċi emblematiċi tal qatta xagħar fir ritratt fuq il lemin It tifsira preċiza għadha mhux ċerta ĠeografijaMappa taz zona tal Maja fir reġjun Mesoamerikan Kemm Tikal kif ukoll Calakmul jinsabu qrib iċ ċentru taz zona L eqreb insedjamenti kbar moderni huma Flores u Santa Elena bejn wieħed u ieħor xi 64 kilometru 40 mil bogħod bit triq lejn il Lbiċ Tikal tinsab xi 303 kilometri 188 mil fit Tramuntana tal Tinsab 19 il kilometru 12 il mil fin Nofsinhar tal belt tal Maja kontemporanja ta u 30 kilometru 19 il mil fil Majjistral ta Il belt tinsab 100 kilometru 62 mil fix Xlokk tar rivali l kbira tagħha tal Perjodu Klassiku Calakmul u 85 kilometru 53 mil fil Majjistral tal alleat ta Calakmul li issa tinsab fil Belize Il belt ġiet immappjata għalkollox u kienet tkopri erja ikbar minn 16 il kilometru kwadru 6 2 mili kwadri li kienet tinkludi madwar 3 000 struttura It topografija tas sit tikkonsisti minn sensiela ta rdumijiet paralleli tal ġebla tal ġir il fuq minn artijiet baxxi u mtajna L arkitettura maġġuri tas sit hija raggruppata f zoni iktar għoljin li huma kkollegati b toroq olzati minn naħa għall oħra tal artijiet bassasa Iz zona madwar Tikal ġiet iddikjarata bħala l Park Nazzjonali ta Tikal u z zona ppreservata tkopri 570 kilometru kwadru 220 mil kwadru Dan il park inħoloq fis 26 ta Mejju 1955 taħt il patroċinju tal Instituto de Antropologia e Historia u kien l ewwel zona protetta fil Gwatemala Il fdalijiet jinsabu fost il foresti tropikali tat Tramuntana tal Gwatemala li kienu jiffurmaw in nieqa taċ ċivilizzazzjoni tal Maja fl artijiet baxxi Il belt stess kienet tinsab qalb art għammiela abbundanti u jaf iddominat rotta kummerċjali naturali mil Lvant għall Punent tul il Penizola tal Yucatan Fost is siġar il kbar tal Park Nazzjonali ta Tikal hemm il kapok ġgantesk Ceiba pentandra li kienet is siġra sagra tal Maja iċ ċedru tropikali Cedrela odorata u l kawba tal Ħonduras Swietenia macrophylla Fir rigward tal fawna wieħed jista jara regolarment l aguti il koati ta mnieħru abjad il volpi griz ix xadin ta Geoffroy ix xadin li jgħajjat l ajkla arpija il falkun id dundjan tal foresti il gwan it tukan il pappagall aħdar u n nemel li jaqta l weraq Jingħad ukoll li l ġagwar l ocelot u l cougar jgħixu fil park Tikal ma kellha l ebda ilma għajr dak li kien jinġabar mill ilma tax xita u jinħazen f għaxar ġibjuni L arkeologi li ħadmu f Tikal matul is seklu 20 sewwew wieħed minn dawn il ġibjuni antiki biex jaħznu l ilma għalihom stess Ix xita annwali medja li tinzel f Tikal tammonta għal 1 945 millimetru 76 6 pulzier Madankollu ix xita ġieli tinzel għal għarrieda u perjodi twal ta nixfa setgħu jseħħu qabel ma l għelejjel isiru li kienet theddida serja għall abitanti tal belt antika PopolazzjoniL istimi tal popolazzjoni ta Tikal ivarjaw minn 10 000 sa saħansitra 90 000 abitant Il popolazzjoni ta Tikal bdiet kurva kontinwa ta tkabbir mill bidu tal Perjodu Preklassiku bejn wieħed u ieħor fl 2000 Q K 200 W K bl eqqel livell fil Perjodu Klassiku Aħħari fejn il popolazzjoni kibret b mod rapidu mis 700 W K sat 830 u mbagħad kien hemm deklin qawwi Għaz zona ta 120 kilometru kwadru 46 mil kwadru fi ħdan id difizi bit tajn tal periferija l ogħla popolazzjoni hija stmata li kienet 517 il persuna għal kull kilometru kwadru 1 340 persuna għal kull mil kwadru F zona fi ħdan raġġ ta 12 il kilometru 7 5 mili tal qalba tas sit l ogħla popolazzjoni hija stmata li kienet tlaħħaq il 120 000 ruħ id densita tal popolazzjoni hija stmata li kienet 265 persuna għal kull kilometru kwadru 689 persuna għal kull mil kwadru F reġjun fi ħdan raġġ ta 25 kilometru 16 il mil mill qalba tas sit u inkluz xi siti anċillari l ogħla popolazzjoni hija stmata li kienet tlaħħaq l 425 000 ruħ b densita ta 216 il persuna għal kull kilometru kwadru 515 il persuna għal kull mil kwadru Dawn iċ ċifri rigward il popolazzjoni huma ferm iktar impressjonanti minħabba l artijiet bassasa estensiva li ma kinux adattati għall abitazzjoni jew għall agrikoltura Madankollu xi arkeologi bħal jemmnu li dawn iċ ċifri huma wisq għoljin Sit ta Wirt DinjiIl Park Nazzjonali ta Tikal ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1979 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta ħames kriterji tal għazla tal UNESCO bħala sit kulturali u naturali mħallat il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet il kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem il kriterju ix Ezempju straordinarju li jirrapprezenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl evoluzzjoni u fl izvilupp ta ekosistemi u ta komunitajiet ta pjanti u ta annimali terrestri tal ilma ħelu kostali u tal baħar u l kriterju x Post fejn hemm l iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall konservazzjoni fil post tad diversita bijoloġika inkluz fejn hemm speċijiet mhedda ta valur universali straordinarju mill perspettiva tax xjenza jew tal konservazzjoni StorjaPreklassika Maskra tal Maja li nstabet f Tikal Hemm traċċi ta biedja bikrija fis sit li jmorru lura saħansitra sal 1000 Q K fil Preklassiku Nofsani Ġabra ta bċejjeċ taċ ċeramika ta Mamon li jmorru lura għal madwar is 700 u l 400 Q K instabu f chultun issiġillat jiġifieri f kompartiment taħt l art b għamla ta flixkun Fil perjodu Preklassiku Aħħar f Tikal diġa kienet qed issir kostruzzjoni maġġuri u l ewwel binjiet tfaċċaw għall ħabta tal 400 u t 300 Q K inkluz il kostruzzjoni ta piramidi u pjattaformi maġġuri għalkemm il belt kienet għadha ferm izgħar minn siti oħra iktar fin Nofsinhar bħal u F dak iz zmien Tikal ipparteċipat fil kultura mifruxa ta Chikanel li ddominat iz zoni Ċentrali u tat Tramuntana tal Maja dak iz zmien reġjun li kien jinkludi l Penizola tal Yucatan kollha inkluz it Tramuntana u l Lvant tal Gwatemala u l Belize kollu Zewġ tempji li jmorru lura għaz zminijiet aħħarin ta Chikanel kellhom superstrutturi b ħitan bix xogħol fil ġebel li jaf kienu bil volti apposta li jħallu arkata jew spazju vojt fi ħdanhom għalkemm ma nstabux provi ta dan Wieħed minnhom kellu affreski elaborati mal ħitan ta barra li juru figuri umani fuq sfond ta tizjin ripetut bl isfar bl iswed bir roza u bl aħmar Fl ewwel seklu W K tfaċċaw l ewwel oqbra għonja u Tikal iffjorixxiet politikament u kulturalment filwaqt li l ġirien ġganteski tagħha fit Tramuntana majnaw Lejn l aħħar tal Preklassiku Aħħari l istil tal arti u tal arkitettura Izapan mill Kosta Paċifika beda jinfluwenza lil Tikal kif joħroġ fid dieher minn skultura miksura mill akropoli u mill affreski bikrin fil belt Klassika Bikrija It tmexxija dinastika fl artijiet baxxi tal Maja hija ankrata l iktar fil fond f Tikal Skont sejbiet ġeroglifiċi li saru iktar il quddiem id dinastija ġiet stabbilita minn x aktarx fl ewwel seklu W K Fil bidu tal perjodu Klassiku Bikri il poter fir reġjun tal Maja kien ikkonċentrat f Tikal u f Calakmul fil qalba tat territorju tal Maja Tikal jaf ibbenefikat mill waqgħa tal istati Preklassiċi l kbar bħal El Mirador Fil perjodu Klassiku Bikri Tikal malajr zviluppat fl izjed belt dinamika fir reġjun tal Maja u xprunat l izvilupp ta bliet tal Maja oħrajn fl inħawi Madankollu is sit spiss kien imdaħħal fi gwerer u mill kitbiet imnaqqxa nafu li kien hemm diversi alleanzi u kunflitti ma stati oħra tal Maja inkluz Uaxactun Caracol u Calakmul Is sit ġarrab telfa fl aħħar tal perjodu Klassiku Bikri kontra Caracol li ħadet post Tikal bħala ċ ċentru ewlieni fl artijiet baxxi tan Nofsinhar tal Maja Fil parti iktar bikrija tal Klassiku Bikri kien hemm ostilitajiet bejn Tikal u l ġar tagħha Uaxactun F Uaxactun fil fatt instabu dokumentazzjonijiet dwar il qbid ta priġunieri minn Tikal Milli jidher kien hemm waqfa fis suċċessjoni dinastika minn raġel għal ieħor lejn it 317 W K meta għamlet ċerimonja ta tmiem katun x aktarx bħala r reġina tal belt Tikal u Teotihuacan Jidher li l metropoli l kbira ta Teotihuacan fil Wied tal Messiku intervjeniet b mod deċiziv fil politka ta Tikal Diġa fil 200 W K Teotihuacan kellha ambaxxati f Tikal L erbatax il re ta Tikal kien Chak Tok Ich aak li tfisser litteralment Sieq tal Ġagwar il Kbir Chak Tok Ich aak bena palazz li ġie ppreservat u zviluppat mill mexxejja ta warajh sakemm sar il qalba tal Akropoli Ċentrali Ma tantx nafu wisq dwar Chak Tok Ich aak għajr li nqatel fl 14 ta Jannar 378 W K Fl istess jum wasal Siyah K ak li tfisser litteralment Twieled in Nar mill Punent wara li għadda minn sit fil Punent ta Tikal fit 8 ta Jannar Fuq l iStele 31 jissemma bħala s Sinjur tal Punent Siyah K ak x aktarx li kien ġeneral barrani irrapprezentat minn kitba ġeroglifika mhux tal Maja ta wieħed li jwaddab il lanez flimkien ma kokka kitba ġeroglifika magħrufa sew mill metropoli l kbira ta Teotihuacan fil Wied tal Messiku daqstant il bogħod Siyah K ak jaf kien anke l mexxej ta Teotihuacan Dawn l avvenimenti rreġistrati fil kitba ġeroglifika tal Maja jissuġġerixxu b mod qawwi li Siyah K ak mexxa invazjoni ta Tikal min naħa ta Teotihuacan u r re nattiv ta Tikal ġarrab telfa inqabad mill għadu u ġie ġġustizzjat minnufih Milli jidher Siyah K ak ġie megħjun minn fazzjoni politika b saħħitha f Tikal stess bejn wieħed u ieħor fl istess zmien tal ħakma grupp ta nattivi ta Teotihuacan kienu qed jirresjedu qrib il kumpless tad Dinja Mitlufa Huwa ezerċita kontroll ukoll fuq bliet oħra fl inħawi fosthom Uaxactun fejn sar re izda ma ħax it tron ta Tikal għalih innifsu Fi zmien sena ibnu Yax Nuun Ayiin I l Ewwel Kukkudrill sar il ħmistax il re ta Tikal meta kien għadu tifel u ngħata t tron fit 13 ta Settembru 379 Huwa rrenja għal 47 sena bħala r re ta Tikal u baqa vassall ta Siyah K ak sa ma dan miet X aktarx li Yax Nuun Ayiin I ħa mara mid dinastija ta Tikal ta qablu u b hekk leġittimizza d dritt ta tmexxija għal ibnu Siyaj Chan K awiil II sit zgħir madwar 100 kilometru 62 mil fil Grigal ta Tikal inħakem minn Tikal matul ir renju ta Yax Nuun Ayiin I Is sit sar qisu tarka ta Tikal u kien jiddefendiha mill bliet ostili iktar lejn it Tramuntana u sar kollegament kummerċjali mal Għalkemm il mexxejja l ġodda ta Tikal kienu barranin id dixxendenti tagħhom malajr saru midħla tal Maja Tikal saret l alleat u l imsieħeb kummerċjali ewlieni ta Teotihuacan fl artijiet baxxi tal Maja Wara li nħakmet minn Teotihuacan Tikal malajr iddominat ir reġjun ta Peten fit Tramuntana u fil Lvant Uaxactun flimkien ma rħula zgħar oħra fir reġjun ġew assorbiti fir renju ta Tikal Siti oħra bħal u ħdejn il Lag ta Peten Itza saru vassalli tal ġar iktar setgħan tagħhom lejn it Tramuntana Sa nofs is seklu 5 Tikal kellha territorju ewlieni ta mill inqas 25 kilometru 16 il mil f kull direzzjoni Għall ħabta tas seklu 5 inbniet sistema impressjonanti ta fortifikazzjonijiet b fosos u bi ħniedaq tul il periferija tat Tramuntana ta Tikal flimkien mad difizi naturali pprovduti minn zoni kbar ta artijiet bassasa fil Lvant u fil Punent tal belt X aktarx li nbnew ukoll fortifikazzjonijiet oħra lejn in Nofsinhar Dawn id difizi pproteġew lill popolazzjoni ewlenija u r rizorsi agrikoli ta Tikal f erja ta madwar 120 kilometru kwadru 46 mil kwadru Riċerka reċenti tissuġġerixxi li l ħniedaq kienu jintuzaw bħala sistema ta ġbir tal ilma iktar milli għad difiza Tikal u Copan Fis seklu 5 il poter tal belt kien iwassal saħansitra sa Copan fin Nofsinhar u l fundatur tagħha K inich Yax K uk Mo kellu rabtiet ċari ma Tikal Copan stess ma kinitx f reġjun etniku tal Maja u l istabbiliment tad dinastija ta Copan x aktarx li kienet tinvolvi l intervent dirett ta Tikal K inich Yax K uk Mo wasal f Copan f Diċembru 426 u mill analizi tal għadam tiegħu nafu li qatta tfulitu u zgħozitu f Tikal Individwu magħruf bħala Ajaw K uk Mo jew is Sinjur K uk Mo jissemma f test bikri f Tikal u jaf kien l istess persuna Il qabar tiegħu kellu karatteristiċi ta Teotihuacan u iktar il quddiem ġie mpinġi bl ilbies tal ġellieda ta Teotihuacan Kitbiet ġeroglifiċi jirreferu għalih bħala s Sinjur tal Punent l istess bħal Siyah K ak Fl istess zmien fl aħħar tal 426 Copan stabbiliet is sit ta fil qrib possibbilment sponsorjata minn Tikal stess L istabbiliment ta dawn iz zewġ ċentri jaf kien parti minn sforz biex tiġi imposta l awtorita ta Tikal fuq il parti tax Xlokk tar reġjun tal Maja L interazzjoni bejn dawn is siti u Tikal kienet waħda intensiva matul it tliet sekli ta wara Rivalita twila bejn Tikal u Calakmul bdiet fis seklu 6 u kull waħda miz zewġt ibliet iffurmat in network tagħha ta alleanzi ostili għal xulxin u dan x aktarx wassal għal gwerra twila bejn iz zewġ superpotenzi tal Maja Ir rejiet ta dawn iz zewġ bliet kapitali adottaw it titlu ta kaloomte terminu li ġiex tradott b mod preċiz izda li jimplika xi ħaġa bħal re għoli Fil bidu tas seklu 6 laħqet reġina oħra bħala mexxejja tal belt magħrufa bħala s Sinjura ta Tikal li x aktarx kienet bint Chak Tok Ich aak II Milli jidher qatt ma mexxiet waħedha izda dejjem kellha magħha mexxejja rġiel L ewwel wieħed minnhom kien Kaloomte B alam li milli jidher kellu karriera twila bħala ġeneral f Tikal qabel ma sar mexxej mar reġina u fid 19 il post fis sekwenza dinastika Is Sinjura ta Tikal stess ma ġietx magħduda fis sekwenza dinastika numerika Iktar il quddiem x aktarx li ngħaqad magħha bħala mexxej is Sinjur Difer ta Għasfur li jingħad li kien l 20 mexxej Klassika Aħħarija Pawza fil kontinwita tal poter ta Tikal Il pjazza prinċipali matul iċ ċelebrazzjonijiet tas solstizju tax xitwa F nofs is seklu 6 milli jidher Caracol saret alleata ta Calakmul u għelbu lil Tikal u b hekk temmew il perjodu Klassiku Bikri Din il pawza fil kontinwita tal poter ta Tikal x aktarx li seħħet bejn l aħħar tas seklu 6 u l aħħar tas seklu 7 fejn kien hemm qabza fil kitba tal kitbiet imnaqqxa u fil kostruzzjoni fuq skala kbira f Tikal Fl aħħar nofs tas seklu 6 W K il belt għaddiet minn krizi kbira fejn ma tħejjiet l ebda stele ġdida u fejn kien hemm mutilazzjoni mifruxa tal iskulturi pubbliċi Din il pawza fl attivita kontinwa ta Tikal kienet misteru għal zmien twil izda mbagħad ġew iddeċifrati epigrafi oħra li identifikaw li dak il perjodu seħħ wara t telfa komprensiva li ġarrbet Tikal kontra l alleanza ta Calakmul u ta Caracol fil 562 telfa li milli jidher irrizultat fil qbid u fis sagrifiċċju tar re ta Tikal L Artal 21 f Caracol ħafna minnu miekul mill elementi jiddeskrivi kif Tikal ġarrbet din it telfa dizastruza fi gwerra maġġuri li seħħet f April 562 Milli jidher Caracol alleat ruħha ma Calakmul fil kunflitt usa bejn il belt u Tikal u t telfa ta Tikal kellha impatt kbir għal zmien twil fuq il belt Ir rikkezzi ta Tikal ma ġewx misruqa izda l poter u l influwenza li kellha ntilfu Wara r rebħa kbira tagħha Caracol kibret malajr u parti mill popolazzjoni ta Tikal jaf ġiet rilokata hemmhekk Matul il pawza fil kontinwita tal poter ta Tikal mill inqas mexxej wieħed ta Tikal fittex refuġju ma Janaab Pakal ta Palenque vittma ieħor ta Calakmul Calakmul stagħnat matul il pawza twila fil kontinwita tal poter ta Tikal Din il pawza serviet bħala markatur li l arkeologi juzaw biex jiddistingwu bejn il perjodu Klassiku tal kronoloġija Mesoamerikana u l perjodu Klassiku Bikri u Aħħari Tikal u Dos Pilas Fis 629 Tikal stabbiliet lil xi 110 kilometri 68 mil fil Lbiċ bħala stazzjonament militari sabiex tikkontrolla l kummerċ tul ix xmara B alaj Chan K awiil tela fuq it tron tal istazzjonament il ġdid meta kellu erba snin fis 635 Meta kiber għal bosta snin serva bħala vassall leali u ġġieled għal ħuh ir re ta Tikal Bejn wieħed u ieħor għoxrin sena wara Dos Pilas ġie attakkat minn Calakmul u ġarrab telfa kbira B alaj Chan K awiil inqabad mir re ta Calakmul izda minflok ġie ssagrifikat reġa ngħata t tron bħala vassall tal eks għadu tiegħu Huwa attakka lil Tikal fis 657 u ġiegħel lil Nuun Ujol Chaak ir re ta Tikal ta dak iz zmien jabbanduna l belt temporanjament L ewwel zewġ mexxejja ta Dos Pilas komplew juzaw il ġeroglifiċi emblematiċi ta Mutal li kienu ta Tikal u x aktarx li ħassew li kienu leġittimi biex jieħdu t tron ta Tikal stess Għall istess raġuni B alaj Chan K awiil ma sarx il mexxej il ġdid ta Tikal u minflok baqa f Dos Pilas Tikal wettqet kontroattakk kontra Dos Pilas fis 672 u wasslet biex B alaj Chan K awiil jaħrab f ezilju li dam ħames snin Calakmul ipprovat tiċċirkonda lil Tikal fi ħdan zona ddominata mill alleati tagħha fosthom El Peru Dos Pilas u Caracol Fis 682 Jasaw Chan K awiil I bena l ewwel monument datat f Tikal f 120 sena u ħa t titlu ta kaloomte u b hekk temm din il pawza fil poter Huwa ta bidu għal programm ġdid ta kostruzzjoni u ħadha qatta bla ħabel kontra Calakmul sakemm fis 695 irnexxielu jaqbad il mexxej tal għadu u b hekk xeħet lill istat għadu tiegħu f perjodu twil ta deklin li qatt ma rkupra minnu għalkollox Wara dan l avveniment Calakmul qatt ma reġgħet bniet monument biex tiċċelebra xi rebħa militari Tikal wara Teotihuacan Sas seklu 7 ma kien hemm l ebda prezenza attiva ta Teotihuacan f xi sit tal Maja u ċ ċentru ta Teotihuacan inqered sas sena 700 Anke wara dan il perjodu l ilbies militari formali mnaqqax jew impinġi fuq il monumenti kellu stil ta Teotihuacan Jasaw Chan K awiil I u l eredi tiegħu Yik in Chan K awiil komplew l ostilitajiet kontra Calakmul u l alleati tagħha u imponew kontroll reġjonali rigoruz fuq iz zona madwar Tikal estiza saħansitra sat territorju madwar il Lag ta Peten Itza Dan iz zewġ mexxejja kienu responsabbli għall biċċa l kbira tal arkitettura impressjonanti vizibbli llum il ġurnata Fis 738 Quirigua li kienet vassall ta Copan l alleat ewlieni ta Tikal fin Nofsinhar qalbet l alleanza tagħha favur Calakmul rebħet kontra Copan u kisbet l indipendenza tagħha stess Milli jidher dan kien sforz konxju min naħa ta Calakmul sabiex twassal għall qerda tal alleati ta Tikal fin Nofsinhar Dan biddel il bilanċ fil poter taz zona tan Nofsinhar tal Maja u wassal għal deklin rapidu ta Copan Fis seklu 8 il mexxejja ta Tikal ġabru xi monumenti mill belt u tellgħuhom quddiem l Akropoli tat Tramuntana Sal aħħar tas seklu 8 u l bidu tas seklu 9 l attivita f Tikal majnat Xorta waħda nbniet arkitettura impressjonanti izda ftit kitbiet ġeroglifiċi jirreferi għall mexxejja li ġew wara Klassika Terminali Veduta tal qalba ta Tikal min Nofsinhar bit Tempju I fin nofs l Akropolit tat Tramuntana fuq ix xellug u l Akropoli Ċentrali fuq il lemin Sas seklu 9 il krizi tal waqgħa tal Maja tal perjodu Klassiku kienet qed taħkem ir reġjun kollu il popolazzjonijiet bdew jonqsu drastikament u belt wara l oħra bdiet tispiċċa fix xejn Kulma jmur gwerer endemiċi fir reġjun tal Maja wasslu biex il popolazzjoni ta Tikal tkun ikkonċentrata b mod massiċċ qrib il belt stess u b hekk ġie aċċellerat l uzu tal agrikoltura intensiva li kkontribwixxa għad deklin ambjentali korrispondenti Il kostruzzjoni kompliet fil bidu tas seklu bil bini tat Tempju 3 l aħħar tal piramidi maġġuri tal belt kif ukoll il bini ta monumenti li mmarkaw il waslu tad 19 il K atun fit 810 Il bidu tal għaxar Bak tun fit 830 sar bla ċelebrazzjonijiet u jimmarka l bidu ta pawza ta 60 sena fil kontinwita tal attivita f Tikal li probabbilment irrizultat mill kollass tal kontrol ċentrali fil belt Matul din il pawza siti anċillari li tradizzjonalment kienu taħt il kontroll ta Tikal bdew jibnu l monumenti tagħhom stess biex jiċċelebraw lill mexxejja lokali u xorta waħda uzaw il glifiċi emblematiċi ta Mutal Kulma jmur Tikal milli jidher ma kellhiex iktar l awtorita jew il poter biex twaqqaf ħesrem dawn it tentattivi ta indipendenza Fit 849 Jewel K awiil jissemma fuq stele f u jingħad li zar il belt bħala s Sinjur Divin ta Tikal għalkemm ma ġie rreġistrat imkien iktar u l poter li xi darba kellha Tikal kien kwazi spiċċa fix xejn Sa dak iz zmien is siti ta u kienu wirtu l glifiċi emblematiċi ta Mutal li fl imgħoddi kien eskluzivi L arkeologu direttur fuq il post tal Proġett ta Tikal Shook kien strumentali wkoll biex jiġi stabbilit l ewwel Park Nazzjonali tal Gwatemala f Tikal Meta Tikal u l periferija tagħha laħqu l ogħla popolazzjoni iz zona batiet minħabba d deforestazzjoni l erozjoni u t telf tan nutrijenti li ġew segwiti minn deklin rapidu fil livelli tal popolazzjoni Analizi reċenti tindika wkoll li l għejun tal ilma ħelu tal belt saru kkontaminati ferm bil bil fosfati u biċ ċjanobatterji u dan wassal biex jakkumulaw it tossini Tikal u l inħawi tal madwar milli jidher tilfu l biċċa l kbira tal popolazzjoni tagħhom bejn it 830 u d 950 u magħha l awtorita ċentrali wkoll Ma tantx hemm evidenza minn Tikal li l belt kienet affettwata direttament minn xi gwerer endemiċi li affettwaw partijiet mir reġjun tal Maja matul il perjodu Klassiku Terminali għalkemm influss ta refuġjati mir reġjun ta Petexbatun jaf zied il problemi li rrizultaw mir rizorsi ambjentali li diġa kienu minimi Fl aħħar nofs tas seklu 9 kien hemm tentattiv biex il poter irjali fil belt imċekkna ferm ta Tikal jerġa jingħata l ħajja kif joħroġ fid dieher minn stele li ttellgħet fil Pjazza l Kbira minn Jasaw Chan K awiil II fit 869 Dan kien l aħħar monument li nbena jew li ttella f Tikal qabel ma l belt sfat fix xejn L eks siti anċillari ta Tikal bħal Jimbal u Uaxactun ma tantx damu wisq iktar u tellgħu l aħħar monumenti tagħhom fit 889 Sal aħħar tas seklu 9 il maġġoranza l kbira tal popolazzjoni ta Tikal telqet mill belt il palazzi rjali tagħha ġew okkupati b mod abbuziv u bdew jinbnew abitazzjonijiet sempliċi bil ħuxlief fil pjazez ċerimonjali tal belt Dawk li kienu qed jokkupaw il binjiet b mod abbuziv imblukkaw xi daħliet fil kmamar li kienu qed jokkupaw fl istrutturi monumentali tas sit u ħallew bosta skart li kien jinkludi taħlita ta skart domestiku u oġġetti mhux utilitarji bħal strumenti muzikali Dawn l abitanti reġgħu uzaw il monumenti bikrin għall attivitajiet ritwali tagħhom stess ferm differenti minn dawk tad dinastija rjali li kienet bniethom Xi monumenti ġew ivvandalizzati u wħud tressqu f postijiet ġodda Qabel l abbandun finali tas sit kull rispett għall mexxejja antiki kien għeb u l oqbra tal Akropoli tat Tramuntana ġew esplorati għall ġada filwaqt li r rikkezzi tal oqbra iktar aċċessibbli ġew misruqa Wara d 950 Tikal kienet kwazi vojta għalkollox għalkemm jaf kien għad fadal xi popolazzjoni zgħira f xi għorfiet qalb il fdalijiet Anke dawn l abitanti finali abbandunaw il belt fis sekli 10 u 11 u l foresta tropikali għattiet il fdalijiet għall elf sena ta wara Ftit mill popolazzjoni ta Tikal jaf marret tgħix fir reġjun tal Lagi ta Peten li baqgħu b popolazzjoni kbira minkejja t tnaqqis fil livelli tal popolazzjoni fl ewwel nofs tas seklu 9 L izjed kawza probabbli tal waqgħa ta Tikal hija l popolazzjoni eċċessiva u l falliment agrarju Il waqgħa ta Tikal kienet daqqa ta ħarta għall qalba taċ ċivilizzazzjoni tal Maja Klassika peress li l belt kienet minn ta quddiem fil ħajja tal qorti fl arti u fl arkitettura għal izjed minn elf sena b dinastija mexxejja antika Madankollu riċerka ġdida rigward elementi paleoambjentali mis sistema ta ġibjuni ta Tikal tissuġġerixxi li nixfa meteoroloġika jaf wasslet għall abbandun ta Tikal minħabba l kontaminazzjoni ta xi ġibjuni qrib it tempju u l palazz bl algi filwaqt li l ilma minn ġibjuni oħra baqa tajjeb għax xorb Il binjiet ġew impittra biċ ċinabru b kontenut tal merkurju li jaf inġarr mal ilma tax xita u niġġes xi ġibjuni Ix xogħlijiet ta Kohler u kollegi tiegħu wrew li din il belt kienet laħqet livell mhux sostenibbli ta inugwaljanzi lejn l aħħar tagħha Moderna Wieħed mir ritratti ta Tikal ta Maudsley tal 1882 li ttieħed wara t tneħħija tal veġetazzjoni Fl 1525 il konkwistatur Spanjol għadda ftit kilometri l bogħod mill fdalijiet ta Tikal izda ma semmihomx fl ittri tiegħu Wara li l patri Spanjol ntilef fil foresti ta Peten fil bidu tal 1696 huwa ddeskriva fdal li jaf kien dak ta Tikal Bħalma sikwit jiġri fil kaz ta fdalijiet antiki kbar l għarfien dwar is sit qatt ma jkun intilef għalkollox fir reġjun Milli jidher il poplu lokali qatt ma nesa l belt ta Tikal u ggwidaw spedizzjonijiet tal Gwatemala lejn il fdalijiet fis snin 50 tas seklu 19 Xi rakkonti ta rakkonti jew saħansitra ta rakkonti oħra dwar Tikal ġew stampati mill bidu tas seklu 17 u komplew permezz tal kitbiet ta fil bidu tas seklu 19 Stephens u l illustratur semgħu xnigħat ta belt mitlufa bil qċaċet ta binjiet bojod ħerġin mill kanopew tal ġungla matul il vjaġġi tagħhom fir reġjun fl 1839 1840 Madankollu minħabba kemm kien remot is sit mill bliet moderni l ebda esploratur ma zar Tikal qabel u fl 1848 rispettivament il kummissarju u l gvernatur ta Peten L artist Eusebio Lara akkumpanjahom u r rakkont tagħhom ġie ppubblikat fil Ġermanja fl 1853 Saru diversi spedizzjonijiet oħra li komplew jinvestigaw jimmappjaw u jieħdu ritratti ta Tikal fis seklu 19 inkluz dik ta Alfred P Maudslay fl 1881 1882 u fil bidu tas seklu 20 Xi arkeologi pijunieri bdew jnaddfu jimmappjaw u jirreġistraw il fdalijiet fis snin 80 tas seklu 19 Tpinġija ta Tikal li saret minn Eusebio Lara vizitatur ta nofs is seklu 19 Fl 1951 inbena mitjar zgħir fil fdalijiet li qabel setgħu jintlaħqu biss wara diversi jiem ta vjaġġar bil mixi jew bil ħmar minn ġol ġungla Fl 1956 il Proġett ta Tikal beda jimmappja l belt fuq skala li qabel ma kinitx prevista fir reġjun tal Maja Mill 1956 sal 1970 twettqu skavi arkeoloġiċi maġġuri mill Proġett ta Tikal tal Universita ta Dawn immappjaw il biċċa l kbira tas sit u rrestawrar ħafna mill istrutturi Skavi mmexxija minn Edwin M Shook u wara minn William Coe fl universita investigaw l Akropoli tat Tramuntana u l Pjazza Ċentrali mill 1957 sal 1969 Il Proġett ta Tikal irreġistra izjed minn 200 monument fis sit Fl 1979 il gvern tal Gwatemala beda proġett arkeoloġiku ieħor f Tikal li baqa għaddej sal 1984 Ir reġista uza lil Tikal biex jiġbed il qamar fittizju Yavin 4 fl ewwel film ta l Episodju IV A New Hope li nħareġ fl 1977 It Tempju I ta Tikal deher fuq in naħa ta wara tal karta tal flus ta 50 centavo Eon Productions uzaw is sit għall ġbid tal film ta Moonraker Is sit ta Tikal issa sar attrazzjoni turistika kbira mdawwar bil park nazzjonali tiegħu stess F Tikal inbena muzew li tlesta fl 1964 BiblijografijaAdams Richard E W 2000 Introduction to a Survey of the Native Prehistoric Cultures of Mesoamerica In Richard E W Adams Murdo J Macleod eds The Cambridge History of the Native Peoples of the Americas Vol II Mesoamerica part 1 Cambridge UK Cambridge University Press pp 1 44 ISBN 978 0 521 35165 2 OCLC 33359444 Andrews E Wyllys William L Fash 2005 Issues in Copan Archaeology In E Wyllys Andrews William L Fash eds Copan The History of an Ancient Maya Kingdom Santa Fe and Oxford School of American Research Press and James Currey Ltd pp 395 425 ISBN 978 0 85255 981 9 OCLC 56194789 Banco de Guatemala Monedas in Spanish Banco de Guatemala Retrieved 13 November 2009 Berlin Heinrich April 1967 The Destruction of Structure 5D 33 1st at Tikal American Antiquity 32 2 241 242 doi 10 2307 277915 ISSN 0002 7316 JSTOR 277915 OCLC 754651089 S2CID 163207109 Coe Michael D 1999 The Maya Ancient peoples and places series 6th fully revised and expanded ed London and New York Thames amp Hudson ISBN 978 0 500 28066 9 OCLC 59432778 Coe William R 1988 1967 Tikal Guia de las Antiguas Ruinas Mayas in Spanish Guatemala Piedra Santa ISBN 978 84 8377 246 1 Drew David 1999 The Lost Chronicles of the Mayan Kings Los Angeles University of California Press Fash William L Ricardo Agurcia Fasquelle 2005 Contributions and Controversies in the Archaeology and History of Copan In E Wyllys Andrews William L Fash eds Copan The History of an Ancient Maya Kingdom Santa Fe and Oxford School of American Research Press and James Currey Ltd pp 3 32 ISBN 978 0 85255 981 9 OCLC 56194789 Gill Richardson B 2000 The Great Maya Droughts Water Life and Death Albuquerque University of New Mexico Press ISBN 978 0 8263 2194 7 OCLC 43567384 Hammond Norman 2000 The Maya Lowlands Pioneer Farmers to Merchant Princes In Richard E W Adams Murdo J Macleod eds The Cambridge History of the Native Peoples of the Americas Vol II Mesoamerica part 1 Cambridge UK Cambridge University Press pp 197 249 ISBN 978 0 521 35165 2 OCLC 33359444 Harrison Peter D 2006 Maya Architecture at Tikal In Nikolai Grube ed Maya Divine Kings of the Rain Forest Eva Eggebrecht and Matthias Seidel assistant eds Koln Konemann pp 218 231 ISBN 978 3 8331 1957 6 OCLC 71165439 Hidinger Lori A 1996 Measuring the Impacts of Ecotourism on Animal Populations A Case Study of Tikal National Park Guatemala PDF Yale Forestry amp Environment Bulletin 99 1 45 59 Jones Grant D 1998 The Conquest of the Last Maya Kingdom Stanford California USA Stanford University Press ISBN 9780804735223 OCLC 38747674 Kelly Joyce 1996 An Archaeological Guide to Northern Central America Belize Guatemala Honduras and El Salvador Norman University of Oklahoma Press ISBN 978 0 8061 2858 0 OCLC 34658843 Kerr Justin n d A Precolumbian Portfolio online database FAMSI Research Materials Foundation for the Advancement of Mesoamerican Studies Inc Retrieved 13 June 2007 Looper Matthew G 1999 New Perspectives on the Late Classic Political History of Quirigua Guatemala Ancient Mesoamerica 10 2 263 280 doi 10 1017 S0956536199101135 ISSN 0956 5361 OCLC 86542758 S2CID 161977572 Looper Matthew G 2003 Lightning Warrior Maya Art and Kingship at Quirigua Linda Schele series in Maya and pre Columbian studies Austin University of Texas Press ISBN 978 0 292 70556 2 OCLC 52208614 Martin Simon Nikolai Grube 2000 Chronicle of the Maya Kings and Queens Deciphering the Dynasties of the Ancient Maya London and New York Thames amp Hudson ISBN 978 0 500 05103 0 OCLC 47358325 Martin Simon Nikolai Grube 2008 Chronicle of the Maya Kings and Queens Deciphering the Dynasties of the Ancient Maya 2nd revised ed London and New York Thames amp Hudson ISBN 978 0 500 28726 2 OCLC 191753193 Martinez Horacio David Webster Jay Silverstein Timothy Murtha Kirk Straight Irinna Montepeque 2004 J P Laporte B Arroyo H Escobedo H Mejia eds Reconocimiento en la periferia de Tikal Los Terraplenes Norte Oeste y Este nuevas exploraciones y perspectivas PDF XVII Simposio de Investigaciones Arqueologicas en Guatemala 2003 in Spanish Museo Nacional de Arqueologia y Etnologia Guatemala pp 635 641 Archived from the original PDF on 14 September 2011 Retrieved 24 June 2009 Means Philip Ainsworth 1917 History of the Spanish Conquest of Yucatan and of the Itzas Papers of the Peabody Museum of American Archaeology and Ethnology Harvard University Vol VII Cambridge Massachusetts USA Peabody Museum of Archaeology and Ethnology OCLC 681599 Miller Mary Ellen 1999 Maya Art and Architecture London and New York Thames amp Hudson ISBN 978 0 500 20327 9 OCLC 41659173 Miller Mary Karl Taube 1993 The Gods and Symbols of Ancient Mexico and the Maya An Illustrated Dictionary of Mesoamerican Religion London Thames amp Hudson ISBN 978 0 500 05068 2 OCLC 27667317 Morales Tirso Benito Burgos Miguel Acosta Sergio Pinelo Marco Tulio Castellanos Leopoldo Gonzalez Francisco Castaneda Edy Barrios Rudy Larios et al 2008 J P Laporte B Arroyo H Mejia eds Trabajos realizados por la Unidad de Arqueologia del Parque Nacional Tikal 2006 2007 PDF XXI Simposio de Arqueologia en Guatemala 2007 in Spanish 413 436 Archived from the original PDF on 14 September 2011 Retrieved 21 June 2011 Puleston Dennis E Donald W Callender Jr 1967 Defensive Earthworks at Tikal Expedition University of Pennsylvania 9 3 40 48 ISSN 0014 4738 OCLC 1568625 Salisbury David Mimi Koumenalis Barbara Moffett 19 September 2002 Newly revealed hieroglyphs tell story of superpower conflict in the Maya world PDF Exploration The Online Research Journal of Vanderbilt University OCLC 50324967 Archived from the original PDF online publication on 2 November 2014 Retrieved 22 September 2009 Schele Linda Peter Mathews 1999 The Code of Kings The language of seven Maya temples and tombs New York Simon amp Schuster ISBN 978 0 684 85209 6 OCLC 41423034 Sharer Robert J Loa P Traxler 2006 The Ancient Maya 6th fully revised ed Stanford CA Stanford University Press ISBN 978 0 8047 4817 9 OCLC 57577446 Silverstein Jay David Webster Horacio Martinez Alvaro Soto 2009 Rethinking the Earthworks of Tikal A Hydraulic Hypothesis for the Classic Maya Polity Ancient Mesoamerican 20 1 Cambridge Journals StarWars com Star Wars Episode IV A New Hope Lucasfilm Archived from the original on 29 December 2009 Retrieved 13 November 2009 Torres Estuardo Parque Nacional Tikal in Spanish Ministerio de Cultura y Deportes Archived from the original on 18 December 2009 Retrieved 30 July 2014 UNESCO World Heritage Center Tikal National Park UNESCO World Heritage Center Retrieved 13 November 2009 Valdes Juan Antonio Fahsen Federico 2005 Disaster in Sight The Terminal Classic at Tikal and Uaxactun In Arthur A Demarest Prudence M Rice Don S Rice eds The Terminal Classic in the Maya lowlands Collapse transition and transformation Boulder University Press of Colorado pp 162 194 ISBN 978 0 87081 822 6 OCLC 61719499 Webster David L 2002 The Fall of the Ancient Maya Solving the Mystery of the Maya Collapse London Thames amp Hudson ISBN 978 0 500 05113 9 OCLC 48753878 Referenzi Tokovinine Alexandre 2008 Lords of Tikal Narratives and Identities Peabody Museum of Archaeology and Ethnology Harvard University 4 CyArk CyArk Miġbur 2022 08 14 a b ċ Centre UNESCO World Heritage Tikal National Park UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 08 14 Sharer amp Traxler 2006 p 1 Hammond 2000 p 233 Martin amp Grube 2008 pp 29 32 Adams 2000 p 34 Martin amp Grube 2000 p 30 Drew 1999 p 136 Schele amp Mathews 1999 p 64 Sharer amp Traxler 2006 p 1 Kelly 1996 pp 111 112 Webster 2002 p 118 Webster 2002 p 118 Coe 1999 p 104 Drew 1999 p 185 Kelly 1996 p 140 Kelly 1996 p 140 Coe 1967 pp 9 10 Hidinger 1996 p 52 Coe 1999 p 124 Webster 2002 p 239 Webster 2002 p 264 Webster 2002 p 262 Coe 1999 p 55 Coe 1999 p 55 Coe 1999 pp 73 80 Coe 1999 p 75 Coe 1999 p 78 Coe 1999 p 90 Miller 1999 pp 88 89 Webster 2002 p 191 Sharer 1994 p 265 Kelly 1996 p 129 Martin amp Grube 2000 p 27 The Origins amp Collapse of the Preclassic Maya in the Mirador Basin Richard Hansen at The Library of Congress 2014 Webster 2002 p 192 Drew 1999 p 199 Coe 1999 pp 90 91 Webster 2002 p 133 Drew 1999 p 201 a b Drew 1999 p 200 Coe 1999 p 97 Drew 1999 pp 201 202 Silverstein 2009 Wyllys Andrews amp Fash 2005 p 407 Fash amp Agurcia Fasquelle 2005 p 26 Looper 2003 p 37 Looper 2003 p 38 Looper 1999 p 263 Webster 2002 pp 168 169 Martin amp Grube 2000 pp 38 39 Miller 1999 p 89 Coe 1999 p 94 Historical Dictionary of Mesoamerica by Walter Robert Thurmond Witschey and Clifford T Brown p 313 Webster 2002 pp 192 193 Webster 2002 p 193 a b Webster 2002 p 194 Miller u Taube 1993 p 20 Salisbury et al 2002 p 1 Salisbury et al 2002 pp 2 3 Salisbury et al 2002 p 2 Webster 2002 p 276 Hammond 2000 p 220 Miller 1999 p 105 Webster 2002 p 263 Looper 2003 p 79 Wyllys Andrews amp Fash 2005 p 408 Miller 1999 p 33 Martin amp Grube 2000 pp 52 53 Webster 2002 p 340 Martin amp Grube 2000 p 52 Martin amp Grube 2000 p 53 Martin amp Grube 2000 p 53 Cross Daniel T 2020 07 03 The Mayan city of Tikal succumbed to water pollution bl Ingliz Miġbur 2022 08 15 a b Webster 2002 p 273 Webster 2002 p 274 Tamberino Anthony T 2013 Ancient Maya Reservoirs and their Role in the Abandonment of Tikal Guatemala A Multi Proxy Investigation of Solid Sediment Cores Tezi bl Ingliz Arkivjat minn l oriġinal fl 2022 08 15 Miġbur 2022 08 15 Lentz David L Hamilton Trinity L Dunning Nicholas P Scarborough Vernon L Luxton Todd P Vonderheide Anne Tepe Eric J Perfetta Cory J Brunemann James Grazioso Liwy Valdez Fred Tankersley Kenneth B Weiss Alison A 2020 Molecular genetic and geochemical assays reveal severe contamination of drinking water reservoirs at the ancient Maya city of Tikal Scientific Reports 10 1 10316 Miller Michael Cincinnati University of Ancient Maya reservoirs contained toxic pollution study phys org bl Ingliz Miġbur 2022 08 15 Kohler et al 2017 Greater post Neolithic wealth disparities in Eurasia than in North America and Mesoamerica Nature 551 619 622 Webster 2002 pp 83 84 Jones 1998 pp 218 219 Means 1917 p 167 Kelly 1996 p 139 Adams 2000 p 19 Adams 2000 p 30 Martin amp Grube 2000 p 43 Webster 2002 p 29 StarWars com The Official Star Wars Website StarWars com bl Ingliz Miġbur 2022 08 15 0 50 Quetzal Guatemala en numista com bl Ingliz Miġbur 2022 08 15 Moonraker Special Edition Region 2 booklet United Artists 2000 Coe 1967 1988 p 10