Il kewkba ta Betlehem hu l fenomenu astronomiku li skont ir rakkont tal Mt 2 1 2 12 u 2 16 mexxa l Maġi biex isibu l Ġes
Kewkba ta' Betlehem

Il-kewkba ta' Betlehem hu l-fenomenu astronomiku li, skont ir-rakkont tal- (Mt:2:1-2.12 u 2:16), mexxa 'l-Maġi biex isibu l-Ġesù ftit wara li twieled.
L-istoriċità tar-rakkont hi s-suġġett ta' ħafna diskussjoni. L-istoriċi mhux Insara u xi biblisti Nsara jqisuh bħala detall ta' rakkont Midraxi ta' karattru Haggadi. Xi biblisti Nsara jaċċettaw il-veraċità storika tagħha. Oħrajn jidentifikaw l-istilla mal-konġunzjoni astronomika tlitija ta' Ġove, Saturnu u Marte li seħħet fil-kostellazzjoni tal-Ħut.
Id-dibattitu antik dwar in-natura tal-kewkba
Fl-antikità diġà kien hemm nuqqas ta' qbil bejn l-Insara billi anki l-fehmiet tal-filosfi dwar in-natura tal-korpi tas-sema kienu konfużi. Skont il-filosfu Lhudi Filun ta' Lixandra u qablu u l-Stojċi, il-kwiekeb "huma ħlejjaq ħajjin, imma ta' ġeneru għal kollox spiritwali". L-identifikazzjoni tal-kwiekeb mal-anġli tidher f'ħafna testi bibliċi jew tal-letteratura Lhudija. Għalhekk diversi Missirijiet tal-Knisja, fosthom Ġwanni Kriżostmu, ma jaraw l-ebda kontradizzjoni fil-fatt li stilla, jiġifieri anġlu, niżlet fl-art biex tmexxi l-Maġi sal-istalla ta' Ġesù, skont ir-rakkont popolari u b'analoġija mat-tmexxija li kellu il-poplu ta' Iżrael matul l-Eżodu.
F' insibu linja ta' ħsieb kompletament differenti, li ssostni li għandna nittrattawha bħala ġrajja naturali u mhux mirakuluża. San Ġlormu kkumbatta l-idea li l-istilel jistgħu jkunu anġli u fl-aħħar fil-553 il- eskluda darba għal dejjem li l-pjaneti jew il-kwiekeb jista' jkollhom ruħ.
Il-parti l-kbira tal-eżetiċi l-antiki, mela, kienu jinterpretaw l-istilla bħala fenomenu ċelesti inanimat, naturali jew bħala sinjal, imma mingħajr ma identifikawh ma' pjaneta. Fl-ikonografija Nisranija antika, infatti, il-kewba qatt ma tiġi rappreżentata bid-denb. L-eżempju l-iżjed antik hu affresk fil- (Seklu 3-4).
Ir-rappreżentazzjoni komuni f'għamla ta' "stilla kometa" ġejja mill-fatt li Giotto, impressjonat mill-mogħdija tal- fl-1301, pinġieha bħala kometa b'denb twil fil-Cappella degli Scrovegni, . Mill-bidu tas-seklu 15 bdiet tiġi rappreżentata hekk fil-pitturi tat-twelid ta' Ġesù u fil-.
Id-denb jikkorrispondi wkoll max-xewqa li jiġi rappreżentat oġġett ċelesti li jindika direzzjoni, skont l-interpretazzjoni popolari tat-test evanġeliku.
Test tal-Evanġelju
Dan it-test fl-evanġelju ta' Mattew:
Meta twieled Ġesù f'Betlehem tal-Lhudija, fi żmien is-sultan Erodi, xi maġi mil-lvant ġew Ġerusalemm jistaqsu: "Fejn hu dak li twieled sultan tal-Lhud? Għax rajna l-kewkba tiegħu tielgħa, u ġejna nqimuh." Is-sultan Erodi sama' bihom, u tħawwad hu u Ġerusalemm kollha miegħu. Ġabar flimkien il-qassisin il-kbar u l-kittieba kollha tal-poplu, u ried jaf mingħandhom fejn kellu jitwieled il-Messija. U huma qalulu: "F'Betlehem tal-Lhudija, għax hekk inkiteb mill-profeta: 'U int, Betlehem, art ta' Ġuda, le, m'intix l-iżgħar fost il-bliet il-kbar ta' Ġuda għax minnek joħroġ mexxej li jirgħa l-poplu tiegħi Iżrael.' Erodi mbagħad sejjaħ lill-maġi bil-moħbi, u tkixxef bir-reqqa kollha mingħandhom iż-żmien li fih dehritilhom il-kewkba; bagħathom Betlehem u qalilhom: "Morru, staqsu sewwa għat-tifel, u meta ssibuh ejjew għiduli, ħalli jien ukoll niġi nqimu." Dawk, wara li semgħu lis-sultan, telqu, u ara, il-kewkba li kienu raw tielgħa bdiet miexja quddiemhom sakemm waslet u waqfet fuq il-post fejn kien hemm it-tifel. Kif raw il-kewkba mtlew b'ferħ kbir tassew. Meta mbagħad daħlu d-dar u raw lit-tifel ma' ommu Marija, nxteħtu fl-art iqimuh; fetħu t-teżori tagħhom u offrewlu rigali deheb, inċens u mirra. Mbagħad, billi kienu mwissijin f'ħolma biex ma jerġgħux imorru għand Erodi, telqu lura lejn arthom minn triq oħra. (.....) Erodi mbagħad, meta ra li l-maġi kienu daħku bih, nkorla bis-sħiħ, u bagħat joqtol f'Betlehem u fl-inħawi kollha tagħha lit-tfal subjien kollha ta' minn sentejn 'l isfel, skond iż-żmien li sar jaf mingħand il-maġi. | ||
—Mattew 2.1-2.12 u 2.16 |
Kif nistgħu naraw, ir-rakkont bibliku ma jikkorrispondix eżattament mat-tradizzjoni popolari Nisranija, għalhekk ta' min jissottolinja xi dettalji:
- It-test ma jispeċifikax kemm għadda mit-twelid ta' Ġesù sakemm il-Maġi waslu Betlehem u lanqas jekk Ġesù u ommu u missieru kinux għadhom joqgħodu fl-istalla fejn sar it-twelid. Mill-evanġelju skont Luqa nafu li Ġużeppi, Marija u Ġesù baqgħu Betlehem mill-inqas għal 40 jum, jiġifieri sal-Preżentazzjoni fit-Tempju. Iż-żjara tal-Maġi u l-ħarba mgħaġġla lejn l-Eġittu bilfors saru wara din il-ġrajja, kontra t-tradizzjoni liturġika li tħalli biss tnax-il ġurnata bejn il-Milied u l-. Xi awturi jaqblu ma' dan u pproponew l-armonizzazzjoni tal-ġrajjiet fl-Evanġelji;
- It-test ma jgħidx li l-Maġi kienu rejiet, lanqas kemm kien hemm jew isimhom (ara l-artiklu Slaten Maġi għall-oriġni ta' dawn it-tradizzjonijiet);
- It-terminu "Maġi" jindika li kienu jappartjenu għal xi kasta saċerdotali ta' atroloġi żoroastrijani, li ċ-ċentru l-iżjed importanti tagħhom kien il-Babilonja. Il-kelmiet en têi anatolêi (= "fit-tlugħ tagħha") jistgħu jiġu tradotti bħala "fil-Lvant", li nistgħu niħduha li tfisser li l-Maġi ġew mill-Lvant (Fil-Lvant ta' Ġerusalemm kien hemm il-Babilonja u iżjed 'l hemm il-Persja);
- Alternattivament it-traduzzjoni ta' en têi anatolêi bħala "Fil-Lvant" setgħet tindika li l-istilla kienet tiddi fil-Lvant. Iżjed tard minn Ġerusalemm, l-istilla kienet tiddi min-nofsinhar;
- Mattew, però, uża t-terminu "astér", li iżjed joqgħod għal stilla milli għal kometa;
- It-test ma jgħidx li l-Maġi waslu Ġerusalemm isegwu l-kewkba, imma biss li d-dehra tagħha ħajrithom jistaqsu fil-qorti ta' Erodi dwar it-twelid tar-re tal-Lhud;
- Erodi sar jaf fuq it-twelid ta' Ġesù mingħand il-Maġi. Dan jista' jindika li l-interpretazzjoni tal-ġrajiet astroloġiċi ma kinux ifissru xi ħaġa għall- Ellenisti, bħal ma kienu għall-.
- Il-Maġi "mtlew b'ferħ kbir tassew" għaliex il-qagħda tal-istilla kienet tikkorrispondi mad-direzzjoni ta' Betlehem, mhux għax reġgħet dehret wara li għebet temporanjament. It-test ma jaffermax, imma ma jeskludix, li l-kewkba baqgħet tidher matul il-vjaġġ kollu (kif kien ikun jekk kienet xi kometa jew nova);
- L-istilla kienet tiddi fin-nofsinhar ta' Ġerusalemm (din, infatti, hi d-direzzjoni ta' Betlehem);
- Lanqas jgħid li l-kewkba waqfet fuq il-grotta (bħal fil-presepji), imma jgħid biss li kienet fl-inħawi ta' Betlehem;
- L-indikazzjoni li l-kewkba kienet fuq il-post fejn kien hemm Ġesù jista' jkollha ħafna sinjifikati. Fit-testi kontemporanji it-terminu estáthe epáno jintuża għal kometi bid-denb 'il fuq. Fl-aħħar, skont Mario Codebò, it-test Grieg hu ambigwu u jista jiġi tradott b'mod kompletament differenti minn dak tas-soltu (mibdi mit-traduzzjoni Latina ta' San Ġlormu). Pereżempju l-evanġelju ta' Mattew jista' jgħid sempliċement li sebaħ meta l-Maġi waslu Betlehem (l-istilla, allura, ma waqfitx imma għebet minħabba d-dawl tax-xemx);
- Il-qtil tat-trabi kollha ta' taħt tliet snin juri l-l-ġrajja jew sensiela ta' ġrajjiet sinjifikattivi bdiet sentejn qabel.
It-tifsira simbolika
Il-preżenza tal-istilla fit-twelid ta' Ġesù hu simbolu messijaniku. Dan hu riferiment Bibliku għall-profezija ta' Balgħam fuq kewkba, li "għad titla' kewkba minn Ġakobb" . Minkejja li l-istilla kienet identifikata mar-, qabel it-twelid ta' Kristu xi Lhud diġà kienu identifikawha mal-Messija. Fit-tieni seklu u jirreferu għal din il- profezija eżattament f'relazzjoni mal-Kewkba ta' Betlehem. L-identifikazzjoni messijanika hi iżjed u iżjed ċara fil-verżjoni tas- (li s-soltu jużaw l-evanġelisti), li fiha x-"xettru", li jqum minn Iżrael, hi tradotta għal-Grieg bħala "bniedem".
Bi qbil mal-profezija ta' Balgħam, it-tema tad-"dawl" titfaċċa f'ħafna profeziji oħra tradizzjonalment applikati għall-Messija, fosthom Is:60:1-6.
Il-karattru "nazzjonalistiku" tal-profezija ta' Balgħam jista' jkun għaliex l-istilla ma tissemiex fl-evanġelju ta' Luqa, billi dan kienet dirett lejn il-"ġentili" u l-Lhud ellenizzati.
Interpretazzjoni midraxija
Xi biblisti moderni għadhom isegwu s'issa l-ideat ta' Ġwanni Kriżostmu spjegati hawn fuq, u jintegranwahom mal-metodu storiku-kritiku tal-qari tat-testi bibliċi: L-istilla ta' Betlehem, allura, tista' tkun invenzjoni narrativa li tappartjeni għall-ġeneru letterarju Lhudi tal-midrax. In-narratur sempliċement ried jafferma b'mod indirett li Ġesù kien il-Messija mħabbar fit- u uża għal dan l-għan l-istess elementi simboliċi użati mill-profeti, x'aktarx mingħajr ma induna jew kellu l-intenzjoni li jdaħħal elementi sopranaturali, li sekli wara (imma mhux fi żmienu, kif ġie diskuss hawn fuq) ħafna qarrejja sabuhom mhux plawżibbli.
Tentattivi għall-identifikazzjoni astronomika
L-indikazzjonijiet astronomiċi użati fl-ispjegazzjoni tan-narrazzjoni tal-Evanġelju ta' Mattew huma ta' żewġ tipi: ġrajjiet astronomiċi eċċezzjonali ta' effett viżibbli kbir bħala l-mogħdija ta' kometa jew il-formazzjoni ta' xi supernova inkella xi konġunzjonijiet planetarji ta' sinjifikat astroloġiku speċjali.
Dawn tal-aħħar jispjegaw aħjar kif il-Maġi setgħu jifhmu li kellhom imorru Ġerusalemm, billi l-orjentament ta' kull stilla jew ġrajja astronomika b'rispett il-punti kardinali tinbidel kontinwament minħabba t-tidwir tad-dinja; l-istilla polari biss tibqa' fissa. Allura ġrajja astronomika naturali ma setgħetx tindika d-direzzjoni mill-Babilonja sa Ġerusalemm u infatti għad-distanza qasira ħafna bejn Ġerusalemm u Betlehem (8 km) biss Mattew jgħid li l-istilla "imxiet quddiem" il-Maġi, li juri li kienet fid-direzzjoni ta' nofsinhar bejn wieħed u ieħor matul l-aħħar parti tal-vjaġġ.
Iż-żewġ tipi ta' ġrajjiet jistgħu jiġu kkombinati flimkien, il-konġunzjoni planetarja tiġi assenjata ir-rwol "informattiv" u supernova jew kometa ir-rwol "direzzjonali". Din l-ipoteżi ġiet proposta għall-ewwel darba minn u wara adottata minn diversi awturi, anki reċenti.
Billi l-mewt ta' Erodi ma kinetx iżjed tard minn 4 QK, il-parti l-kbira tal-istudjużi eżaminaw il-perjodu 8-4 QK; xi xogħlijiet, però, sabu ġrajjiet astronomiċi interessanti anki fil-perjodu ta' wara 3-1 QK, is-sentejn immedjatament qabel id-data tradizzjonali tat-twelid ta' Ġesù.
Grajjiet astronomiċi spettakolari
L-ipoteżi ta' ġrajja eċċezzjonali taqbel mad-deskrizzjoni li nsibu fil-, kitba apokrifa tat-tieni seklu, li skontha "l-kewkba kienet tiddi tant bil-qawwa li l-istilel l-oħra ma baqgħux jidhru”. Dan is-sors, però, mhux ta' min joqgħod fuqu biżżejjed biex dan id-dettall inqisuh sod. Barra minn hekk xi ġrajja eċċezzjonali kien jinduna biha kulħadd u Erodi ma kienx ikollu bżonn jitlob lill-Maġi id-data preċiża tal-bidu tal-ġrajja. Il-ġrajja eċċezzjonali, jekk veru ġrat, kienet preċeduta minn ġrajjiet astronomiċi oħra li t-tifsira tagħhom kienu jifhmuha l-astroloġi biss.
Kometa
L-ipoteżi li l-istilla ta' Betlehem kienet kometa, jew xi ħaġa simili, ġejja minn , li ma bbażax ruħu fuq it-tradizzjonijiet preċedenti, imma propona li kien hemm "stilla" ġdida, jiġifieri ġrajja eċċezzjonali, x'aktar bl-iskop li ma jmurx kontra d-drawwa tal-Insara li ma jipprattikawx l-astroloġija. Oriġene ikkwota t-trattat mitluf "Dwar il-kometi", miktub mill-preċettur ta' Neruni, Kajremon, li skontu d-dehra tal-kometi jew kwiekeb ġodda kien sinjal li twieled bniedem importanti u allura kien plawżibbli li l-Maġi bdew il-vjaġġ tagħhom meta dehret xi kometa jew stilla ġdida.
Hemm min ippropona li l-istilla setgħet kienet il-, li dehret fit-12 QK, imma din ma taqbilx mal-opinjoni tal-parti l-kbira tal-istoriċi moderni li jaħsbu Ġesù twieled bejn is-7 Qk u l-4 QK. Ma nafux bil-mogħdija ta' kometi oħra fil-perjodu ta' interess, barra waħda fil-5 QK deskritta mill-astronomi Ċiniżi bħala kometa, imma llum spiss reinterpretata bħala supernova. L-identifikazzjoni tal-Kewkba bħala din il-kometa jaqbel magħha pereżempju Colin Humphreys, li jużaha biex jagħti madwar l-Għid tal-5 QK bħala d-data ta' meta twieled Kristu.
Kif għedna hawn fuq, l-identifikazzjoni tal-"Kewkba" bħala kometa saret opinjoni komuni fis-seklu 16, wara l-pittura ta' Giotto.
Nova
Mill-banda l-oħra, xi studji sabu traċċi ta' splużjoni ta' :
- Fl-1977 grupp ta' riċerkaturi Ingliżi (Clark, Parkinson u Stephenson) sabu li xi annali astronomiċi Ċiniżi f'Marzu tal-5 QK irreġistraw id-dehra ta' oġġett brillanti, x'aktarx , li baqa' jidher għal xi 70 jum bejn il-kostellazzjoni ta' u ta' . Dan l-oġġett kważi żgur sabuh ukoll l-astronomi Koreani, però ir-reġstrazzjonijiet tagħhom fihom xi impreċiżjonijet, dovuti x'aktard għal żbalji fit-traskrizzjoni. Jekk il-Maġi telqu mill- meta dehret, setgħu jaslu fil-Ġudea f'April/Mejju: f'daq il-perjodu mas-sbiħ kienet tidher minn Ġerusalemm fid-direzzjoni ta' nofsinhar, jiġifieri lejn Betlehem, bi qbil perfett tar-rakkont tal-evanġelju.
- Ipoteżi reċenti ssuġġerit li l-istilla ta' Betlehem kienet supernova jew , li t-traċċi tagħha instabu fil-qrib ta' tal-. Id-datazzjoni ta' din il-ġrajja mhux possibbli bħalissa, imma tista' issir possibbli bil-progress fit-teknoloġija. , però, osserva li supernova f'Andromeda kieku tispjega b'mod letterali aspett misterjuż tal-evanġelju ta' Mattew: il-waqfa tal-kewkba eżatt fuq Betlehem. Il-"waqfa" tindika li l-istilla laħqet iż-żenit, mument li fih ma tibqax tagħti indikazzjoni direzzjonali.
Konġunzjonijiet planetarji
Xi studjużi issuġġerew li l-istilla ta' Betlehem ma kinitx stilla jew kometa, imma dija ġejja mill-pjaneta Ġove f'konġunzjoni ma' pjaneti oħra li jiddu inqas. (De anno natali Christi, 1614) kien l-ewwel li ġibed l-attenzjoni għall-fatt li fis-7 QK kien hemm konġunzjoni trippla ta' Ġove ma' Saturnu u Marte fil-Kostellazzjoni tal-Ħut. Il-fenomenu ġibed ukoll l-attenzjoni tal-astronomi Kaldej, li kienu pprevedewh mis-sena ta' qabel. It-tavletta bit-tbassir tal-fenomenu, iddatata it-8 QK, instabu xi erba' kopji tagħha f'siti diversi (fatt rari ħafna); dan juri l-interess tal-astroloġi antiki fil-fenomenu.
Konġunzjoni Ġove-Saturnu fl-istess kostellazzjoni, jekk neskludu il-, skont Kepler tiġri kull xi 800 mitt sena solari.
Ġenerikament, il-pjaneti Ġove u Saturnu, li jiddu ħafna fis-sema, jallinjaw ruħhom max-Xemx kull 19-il sena u 314 jum, u dawn il-konġunzjonijiet huma qsar ħafna u jidhru biss għal xi ftit sigħat mas-sebħ jew ma' nżul ix-xemx, jew anki ma jidhru xejn, meta, pereżempju il-pjaneta tagħna tkun fin-naħa opposta. Però, billi l-perjodu tad-tidwir tad-dinja hu ħafna iqsar minn dak tal-pjaneti l-oħra, l-Art jirnexxilha tallinja ruħha kwalitativament max-Xemx, Ġove u Saturnu qabel ma jitbiegħdu sinjifikament minn xulxin. Għalhekk jiġri li l-allinjament ġeoċentriku taż-żewġ pjaneti għandu l-istess perjodu medju bħall-allinjament eljoċentriku tagħhom, imma b'mod iżjed irregolari (jiġifieri tantiċipa u tippostiċipa b'xi xhur) minħabba it-tidwir tad-dinja. Meta l-Art tkun eżattament allinjata maż-żewġ pjaneti meta jkunu allinjati max-Xemx, ngħidu li l-konġunzjoni saret b'allinjament tat-tip eljoċentriku; f'dan il-każ, ikun hemm żewġ konġunzjonijiet oħra, xi mitt jum qabel u wara dak il-jum u dawn huma kkawżati minn allinjament wieħed tat-tip ġeoċentriku (jiġifieri li jġri biss mal-pjaneta Art). Dan it-tip ta' konġunzjonijiet jissejħu trippli jew tlitija, għaliex jiġru tliet darbiet f'perjodu ristrett taż-żmien (6-7 xhur). Dawn huma effett dovut għall-fatt li l-veloċità angolari tal-Art hi akbar, u għalhekk Ġove u Saturnu, jidhru jimxu lura fil-perjodu bejn l-ewwel u t-tielet konġunzjoni. L-effett jidher l-iżjed għall-pjaneta li hi l-eqreb lejna jiġifieri Ġove; din tidher timxi lura b'iżjed għaġla u ma ddumx ma tiltaqa' it-trajettorja ta' Saturnu. Meta ma tibqax timxi lura il-veloċità apparenti taċċelera fid-direzzjoni normali u fl-aħħar isseħħ it-tielet konġunzjoni.
L-astronomi, matul is-sekli, ikkonfermaw l-eżistenza ta' waħda minn dawn il-konġunzjonijiet trippli proprju bejn is-6 u s-7 Qk, jew matul is-sena 7 QK biss. Pereżempju skont Kepler, din il-konġunzjoni trippla seħħet fid-dati tal-kalendarju Gregorjan tad-29 ta' Mejju, id-29 ta' Awwissu ul-5 ta' Diċembru tas-sena 7 QK, imma l-kalkoli ta' awturi oħra imexxuha bi ftit jiem, qabel jew wara.
Ġove u Saturnu daħlu fil-kostellazzjoni tal-Ħut mal-ekwinozju tar-rebbiegħa, u kienu jidhru fil-Lvant ftit wara s-sebħ, u baqgħu hemm għal xi sena u qorbu lejn xulxin tliet darbiet. Qabel ma ħarġu ingħaqdet magħhom Marte wkoll. Fi Frara tas-6 QK kienu hemm simultanjament il-konġunzjonijiet ta' Ġove mal-Qamar u ta' Marte ma' Saturnu, it-tnejn fil-kostellazzjoni tal-Ħut. Ftit wara Ġove daħlet fil-kostellazzjoni tal-Muntun, fejn skont l-astronomu Michael Molnar kellha żewġ konġunzjonijiet mal-qamar, tant qrib li kien hemm okkultamnent, jiġifieri setgħet tinħeba (ġrajja li tista' tiġi kkalkulata fuq il-kompjuters ta' daż-żmien, imma mhux prevedibbli fil-qedem). Skont Molnar l-okkultament tas-17 ta' April u l-waqfien ta' Ġove fid-19 ta' Diċembru tas-6 QK kienu partikularment sinjifikattivi.
Kien x'kien fis-snin 7-6 QK kien hemm sensiela ta' ġrajjiet astrali li damet madwar tmintax-il xhar li kellha interpretazzjonijiet varji mill-istudjużi bl-użu ta' testi Ebrajċi, Ellenistiċi u Babiloniżi. Is-sensiela kellha bħala ċentru il-pjaneta Ġove, l-iżjed li tiddi wara Venere u li fil-mitologija antika kienet l-alla maskili li ħallaq il-bnedmin ( għall-Babiloniżi]], Żews għall-).
Imma kif setgħu dawn il-konġunzjonijiet planetarji jħajru l-Maġi jmorru għand Erodi? Jidher li l-ġrajja kienet meqjusa eċċezzjonali u li kellha tifsira astroloġika sinjifikanti. Fis-seklu 8 WK, l-astrologu Persjan Maxagħalla ibn Atari, diġà kien isostni bl-użu ta' dati u teoriji astroloġiċi ta' nisel Iranjan u Babiloniż, li kull bidla reliġjuża jew politika bejn it-twelid ta' Kristu u ta' Muħammed, kienet marbuta mal-konġunzjoni bejn Ġove u Saturnu. F'Rosenberg insibu interpretazzjonu iżjed dettaljata, ibbażata fuq aħbarijiet forniti minn , kittieb medjevali Lhudi. Il-pjaneta Saturnu setgħet kienet il-Missier Etern, Ġove l-iben u l-kostellazzjoni tal-Ħut setgħet kellha rabta mal-poplu ta' Iżrael. Anki skont l-assirjologu il-ġrajja tas-7 QK kellha importanza kbira għall-astroloġi Kaldej u ħabbret "it-tmiem tal-ordni l-qadim tad-dinja u t-twelid ta' re ġdid mibgħut minn Alla". Fl-aħħar Ettore Bianchi, Mario Codebò u Giuseppe Veneziano issottolinjaw li proprju f'din l-epoka tat-twelid ta' Kristu kien hemm il-mgħodija mill- għall-, li matul l- tagħha ix-Xemx daħlet fil-kostellazzjoni tal-Ħut u tal-Verġni u kienet ġejja lura l-. Kwalinkwe ġrajja astrali fil-kostellazzjoni tal-Ħut bilfors kellha riżonanza qawwija fost l-astroloġi ta' kull kultura tkun liema tkun, kif turi wkoll il-kitba fl-Eclogæ IV ta' Virġilju, dwar jil-ġrajja tas-Saturnia Regna. Skont l-astroloġija Iranjana u Indjana l-età tad-deheb tiġi kull tnax-il elf sena.
Xi eżempji illustrattivi
Id-dati astronomiċi msemmija hawn fuq huma numerużi u l-inċertezzi tad-datazzjoni tat-twelid ta' Ġesù hi tant wisgħa, li m'hemmx diffikultà li nsibu bosta posibilitajiet li jaqblu. Il-possibilitajiet jiżdiedu wkoll bl-għadd tal-ġrajjiet Bibliċi: L-ewwel sinjal astroloġiku seta' jikkorrispondi mhux mat-twelid imma mal-konċepiment ta' Ġesù jew jista' jkun ukoll mal-aħbar li ngħata Żakkarija, li tat bidu għas-sensiela ta' ġrajjiet. Għalhekk kemm hi sinjifikanti kull koinċidenza hu limitat.
Ejja nagħmlu riassunt ta' xi possibilitajiet:
- David Hughes u iżjed reċentement Simo Parpola jipproponu żmien għall-ġrajjiet kollha tar-rebbiegħa tas-7 QK; it-twelid ta' Ġesù iqegħduh mal-konġunzjoni ekwinozjali (6 ta' Ottubru), waqt li l-wasla tal-Maġi iqegħduha fl-aħħar konġunzjoni fl-ewwel jiem ta' Diċembru. Is-sbuħija ta' din il-proposta hi li meta waslu Ġerusalemm setgħu jivverifikaw dak li raw f'pajjiżhom kif intqal f'Mt:2:10. Billi l-ewwel konġunzjoni seħħet sitt xhur biss qabel, ma nistgħux nispjegaw għaliex Erodi ried joqtol it-trabi kollha ta' Betlehem ta' taħt sentejn
- Michael Molnar jenfasizza biss il-ġrajjiet tas-6 QK u r-rwol ta' Ġove u jqiegħed iż-żjara tal-Maġi f'Diċembru ta' dik is-sena;
- Għal diversi awturi, fosthom reċentement Colin Humphreys, il-ġrajjiet tas-7 u s-6 QK iservu biss bħala "allert astrologiku", waqt li t-twelid ta' Kristu seħħ meta dehret il-kometa/supernova ta' Marzu tal-5 Qk, jew ftit wara. Billi l-"kometa" kienet osservata mill-astronomi Ċiniżi għal 70 jum, il-Maġi kellhom żmien kemm riedu bix josservaw l-ewwel dehra u jiddeċiedu li jitilqu għal Ġerusalemm matul ix-xahrejn ta' wara. Din is-soluzzjoni tispjega l-imġiba ta' Erodi, bl-iżvantaġġ li ddaħħal żewġ ġrajjiet, waqt li l-evanġelju jsemmi wiaħda biss..
Noti
- ^ Il-Midrax (Lhudi מדרש; plural Midraxim) hu wieħed mill-metodi ebrajċi ta' interpretazzjoni u kummenti tal-Kitba Mqaddsa. In-nom Midrax ġej mill-kelma Lhudija darax (דרש) li, kemm fit- kif ukoll fit-Torah orali, ifisser irriċerka, fela, eżamina, studja.
- ^ Haggada (bil-Lhudiהגדה) hi għamla ta' narrazzjoni użata fit- u f'xi partijiet tal-liturġija Lhudija u l-Midrax.
- ^ Bibbia di Gerusalemme, EDB, Bolonja 2004, p.2087, nota 2.1
- ^ a b Joseph Ratzinger, L'infanzia di Gesù, Rizzoli 2012, p.115s
- ^ De Plantatione. L-istess kunċett f': De Somniis 1.135 u De Opificio Mundi 73.
- ^ ([Eż:14:19] U mbagħad l-anġlu ta' Alla, li kien miexi quddiem it-tined ta' Iżrael, telaq u mar warajhom, u l-kolonna ta' sħab minn quddiemhom marret qagħdet warajhom, u ġiet bejn it-tined tal-Eġizzjani u t-tined ta' Iżrael.
[Eż:23:20] “Arani, se nibgħat anġlu quddiemek biex iħarsek fit-triq u jwasslek fil-post li jien ħejjejtlek.
[Eż:32:24] U jien għedtilhom: 'Min għandu xi deheb, jinżgħu u jagħtihuli.' Mbagħad jien tfajtu fin-nar u ħareġ dan l-għoġol.”; [Eż:33:2] Jien nibgħat l-anġlu tiegħi quddiemek u nkeċċi minn quddiemek il-Kangħanin u l-Amurrin, il-Ħittin u l-Periżżin, il-Ħiwwin u l-Ġebusin. - ^ Mit-traduzzjoni tal-Għaqda Biblika Maltija
- ^ Steven L. Cox, Kendell H. Easley, Harmony of the Gospels, 2007
- ^ Cfr. Colin Humphreys: "The curious terminology in Matthew 2:9 that the star 'stood over' Bethlehem will now be considered. Phrases such as 'stood over' and 'hung over' appear to be uniquely applied in ancient literature to describe a comet, and I can find no record of such phrases being used to describe any other astronomical object. The historians Dio Cassius and Josephus were broadly contemporary with the author of Matthew's gospel. Dio Cassius (Roman History, 54, 29) describing the comet of 12 BC (Halley's comet) which appeared before the death of Marcus Agrippa writes 'the star called comet stood for several days over the city [Rome]'. Josephus (Jewish War 6,5,3) states 'a star, resembling a sword, stood over the city Jerusalem]', probably referring to the comet of AD 64 mentioned by Tacitus (Annals, 15,47), comets frequently being described as 'swords' in ancient literature because of their upward tails (in a direction away from the sun). Marcellinus describing a comet of AD 390 writes'a sign appeared in the sky hanging like a column and blazing for 30 days'."
- ^ "... ed ecco la stella, che avevano visto al sorgere, li precedeva; l'aurora, sopraggiunta, venne a sorgere sopra il luogo ove era il bambino...", fi Ettore Bianchi, Mario Codebò, Giuseppe Veneziano, Dalla “Stella di Betlemme” alla creazione del mondo, p. 5.
- ^ [Num:24:17] Qiegħed naraha, imma mhux għalissa; nħares lejha, imma mhux fil-qrib. Għad titla' kewkba minn Ġakobb ... u jqum xettru minn Iżrael; u jkisser ngħas Mowab, u jeqred l-ulied kollha ta' Set.
- ^ Ma ninsewx l-influwenza tal-profezija messijanika ta' "dawl kbir" f'Isaija:
[Is:9:1] Il-poplu li kien miexi fid-dlam ra dawl kbir; in-nies li joqogħdu f'art id-dlam dawl idda fuqhom. [Is:9:2] Int kattart il-ġens, kabbart l-hena; huma ferħu quddiemek, bħalma jifirħu fi żmien il-ħsad, bħalma jifirħu fi qsim il-priża. [Is:9:3] Għax il-madmad li kien itaqqlu, u l-ħatar ta' fuq spallejh, u l-bastun tal-argużin, int kissirthom bħal f'jum Midjan. [Is:9:4] Għax kull qorq li jħabbat fit-taqtigħa, kull mantell mgħargħar fid-demm jispiċċa għall-ħruq, biex jieklu n-nar. [Is:9:5] Għax tweldilna tifel, ngħatalna iben; is-setgħa tkun fuq spallejh, u jsemmuh: "Kunsillier tal-għaġeb, Alla setgħan, Missier għal dejjem, Prinċep tas-sliem." [Is:9:6] Kbira tkun setegħtu, u s-sliem bla qjies fuq it-tron ta' David u s-saltna tiegħu. Hu jwettaqha u jsaħħaħha bil-ħaqq u s-sewwa, minn issa u għal dejjem. Il-ħeġġa tal-Mulej tal-eżerċti tagħmel dan. - ^ cfr. rispettivament Contra Celsum, I, 58-59 u Adversus haereses, III, 9,2
- ^ Patrizio Rota Scalabrini, Matteo e il vangelo dell'infanzia di Gesù. L'origine del Figlio di Dio, f' Vangeli canonici e vangeli segreti: origine e compimento della storia di Gesù. Il Messianismo, Bergamo 2007, p.42
- ^ [Is:60:1] Qum! Ħa jiddi wiċċek! Id-dawl tiegħek wasal! Jiddi fuqek sebħ il-Mulej! [Is:60:2] Ara d-dlamijiet jiksu l-art, u sħab iswed il-popli: iżda fuqek jiddi l-Mulej, u sebħu jfiġġ fuqek. [Is:60:3] Il-ġnus għad jimxu fid-dawl tiegħek, u s-slaten fid-dija ta' sbiħek. [Is:60:4] Għolli u dawwar għajnejk madwarek u ara: lkoll miġbura ġejjin għandek. Uliedek ġejjin mill-bogħod, u bnietek iġorruhom fuq id-dirgħajn. [Is:60:5] Imbagħad tħares u wiċċek jiddi, u tħabbat u timtela qalbek, għax fuqek taqa' l-kotra tal-ġid tal-ibħra, u l-għana tal-ġnus jiġi għandek. [Is:60:6] Mrieħel ta' iġmla għad jgħattuk, l-iġmla żgħar ta' Midjan u Għefa; lkoll minn Seba jiġu, mgħobbija bid-deheb u l-inċens, u jxandru t-tifħir tal-Mulej.
- ^ Bibbia di Gerusalemme, EDB, Bologna 2004, p.2087, nota 2.1 u għall-trattament fit-tul C. Allison, Jr., What Was the Star that Guided the Magi?
- ^ a b Cfr. Stella di Betlemme, f' Dizionario Interdisciplinare di Scienza e Fede
- ^ Pereżempju cfr. J. Finegan,, Handbook of Biblical Chronology, Princeton 1964; H.W. Montefiore, "Novum Testamentum" IV (1960), pp. 139-160; D. Hughes, "Nature", 264 (1976), pp.513-517 (Hughes, aktar tard ċaħad din it-teżi); C. Humphreys, The Star of Bethlehem.
- ^ Contra Celsum, I, 58-59 ikkwotat fi Stella di Betlemme, f' Dizionario Interdisciplinare di Scienza e Fede
- ^ Dawn xi awturi li huma ta' din l-opinjoni: Kokkinos, 1989; Vardaman, 1989; A. Reznikov, 1986.
- ^ Humphreys, 1995.
- ^ Clark, Parkinson, Stephenson, 1977.
- ^ Humphreys, 1991; Humphreys, 1995.
- ^ Mark Kidger, Chinese and Babylonian Observations [1]
- ^ Tipler 2005.
- ^ Tavletta BM35429 fil-.
- ^ Pereżempju, skont Giuseppe De Cesaris, il-ġrajja ċentrali seħħet fl-ewwel ta' Ottubru. Mill-banda l-oħra Simo Parpola jgħid li t-tliet ġrajjiet seħħu fis-27 ta' Mejju, is-6 ta' Ottubru u l-1 ta' Diċembru. Ashgrove, Triple Conjunction of Jupiter and Saturn [2]
- ^ Molnar 1999.
- ^ E.S. Kennedy and D. Pingree, The Astrological History of Masha'allah, Harvard University Press, Cambridge, Mass. 1971.
- ^ Isaac Abrabanel, Le fonti della salvezza, ; cfr. Rosenberg, 1972.
- ^ No Babylonian interpretation of this particular conjunction is extant—surely because of the great rarity of the event—but we know that interpretations of planetary conjunctions were based on an analysis of the astrological significance of the planets and the accompanying circumstances, particularly the zodiacal sign in which the conjunction took place. The fact that Mars, the star of Nergal, the god of war, joined the conjunction in its final phase signified that the new king was to come from the West, specifically, from Syria-Palestine, for Mars was the star of Amurru or the West (Syria-Palestine) in the Babylonian system. The prediction of such a king would have held wide interest in 7 B.C.E., when a power vacuum of sorts prevailed in the Near East. The Seleucid empire created by the successors of Alexander the Great had collapsed in 64 B.C.E., and its remnants, which included Judea, had been annexed to Rome as a province named Syria. The power of Rome had not yet been consolidated in the area, however. Even after Augustus changed Rome into an autocratic monarchy in 27 B.C.E., his authority was questioned in the East, for the Roman emperor, unlike the Seleucid kings and their predecessors, did not derive his authority from God. For this reason, many people considered Roman rule illegitimate and hoped that a local Near Eastern king appointed by God would drive the Romans out of the country and create a better world. These messianic expectations are recorded by Josephus and reflected in the Dead Sea Scrolls. The conjunction of 7 B.C.E. would have been interpreted as a portent of the birth of precisely this kind of king. The political vistas opened by it would not have escaped the attention of any Babylonian astrologer; Parpola 2001 Bringing the Ancient World to Life - Biblical Archaeology Society
- ^ Bianchi, Codebò, Veneziano, 2007
- ^ Il-fatt li l-evanġelju ma jsemmix ġrajjiet astroloġiċi jagħmel sens meta niftakru kemm l-ewwel Insara kienu kontra l-prattika tal-seħer.
Biblijografija
- , De vero anno, quo aeternus Dei filius humanum naturam in utero benedictae Virginis Mariae assumsit, Frankfurt 1614 (rist. in Kepler. Gesammelte Werke, München 1953, vol. V, pp. 5–125);
- U. Holzmeister, La stella dei Magi, “Civiltà Cattolica” XCIII (1942), pp. 9–22;
- R.W. Sinnott, Thoughts on the Star of Bethlehem, "Sky & Telescope" XXXVI (1968), pp. 384–386;
- R.A. Rosenberg, The star of the Messiah reconsidered, "Biblica" LIII (1972), pp. 105–109;
- D. Hughes, The Star of Bethlehem, “Nature” CCLXIV (1976), pp. 513–517;
- D. Clark, J. Parkinson, F. Stephenson, An Astronomomical Re-appraisal of the Star of Bethlehem. A Nova in 5 B.C., "Quarterly Journal of the Royal Astronomical Society" XVIII (1977), pp. 443–449;
- K. Ferrari d'Occhieppo, The Star of Bethlehem, "Quarterly Journal of the Royal Astronomical Society" XIX (1978), pp. 517–520;
- C. Cullen, Can we Find the Star of Bethlehem in Far Eastern records?, "Quarterly Journal of the Royal Astronomical Society" XX (1979), pp. 153–159;
- D. Hughes, The Star of Bethlehem. An Astronomer's Confirmation, New York 1979;
- J. Mosley, Common errors in “Star of Bethlehem” planetarium shows, "The Planetarian" X (1981), n. 3;
- E. Martin, The Star that Astonished the World, Portland 1982;
- M. Crudele, Betlemme, Stella di, "Dizionario Interdisciplinare di Scienza e Fede", a cura di Giuseppe Tanzella-Nitti e Alberto Strumia, Città Nuova e Urbaniana University Press, 2002
- A. Reznikov, La comète de Halley: une démystification de la légende de Noël?, "Recherches d'astronomie historique", XVIII (1986), pp. 65–80;
- C. Lamberti, La stella dei Magi: realtà o fantasia?, "L’Astronomia", LXXXIII (dicembre 1988);
- L. Zusi, La stella dei Magi: fede e astrologia, "L’Astronomia", LXXXIII (dicembre 1988);
- Jerry Vardaman, Jesus’ Life: A New Chronology, in Chronos, Kairos, Christos: Nativity and Chronological Studies Presented to Jack Finegan eds J. Vardaman and E.M. Yamauchi, Winona Lake 1989, pp. 55–82;
- Nikos Kokkinos, Crucifixion in A.D. 36: The Keystone for Dating the Birth of Jesus, in Chronos, Kairos, Christos: Nativity and Chronological Studies Presented to Jack Finegan eds J. Vardaman and E.M. Yamauchi, Winona Lake 1989, pp. 133–163;
- Colin J. Humphreys, The Star of Bethlehem: A Comet in 5 BC and the Date of the Birth of Christ, "Quarterly Journal of the Royal Astronomical Society", XXXII (1991), pp. 389–407;
- Dale C. Allison jr., What Was the Star that Guided the Magi?, "Bible Review", December 1993 (= cap. III di The First Christmas. The Story of Jesus' Birth in History and Tradition Bringing the Ancient World to Life - Biblical Archaeology Society;
- Colin J. Humphreys, The Star of Bethlehem, "Science and Christian Belief" V (October 1995), pp. 83–101 'The Star of Bethlehem';
- F. Quéré, I magi alla luce della stella, “Il mondo della Bibbia” VII (1996), n. 35, pp. 12–15;
- P. Léna, Un fenomeno celeste?, “Il mondo della Bibbia” VII (1996), n. 35,, pp. 16–17;
- M. Centini, La vera storia dei Re Magi, Piemme, Casale Monferrato (1997);
- Michael Kidger, The Star of Bethlehem, Princeton 1999;
- Michael R. Molnar, The Star of Bethlehem: The Legacy of the Magi, London 1999. ISBN 0-8135-2701-5 The Star of Bethlehem: The Legacy of the Magi (ed. it. La stella di Betlemme, Armenia, Milano 2000);
- G. Teres, The Bible and Astronomy. The Magi and the Star in the Gospel, Budapest 2000;
- Robert C. Newman, "The Star of Bethlehem: A Natural-Supernatural Hybrid?", Interdisciplinary Biblical Research Institute, 2001. A visual presentation is given here.
- G. De Cesaris, Congiunzioni Giove-Saturno e Storia Giudaico-Cristiana, Keybooks, Guidonia Montecelio 2001;
- Simo Parpola, The Magi and the Star. Babylonian Astronomy Dates Jesus' Birth, Bible Review, December 2001, pp. 16–23 e pp. 52–54 (= cap. II di The First Christmas. The Story of Jesus' Birth in History and Tradition Bringing the Ancient World to Life - Biblical Archaeology Society;
- Ettore Bianchi - Mario Codebò - Giuseppe Veneziano, Ipotesi astronomica sulla stella di Betlemme e sulle aspettative escatologiche coeve nel mondo mediterraneo, in Atti del V Convegno Nazionale S.I.A. di Archeoastronomia, Astronomia antica e culturale e Astronomia storica, Milano 23-24/09/2005;
- Ettore Bianchi - Mario Codebò, Considerazioni astronomiche sulle aspettative messianiche giudaico-cristiane, in Atti dell’VIII Seminario A.L.S.S.A. di Archeoastronomia, Genova 2005;
- Frank J. Tipler, The Star of Bethlehem: A Type-Ia/Ic Supernova in the Andromeda Galaxy, "The Observatory", CXXV (2005), pp. 168–174 [3];
- M.T. Bregant - R. Lena, La stella che guidò i Magi, "L’Astronomia" 269, dicembre (2005);
- Ettore Bianchi - Mario Codebò - Giuseppe Veneziano, Dalla stella di Betlemme alla creazione del mondo, in Atti del IX Seminario A.L.S.S.A, Genova 2007 Dalla “Stella di Betlemme” alla creazione del mondo.
Artikli li għandhom x'jaqsmu
Ħoloq esterni
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Kewkba ta' Betlehem |
- La Stella di Betlemme, Dizionario Interdisciplinare di Scienza e Fede
- La stella di Natale
- Ettore Bianchi,Mario Codebò, Giuseppe Veneziano, Dalla “Stella di Betlemme” alla creazione del mondo
- Colin Humphreys, The Star of Bethlehem
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Kewkba ta' Betlehem, X'inhi Kewkba ta' Betlehem? Xi tfisser Kewkba ta' Betlehem?
Il kewkba ta Betlehem hu l fenomenu astronomiku li skont ir rakkont tal Mt 2 1 2 12 u 2 16 mexxa l Maġi biex isibu l Ġesu ftit wara li twieled Il kometa ta Halley f L Adorazzjoni tal Maġi ta Giotto fil L istoriċita tar rakkont hi s suġġett ta ħafna diskussjoni L istoriċi mhux Insara u xi biblisti Nsara jqisuh bħala detall ta rakkont Midraxi ta karattru Haggadi Xi biblisti Nsara jaċċettaw il veraċita storika tagħha Oħrajn jidentifikaw l istilla mal konġunzjoni astronomika tlitija ta Ġove Saturnu u Marte li seħħet fil kostellazzjoni tal Ħut Id dibattitu antik dwar in natura tal kewkbaStilla fl Adorazzjoni mill Maġi fil lunetta tal bieb tal Abbazia di San Mercuriale ta Forli Seklu 13 Fl antikita diġa kien hemm nuqqas ta qbil bejn l Insara billi anki l fehmiet tal filosfi dwar in natura tal korpi tas sema kienu konfuzi Skont il filosfu Lhudi Filun ta Lixandra u qablu u l Stojċi il kwiekeb huma ħlejjaq ħajjin imma ta ġeneru għal kollox spiritwali L identifikazzjoni tal kwiekeb mal anġli tidher f ħafna testi bibliċi jew tal letteratura Lhudija Għalhekk diversi Missirijiet tal Knisja fosthom Ġwanni Krizostmu ma jaraw l ebda kontradizzjoni fil fatt li stilla jiġifieri anġlu nizlet fl art biex tmexxi l Maġi sal istalla ta Ġesu skont ir rakkont popolari u b analoġija mat tmexxija li kellu il poplu ta Izrael matul l Ezodu F insibu linja ta ħsieb kompletament differenti li ssostni li għandna nittrattawha bħala ġrajja naturali u mhux mirakuluza San Ġlormu kkumbatta l idea li l istilel jistgħu jkunu anġli u fl aħħar fil 553 il eskluda darba għal dejjem li l pjaneti jew il kwiekeb jista jkollhom ruħ Il parti l kbira tal ezetiċi l antiki mela kienu jinterpretaw l istilla bħala fenomenu ċelesti inanimat naturali jew bħala sinjal imma mingħajr ma identifikawh ma pjaneta Fl ikonografija Nisranija antika infatti il kewba qatt ma tiġi rapprezentata bid denb L ezempju l izjed antik hu affresk fil Seklu 3 4 Ir rapprezentazzjoni komuni f għamla ta stilla kometa ġejja mill fatt li Giotto impressjonat mill mogħdija tal fl 1301 pinġieha bħala kometa b denb twil fil Cappella degli Scrovegni Mill bidu tas seklu 15 bdiet tiġi rapprezentata hekk fil pitturi tat twelid ta Ġesu u fil Id denb jikkorrispondi wkoll max xewqa li jiġi rapprezentat oġġett ċelesti li jindika direzzjoni skont l interpretazzjoni popolari tat test evanġeliku Test tal EvanġeljuIl Maġi jilmħu l istilla dettall minn L Adorazzjoni tal Maġi ta 1423 Dan it test fl evanġelju ta Mattew Meta twieled Ġesu f Betlehem tal Lhudija fi zmien is sultan Erodi xi maġi mil lvant ġew Ġerusalemm jistaqsu Fejn hu dak li twieled sultan tal Lhud Għax rajna l kewkba tiegħu tielgħa u ġejna nqimuh Is sultan Erodi sama bihom u tħawwad hu u Ġerusalemm kollha miegħu Ġabar flimkien il qassisin il kbar u l kittieba kollha tal poplu u ried jaf mingħandhom fejn kellu jitwieled il Messija U huma qalulu F Betlehem tal Lhudija għax hekk inkiteb mill profeta U int Betlehem art ta Ġuda le m intix l izgħar fost il bliet il kbar ta Ġuda għax minnek joħroġ mexxej li jirgħa l poplu tiegħi Izrael Erodi mbagħad sejjaħ lill maġi bil moħbi u tkixxef bir reqqa kollha mingħandhom iz zmien li fih dehritilhom il kewkba bagħathom Betlehem u qalilhom Morru staqsu sewwa għat tifel u meta ssibuh ejjew għiduli ħalli jien ukoll niġi nqimu Dawk wara li semgħu lis sultan telqu u ara il kewkba li kienu raw tielgħa bdiet miexja quddiemhom sakemm waslet u waqfet fuq il post fejn kien hemm it tifel Kif raw il kewkba mtlew b ferħ kbir tassew Meta mbagħad daħlu d dar u raw lit tifel ma ommu Marija nxteħtu fl art iqimuh fetħu t tezori tagħhom u offrewlu rigali deheb inċens u mirra Mbagħad billi kienu mwissijin f ħolma biex ma jerġgħux imorru għand Erodi telqu lura lejn arthom minn triq oħra Erodi mbagħad meta ra li l maġi kienu daħku bih nkorla bis sħiħ u bagħat joqtol f Betlehem u fl inħawi kollha tagħha lit tfal subjien kollha ta minn sentejn l isfel skond iz zmien li sar jaf mingħand il maġi Mattew 2 1 2 12 u 2 16 Kif nistgħu naraw ir rakkont bibliku ma jikkorrispondix ezattament mat tradizzjoni popolari Nisranija għalhekk ta min jissottolinja xi dettalji It test ma jispeċifikax kemm għadda mit twelid ta Ġesu sakemm il Maġi waslu Betlehem u lanqas jekk Ġesu u ommu u missieru kinux għadhom joqgħodu fl istalla fejn sar it twelid Mill evanġelju skont Luqa nafu li Ġuzeppi Marija u Ġesu baqgħu Betlehem mill inqas għal 40 jum jiġifieri sal Prezentazzjoni fit Tempju Iz zjara tal Maġi u l ħarba mgħaġġla lejn l Eġittu bilfors saru wara din il ġrajja kontra t tradizzjoni liturġika li tħalli biss tnax il ġurnata bejn il Milied u l Xi awturi jaqblu ma dan u pproponew l armonizzazzjoni tal ġrajjiet fl Evanġelji It test ma jgħidx li l Maġi kienu rejiet lanqas kemm kien hemm jew isimhom ara l artiklu Slaten Maġi għall oriġni ta dawn it tradizzjonijiet It terminu Maġi jindika li kienu jappartjenu għal xi kasta saċerdotali ta atroloġi zoroastrijani li ċ ċentru l izjed importanti tagħhom kien il Babilonja Il kelmiet en tei anatolei fit tlugħ tagħha jistgħu jiġu tradotti bħala fil Lvant li nistgħu niħduha li tfisser li l Maġi ġew mill Lvant Fil Lvant ta Ġerusalemm kien hemm il Babilonja u izjed l hemm il Persja Alternattivament it traduzzjoni ta en tei anatolei bħala Fil Lvant setgħet tindika li l istilla kienet tiddi fil Lvant Izjed tard minn Ġerusalemm l istilla kienet tiddi min nofsinhar Mattew pero uza t terminu aster li izjed joqgħod għal stilla milli għal kometa It test ma jgħidx li l Maġi waslu Ġerusalemm isegwu l kewkba imma biss li d dehra tagħha ħajrithom jistaqsu fil qorti ta Erodi dwar it twelid tar re tal Lhud Erodi sar jaf fuq it twelid ta Ġesu mingħand il Maġi Dan jista jindika li l interpretazzjoni tal ġrajiet astroloġiċi ma kinux ifissru xi ħaġa għall Ellenisti bħal ma kienu għall Il Maġi mtlew b ferħ kbir tassew għaliex il qagħda tal istilla kienet tikkorrispondi mad direzzjoni ta Betlehem mhux għax reġgħet dehret wara li għebet temporanjament It test ma jaffermax imma ma jeskludix li l kewkba baqgħet tidher matul il vjaġġ kollu kif kien ikun jekk kienet xi kometa jew nova L istilla kienet tiddi fin nofsinhar ta Ġerusalemm din infatti hi d direzzjoni ta Betlehem Lanqas jgħid li l kewkba waqfet fuq il grotta bħal fil presepji imma jgħid biss li kienet fl inħawi ta Betlehem L indikazzjoni li l kewkba kienet fuq il post fejn kien hemm Ġesu jista jkollha ħafna sinjifikati Fit testi kontemporanji it terminu estathe epano jintuza għal kometi bid denb il fuq Fl aħħar skont Mario Codebo it test Grieg hu ambigwu u jista jiġi tradott b mod kompletament differenti minn dak tas soltu mibdi mit traduzzjoni Latina ta San Ġlormu Perezempju l evanġelju ta Mattew jista jgħid sempliċement li sebaħ meta l Maġi waslu Betlehem l istilla allura ma waqfitx imma għebet minħabba d dawl tax xemx Il qtil tat trabi kollha ta taħt tliet snin juri l l ġrajja jew sensiela ta ġrajjiet sinjifikattivi bdiet sentejn qabel It tifsira simbolikaKometa turi il Kristu f L Adorazzjoni tal Maġi ta Perugino Il prezenza tal istilla fit twelid ta Ġesu hu simbolu messijaniku Dan hu riferiment Bibliku għall profezija ta Balgħam fuq kewkba li għad titla kewkba minn Ġakobb Minkejja li l istilla kienet identifikata mar qabel it twelid ta Kristu xi Lhud diġa kienu identifikawha mal Messija Fit tieni seklu u jirreferu għal din il profezija ezattament f relazzjoni mal Kewkba ta Betlehem L identifikazzjoni messijanika hi izjed u izjed ċara fil verzjoni tas li s soltu juzaw l evanġelisti li fiha x xettru li jqum minn Izrael hi tradotta għal Grieg bħala bniedem Bi qbil mal profezija ta Balgħam it tema tad dawl titfaċċa f ħafna profeziji oħra tradizzjonalment applikati għall Messija fosthom Is 60 1 6 Il karattru nazzjonalistiku tal profezija ta Balgħam jista jkun għaliex l istilla ma tissemiex fl evanġelju ta Luqa billi dan kienet dirett lejn il ġentili u l Lhud ellenizzati Interpretazzjoni midraxijaXi biblisti moderni għadhom isegwu s issa l ideat ta Ġwanni Krizostmu spjegati hawn fuq u jintegranwahom mal metodu storiku kritiku tal qari tat testi bibliċi L istilla ta Betlehem allura tista tkun invenzjoni narrativa li tappartjeni għall ġeneru letterarju Lhudi tal midrax In narratur sempliċement ried jafferma b mod indirett li Ġesu kien il Messija mħabbar fit u uza għal dan l għan l istess elementi simboliċi uzati mill profeti x aktarx mingħajr ma induna jew kellu l intenzjoni li jdaħħal elementi sopranaturali li sekli wara imma mhux fi zmienu kif ġie diskuss hawn fuq ħafna qarrejja sabuhom mhux plawzibbli Tentattivi għall identifikazzjoni astronomikaIs sema ta Ġerusalemm fit 2 ta Novembru 7 QK L indikazzjonijiet astronomiċi uzati fl ispjegazzjoni tan narrazzjoni tal Evanġelju ta Mattew huma ta zewġ tipi ġrajjiet astronomiċi eċċezzjonali ta effett vizibbli kbir bħala l mogħdija ta kometa jew il formazzjoni ta xi supernova inkella xi konġunzjonijiet planetarji ta sinjifikat astroloġiku speċjali Dawn tal aħħar jispjegaw aħjar kif il Maġi setgħu jifhmu li kellhom imorru Ġerusalemm billi l orjentament ta kull stilla jew ġrajja astronomika b rispett il punti kardinali tinbidel kontinwament minħabba t tidwir tad dinja l istilla polari biss tibqa fissa Allura ġrajja astronomika naturali ma setgħetx tindika d direzzjoni mill Babilonja sa Ġerusalemm u infatti għad distanza qasira ħafna bejn Ġerusalemm u Betlehem 8 km biss Mattew jgħid li l istilla imxiet quddiem il Maġi li juri li kienet fid direzzjoni ta nofsinhar bejn wieħed u ieħor matul l aħħar parti tal vjaġġ Iz zewġ tipi ta ġrajjiet jistgħu jiġu kkombinati flimkien il konġunzjoni planetarja tiġi assenjata ir rwol informattiv u supernova jew kometa ir rwol direzzjonali Din l ipotezi ġiet proposta għall ewwel darba minn u wara adottata minn diversi awturi anki reċenti Billi l mewt ta Erodi ma kinetx izjed tard minn 4 QK il parti l kbira tal istudjuzi ezaminaw il perjodu 8 4 QK xi xogħlijiet pero sabu ġrajjiet astronomiċi interessanti anki fil perjodu ta wara 3 1 QK is sentejn immedjatament qabel id data tradizzjonali tat twelid ta Ġesu Grajjiet astronomiċi spettakolari L ipotezi ta ġrajja eċċezzjonali taqbel mad deskrizzjoni li nsibu fil kitba apokrifa tat tieni seklu li skontha l kewkba kienet tiddi tant bil qawwa li l istilel l oħra ma baqgħux jidhru Dan is sors pero mhux ta min joqgħod fuqu bizzejjed biex dan id dettall inqisuh sod Barra minn hekk xi ġrajja eċċezzjonali kien jinduna biha kulħadd u Erodi ma kienx ikollu bzonn jitlob lill Maġi id data preċiza tal bidu tal ġrajja Il ġrajja eċċezzjonali jekk veru ġrat kienet preċeduta minn ġrajjiet astronomiċi oħra li t tifsira tagħhom kienu jifhmuha l astroloġi biss Kometa L ipotezi li l istilla ta Betlehem kienet kometa jew xi ħaġa simili ġejja minn li ma bbazax ruħu fuq it tradizzjonijiet preċedenti imma propona li kien hemm stilla ġdida jiġifieri ġrajja eċċezzjonali x aktar bl iskop li ma jmurx kontra d drawwa tal Insara li ma jipprattikawx l astroloġija Oriġene ikkwota t trattat mitluf Dwar il kometi miktub mill preċettur ta Neruni Kajremon li skontu d dehra tal kometi jew kwiekeb ġodda kien sinjal li twieled bniedem importanti u allura kien plawzibbli li l Maġi bdew il vjaġġ tagħhom meta dehret xi kometa jew stilla ġdida Hemm min ippropona li l istilla setgħet kienet il li dehret fit 12 QK imma din ma taqbilx mal opinjoni tal parti l kbira tal istoriċi moderni li jaħsbu Ġesu twieled bejn is 7 Qk u l 4 QK Ma nafux bil mogħdija ta kometi oħra fil perjodu ta interess barra waħda fil 5 QK deskritta mill astronomi Ċinizi bħala kometa imma llum spiss reinterpretata bħala supernova L identifikazzjoni tal Kewkba bħala din il kometa jaqbel magħha perezempju Colin Humphreys li juzaha biex jagħti madwar l Għid tal 5 QK bħala d data ta meta twieled Kristu Kif għedna hawn fuq l identifikazzjoni tal Kewkba bħala kometa saret opinjoni komuni fis seklu 16 wara l pittura ta Giotto Nova Mill banda l oħra xi studji sabu traċċi ta spluzjoni ta Fl 1977 grupp ta riċerkaturi Inglizi Clark Parkinson u Stephenson sabu li xi annali astronomiċi Ċinizi f Marzu tal 5 QK irreġistraw id dehra ta oġġett brillanti x aktarx li baqa jidher għal xi 70 jum bejn il kostellazzjoni ta u ta Dan l oġġett kwazi zgur sabuh ukoll l astronomi Koreani pero ir reġstrazzjonijiet tagħhom fihom xi impreċizjonijet dovuti x aktard għal zbalji fit traskrizzjoni Jekk il Maġi telqu mill meta dehret setgħu jaslu fil Ġudea f April Mejju f daq il perjodu mas sbiħ kienet tidher minn Ġerusalemm fid direzzjoni ta nofsinhar jiġifieri lejn Betlehem bi qbil perfett tar rakkont tal evanġelju Ipotezi reċenti ssuġġerit li l istilla ta Betlehem kienet supernova jew li t traċċi tagħha instabu fil qrib ta tal Id datazzjoni ta din il ġrajja mhux possibbli bħalissa imma tista issir possibbli bil progress fit teknoloġija pero osserva li supernova f Andromeda kieku tispjega b mod letterali aspett misterjuz tal evanġelju ta Mattew il waqfa tal kewkba ezatt fuq Betlehem Il waqfa tindika li l istilla laħqet iz zenit mument li fih ma tibqax tagħti indikazzjoni direzzjonali Konġunzjonijiet planetarji Xi studjuzi issuġġerew li l istilla ta Betlehem ma kinitx stilla jew kometa imma dija ġejja mill pjaneta Ġove f konġunzjoni ma pjaneti oħra li jiddu inqas De anno natali Christi 1614 kien l ewwel li ġibed l attenzjoni għall fatt li fis 7 QK kien hemm konġunzjoni trippla ta Ġove ma Saturnu u Marte fil Kostellazzjoni tal Ħut Il fenomenu ġibed ukoll l attenzjoni tal astronomi Kaldej li kienu pprevedewh mis sena ta qabel It tavletta bit tbassir tal fenomenu iddatata it 8 QK instabu xi erba kopji tagħha f siti diversi fatt rari ħafna dan juri l interess tal astroloġi antiki fil fenomenu Konġunzjoni Ġove Saturnu fl istess kostellazzjoni jekk neskludu il skont Kepler tiġri kull xi 800 mitt sena solari Ġenerikament il pjaneti Ġove u Saturnu li jiddu ħafna fis sema jallinjaw ruħhom max Xemx kull 19 il sena u 314 jum u dawn il konġunzjonijiet huma qsar ħafna u jidhru biss għal xi ftit sigħat mas sebħ jew ma nzul ix xemx jew anki ma jidhru xejn meta perezempju il pjaneta tagħna tkun fin naħa opposta Pero billi l perjodu tad tidwir tad dinja hu ħafna iqsar minn dak tal pjaneti l oħra l Art jirnexxilha tallinja ruħha kwalitativament max Xemx Ġove u Saturnu qabel ma jitbiegħdu sinjifikament minn xulxin Għalhekk jiġri li l allinjament ġeoċentriku taz zewġ pjaneti għandu l istess perjodu medju bħall allinjament eljoċentriku tagħhom imma b mod izjed irregolari jiġifieri tantiċipa u tippostiċipa b xi xhur minħabba it tidwir tad dinja Meta l Art tkun ezattament allinjata maz zewġ pjaneti meta jkunu allinjati max Xemx ngħidu li l konġunzjoni saret b allinjament tat tip eljoċentriku f dan il kaz ikun hemm zewġ konġunzjonijiet oħra xi mitt jum qabel u wara dak il jum u dawn huma kkawzati minn allinjament wieħed tat tip ġeoċentriku jiġifieri li jġri biss mal pjaneta Art Dan it tip ta konġunzjonijiet jissejħu trippli jew tlitija għaliex jiġru tliet darbiet f perjodu ristrett taz zmien 6 7 xhur Dawn huma effett dovut għall fatt li l veloċita angolari tal Art hi akbar u għalhekk Ġove u Saturnu jidhru jimxu lura fil perjodu bejn l ewwel u t tielet konġunzjoni L effett jidher l izjed għall pjaneta li hi l eqreb lejna jiġifieri Ġove din tidher timxi lura b izjed għaġla u ma ddumx ma tiltaqa it trajettorja ta Saturnu Meta ma tibqax timxi lura il veloċita apparenti taċċelera fid direzzjoni normali u fl aħħar isseħħ it tielet konġunzjoni L astronomi matul is sekli ikkonfermaw l ezistenza ta waħda minn dawn il konġunzjonijiet trippli proprju bejn is 6 u s 7 Qk jew matul is sena 7 QK biss Perezempju skont Kepler din il konġunzjoni trippla seħħet fid dati tal kalendarju Gregorjan tad 29 ta Mejju id 29 ta Awwissu ul 5 ta Diċembru tas sena 7 QK imma l kalkoli ta awturi oħra imexxuha bi ftit jiem qabel jew wara Ġove u Saturnu daħlu fil kostellazzjoni tal Ħut mal ekwinozju tar rebbiegħa u kienu jidhru fil Lvant ftit wara s sebħ u baqgħu hemm għal xi sena u qorbu lejn xulxin tliet darbiet Qabel ma ħarġu ingħaqdet magħhom Marte wkoll Fi Frara tas 6 QK kienu hemm simultanjament il konġunzjonijiet ta Ġove mal Qamar u ta Marte ma Saturnu it tnejn fil kostellazzjoni tal Ħut Ftit wara Ġove daħlet fil kostellazzjoni tal Muntun fejn skont l astronomu Michael Molnar kellha zewġ konġunzjonijiet mal qamar tant qrib li kien hemm okkultamnent jiġifieri setgħet tinħeba ġrajja li tista tiġi kkalkulata fuq il kompjuters ta daz zmien imma mhux prevedibbli fil qedem Skont Molnar l okkultament tas 17 ta April u l waqfien ta Ġove fid 19 ta Diċembru tas 6 QK kienu partikularment sinjifikattivi Kien x kien fis snin 7 6 QK kien hemm sensiela ta ġrajjiet astrali li damet madwar tmintax il xhar li kellha interpretazzjonijiet varji mill istudjuzi bl uzu ta testi Ebrajċi Ellenistiċi u Babilonizi Is sensiela kellha bħala ċentru il pjaneta Ġove l izjed li tiddi wara Venere u li fil mitologija antika kienet l alla maskili li ħallaq il bnedmin għall Babilonizi Zews għall Imma kif setgħu dawn il konġunzjonijiet planetarji jħajru l Maġi jmorru għand Erodi Jidher li l ġrajja kienet meqjusa eċċezzjonali u li kellha tifsira astroloġika sinjifikanti Fis seklu 8 WK l astrologu Persjan Maxagħalla ibn Atari diġa kien isostni bl uzu ta dati u teoriji astroloġiċi ta nisel Iranjan u Babiloniz li kull bidla reliġjuza jew politika bejn it twelid ta Kristu u ta Muħammed kienet marbuta mal konġunzjoni bejn Ġove u Saturnu F Rosenberg insibu interpretazzjonu izjed dettaljata ibbazata fuq aħbarijiet forniti minn kittieb medjevali Lhudi Il pjaneta Saturnu setgħet kienet il Missier Etern Ġove l iben u l kostellazzjoni tal Ħut setgħet kellha rabta mal poplu ta Izrael Anki skont l assirjologu il ġrajja tas 7 QK kellha importanza kbira għall astroloġi Kaldej u ħabbret it tmiem tal ordni l qadim tad dinja u t twelid ta re ġdid mibgħut minn Alla Fl aħħar Ettore Bianchi Mario Codebo u Giuseppe Veneziano issottolinjaw li proprju f din l epoka tat twelid ta Kristu kien hemm il mgħodija mill għall li matul l tagħha ix Xemx daħlet fil kostellazzjoni tal Ħut u tal Verġni u kienet ġejja lura l Kwalinkwe ġrajja astrali fil kostellazzjoni tal Ħut bilfors kellha rizonanza qawwija fost l astroloġi ta kull kultura tkun liema tkun kif turi wkoll il kitba fl Eclogae IV ta Virġilju dwar jil ġrajja tas Saturnia Regna Skont l astroloġija Iranjana u Indjana l eta tad deheb tiġi kull tnax il elf sena Xi ezempji illustrattivi Id dati astronomiċi msemmija hawn fuq huma numeruzi u l inċertezzi tad datazzjoni tat twelid ta Ġesu hi tant wisgħa li m hemmx diffikulta li nsibu bosta posibilitajiet li jaqblu Il possibilitajiet jizdiedu wkoll bl għadd tal ġrajjiet Bibliċi L ewwel sinjal astroloġiku seta jikkorrispondi mhux mat twelid imma mal konċepiment ta Ġesu jew jista jkun ukoll mal aħbar li ngħata Zakkarija li tat bidu għas sensiela ta ġrajjiet Għalhekk kemm hi sinjifikanti kull koinċidenza hu limitat Ejja nagħmlu riassunt ta xi possibilitajiet David Hughes u izjed reċentement Simo Parpola jipproponu zmien għall ġrajjiet kollha tar rebbiegħa tas 7 QK it twelid ta Ġesu iqegħduh mal konġunzjoni ekwinozjali 6 ta Ottubru waqt li l wasla tal Maġi iqegħduha fl aħħar konġunzjoni fl ewwel jiem ta Diċembru Is sbuħija ta din il proposta hi li meta waslu Ġerusalemm setgħu jivverifikaw dak li raw f pajjizhom kif intqal f Mt 2 10 Billi l ewwel konġunzjoni seħħet sitt xhur biss qabel ma nistgħux nispjegaw għaliex Erodi ried joqtol it trabi kollha ta Betlehem ta taħt sentejn Michael Molnar jenfasizza biss il ġrajjiet tas 6 QK u r rwol ta Ġove u jqiegħed iz zjara tal Maġi f Diċembru ta dik is sena Għal diversi awturi fosthom reċentement Colin Humphreys il ġrajjiet tas 7 u s 6 QK iservu biss bħala allert astrologiku waqt li t twelid ta Kristu seħħ meta dehret il kometa supernova ta Marzu tal 5 Qk jew ftit wara Billi l kometa kienet osservata mill astronomi Ċinizi għal 70 jum il Maġi kellhom zmien kemm riedu bix josservaw l ewwel dehra u jiddeċiedu li jitilqu għal Ġerusalemm matul ix xahrejn ta wara Din is soluzzjoni tispjega l imġiba ta Erodi bl izvantaġġ li ddaħħal zewġ ġrajjiet waqt li l evanġelju jsemmi wiaħda biss Noti Il Midrax Lhudi מדרש plural Midraxim hu wieħed mill metodi ebrajċi ta interpretazzjoni u kummenti tal Kitba Mqaddsa In nom Midrax ġej mill kelma Lhudija darax דרש li kemm fit kif ukoll fit Torah orali ifisser irriċerka fela ezamina studja Haggada bil Lhudiהגדה hi għamla ta narrazzjoni uzata fit u f xi partijiet tal liturġija Lhudija u l Midrax Bibbia di Gerusalemme EDB Bolonja 2004 p 2087 nota 2 1 a b Joseph Ratzinger L infanzia di Gesu Rizzoli 2012 p 115s De Plantatione L istess kunċett f De Somniis 1 135 u De Opificio Mundi 73 Ez 14 19 U mbagħad l anġlu ta Alla li kien miexi quddiem it tined ta Izrael telaq u mar warajhom u l kolonna ta sħab minn quddiemhom marret qagħdet warajhom u ġiet bejn it tined tal Eġizzjani u t tined ta Izrael Ez 23 20 Arani se nibgħat anġlu quddiemek biex iħarsek fit triq u jwasslek fil post li jien ħejjejtlek Ez 32 24 U jien għedtilhom Min għandu xi deheb jinzgħu u jagħtihuli Mbagħad jien tfajtu fin nar u ħareġ dan l għoġol Ez 33 2 Jien nibgħat l anġlu tiegħi quddiemek u nkeċċi minn quddiemek il Kangħanin u l Amurrin il Ħittin u l Perizzin il Ħiwwin u l Ġebusin Mit traduzzjoni tal Għaqda Biblika Maltija Steven L Cox Kendell H Easley Harmony of the Gospels 2007 Cfr Colin Humphreys The curious terminology in Matthew 2 9 that the star stood over Bethlehem will now be considered Phrases such as stood over and hung over appear to be uniquely applied in ancient literature to describe a comet and I can find no record of such phrases being used to describe any other astronomical object The historians Dio Cassius and Josephus were broadly contemporary with the author of Matthew s gospel Dio Cassius Roman History 54 29 describing the comet of 12 BC Halley s comet which appeared before the death of Marcus Agrippa writes the star called comet stood for several days over the city Rome Josephus Jewish War 6 5 3 states a star resembling a sword stood over the city Jerusalem probably referring to the comet of AD 64 mentioned by Tacitus Annals 15 47 comets frequently being described as swords in ancient literature because of their upward tails in a direction away from the sun Marcellinus describing a comet of AD 390 writes a sign appeared in the sky hanging like a column and blazing for 30 days ed ecco la stella che avevano visto al sorgere li precedeva l aurora sopraggiunta venne a sorgere sopra il luogo ove era il bambino fi Ettore Bianchi Mario Codebo Giuseppe Veneziano Dalla Stella di Betlemme alla creazione del mondo p 5 Num 24 17 Qiegħed naraha imma mhux għalissa nħares lejha imma mhux fil qrib Għad titla kewkba minn Ġakobb u jqum xettru minn Izrael u jkisser ngħas Mowab u jeqred l ulied kollha ta Set Ma ninsewx l influwenza tal profezija messijanika ta dawl kbir f Isaija Is 9 1 Il poplu li kien miexi fid dlam ra dawl kbir in nies li joqogħdu f art id dlam dawl idda fuqhom Is 9 2 Int kattart il ġens kabbart l hena huma ferħu quddiemek bħalma jifirħu fi zmien il ħsad bħalma jifirħu fi qsim il priza Is 9 3 Għax il madmad li kien itaqqlu u l ħatar ta fuq spallejh u l bastun tal arguzin int kissirthom bħal f jum Midjan Is 9 4 Għax kull qorq li jħabbat fit taqtigħa kull mantell mgħargħar fid demm jispiċċa għall ħruq biex jieklu n nar Is 9 5 Għax tweldilna tifel ngħatalna iben is setgħa tkun fuq spallejh u jsemmuh Kunsillier tal għaġeb Alla setgħan Missier għal dejjem Prinċep tas sliem Is 9 6 Kbira tkun setegħtu u s sliem bla qjies fuq it tron ta David u s saltna tiegħu Hu jwettaqha u jsaħħaħha bil ħaqq u s sewwa minn issa u għal dejjem Il ħeġġa tal Mulej tal ezerċti tagħmel dan cfr rispettivament Contra Celsum I 58 59 u Adversus haereses III 9 2 Patrizio Rota Scalabrini Matteo e il vangelo dell infanzia di Gesu L origine del Figlio di Dio f Vangeli canonici e vangeli segreti origine e compimento della storia di Gesu Il Messianismo Bergamo 2007 p 42 Is 60 1 Qum Ħa jiddi wiċċek Id dawl tiegħek wasal Jiddi fuqek sebħ il Mulej Is 60 2 Ara d dlamijiet jiksu l art u sħab iswed il popli izda fuqek jiddi l Mulej u sebħu jfiġġ fuqek Is 60 3 Il ġnus għad jimxu fid dawl tiegħek u s slaten fid dija ta sbiħek Is 60 4 Għolli u dawwar għajnejk madwarek u ara lkoll miġbura ġejjin għandek Uliedek ġejjin mill bogħod u bnietek iġorruhom fuq id dirgħajn Is 60 5 Imbagħad tħares u wiċċek jiddi u tħabbat u timtela qalbek għax fuqek taqa l kotra tal ġid tal ibħra u l għana tal ġnus jiġi għandek Is 60 6 Mrieħel ta iġmla għad jgħattuk l iġmla zgħar ta Midjan u Għefa lkoll minn Seba jiġu mgħobbija bid deheb u l inċens u jxandru t tifħir tal Mulej Bibbia di Gerusalemme EDB Bologna 2004 p 2087 nota 2 1 u għall trattament fit tul C Allison Jr What Was the Star that Guided the Magi a b Cfr Stella di Betlemme f Dizionario Interdisciplinare di Scienza e Fede Perezempju cfr J Finegan Handbook of Biblical Chronology Princeton 1964 H W Montefiore Novum Testamentum IV 1960 pp 139 160 D Hughes Nature 264 1976 pp 513 517 Hughes aktar tard ċaħad din it tezi C Humphreys The Star of Bethlehem Contra Celsum I 58 59 ikkwotat fi Stella di Betlemme f Dizionario Interdisciplinare di Scienza e Fede Dawn xi awturi li huma ta din l opinjoni Kokkinos 1989 Vardaman 1989 A Reznikov 1986 Humphreys 1995 Clark Parkinson Stephenson 1977 Humphreys 1991 Humphreys 1995 Mark Kidger Chinese and Babylonian Observations 1 Tipler 2005 Tavletta BM35429 fil Perezempju skont Giuseppe De Cesaris il ġrajja ċentrali seħħet fl ewwel ta Ottubru Mill banda l oħra Simo Parpola jgħid li t tliet ġrajjiet seħħu fis 27 ta Mejju is 6 ta Ottubru u l 1 ta Diċembru Ashgrove Triple Conjunction of Jupiter and Saturn 2 Molnar 1999 E S Kennedy and D Pingree The Astrological History of Masha allah Harvard University Press Cambridge Mass 1971 Isaac Abrabanel Le fonti della salvezza cfr Rosenberg 1972 No Babylonian interpretation of this particular conjunction is extant surely because of the great rarity of the event but we know that interpretations of planetary conjunctions were based on an analysis of the astrological significance of the planets and the accompanying circumstances particularly the zodiacal sign in which the conjunction took place The fact that Mars the star of Nergal the god of war joined the conjunction in its final phase signified that the new king was to come from the West specifically from Syria Palestine for Mars was the star of Amurru or the West Syria Palestine in the Babylonian system The prediction of such a king would have held wide interest in 7 B C E when a power vacuum of sorts prevailed in the Near East The Seleucid empire created by the successors of Alexander the Great had collapsed in 64 B C E and its remnants which included Judea had been annexed to Rome as a province named Syria The power of Rome had not yet been consolidated in the area however Even after Augustus changed Rome into an autocratic monarchy in 27 B C E his authority was questioned in the East for the Roman emperor unlike the Seleucid kings and their predecessors did not derive his authority from God For this reason many people considered Roman rule illegitimate and hoped that a local Near Eastern king appointed by God would drive the Romans out of the country and create a better world These messianic expectations are recorded by Josephus and reflected in the Dead Sea Scrolls The conjunction of 7 B C E would have been interpreted as a portent of the birth of precisely this kind of king The political vistas opened by it would not have escaped the attention of any Babylonian astrologer Parpola 2001 Bringing the Ancient World to Life Biblical Archaeology Society Bianchi Codebo Veneziano 2007 Il fatt li l evanġelju ma jsemmix ġrajjiet astroloġiċi jagħmel sens meta niftakru kemm l ewwel Insara kienu kontra l prattika tal seħer Biblijografija De vero anno quo aeternus Dei filius humanum naturam in utero benedictae Virginis Mariae assumsit Frankfurt 1614 rist in Kepler Gesammelte Werke Munchen 1953 vol V pp 5 125 U Holzmeister La stella dei Magi Civilta Cattolica XCIII 1942 pp 9 22 R W Sinnott Thoughts on the Star of Bethlehem Sky amp Telescope XXXVI 1968 pp 384 386 R A Rosenberg The star of the Messiah reconsidered Biblica LIII 1972 pp 105 109 D Hughes The Star of Bethlehem Nature CCLXIV 1976 pp 513 517 D Clark J Parkinson F Stephenson An Astronomomical Re appraisal of the Star of Bethlehem A Nova in 5 B C Quarterly Journal of the Royal Astronomical Society XVIII 1977 pp 443 449 K Ferrari d Occhieppo The Star of Bethlehem Quarterly Journal of the Royal Astronomical Society XIX 1978 pp 517 520 C Cullen Can we Find the Star of Bethlehem in Far Eastern records Quarterly Journal of the Royal Astronomical Society XX 1979 pp 153 159 D Hughes The Star of Bethlehem An Astronomer s Confirmation New York 1979 J Mosley Common errors in Star of Bethlehem planetarium shows The Planetarian X 1981 n 3 E Martin The Star that Astonished the World Portland 1982 M Crudele Betlemme Stella di Dizionario Interdisciplinare di Scienza e Fede a cura di Giuseppe Tanzella Nitti e Alberto Strumia Citta Nuova e Urbaniana University Press 2002 A Reznikov La comete de Halley une demystification de la legende de Noel Recherches d astronomie historique XVIII 1986 pp 65 80 C Lamberti La stella dei Magi realta o fantasia L Astronomia LXXXIII dicembre 1988 L Zusi La stella dei Magi fede e astrologia L Astronomia LXXXIII dicembre 1988 Jerry Vardaman Jesus Life A New Chronology in Chronos Kairos Christos Nativity and Chronological Studies Presented to Jack Finegan eds J Vardaman and E M Yamauchi Winona Lake 1989 pp 55 82 Nikos Kokkinos Crucifixion in A D 36 The Keystone for Dating the Birth of Jesus in Chronos Kairos Christos Nativity and Chronological Studies Presented to Jack Finegan eds J Vardaman and E M Yamauchi Winona Lake 1989 pp 133 163 Colin J Humphreys The Star of Bethlehem A Comet in 5 BC and the Date of the Birth of Christ Quarterly Journal of the Royal Astronomical Society XXXII 1991 pp 389 407 Dale C Allison jr What Was the Star that Guided the Magi Bible Review December 1993 cap III di The First Christmas The Story of Jesus Birth in History and Tradition Bringing the Ancient World to Life Biblical Archaeology Society Colin J Humphreys The Star of Bethlehem Science and Christian Belief V October 1995 pp 83 101 The Star of Bethlehem F Quere I magi alla luce della stella Il mondo della Bibbia VII 1996 n 35 pp 12 15 P Lena Un fenomeno celeste Il mondo della Bibbia VII 1996 n 35 pp 16 17 M Centini La vera storia dei Re Magi Piemme Casale Monferrato 1997 Michael Kidger The Star of Bethlehem Princeton 1999 Michael R Molnar The Star of Bethlehem The Legacy of the Magi London 1999 ISBN 0 8135 2701 5 The Star of Bethlehem The Legacy of the Magi ed it La stella di Betlemme Armenia Milano 2000 G Teres The Bible and Astronomy The Magi and the Star in the Gospel Budapest 2000 Robert C Newman The Star of Bethlehem A Natural Supernatural Hybrid Interdisciplinary Biblical Research Institute 2001 A visual presentation is given here G De Cesaris Congiunzioni Giove Saturno e Storia Giudaico Cristiana Keybooks Guidonia Montecelio 2001 Simo Parpola The Magi and the Star Babylonian Astronomy Dates Jesus Birth Bible Review December 2001 pp 16 23 e pp 52 54 cap II di The First Christmas The Story of Jesus Birth in History and Tradition Bringing the Ancient World to Life Biblical Archaeology Society Ettore Bianchi Mario Codebo Giuseppe Veneziano Ipotesi astronomica sulla stella di Betlemme e sulle aspettative escatologiche coeve nel mondo mediterraneo in Atti del V Convegno Nazionale S I A di Archeoastronomia Astronomia antica e culturale e Astronomia storica Milano 23 24 09 2005 Ettore Bianchi Mario Codebo Considerazioni astronomiche sulle aspettative messianiche giudaico cristiane in Atti dell VIII Seminario A L S S A di Archeoastronomia Genova 2005 Frank J Tipler The Star of Bethlehem A Type Ia Ic Supernova in the Andromeda Galaxy The Observatory CXXV 2005 pp 168 174 3 M T Bregant R Lena La stella che guido i Magi L Astronomia 269 dicembre 2005 Ettore Bianchi Mario Codebo Giuseppe Veneziano Dalla stella di Betlemme alla creazione del mondo in Atti del IX Seminario A L S S A Genova 2007 Dalla Stella di Betlemme alla creazione del mondo Artikli li għandhom x jaqsmuMilied Slaten MaġiĦoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Kewkba ta Betlehem La Stella di Betlemme Dizionario Interdisciplinare di Scienza e Fede La stella di Natale Ettore Bianchi Mario Codebo Giuseppe Veneziano Dalla Stella di Betlemme alla creazione del mondo Colin Humphreys The Star of Bethlehem