Il Kastell ta San Pedro de la Roca bl Ispanjol Castillo de San Pedro de la Roca magħruf ukoll bl isem inqas formali ta C
Kastell ta' San Pedro de la Roca

Il-Kastell ta' San Pedro de la Roca (bl-Ispanjol: Castillo de San Pedro de la Roca (magħruf ukoll bl-isem inqas formali ta' Castillo del Morro) huwa fortizza tul il-kosta tal-belt Kubana ta' . Il-kastell jinsab madwar 6 mili (10 kilometri) fil-Lbiċ taċ-ċentru tal-belt u jħares lejn il-bajja. Il-kastell tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997, minħabba li tqies bħala l-iżjed eżempju komplut u ppreservat sew tal-arkitettura militari Spanjola-Amerikana.
Storja
Disinn inizjali
Fis-sit inbnew rivellin u batterija bejn l-1590 u l-1610 sabiex iħarsu l-belt ta' Santiago de Cuba. Fil-bidu tas-seklu 17 ġie ddisinjat forti ikbar minn (magħruf ukoll bħala Juan Battista Antonelli), membru tal-familja ta' inġiniera militari minn Milan, f'isem il-gvernatur tal-belt, , bħala difiża kontra l-attakki tal-pirati. Id-disinn ta' Antonelli ġie adattat għall-pożizzjoni tal-fortizza fuq ix-xaqlibiet weqfin tal-promontorju (il-morro) san-naħa ta' ġewwa tal-bajja. Inbena fuq sensiela ta' artijiet imtarrġin; b'kollox kien hemm erba' livelli prinċipali u tliet murati għall-artillerija. Il-provvisti kienu jiġu kkonsenjati bil-baħar u mbagħad kienu jinħażnu fil-maħżen il-kbir, li kien tħaffer direttament fil-blat, jew kienu jiġu ttrasportati sal-livell ta' fuq nett li kien jospita ċ-ċittadella. Il-kostruzzjoni taċ-ċittadella damet 62 sena, mill-1638 sat-tlestija fl-1700, għalkemm ix-xogħol fuq il-fortifikazzjoni ma kienx kontinwu. Antonelli reġa' ssejjaħ lejn Kuba fl-1598, ftit wara li kien beda l-proġett daqstant kbir, u eżempji oħra tax-xogħol tiegħu huma preżenti bħall-fortijiet tewmin ta' Fuerte del Cojimar u ta' Torreón de la Chorrera (Fuerte de Santa Doratea de Luna de Chorrera). Uħud mill-istrutturi mill-fortifikazzjoni bikrija iktar 'il quddiem ġew inkorporati fl-istruttura prinċipali.
Kostruzzjoni ulterjuri
Il-biża' ta' attakki tal-pirati kellu bażi sew. Waqt li l-fortizza kienet għadha qed tinbena fl-1662, pirati Ingliżi taħt it-tmexxija ta' ħadu l-kontroll ta' Santiago għal ġimagħtejn. Matul is-soġġorn tagħhom, huma qerdu parti mill-fortifikazzjoni u ħatfu l-artillerija. Wara li telqu, il-gvern Spanjol ordna r-rikostruzzjoni tal-parti tal-fortizza li kienet inqerdet u żied il-gwarniġjon għal 300 raġel. Bejn l-1663 u l-1669 l-inġiniera , u ħadu fuq it-tiswija tal-ħsarat u tejbu l-fortifikazzjonijiet billi saħħew il-ġnub u bnew pjattaforma ġdida għall-artillerija. Fl-1678 il-kastell felaħ għall-attakk ta' battaljun Franċiż u fl-1680 felaħ għal attakk ieħor minn 800 raġel immexxijin minn , it-tieni persuna fil-kmand tal-pirati tal-Antilli.
Bejn l-1675 u l-1692 il-fortizza ġarrbet ħsarat minn sensiela ta' terremoti u r-rikostruzzjoni kellha titwettaq taħt it-tmexxija ta' Francisco Pérez bejn l-1693 u l-1695. Fl-1738–1740 sar xogħol ieħor mill-inġinier , li kabbar iċ-ċittadella u lesta wħud mill-pjattaformi li kienu għadhom ma tlestewx, filwaqt li u wettqu t-tibdiliet finali fl-istruttura wara li reġgħet ġarrbet xi ħsarat minn terremoti bejn l-1757 u l-1766.
Sal-1775, il-biża' ta' xi attakk kien naqas, u l-partijiet tal-fortizza magħrufa bħala l-Blata (la Roca) u l-Istilla (la Estrella) ġew ikkonvertiti f'ħabs għall-priġunieri politiċi, għalkemm il-bqija tal-fortizza baqgħet tintuża bħala bażi militari. Reġgħet intużat bħala fortizza fl-1898 meta l-flotta tal-Istati Uniti attakkat lil Santiago de Cuba matul il-Gwerra bejn Spanja u l-Amerka.
Matul il-bidu tas-seklu 20 il-kastell ġie mitluq, iżda mbagħad ġie rrestawrat matul is-snin 60 tas-seklu 20 minn .
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Kastell ta' San Pedro de la Roca f'Santiago de Cuba ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".
Gallerija
Referenzi
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Kastell ta' San Pedro de la Roca, X'inhi Kastell ta' San Pedro de la Roca? Xi tfisser Kastell ta' San Pedro de la Roca?
Il Kastell ta San Pedro de la Roca bl Ispanjol Castillo de San Pedro de la Roca magħruf ukoll bl isem inqas formali ta Castillo del Morro huwa fortizza tul il kosta tal belt Kubana ta Il kastell jinsab madwar 6 mili 10 kilometri fil Lbiċ taċ ċentru tal belt u jħares lejn il bajja Il kastell tnizzel fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1997 minħabba li tqies bħala l izjed ezempju komplut u ppreservat sew tal arkitettura militari Spanjola Amerikana Il Kastell ta San Pedro de la Roca StorjaDisinn inizjali Fis sit inbnew rivellin u batterija bejn l 1590 u l 1610 sabiex iħarsu l belt ta Santiago de Cuba Fil bidu tas seklu 17 ġie ddisinjat forti ikbar minn magħruf ukoll bħala Juan Battista Antonelli membru tal familja ta inġiniera militari minn Milan f isem il gvernatur tal belt bħala difiza kontra l attakki tal pirati Id disinn ta Antonelli ġie adattat għall pozizzjoni tal fortizza fuq ix xaqlibiet weqfin tal promontorju il morro san naħa ta ġewwa tal bajja Inbena fuq sensiela ta artijiet imtarrġin b kollox kien hemm erba livelli prinċipali u tliet murati għall artillerija Il provvisti kienu jiġu kkonsenjati bil baħar u mbagħad kienu jinħaznu fil maħzen il kbir li kien tħaffer direttament fil blat jew kienu jiġu ttrasportati sal livell ta fuq nett li kien jospita ċ ċittadella Il kostruzzjoni taċ ċittadella damet 62 sena mill 1638 sat tlestija fl 1700 għalkemm ix xogħol fuq il fortifikazzjoni ma kienx kontinwu Antonelli reġa ssejjaħ lejn Kuba fl 1598 ftit wara li kien beda l proġett daqstant kbir u ezempji oħra tax xogħol tiegħu huma prezenti bħall fortijiet tewmin ta Fuerte del Cojimar u ta Torreon de la Chorrera Fuerte de Santa Doratea de Luna de Chorrera Uħud mill istrutturi mill fortifikazzjoni bikrija iktar il quddiem ġew inkorporati fl istruttura prinċipali Kostruzzjoni ulterjuri Veduta tal bajja mill fortizza Il biza ta attakki tal pirati kellu bazi sew Waqt li l fortizza kienet għadha qed tinbena fl 1662 pirati Inglizi taħt it tmexxija ta ħadu l kontroll ta Santiago għal ġimagħtejn Matul is soġġorn tagħhom huma qerdu parti mill fortifikazzjoni u ħatfu l artillerija Wara li telqu il gvern Spanjol ordna r rikostruzzjoni tal parti tal fortizza li kienet inqerdet u zied il gwarniġjon għal 300 raġel Bejn l 1663 u l 1669 l inġiniera u ħadu fuq it tiswija tal ħsarat u tejbu l fortifikazzjonijiet billi saħħew il ġnub u bnew pjattaforma ġdida għall artillerija Fl 1678 il kastell felaħ għall attakk ta battaljun Franċiz u fl 1680 felaħ għal attakk ieħor minn 800 raġel immexxijin minn it tieni persuna fil kmand tal pirati tal Antilli Bejn l 1675 u l 1692 il fortizza ġarrbet ħsarat minn sensiela ta terremoti u r rikostruzzjoni kellha titwettaq taħt it tmexxija ta Francisco Perez bejn l 1693 u l 1695 Fl 1738 1740 sar xogħol ieħor mill inġinier li kabbar iċ ċittadella u lesta wħud mill pjattaformi li kienu għadhom ma tlestewx filwaqt li u wettqu t tibdiliet finali fl istruttura wara li reġgħet ġarrbet xi ħsarat minn terremoti bejn l 1757 u l 1766 Sal 1775 il biza ta xi attakk kien naqas u l partijiet tal fortizza magħrufa bħala l Blata la Roca u l Istilla la Estrella ġew ikkonvertiti f ħabs għall priġunieri politiċi għalkemm il bqija tal fortizza baqgħet tintuza bħala bazi militari Reġgħet intuzat bħala fortizza fl 1898 meta l flotta tal Istati Uniti attakkat lil Santiago de Cuba matul il Gwerra bejn Spanja u l Amerka Matul il bidu tas seklu 20 il kastell ġie mitluq izda mbagħad ġie rrestawrat matul is snin 60 tas seklu 20 minn Sit ta Wirt DinjiIl Kastell ta San Pedro de la Roca f Santiago de Cuba ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1997 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem u l kriterju v Ezempju straordinarju ta insedjament uman tradizzjonali ta uzu tal art jew ta uzu tal baħar li jirrapprezenta kultura jew kulturi jew interazzjoni umana mal ambjent speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l impatt ta bidla irreversibbli GallerijaReferenzi a b ċ San Pedro de la Roca Castle Santiago de Cuba UNESCO whc unesco org Miġbur 2024 11 26 a b San Pedro de la Roca Cuba No 841 ICOMOS Evaluation ICOMOS Report whc unesco org Miġbur 2024 11 26