Katerina II Alekseevna tar Russja bir Russu Екатерина II Алексеевна Ekaterina II Alekseevna Szczecin 21 ta April 1729 6
Katerina II tar Russja

Katerina II Alekseevna tar-Russja, bir-Russu: Екатерина II Алексеевна, Ekaterina II Alekseevna (Szczecin, 21 ta' April 1729 – , 6 ta' Novembru 1796), magħrufa bħala Katerina l-Kbira, kienet imperatriċi tar-Russja mill-1762 sa mewtha. Kienet wieħed mill-eżempji l-iżjed importanti ta' sovran imdawwal.
Twieldet Sofia Federica Augusta, bint il-prinċep Ġermaniż ta' u fl-1745, ta' 16-il sena, iżżewġet lill-Granduka , eredi għat-tron Russu. Kienet mara intelliġenti, kolta u sensittiva u ma damitx ma nfirdet minn żewġha li kien żorr u goff. Pietru III tilef l-appoġġ tal-Gwardja u ċ-ċirku tan-nies tal-qorti billi kien ixaqleb lejn il-Prussjani u għalhekk ġie depost. Imbagħad fl-20 ta' Ġunju 1762, Katerina II, telgħet fuq it-tron u ftit jiem wara żewġha miet fil-ħabs. L-imperatriċi l-ġdida ġiet akkużata li kienet il-kawża tal-mewt tiegħu. Taħt it-tmexxija tagħha, l-imperu Russu sar dejjem iżjed qawwi u kellu influwenza kbira fl-Ewropa.
Billi riedet tapplika l-prinċipji, li kienet segwaċi tagħhom, għall-metodu tat-tmexxija tagħha, bdiet bil-ħolqien ta' kodiċi ġdid ispirat mill-ideat tal-enċiklopedisti. Fl-istess ħin bl-għajnuna tal-favoriti tagħha, li kienet tavda fihom, b'mod partikolari Grigorij Orlov u Grigorij Potëmkin, u anki bis-suċċess tal-ġenerali bħal Pëtr Rumjancev u Aleksandr Suvorov, u l-ammiralli bħal Fëdor Ušakov, espandiet malajr l-eġemonija Russa f'bosta territorji: fil-punent kien hemm l-annessjoni tat-territorju kbir li kisbet meta xoljiet il-Konfederazione zjoni Polakka-Litwana, wara l-gwerer Russo-Torok l-imperu Russu okkupa l-Krimea u, lejn il-lvant estrem bdiet il-kolonizzazzjoni tal-Alaska.
Katerina kienet tammira ħafna 'l Pietru l-Kbir u kompliet timmodernizza ir-Russja tal-Punent billi timxi mal-idejat tal-assolutiżmu mdawwal: kienet tinteressa ruħha fil-problemi tat-tagħlim u waqfet l-ewwel istitut feminili għat-tagħlim superjuri. Kienet tinteressa ruħha wkoll fil-finanzi u fil-ħolqien ta' bliet żgħar imwaqqfin bl-ordi tagħha. Minkejja dan, il-politika tagħha wasslet biex in-numru tas-servi tal-gleba żdied u dan ġab miegħu skuntentizza fost in-nies u bosta rvelli li ġew imrażżna bil-vjolenza bħal dik immexxija mil-Kożakk Emel'jan Ivanovič Pugačëv.
Minkejja dawn l-ambigwitajiet politiċi, minħabba l-korrispondenza li kellha mal-filosfi illuministi li kienu jfaħħru il-gvern tagħha, il-perjodu tal-ħakma ta' Katerina l-Kbira hu sikwit meqjus bħala l-Epoka tad-Deheb tal-imperu Russu
Bijografija
Ħajjitha qabel ma saret Imperatriċi
Sofia Federica Augusta ta' Anhalt-Zerbst twieldet fil-21 ta' April, 1729 f'Szczecin, fil-, bint , ġeneral Prussjan, u , Prinċipessa Ġermaniża. Ommha ma kinetx tagħti kasha għax kienet tippreferli 'l ħuha ż-żgħir Guljiermu Frederiku Kristjan, u Sofia sofriet minn din s-sitwazzjoni. Wara, mikejja li l-familja tagħha ma kinetx ta' l-ogħla linjaġġ, Sofia u ħuha irċevew edukazzjoni ta' livell għoli sew.
Minkejja li ma kinetx partikolarment sabiħa, minn mindu kienet tifla, kellha karattru vivaċi, estrovers, animat minn kurżità mhux tas-soltu, li bih, meta ħadet sehem fil-ballijiet, pranzijiet jew kient tmur fis-salotti tan-nobbiltà, kienet tgħaġġeb lil minn ikellimha. Hemm episodju li juri kemm kellha karattru kburi: meta ppreżentat ruħha quddiem , it-tifla rrefjutat li tbus il-keffa tal-libsa tar-re għax kient qasira wisq u Sofia ma setgħetx tilħaqha. Kienet edukata minn preċettur protestant, imma ż-żagħżugħa Sofia ma kient taqbel xejn mal-viżjoni tad-dinja tal-preċettuor.
Fl-1744, meta kellha biss ħmistax-il sena, iz-zarina għażlet lil Sofia biex tkun il-mara ta' neputiha , li ridet tħalli bħala eredi tagħha. Sofia bidlet isimha għal "Katerina" (Ekaterina jew Jekaterina) meta kkonvertiet għall-fidi Russo-Ortodossa. Iż-żwieġ malajr mar ħażin: Pietru, raġel ta' karattru vjolenti u mogħti għas-sakra, wera li kien jobgħod lil martu u kien jimmaltrattaha fil-pubbliku. Katerina ma damitx ma saret popolari fost il-ħafna gruppi qawwijin li kienu jopponu 'l żewġha. Hi ddedikat ruħha għall-qari ta' xogħlijiet tal-filosofija, fosthom ta' Voltaire, u , u żammet ruħha infurmata dwar x'kien qiegħed jiġri fir-Russja.
Fl-1762, Pietru tela' fuq it-tron bħala Pietru III tar-Russja, imma l-istramberiji tiegħu u l-pulitka tiegħu għamluh mhux popolari ma' dawk il-gruppi li magħhom qabel Katerina kienet żammet u żviluppat relazzjonijiet tajbin. , il-maħbub ta' Katerina, mexxa konfoffa biex tieħu t-tron hi. Inqas imnn sitt xhur wara li tela' fuq it-tron, fis-17 ta' Lulju 1762, Pietru ġie msakkar fil-ħabs fejn miet.
Politika interna
Katerina kitbet dokument ibbażat fuq il-kitba ta' u Montesquieu, dwar ir-riforma tas-sistema ġudizjarja. Ħalqet kummissjoni li kienet tirrappreżenta l-klassijiet kollha, barra s-servi tal-gleba (il-maġġjoranza tal-popolazzjoni), bl-iskop li tirrivedi l-liġijiet kollha fl-ispirtu tad-dokument. Imma Katerina xoljietha qabbel ma temmet xogħolha, x'aktarx wara bidla fid-direzzjoni fil-pulitka tagħha, ipprovokata mill-irvell tal-bdiewa ta' Emel'jan Pugačëv fl-1773 - 1774.
Katerina rriorganizzat l-amministrazzjoni tal-gubernije (governaturati: reġjuni immexxija minn gvernatur) u tagħthom poter ikbar fuq iż-żoni rurali fil-prevenzjoni ta' rvelli mill-bdiewa. Dan kien proċess li tlesta fl-1775. Ir-riforma ħalqet provinċji u distretti li setgħu jitmexxew aħjar mill-governaturati. Fl-1785 Katerina ppubblikat editt li rrikonoxxa d-dritt tan-nobbiltà li jippreżentaw petizzjonijiet lit-tron, ħelset in-nobbli mis-servizi obbligatorji u mit-taxxi, għamlet in-nobbiltà ereditarja u tat lin-nobbli l-kontroll sħiħ fuq is-servi li jgħixu fuq l-art tagħhom. Barra minn hekk tat xi artijiet tal-kuruna fl-Ukrajna lin-nobbli l-iżjed fidili, u tathom ukoll għadd ta' servi. Inkoraggiet il-kolonizzazzjoni ta' u ta' erji oħra li kienu għadhom kif intrebħu.
Affarijiet barranin
Fl-1764 Katerina qiegħdet lil , li qabel kien maħbub tagħha, fuq it-tron tal-Polonja. Ir-Russja, imbagħad, inkorporat parti kbira mill-Polonja bħala riżultat tal-qsim miftiehem mal-Awstrija u l- (1772, 1793, 1795).
Wara l-Guerra Russo-Torka tal-1768 - 1774, Katerina għamlet lir-Russja potenza dominanti fil-. L-għan tagħha kien li l-Imperu Ottoman jinqasam bejn il-potenzi Ewropej, fuq l-istess skema li ntużat għall-Polonja, imma din id-darba, il-politika tagħha ma rnexxitx kif xtaqet hi. Bil-ħila li m'hemmx dubju li kellu il-maħbub ġdid tagħha Grigorij Aleksandrovič Potëmkin (li diġa kien wera fit-trażżin tal-irvell ta' Emel'jan Pugačëv), annessat il-Krimea fl-1783, disa' snin biss wara li din kienet kisbet l-indipendenza mill-Imperu Ottoman bħala riżultat tal-gwerra Russo-Torka tal-1768 - 1774. Minħabba dan l-Imperu Ottoman beda gwerra oħra, li damet mill-1787 sal-1792 u li intemmet bit-trattat ta' Jassy, li bih ġew legittimati l-preteżi Russi fuq il-Krimea.
Fit-teatru politiku Ewropew Katerina kellha rwol importanti u għamlitha ta' medjatriċi matul il-Gwerra tas-suċċessjoni tal-Bavarja (1778 - 1779) bejn il-Prussja u l-Awstrija. Fl-1780 iffurmat grupp inkarigat li jiddefendi mill-Gran Brittanja, il-vapuri indipendenti matul ir-.
Mill-1788 sal-1790 ir-Russja kienet fi gwerra kontra l-Iżvezja, gwerra li fiha Katerina sabet ruħha tiġġieled ma' kuġinuha Gustavu III tal-Iżvezja. Il-gwerra bdiet meta l-Iżvediżi riedu jieħdu t-territorji tal-Baltiku ċeduti lir-Russja fl-1720. L-Iżvediżi li kienu konvinti li ħa jirbħu lill-għadu malajr, ġarrbu telfit kbar ta' nies u territorji.
Wara li d-Danimarka daħlet fil-gwerra fl-1789, l-affarijiet marru tassew ħażin għall-Iżvediżi, li però, kontra li kien mistenni, irnexxielhom jieħdu l-offensiva fl-1790. L-azzjoni laħqet il-qawwa tagħha fil-battalja ta' Svensksund (illum , fil-Finlandja) bejn id-9 u l-10 ta' Lulju 1790. Il-flotta Russa, ikkmandata mill-prinċep ta' Nassau, li kellha 232 vapur b'1,200 kanun u 14,000 baħri, iltaqet mal-flotta Żvediża ikkmandata minn Gustavu III innifsu, magħmula minn 200 vapur, 1,000 kanun u 12,500 baħri. Ir-Russi malajr sabu problemi fl-użu tal-artillerija minħabba li l-baħar kien imqalleb waqt li l-Iżvediżi ma kellhomx din il-problrma billi l-vapuri tagħhom kienu ankrati. Fit-tmiem tal-battalja ir-Russi kienu tilfu bejn 50 u 60 vapur u 9,500 baħri. L-Iżvediżi tilfu 6 vapuri biss imma bejn 6,000 u 7,000 baħri. Il-gwerra intemmet bi trattat iffirmat fl-14 ta' Awwissu 1790 li rratifika r-ritorn tat-territorji kkontestati kollha lin-nazzjon tal-oriġni.
L-uniku settur li fih l-ispirazzjoni influwenzat l-għemil ta' Katerina II kien dak tal-edukazzjoni u s-saħħa: f'Moska u Pietruburgu twaqqfu djar tal-edukazzjoni waqt li fil-bliet importanti infetħu skejjel anki għall-adulti, inbnew sptarijiet ġodda u l-bliet kienu obbligati li jipprovdu tobba u spiżeriji.
Arti u kultura
Katerina kienet favur l- u kienet tqis lilha nfisha bħala filosfu fuq it-tron; saret magħrufa bħala protettriċi tal-arti u tal-letteratura. Kitbet xi kummiedji, rumanzi u memoirs u saret taf lil Voltaire, u , kollha enċiklopedisti Franċiżi, li min-naħa tagħhom saħħu l-fama tagħha f'kitbithom. Katerina rnexxielha tikkonvinċi l-matematiku biex iħalli u jmur San Pietruburgu.
Fost il-kummiedji li kitbet insbu L-ingannat u Is-saħħar Siberjan miktubin kemm bl-intenzjoni li tgħallem u kemm biex tikkritika xi għedewwa ipotetiċi bħall-.
Madankollu, meta fl-1790 ipubblika il-Vjaġġ minn San Pietruburgu għal Mosca li avża li ħa jkun hemm irvelli minħabba l-kondizzjonijiet soċjali deplorevoli tal-bdiewa u s-servi - kontra dak li kienu juru lill-imperatriċi fil- - Katerina eżiljatu fis-.
Ħajja privata
Matul ir-renju twil tagħha Katerina kellha ħafna maħbubin, li bosta minnhom laħħqithom għal-pożizzjonijiet għolja. Kienet iżżommhom sakemm baqgħu jinteressawha, u mbagħad biex teħles minnhom kienet ittiehom "pensjoni" ta' servi u ħafna art. Il-perċentaġġ tal-flus tal-istat li ntefqu fuq il-qorti tela' minn 10.4% fl-1767 għal 11.4% fl-1781 għal 13.5% fl-1795. Katerina tat 66,000 serv mill-1762 sal-1772, 202,000 mill-1773 sal-1793, u 100,000 f'jum wieħed: it-18 ta' Awwissu 1795. Bl-istess mod kif il-knisja kienet tappoġġaha bit-tama li tieħu l-art tagħha lura, Katerina xtrat il-burokrazija. Mid-19 ta' April 1764, kull amministratur fis-servizz tal-gvern li kien fl-istess grad għal seba' snin tela' grad minnufih. Fit-13 ta' Settembru 1767 ordnat li wara seba' snin fl-istess grad, kull amministratur għandu jieħu promozzjoni anki jekk ma jkunx jistħoqqlu..
Jgħidu li wara li ntemmet ir-relazzjoni ta' mħabba li kellha mal-kunsilier tagħha Grigorij Aleksandrovič Potëmkin, fl-1776, dan għażillha kandidat biex ikun il-maħbub tagħha, bħal Aleksandr Matveevič Dmitriev-Mamonov li kien sabiħ u intelliġenti biżżejjed biex iżommha interessata. Xi wħud minn dawn l-irġiel kienu jħobbuha lura, u hi dejjem uriethom ġenerożità kbira, anki wara t-tmiem tar-relazzjoni. Wieħed minn dawn il-maħbubin, Pyotr Zavadovsky, irċieva received 50,000 rublu, pensjoni ta' 5,000 rublu, u 4,000 bidwi fl-Ukrajna wara li ħelset minnu fl-1777. L-aħħar maħbub tagħha kien il-prinċep Platon Zubov, 40 sena iżgħar minnha. L-independenza sesswali tagħha bdiet ħafna leġġendi.
Fil-memoirs tagħha , Katerin qalet li l-ewwel maħbub tagħha, Sergéi Saltykov, kien missier binha Pawlu, però Pawlu kien jixbaħ lil żewġha, Pietru. Katerina kellha tifel illeġittmu, Alekséi Bobrinskói, minn Grigorij Orlov. Dan it-tifel kient iżommu Tula, 'l bogħod mill-qorti (iktar tard Pawlu għamlu Konti). Sena qabel Katerina u Orlov kellhom tifla jisimha Eliżabetta Alexandrovna Alexeeva, (twieldet San Pietruburgu, 1761 – mietet 1844). Fl-1787 iżżewġet lil Friedrich Maximilian Klinger u minn dan iż-żwieġ kellha tifel, Alessandru, li milli jidher miet żgħir fl-1812. Binha Pawlu sar iz-zar . Katerina indifnet fil-Katidral ta' San Pietru u San Pawl f'San Pietruburgu.
Katerina II fil-kultura popolari
Il-persunaġġ straordinarju ta' Katerina tar-Russja, barra minn għadd kbir ta' kotba u saġġi, welled ukoll għexur ta' spettakli teatrali (ta' min isemmi il-kummiedja Whom Glory Still Adores, miktuba minn ) u films, ibbażati fuq ħajjitha u l-persunaġġ mitiku tagħha. Fil-films interpretawha l-ikbar attriċi tal-aħħar seklu: Minn (The Scarlet Empress, 1934) sa (John Paul Jones, 1959), minn (A Royal Scandal, 1945) sa (Great Catherine, 1968) u (La tempesta, 1958).
Il-lat tal-kilba sesswali tal-karattru tagħha affaxxina l-attriċi li, fis-snin 40, wara li ppruvat tagħmel film dwar il-persunaġġ tagħha, fl-1944 telgħet spettaklu teatrali, bit-titlu Catherine Was Great fi Broadway. Din kienet parodija tal-istorja ta' Katerina u fih dehret imdawra b' "għassa imperjali" ta' ħafna rġiel żagħżagħ muskolużi.
Films
- Forbidden Paradise ta' Ernst Lubitsch, taħdem Pola Negri (1924) (ispirat mill-figura ta' Katerina)
- The Eagle, ta' Clarence Brown, taħdem Louise Dresser (1925])
- Casanova ta' Alexandre Volkoff, taħdem Suzanne Bianchetti (1927)
- Le joueur d'échecs ta' Raymond Bernard, taħdem Marcelle Charles Dullin (1927)
- Spielereien einer Kaiserin ta' Vladimir Strizhevsky, taħdem Lil Dagover (1930)
- The Rise of Catherine the Great ta' Paul Czinner, Alexander Korda, taħdem Elisabeth Bergner (1934)
- The Scarlet Empress ta' Josef von Sternberg, taħdem (1934)
- Nothing Sacred ta' William A. Wellman, taħdem Elinor Troy (1937)
- Le Joueur d'échecs ta' Jean Dréville, taħdem Françoise Rosay (1938)
- Cossacks in Exile ta' Edgar G. Ulmer, taħdem L. Biberowich (1939)
- A Royal Scandal ta' , taħdem (1945)
- Il cavaliere misterioso ta' Riccardo Freda, taħdem Yvonne Sanson (1948)
- Shadow of the Eagle ta' , taħdem ()
- ta' , taħdem ()
- La tempesta ta' Alberto Lattuada, taħdem Viveca Lindfors (1958)
- John Paul Jones ta' John Farrow , taħdem (1959)
- Caterina di Russia ta' Umberto Lenzi , taħdem Hildegard Knef (1963)
- Great Catherine ta' Gordon Flemyng , taħdem (1968)
- Emel'jan Pugačëv ta' Aleksei Saltykov , taħdem Vija Artmane (1980)
- E Caterina regnò ... sensiela f'żewġ puntati għat-televiżjoni, jaħdmu Julia Ormond u (1991)
- Caterina di Russia jaħdmu u (1996)
- Russkiy bun ta' Aleksandr Proshkin, taħdem Olga Antonova (2000)
- Russkij Kovčeg ta' Aleksandr Sokurov , jaħdmu Mariya Kuznetsova, Natalya Nikulenko (2002)
Unuri
- Gran Mastru tal-Ordni ta' Sant'Andrija
- Gran Mastru u Dama tal-ewwel klassi tal-Ordni Imperjali ta' San Ġorġ
- Gran Mastru tal-Ordni ta' San Vladimiru
- Gran Mastru tal-Ordni Imperjali ta' Sant'Alexander Nevsky
- Gran Mastru tal-Ordni ta' Sant'Anna
- Gran Mastru u Dama tas-Salib il-Kbir tal-Ordni ta' Santa Katerina
Bibljografija
- Hélène Carrère d'Encausse, Catherine II, Un âge d'or pour la Russie, Fayard, 2002
- Henri Troyat, Catherine la Grande, J'ai lu, 2001. ISBN 978-2-290-31911-6.
- Gian Dàuli, La grande Caterina. Caterina II di Russia, Milan, Aurora, 1934.
- Zoe Oldenbourg, La grande Caterina, Ruma, Casini, 1968.
- Gina Kaus, La grande Caterina, Firenze, Giunti Martello, 1981.
- De Madariaga, Isabel, Catherine the Great: A Short History. Yale University Press, New Haven u Londra, 1993. ISBN 0-300-04845-9 (legatura iebsa), ISBN 0-300-05427-0 (legatura ratba).
- Dixon, Simon, Catherine the Great, Ecco, 2009. ISBN 978-0-06-078627-4.
- Fisher, Alan W., Enlightened Despotism and Islam under Catherine II, Slavic Review 27 (4): 542–553, 1968.
- Hosking, Geoffrey, Russia: People and Empire, 1552–1917. Harvard University Press, (1997).
- Klier, John D, The Ambiguous Legal Status of Russian Jewry in the Reign of Catherine II, Slavic Review 35 (3): 504–517, (1976).
- Kolchin, Peter, Unfree Labor: American Slavery and Russian Serfdom, Cambridge, Massachusetts, 1990 [ippubblikat 1987].
Ħoloq esterni
- Maria Pia Perrotta, Una grande donna al servizio di un grande impero
- Catherine the Great
- Manifesto of the Empress Catherine II, inviting foreign immigration
- Historical Myths: The Death of Catherine the Great
- Catherine the Great of Russia
- The Princess Who Become Catherine the Great
- Douglas Smith, Love and Conquest: Personal Correspondence of Catherine the Great and Prince Grigory Potemkin
Referenzi
- ^ Troyat, 1979, op. cit., p. 8.
- ^ Troyat, 1979, op. cit., p. 8.
- ^ Troyat, 1979, op. cit., p. 8.
- ^ Troyat, 1979, op. cit., p. 9.
- ^ Raħal falz li inbena biex jimpressjona 'l Katerina
- ^ Alexander J., Catherine the Great, life and legend
- ^ a b Pipes R., Russia under the old regime
- ^ Farquhar Michael, A Treasure of Royal Scandals, Penguin Books, New York, 2001. ISBN 0-7394-2025-9
- ^ Alexander, John T. Catherine the Great: Life and Legend, New York: Oxford University Press, 1989, pp. 332-35
- ^ Genealogical database by Herbert Stoyan. Skont dan is-sit, Katerina kellha żewġt itfal miż-żwieġ tagħha ma' Pietru III qabel ma twieled Pawlu, wieħed fl-14 ta' Dicembru 1752 u l-ieħor fit-2 jew it-3 ta' Awwissu 1753. Is-sess ta' dawn l-ulied ma nafuhx. Id-data tat-tmiem tat-tieni tqala tista' turi li kellha korriment. Wara Pawlu, Katerina kellha tifla, il-Grandukessa Anna Petrovna, f'San Pietruburgu fl-20 ta' Diċembru 1757. Bħal fil-każ ta' Pawlu, skont l-għajdut, missier din it-tarbija kien il-maħbub ta' ommha li dak iż-żmien kien Stanisław August Poniatowski, imma dawn għajdut biss. Il-Grandukessa Anna mietet f'Petergof fid-19 ta' Marzu 1759 meta kellha biss ħmistax-il xahar.
- ^ [1]
- ^ Shafer Yvonne, American Women Playwrights, 1900–1950, Peter Lang Publishing Inc., 1995, ISBN 0-8204-2142-1
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Katerina II tar-Russja |
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Katerina II tar Russja, X'inhi Katerina II tar Russja? Xi tfisser Katerina II tar Russja?
Katerina II Alekseevna tar Russja bir Russu Ekaterina II Alekseevna Ekaterina II Alekseevna Szczecin 21 ta April 1729 6 ta Novembru 1796 magħrufa bħala Katerina l Kbira kienet imperatriċi tar Russja mill 1762 sa mewtha Kienet wieħed mill ezempji l izjed importanti ta sovran imdawwal L imperatriċi Katerina II tar Russja Twieldet Sofia Federica Augusta bint il prinċep Ġermaniz ta u fl 1745 ta 16 il sena izzewġet lill Granduka eredi għat tron Russu Kienet mara intelliġenti kolta u sensittiva u ma damitx ma nfirdet minn zewġha li kien zorr u goff Pietru III tilef l appoġġ tal Gwardja u ċ ċirku tan nies tal qorti billi kien ixaqleb lejn il Prussjani u għalhekk ġie depost Imbagħad fl 20 ta Ġunju 1762 Katerina II telgħet fuq it tron u ftit jiem wara zewġha miet fil ħabs L imperatriċi l ġdida ġiet akkuzata li kienet il kawza tal mewt tiegħu Taħt it tmexxija tagħha l imperu Russu sar dejjem izjed qawwi u kellu influwenza kbira fl Ewropa Billi riedet tapplika l prinċipji li kienet segwaċi tagħhom għall metodu tat tmexxija tagħha bdiet bil ħolqien ta kodiċi ġdid ispirat mill ideat tal enċiklopedisti Fl istess ħin bl għajnuna tal favoriti tagħha li kienet tavda fihom b mod partikolari Grigorij Orlov u Grigorij Potemkin u anki bis suċċess tal ġenerali bħal Petr Rumjancev u Aleksandr Suvorov u l ammiralli bħal Fedor Usakov espandiet malajr l eġemonija Russa f bosta territorji fil punent kien hemm l annessjoni tat territorju kbir li kisbet meta xoljiet il Konfederazione zjoni Polakka Litwana wara l gwerer Russo Torok l imperu Russu okkupa l Krimea u lejn il lvant estrem bdiet il kolonizzazzjoni tal Alaska Katerina kienet tammira ħafna l Pietru l Kbir u kompliet timmodernizza ir Russja tal Punent billi timxi mal idejat tal assolutizmu mdawwal kienet tinteressa ruħha fil problemi tat tagħlim u waqfet l ewwel istitut feminili għat tagħlim superjuri Kienet tinteressa ruħha wkoll fil finanzi u fil ħolqien ta bliet zgħar imwaqqfin bl ordi tagħha Minkejja dan il politika tagħha wasslet biex in numru tas servi tal gleba zdied u dan ġab miegħu skuntentizza fost in nies u bosta rvelli li ġew imrazzna bil vjolenza bħal dik immexxija mil Kozakk Emel jan Ivanovic Pugacev Minkejja dawn l ambigwitajiet politiċi minħabba l korrispondenza li kellha mal filosfi illuministi li kienu jfaħħru il gvern tagħha il perjodu tal ħakma ta Katerina l Kbira hu sikwit meqjus bħala l Epoka tad Deheb tal imperu RussuBijografijaĦajjitha qabel ma saret Imperatriċi Il grandukessa Katerina impinġija fl 1745 minn Louis Caravaque Sofia Federica Augusta ta Anhalt Zerbst twieldet fil 21 ta April 1729 f Szczecin fil bint ġeneral Prussjan u Prinċipessa Ġermaniza Ommha ma kinetx tagħti kasha għax kienet tippreferli l ħuha z zgħir Guljiermu Frederiku Kristjan u Sofia sofriet minn din s sitwazzjoni Wara mikejja li l familja tagħha ma kinetx ta l ogħla linjaġġ Sofia u ħuha irċevew edukazzjoni ta livell għoli sew Katerina II bħala z zarina tar Russja impinġija fl 1762 minn Ivan Argunov Minkejja li ma kinetx partikolarment sabiħa minn mindu kienet tifla kellha karattru vivaċi estrovers animat minn kurzita mhux tas soltu li bih meta ħadet sehem fil ballijiet pranzijiet jew kient tmur fis salotti tan nobbilta kienet tgħaġġeb lil minn ikellimha Hemm episodju li juri kemm kellha karattru kburi meta pprezentat ruħha quddiem it tifla rrefjutat li tbus il keffa tal libsa tar re għax kient qasira wisq u Sofia ma setgħetx tilħaqha Kienet edukata minn preċettur protestant imma z zagħzugħa Sofia ma kient taqbel xejn mal vizjoni tad dinja tal preċettuor Fl 1744 meta kellha biss ħmistax il sena iz zarina għazlet lil Sofia biex tkun il mara ta neputiha li ridet tħalli bħala eredi tagħha Sofia bidlet isimha għal Katerina Ekaterina jew Jekaterina meta kkonvertiet għall fidi Russo Ortodossa Iz zwieġ malajr mar ħazin Pietru raġel ta karattru vjolenti u mogħti għas sakra wera li kien jobgħod lil martu u kien jimmaltrattaha fil pubbliku Katerina ma damitx ma saret popolari fost il ħafna gruppi qawwijin li kienu jopponu l zewġha Hi ddedikat ruħha għall qari ta xogħlijiet tal filosofija fosthom ta Voltaire u u zammet ruħha infurmata dwar x kien qiegħed jiġri fir Russja Fl 1762 Pietru tela fuq it tron bħala Pietru III tar Russja imma l istramberiji tiegħu u l pulitka tiegħu għamluh mhux popolari ma dawk il gruppi li magħhom qabel Katerina kienet zammet u zviluppat relazzjonijiet tajbin il maħbub ta Katerina mexxa konfoffa biex tieħu t tron hi Inqas imnn sitt xhur wara li tela fuq it tron fis 17 ta Lulju 1762 Pietru ġie msakkar fil ħabs fejn miet Politika interna Katerina kitbet dokument ibbazat fuq il kitba ta u Montesquieu dwar ir riforma tas sistema ġudizjarja Ħalqet kummissjoni li kienet tirrapprezenta l klassijiet kollha barra s servi tal gleba il maġġjoranza tal popolazzjoni bl iskop li tirrivedi l liġijiet kollha fl ispirtu tad dokument Imma Katerina xoljietha qabbel ma temmet xogħolha x aktarx wara bidla fid direzzjoni fil pulitka tagħha ipprovokata mill irvell tal bdiewa ta Emel jan Pugacev fl 1773 1774 Katerina rriorganizzat l amministrazzjoni tal gubernije governaturati reġjuni immexxija minn gvernatur u tagħthom poter ikbar fuq iz zoni rurali fil prevenzjoni ta rvelli mill bdiewa Dan kien proċess li tlesta fl 1775 Ir riforma ħalqet provinċji u distretti li setgħu jitmexxew aħjar mill governaturati Fl 1785 Katerina ppubblikat editt li rrikonoxxa d dritt tan nobbilta li jipprezentaw petizzjonijiet lit tron ħelset in nobbli mis servizi obbligatorji u mit taxxi għamlet in nobbilta ereditarja u tat lin nobbli l kontroll sħiħ fuq is servi li jgħixu fuq l art tagħhom Barra minn hekk tat xi artijiet tal kuruna fl Ukrajna lin nobbli l izjed fidili u tathom ukoll għadd ta servi Inkoraggiet il kolonizzazzjoni ta u ta erji oħra li kienu għadhom kif intrebħu Affarijiet barranin Katerina II bl ilbies imperjali Fl 1764 Katerina qiegħdet lil li qabel kien maħbub tagħha fuq it tron tal Polonja Ir Russja imbagħad inkorporat parti kbira mill Polonja bħala rizultat tal qsim miftiehem mal Awstrija u l 1772 1793 1795 Wara l Guerra Russo Torka tal 1768 1774 Katerina għamlet lir Russja potenza dominanti fil L għan tagħha kien li l Imperu Ottoman jinqasam bejn il potenzi Ewropej fuq l istess skema li ntuzat għall Polonja imma din id darba il politika tagħha ma rnexxitx kif xtaqet hi Bil ħila li m hemmx dubju li kellu il maħbub ġdid tagħha Grigorij Aleksandrovic Potemkin li diġa kien wera fit trazzin tal irvell ta Emel jan Pugacev annessat il Krimea fl 1783 disa snin biss wara li din kienet kisbet l indipendenza mill Imperu Ottoman bħala rizultat tal gwerra Russo Torka tal 1768 1774 Minħabba dan l Imperu Ottoman beda gwerra oħra li damet mill 1787 sal 1792 u li intemmet bit trattat ta Jassy li bih ġew legittimati l pretezi Russi fuq il Krimea Fit teatru politiku Ewropew Katerina kellha rwol importanti u għamlitha ta medjatriċi matul il Gwerra tas suċċessjoni tal Bavarja 1778 1779 bejn il Prussja u l Awstrija Fl 1780 iffurmat grupp inkarigat li jiddefendi mill Gran Brittanja il vapuri indipendenti matul ir Mill 1788 sal 1790 ir Russja kienet fi gwerra kontra l Izvezja gwerra li fiha Katerina sabet ruħha tiġġieled ma kuġinuha Gustavu III tal Izvezja Il gwerra bdiet meta l Izvedizi riedu jieħdu t territorji tal Baltiku ċeduti lir Russja fl 1720 L Izvedizi li kienu konvinti li ħa jirbħu lill għadu malajr ġarrbu telfit kbar ta nies u territorji Wara li d Danimarka daħlet fil gwerra fl 1789 l affarijiet marru tassew ħazin għall Izvedizi li pero kontra li kien mistenni irnexxielhom jieħdu l offensiva fl 1790 L azzjoni laħqet il qawwa tagħha fil battalja ta Svensksund illum fil Finlandja bejn id 9 u l 10 ta Lulju 1790 Il flotta Russa ikkmandata mill prinċep ta Nassau li kellha 232 vapur b 1 200 kanun u 14 000 baħri iltaqet mal flotta Zvediza ikkmandata minn Gustavu III innifsu magħmula minn 200 vapur 1 000 kanun u 12 500 baħri Ir Russi malajr sabu problemi fl uzu tal artillerija minħabba li l baħar kien imqalleb waqt li l Izvedizi ma kellhomx din il problrma billi l vapuri tagħhom kienu ankrati Fit tmiem tal battalja ir Russi kienu tilfu bejn 50 u 60 vapur u 9 500 baħri L Izvedizi tilfu 6 vapuri biss imma bejn 6 000 u 7 000 baħri Il gwerra intemmet bi trattat iffirmat fl 14 ta Awwissu 1790 li rratifika r ritorn tat territorji kkontestati kollha lin nazzjon tal oriġni L uniku settur li fih l ispirazzjoni influwenzat l għemil ta Katerina II kien dak tal edukazzjoni u s saħħa f Moska u Pietruburgu twaqqfu djar tal edukazzjoni waqt li fil bliet importanti infetħu skejjel anki għall adulti inbnew sptarijiet ġodda u l bliet kienu obbligati li jipprovdu tobba u spizeriji Arti u kultura Katerina kienet favur l u kienet tqis lilha nfisha bħala filosfu fuq it tron saret magħrufa bħala protettriċi tal arti u tal letteratura Kitbet xi kummiedji rumanzi u memoirs u saret taf lil Voltaire u kollha enċiklopedisti Franċizi li min naħa tagħhom saħħu l fama tagħha f kitbithom Katerina rnexxielha tikkonvinċi l matematiku biex iħalli u jmur San Pietruburgu Fost il kummiedji li kitbet insbu L ingannat u Is saħħar Siberjan miktubin kemm bl intenzjoni li tgħallem u kemm biex tikkritika xi għedewwa ipotetiċi bħall Madankollu meta fl 1790 ipubblika il Vjaġġ minn San Pietruburgu għal Mosca li avza li ħa jkun hemm irvelli minħabba l kondizzjonijiet soċjali deplorevoli tal bdiewa u s servi kontra dak li kienu juru lill imperatriċi fil Katerina eziljatu fis Ħajja privata Il Konti Grigory Orlov pittura ta Fyodor Rokotov Matul ir renju twil tagħha Katerina kellha ħafna maħbubin li bosta minnhom laħħqithom għal pozizzjonijiet għolja Kienet izzommhom sakemm baqgħu jinteressawha u mbagħad biex teħles minnhom kienet ittiehom pensjoni ta servi u ħafna art Il perċentaġġ tal flus tal istat li ntefqu fuq il qorti tela minn 10 4 fl 1767 għal 11 4 fl 1781 għal 13 5 fl 1795 Katerina tat 66 000 serv mill 1762 sal 1772 202 000 mill 1773 sal 1793 u 100 000 f jum wieħed it 18 ta Awwissu 1795 Bl istess mod kif il knisja kienet tappoġġaha bit tama li tieħu l art tagħha lura Katerina xtrat il burokrazija Mid 19 ta April 1764 kull amministratur fis servizz tal gvern li kien fl istess grad għal seba snin tela grad minnufih Fit 13 ta Settembru 1767 ordnat li wara seba snin fl istess grad kull amministratur għandu jieħu promozzjoni anki jekk ma jkunx jistħoqqlu Jgħidu li wara li ntemmet ir relazzjoni ta mħabba li kellha mal kunsilier tagħha Grigorij Aleksandrovic Potemkin fl 1776 dan għazillha kandidat biex ikun il maħbub tagħha bħal Aleksandr Matveevic Dmitriev Mamonov li kien sabiħ u intelliġenti bizzejjed biex izommha interessata Xi wħud minn dawn l irġiel kienu jħobbuha lura u hi dejjem uriethom ġenerozita kbira anki wara t tmiem tar relazzjoni Wieħed minn dawn il maħbubin Pyotr Zavadovsky irċieva received 50 000 rublu pensjoni ta 5 000 rublu u 4 000 bidwi fl Ukrajna wara li ħelset minnu fl 1777 L aħħar maħbub tagħha kien il prinċep Platon Zubov 40 sena izgħar minnha L independenza sesswali tagħha bdiet ħafna leġġendi Fil memoirs tagħha Katerin qalet li l ewwel maħbub tagħha Sergei Saltykov kien missier binha Pawlu pero Pawlu kien jixbaħ lil zewġha Pietru Katerina kellha tifel illeġittmu Aleksei Bobrinskoi minn Grigorij Orlov Dan it tifel kient izommu Tula l bogħod mill qorti iktar tard Pawlu għamlu Konti Sena qabel Katerina u Orlov kellhom tifla jisimha Elizabetta Alexandrovna Alexeeva twieldet San Pietruburgu 1761 mietet 1844 Fl 1787 izzewġet lil Friedrich Maximilian Klinger u minn dan iz zwieġ kellha tifel Alessandru li milli jidher miet zgħir fl 1812 Binha Pawlu sar iz zar Katerina indifnet fil Katidral ta San Pietru u San Pawl f San Pietruburgu Katerina II fil kultura popolariKaterina II tard f ħajjitha f ritratt ta Levitsky Il persunaġġ straordinarju ta Katerina tar Russja barra minn għadd kbir ta kotba u saġġi welled ukoll għexur ta spettakli teatrali ta min isemmi il kummiedja Whom Glory Still Adores miktuba minn u films ibbazati fuq ħajjitha u l persunaġġ mitiku tagħha Fil films interpretawha l ikbar attriċi tal aħħar seklu Minn The Scarlet Empress 1934 sa John Paul Jones 1959 minn A Royal Scandal 1945 sa Great Catherine 1968 u La tempesta 1958 Il lat tal kilba sesswali tal karattru tagħha affaxxina l attriċi li fis snin 40 wara li ppruvat tagħmel film dwar il persunaġġ tagħha fl 1944 telgħet spettaklu teatrali bit titlu Catherine Was Great fi Broadway Din kienet parodija tal istorja ta Katerina u fih dehret imdawra b għassa imperjali ta ħafna rġiel zagħzagħ muskoluzi Films Forbidden Paradise ta Ernst Lubitsch taħdem Pola Negri 1924 ispirat mill figura ta Katerina The Eagle ta Clarence Brown taħdem Louise Dresser 1925 Casanova ta Alexandre Volkoff taħdem Suzanne Bianchetti 1927 Le joueur d echecs ta Raymond Bernard taħdem Marcelle Charles Dullin 1927 Spielereien einer Kaiserin ta Vladimir Strizhevsky taħdem Lil Dagover 1930 The Rise of Catherine the Great ta Paul Czinner Alexander Korda taħdem Elisabeth Bergner 1934 The Scarlet Empress ta Josef von Sternberg taħdem 1934 Nothing Sacred ta William A Wellman taħdem Elinor Troy 1937 Le Joueur d echecs ta Jean Dreville taħdem Francoise Rosay 1938 Cossacks in Exile ta Edgar G Ulmer taħdem L Biberowich 1939 A Royal Scandal ta taħdem 1945 Il cavaliere misterioso ta Riccardo Freda taħdem Yvonne Sanson 1948 Shadow of the Eagle ta taħdem ta taħdem La tempesta ta Alberto Lattuada taħdem Viveca Lindfors 1958 John Paul Jones ta John Farrow taħdem 1959 Caterina di Russia ta Umberto Lenzi taħdem Hildegard Knef 1963 Great Catherine ta Gordon Flemyng taħdem 1968 Emel jan Pugacev ta Aleksei Saltykov taħdem Vija Artmane 1980 E Caterina regno sensiela f zewġ puntati għat televizjoni jaħdmu Julia Ormond u 1991 Caterina di Russia jaħdmu u 1996 Russkiy bun ta Aleksandr Proshkin taħdem Olga Antonova 2000 Russkij Kovceg ta Aleksandr Sokurov jaħdmu Mariya Kuznetsova Natalya Nikulenko 2002 UnuriGran Mastru tal Ordni ta Sant Andrija Gran Mastru u Dama tal ewwel klassi tal Ordni Imperjali ta San Ġorġ Gran Mastru tal Ordni ta San Vladimiru Gran Mastru tal Ordni Imperjali ta Sant Alexander Nevsky Gran Mastru tal Ordni ta Sant Anna Gran Mastru u Dama tas Salib il Kbir tal Ordni ta Santa KaterinaBibljografijaHelene Carrere d Encausse Catherine II Un age d or pour la Russie Fayard 2002 Henri Troyat Catherine la Grande J ai lu 2001 ISBN 978 2 290 31911 6 Gian Dauli La grande Caterina Caterina II di Russia Milan Aurora 1934 Zoe Oldenbourg La grande Caterina Ruma Casini 1968 Gina Kaus La grande Caterina Firenze Giunti Martello 1981 De Madariaga Isabel Catherine the Great A Short History Yale University Press New Haven u Londra 1993 ISBN 0 300 04845 9 legatura iebsa ISBN 0 300 05427 0 legatura ratba Dixon Simon Catherine the Great Ecco 2009 ISBN 978 0 06 078627 4 Fisher Alan W Enlightened Despotism and Islam under Catherine II Slavic Review 27 4 542 553 1968 Hosking Geoffrey Russia People and Empire 1552 1917 Harvard University Press 1997 Klier John D The Ambiguous Legal Status of Russian Jewry in the Reign of Catherine II Slavic Review 35 3 504 517 1976 Kolchin Peter Unfree Labor American Slavery and Russian Serfdom Cambridge Massachusetts 1990 ippubblikat 1987 Ħoloq esterniMaria Pia Perrotta Una grande donna al servizio di un grande impero Catherine the Great Manifesto of the Empress Catherine II inviting foreign immigration Historical Myths The Death of Catherine the Great Catherine the Great of Russia The Princess Who Become Catherine the Great Douglas Smith Love and Conquest Personal Correspondence of Catherine the Great and Prince Grigory PotemkinReferenzi Troyat 1979 op cit p 8 Troyat 1979 op cit p 8 Troyat 1979 op cit p 8 Troyat 1979 op cit p 9 Raħal falz li inbena biex jimpressjona l Katerina Alexander J Catherine the Great life and legend a b Pipes R Russia under the old regime Farquhar Michael A Treasure of Royal Scandals Penguin Books New York 2001 ISBN 0 7394 2025 9 Alexander John T Catherine the Great Life and Legend New York Oxford University Press 1989 pp 332 35 Genealogical database by Herbert Stoyan Skont dan is sit Katerina kellha zewġt itfal miz zwieġ tagħha ma Pietru III qabel ma twieled Pawlu wieħed fl 14 ta Dicembru 1752 u l ieħor fit 2 jew it 3 ta Awwissu 1753 Is sess ta dawn l ulied ma nafuhx Id data tat tmiem tat tieni tqala tista turi li kellha korriment Wara Pawlu Katerina kellha tifla il Grandukessa Anna Petrovna f San Pietruburgu fl 20 ta Diċembru 1757 Bħal fil kaz ta Pawlu skont l għajdut missier din it tarbija kien il maħbub ta ommha li dak iz zmien kien Stanislaw August Poniatowski imma dawn għajdut biss Il Grandukessa Anna mietet f Petergof fid 19 ta Marzu 1759 meta kellha biss ħmistax il xahar 1 Shafer Yvonne American Women Playwrights 1900 1950 Peter Lang Publishing Inc 1995 ISBN 0 8204 2142 1 Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Katerina II tar Russja