Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Khami spelluta wkoll bħala Khame Kame jew Kami hija belt fi stat ta fdalijiet li tinsab 22 kilometru 14 il mil fil Punen

Khami

  • Paġna Ewlenija
  • Khami
Khami
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Khami (spelluta wkoll bħala Khame, Kame jew Kami) hija belt fi stat ta' fdalijiet li tinsab 22 kilometru (14-il mil) fil-Punent ta' , iż-Żimbabwe. Fl-imgħoddi kienet il-belt kapitali tar-Renju ta' Butua tad-dinastija Torwa. Issa hija monument nazzjonali u tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1986.

Kuntest

L-insedjament li huwa viżibbli llum il-ġurnata kien żvilupp tal-fdalijiet arkitettoniċi li feġġew f' fis-seklu 13 W.K. u fil-kultura Kopje lokali tal-Leopardi li bniet pjattaformi permezz ta' ħitan bla tkaħħil, li fuqhom inbnew id-djar. Khami tirrappreżenta innovazzjoni li rrikonoxxiet l-ambjent tal-kostruzzjoni. L-inħawi madwar Khami, peress li jinsabu qrib xmara, huma sħan u kien hemm problemi ta' malarja. Il-ġebel li nstab f'Khami (granit laminari) kien differenti mill-ġebel li nstab f'inħawi oħra taż-Żimbabwe (bijotit). B'taħlita ta' dolerit, dan il-ġebel kien iktar diffiċli li jinkiseb mill-barrieri u kien jipproduċi ġebel tal-kostruzzjoni bla għamla partikolari. Huwa stmat li iktar minn 60 % tal-ġebel prodott fil-barrieri ma kienx ta' kwalità tajba biżżejjed biex jintuża fil-kostruzzjoni. B'hekk il-ġebel tal-kostruzzjoni kellu jingħata l-forma, iżda xorta waħda l-ġebel ma kienx adattat għall-kostruzzjoni ta' ħitan qishom tas-sejjieħ mingħajr l-użu ta' tkaħħil u ta' riffieda.

Għaldaqstant il-bennejja għamlu innovazzjoni u minflok ipproduċew ħitan riffieda. It-tieni, il-kostruzzjoni tal-pjattaformi ppermettiet li d-djar ikunu iktar friski minn dawk fil-postijiet fil-beraħ iktar 'l isfel. Din eliminat ukoll il-problema tal-malarja għall-irjali b'xortihom ħażina li baqgħu jissoġġornaw fiż-żoni mibnija. Għad-differenza ta' Żimbabwe l-Kbir, uħud mill-ħitan ta' Khami għandhom pedamenti li nbnew permezz ta' blokok enormi li x'aktarx li kienu jiġu olzati mill-inqas minn erbgħa min-nies. L-iskavi żvelaw binjiet ippjanati sew, speċjalment fil-Kumpless tal-Għolja, li kien okkupat mir-re. Il-kumpless għall-ewwel inbena billi nħolqu artijiet imtarrġa permezz ta' ħitan magħmula minn ġebel fuq xulxin mingħajr l-użu ta' tkaħħil jew riffieda. Dawn il-ħitan stabbli mbagħad kienu jitgħattew b'ħitan ta' ġebel ta' kwalità. Kull art imtarrġa kienet tiġi mżejna b'mudell qisu ta' grilja, ta' xewk tal-aringi, jew ta' korda. L-artijiet imtarrġa kien ikollhom xaqliba 'l ġewwa biex il-gravità ma twassalx biex iċedu. L-artijiet imtarrġa li nħolqu b'dan il-mod kellhom lasti tal-injam x'aktarx biex il-gwardji jkunu jistgħu jżommu magħhom huma u mexjin tul il-ħitan għoljin u weqfin.

Storja

Khami kienet il-belt kapitali tad-dinastija Torwa għal madwar 200 sena mill-ħabta tal-1450 u milli jidher ġiet stabbilita fi żmien meta għeb l-istat ta' Żimbabwe l-Kbir. Wara dik id-data (id-data tradizzjonali hija l-1683), inħakmet miċ-Changamire Dombo li mexxew armata ta' ribelli Rozvi mill-istat ta' Mwenemutapa ("Monomotapa"). Milli jidher l-iskavi żvelaw li s-sit ma kienx okkupat wara li r-Rozvi ħadu l-kontroll f'idejhom. Ir-Rozvi għamlu lil Danamombe (Dhlo-Dhlo), sit ieħor tal-fażi ta' Khami, bħala l-belt kapitali tagħhom. Fis-snin 30 tas-seklu 19, seħħew attakki mill-poplu Ndebele li jitkellem bl-iNguni u dawn spostaw ir-Rozvi minn Khami u minn bosta siti oħra li kienu stabbilew.

Is-sit ta' Khami joħroġ fid-dieher seba' żoni mibnija li kienu okkupati mill-familja rjali, u żoni fil-beraħ fil-wied li kienu okkupati miċ-ċittadini komuni. Il-kumpless huwa magħmul minn pjattaformi ċirkolari artifiċjali, xi kultant imtarrġa, tal-ġebel mingħajr l-użu ta' tkaħħil. Il-ħajt riffied għoli 6 metri u twil 68 metru, imżejjen bir-reqqa, tal-pjattaforma fil-preċipizju għandu disinn qisu ta' grilja fit-tul kollu tiegħu. Fuq il-pjattaformi, għoljin bejn 2 metri u 7 metri 'l fuq mill-art, inbnew għorfiet tad-dhaka (tafal) u spazji fil-beraħ fejn kienu jgħixu ċ-ċittadini komuni. Il-fdalijiet ta' kraals għall-bhejjem tal-ifrat u ta' għorfiet għan-nies ordinarji huma viżibbli taħt il-Kumpless tal-Għolja. Il-fdalijiet jinkludu kompartiment irjali jew Kumpless tal-Għolja, li kienet tinsab f'art ogħla mill-binjiet, mill-ħitan tal-ġebel u mill-pjattaformi tal-għorfiet l-oħra, kif ukoll salib Kristjan li huwa maħsub li tqiegħed hemmhekk minn missjunarju kontemporanju. Hemm ukoll il-fdalijiet fuq in-naħa tal-Lvant tax-xmara Khami. Huwa maħsub li pjattaformi oħra ntużaw bħala kraals għall-bhejjem tal-ifrat, b'ħajt riffied bi pjanta qisha ta' grilja. Skavi li saru bejn is-sena 2000 u l-2006 żvelaw li l-ħitan fuq in-naħa tal-Punent tal-Kumpless tal-Għolja kienu kollha mżejnin b'disinni ta' grilja, tax-xewk tal-aringi, ta' korda, kif ukoll b'mod varjegat.

Konservazzjoni

Fil-bidu tal-ewwel deċennju tas-seklu 21, il-Mużewijiet u l-Monumenti Nazzjonali taż-Żimbabwe nedew programm ta' konservazzjoni u ta' żamma tar-rekords, bl-iskop li ssir enfasi fuq il-preservazzjoni u r-restawr tal-ħitan tal-ġebel. Sa issa, kisbiet notevoli li saru jinkludu l-istabbilizzazzjoni u r-restawr tal-ħitan imtarrġa fil-pjattaformi ċentrali, tas-salib u tat-Tramuntana. Bejn is-sena 2000 u l-2007, volontarji mill-assoċjazzjoni C.H.A.M ipparteċipaw fi sforz ta' restawr.

Sit ta' Wirt Dinji

Il-Monument Nazzjonali tal-Fdalijiet ta' Khami ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1986.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".

Gallerija

Referenzi

  1. ^ a b ċ "Khami Ruins National Monument - UNESCO". whc.unesco.org. Miġbur 2025-01-27.
  2. ^ a b ċ d Burrett, Rob; Nyoni; Hubbard (2016). Khami: Capital of the Torwa/Butua State. [KhamiPress]. ISBN 978-0-7974-9764-1.
  3. ^ "Association CHAM | Qui sommes-nous ?". cham-asso (bil-Franċiż). Miġbur 2025-01-27.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 11 Lul, 2025 / 00:11

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Khami, X'inhi Khami? Xi tfisser Khami?

Khami spelluta wkoll bħala Khame Kame jew Kami hija belt fi stat ta fdalijiet li tinsab 22 kilometru 14 il mil fil Punent ta iz Zimbabwe Fl imgħoddi kienet il belt kapitali tar Renju ta Butua tad dinastija Torwa Issa hija monument nazzjonali u tnizzlet fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1986 Il fdalijiet ta Khami KuntestL insedjament li huwa vizibbli llum il ġurnata kien zvilupp tal fdalijiet arkitettoniċi li feġġew f fis seklu 13 W K u fil kultura Kopje lokali tal Leopardi li bniet pjattaformi permezz ta ħitan bla tkaħħil li fuqhom inbnew id djar Khami tirrapprezenta innovazzjoni li rrikonoxxiet l ambjent tal kostruzzjoni L inħawi madwar Khami peress li jinsabu qrib xmara huma sħan u kien hemm problemi ta malarja Il ġebel li nstab f Khami granit laminari kien differenti mill ġebel li nstab f inħawi oħra taz Zimbabwe bijotit B taħlita ta dolerit dan il ġebel kien iktar diffiċli li jinkiseb mill barrieri u kien jipproduċi ġebel tal kostruzzjoni bla għamla partikolari Huwa stmat li iktar minn 60 tal ġebel prodott fil barrieri ma kienx ta kwalita tajba bizzejjed biex jintuza fil kostruzzjoni B hekk il ġebel tal kostruzzjoni kellu jingħata l forma izda xorta waħda l ġebel ma kienx adattat għall kostruzzjoni ta ħitan qishom tas sejjieħ mingħajr l uzu ta tkaħħil u ta riffieda Għaldaqstant il bennejja għamlu innovazzjoni u minflok ipproduċew ħitan riffieda It tieni il kostruzzjoni tal pjattaformi ppermettiet li d djar ikunu iktar friski minn dawk fil postijiet fil beraħ iktar l isfel Din eliminat ukoll il problema tal malarja għall irjali b xortihom ħazina li baqgħu jissoġġornaw fiz zoni mibnija Għad differenza ta Zimbabwe l Kbir uħud mill ħitan ta Khami għandhom pedamenti li nbnew permezz ta blokok enormi li x aktarx li kienu jiġu olzati mill inqas minn erbgħa min nies L iskavi zvelaw binjiet ippjanati sew speċjalment fil Kumpless tal Għolja li kien okkupat mir re Il kumpless għall ewwel inbena billi nħolqu artijiet imtarrġa permezz ta ħitan magħmula minn ġebel fuq xulxin mingħajr l uzu ta tkaħħil jew riffieda Dawn il ħitan stabbli mbagħad kienu jitgħattew b ħitan ta ġebel ta kwalita Kull art imtarrġa kienet tiġi mzejna b mudell qisu ta grilja ta xewk tal aringi jew ta korda L artijiet imtarrġa kien ikollhom xaqliba l ġewwa biex il gravita ma twassalx biex iċedu L artijiet imtarrġa li nħolqu b dan il mod kellhom lasti tal injam x aktarx biex il gwardji jkunu jistgħu jzommu magħhom huma u mexjin tul il ħitan għoljin u weqfin StorjaKhami kienet il belt kapitali tad dinastija Torwa għal madwar 200 sena mill ħabta tal 1450 u milli jidher ġiet stabbilita fi zmien meta għeb l istat ta Zimbabwe l Kbir Wara dik id data id data tradizzjonali hija l 1683 inħakmet miċ Changamire Dombo li mexxew armata ta ribelli Rozvi mill istat ta Mwenemutapa Monomotapa Milli jidher l iskavi zvelaw li s sit ma kienx okkupat wara li r Rozvi ħadu l kontroll f idejhom Ir Rozvi għamlu lil Danamombe Dhlo Dhlo sit ieħor tal fazi ta Khami bħala l belt kapitali tagħhom Fis snin 30 tas seklu 19 seħħew attakki mill poplu Ndebele li jitkellem bl iNguni u dawn spostaw ir Rozvi minn Khami u minn bosta siti oħra li kienu stabbilew Is sit ta Khami joħroġ fid dieher seba zoni mibnija li kienu okkupati mill familja rjali u zoni fil beraħ fil wied li kienu okkupati miċ ċittadini komuni Il kumpless huwa magħmul minn pjattaformi ċirkolari artifiċjali xi kultant imtarrġa tal ġebel mingħajr l uzu ta tkaħħil Il ħajt riffied għoli 6 metri u twil 68 metru imzejjen bir reqqa tal pjattaforma fil preċipizju għandu disinn qisu ta grilja fit tul kollu tiegħu Fuq il pjattaformi għoljin bejn 2 metri u 7 metri l fuq mill art inbnew għorfiet tad dhaka tafal u spazji fil beraħ fejn kienu jgħixu ċ ċittadini komuni Il fdalijiet ta kraals għall bhejjem tal ifrat u ta għorfiet għan nies ordinarji huma vizibbli taħt il Kumpless tal Għolja Il fdalijiet jinkludu kompartiment irjali jew Kumpless tal Għolja li kienet tinsab f art ogħla mill binjiet mill ħitan tal ġebel u mill pjattaformi tal għorfiet l oħra kif ukoll salib Kristjan li huwa maħsub li tqiegħed hemmhekk minn missjunarju kontemporanju Hemm ukoll il fdalijiet fuq in naħa tal Lvant tax xmara Khami Huwa maħsub li pjattaformi oħra ntuzaw bħala kraals għall bhejjem tal ifrat b ħajt riffied bi pjanta qisha ta grilja Skavi li saru bejn is sena 2000 u l 2006 zvelaw li l ħitan fuq in naħa tal Punent tal Kumpless tal Għolja kienu kollha mzejnin b disinni ta grilja tax xewk tal aringi ta korda kif ukoll b mod varjegat KonservazzjoniFil bidu tal ewwel deċennju tas seklu 21 il Muzewijiet u l Monumenti Nazzjonali taz Zimbabwe nedew programm ta konservazzjoni u ta zamma tar rekords bl iskop li ssir enfasi fuq il preservazzjoni u r restawr tal ħitan tal ġebel Sa issa kisbiet notevoli li saru jinkludu l istabbilizzazzjoni u r restawr tal ħitan imtarrġa fil pjattaformi ċentrali tas salib u tat Tramuntana Bejn is sena 2000 u l 2007 volontarji mill assoċjazzjoni C H A M ipparteċipaw fi sforz ta restawr Sit ta Wirt DinjiIl Monument Nazzjonali tal Fdalijiet ta Khami ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1986 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem GallerijaReferenzi a b ċ Khami Ruins National Monument UNESCO whc unesco org Miġbur 2025 01 27 a b ċ d Burrett Rob Nyoni Hubbard 2016 Khami Capital of the Torwa Butua State KhamiPress ISBN 978 0 7974 9764 1 Association CHAM Qui sommes nous cham asso bil Franċiz Miġbur 2025 01 27

L-aħħar artikli
  • Lulju 11, 2025

    Tipasa

  • Lulju 08, 2025

    Timgad

  • Lulju 09, 2025

    Thimlich Ohinga

  • Lulju 10, 2025

    Therese Comodini Cachia

  • Lulju 10, 2025

    Thylamys venustus

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq