Il Krater ta Vredefort huwa wieħed mill ikbar siti vverifikati fejn seħħ impatt mad Dinja Ġie stmat li l krater li mill
Krater ta' Vredefort

Il-Krater ta' Vredefort huwa wieħed mill-ikbar siti vverifikati fejn seħħ impatt mad-Dinja. Ġie stmat li l-krater, li mill-mument tal-impatt 'l hawn ittiekel bl-erożjoni, kellu wisa' ta' bejn 170 u 300 kilometru (bejn 110 u 190 mil) meta fforma. Il-kumplament tal-istruttura, magħmul mis-saff ewlieni tal-blat iddeformat ta' taħt nett, jinsab fil-provinċja attwali tal-Istat Ħieles tal-Afrika t'Isfel. Ingħata isem ir-raħal ta' Vredefort li jinsab qrib iċ-ċentru tiegħu. L-olzar tettoniku ċentrali tal-istruttura huwa magħruf bħala l-Krater ta' Vredefort. L-istruttura tal-impatt ġiet iffurmata matul il-Perjodu Paleoproterożojku, 2.023 biljun (± 4 miljun) seba ilu. Hija t-tieni l-eqdem struttura ta' impatt fid-Dinja, wara .
Fl-2005, il-Krater ta' Vredefort tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO minħabba l-importanza ġeoloġika tiegħu.
Formazzjoni u struttura
Huwa stmat li l-asterojde li laqtet Vredefort kienet waħda mill-ikbar li qatt laqtet lid-Dinja mill-Perjodu Hadean madwar erba' biljun sena ilu, u oriġinarjament kien maħsub li kellha dijametru ta' madwar 10-15-il kilometru (6.2-9.3 mili). Mill-2022, ġie stmat li l-asterojde kellha dijametru ta' madwar 20-25 kilometru (12-16-il mil) u li laqtet id-Dinja b'veloċità vertikali ta' 15-25 kilometru fis-sekonda (34,000-56,000 mph).
Huwa stmat li l-istruttura oriġinali tal-impatt kellha dijametru ta' mill-inqas 170 kilometru (110 mili), b'impatt li affettwa l-istruttura tal-blat tal-madwar f'reġjun ċirkolari b'dijametru ta' madwar 300 kilometru (190 mil). Stimi oħra sostnew li d-dijametru oriġinali tal-krater kien eqreb it-300 kilometru (190 mil). Minn dak iż-żmien tal-impatt, il-pajsaġġ għadda minn erożjoni ta' madwar 7-11-il kilometru (4.3-6.8 mili) mill-formazzjoni tiegħu, li qered il-krater oriġinali. L-istruttura li għad fadal, imsejħa l-"Krater ta' Vredefort", tikkonsisti minn ċirku parzjali ta' għoljiet b'dijametru ta' 70 kilometru (43 mil), u hija l-fdalijiet ta' olzar ċentrali tal-art maħluq miċ-ċaqliq tal-blat taħt is-sit tal-impatt wara li seħħ l-impatt tal-asterojde.
Skont ċertu stimi l-istruttura għandha bejn 2.023 biljun sena (± 4 miljun sena) u 2.019/2.020 biljun sena (± 2-3 miljun sena), u b'hekk tmur lura għall-Perjodu Orosirjan tal-Era Paleoproterożojka. Hija t-tieni l-eqdem struttura ta' impatt fid-Dinja aċċettata b'mod universali. Bħala tqabbil, hija madwar 10 % eqdem mill-impatt tal-Baċir ta' Sudbury (1.849 biljun sena) u l-impatt ta' Yarrabubba huwa eqdem minn dak ta' Vredefort b'madwar 0.2 biljun sena. Strutturi ta' impatt oħra iktar antiki jew diffiċli jiġi kkwantifikat meta seħħew eżattament (bħall-istruttura ta' impatt ta' Dhala, l-Indja) jew jew hemm evidenza tassew kontenzjuża dwar meta seħħ l-impatt bħal fil-każ tal-istruttura ta' impatt ta' Maniitsoq ta' madwar 3.023 biljun sena fil-Punent ta' Greenland u fil-każ tal-istruttura ta' impatt ta' madwar 2.4 biljun sena f'Suavjärvi, ir-Russja. Il-klassifikazzjoni tagħhom bħala strutturi ta' impatt għadha kontroversjali u mhux solvuta.
Il-krater fiċ-ċentru tal-istruttura ta' impatt oriġinarjament kien maħsub li fforma permezz ta' splużjoni vulkanika, iżda f'nofs is-snin 90 tas-seklu 20, ħareġ fid-dieher li kien is-sit ta' impatt enormi ta' asterojde, peress li ġew skoperti koni fil-qiegħ tax-xmara Vaal fil-qrib li ffurmaw bl-isplużjoni tal-impatt.
Din l-istruttura ta' impatt hija waħda mill-ftit strutturi ta' impatt b'diversi ċrieki fid-Dinja, għalkemm dawn huma komuni fi pjaneti oħra fis-Sistema Solari. X'aktarx li l-aqwa eżempju magħruf huwa dak tal-Krater ta' Valhalla fuq il-qamar ta' Ġove msejjaħ Callisto. Il-qamar tad-Dinja fih strutturi simili wkoll. Il-proċessi ġeoloġiċi, bħall-erożjoni u l-attività tettonika tal-plakek f'wiċċ id-dinja, qerdu l-biċċa l-kbira tal-istrutturi ta' impatt b'diversi ċrieki fid-Dinja.
L-impatt ħoloq distorsjoni fi ħdan il-Baċir ta' Witwatersrand li nqeleb ta' taħt fuq matul perjodu ta' 250 miljun sena bejn 950 u 700 miljun sena qabel l-impatt ta' Vredefort. Il-lava sovrastanti ta' Ventersdorp u s-Supergrupp ta' Transvaal li ġew stabbiliti bejn 700 u 80 miljun sena qabel l-impatt, ġew distorti b'mod simili mill-formazzjoni tal-istruttura ta' impatt wiesgħa 300 kilometru (190 mil). Il-blat jifforma ċrieki konċentriċi parzjali madwar iċ-ċentru tal-istruttura ta' impatt, u l-eqdem fosthom, magħrufa bħala l-blat ta' Witwatersrand, jiffurmaw nofs ċirku 25 kilometru (16-il mil) miċ-ċentru. Peress li l-blat ta' Witwatersrand jikkonsisti minn diversi saffi ta' sedimenti iebsin ħafna u reżistenti għall-erożjoni (eż. kwarzit u blat tal-ħadid bl-istrixxi), dawn jiffurmaw l-ark prominenti ta' għoljiet viżibbli lejn il-Majjistral taċ-ċentru tal-istruttura ta' impatt. Imbagħad jiġi l-blat ta' Witwatersrand, segwit mil-lava ta' Ventersdorp f'distanza ta' madwar 35 kilometru (22 mil) miċ-ċentru, u s-Supergrupp ta' Transvaal, li jikkonsisti minn medda dejqa tal-blat dolomitiku ta' Ghaap u l-blat tas-Subgrupp ta' Pretoria, li flimkien jiffurmaw medda ulterjuri ta' wiesgħa madwar 25-30 kilometru (16-19-il mil).
Minn madwar nofs l-istruttura sal-blat tas-Subgrupp ta' Pretoria madwar iċ-ċentru tal-istruttura ta' impatt, l-ordni tal-blat huwa maqlub ta' taħt fuq. Iktar 'il barra lejn fejn kien hemm tarf il-krater fl-imgħoddi, jerġa' jfeġġ il-blat dolomitiku ta' Ghaap, 60 kilometru (37 mil) miċ-ċentru, segwit minn ark tal-lava ta' Ventersdorp, u mbagħad, bejn 80 u 120 kilometru (bejn 50 u 75 mil) miċ-ċentru, jerġgħu jfeġġu l-blat ta' Witwatersrand u jiffurmaw ark ta' rqajja' bix-xagħri mingħajr interruzzjoni. Il-grupp ta' Johannesburg huwa l-iżjed wieħed famuż minħabba li fl-1886 hemmhekk ġie skopert id-deheb. Għalhekk huwa possibbli li kieku l-impatt ta' Vredefort qatt ma seħħ, dan id-deheb qatt ma kien jiġi skopert.
Iċ-ċentru tal-Krater ta' Vredefort b'dijametru ta' 40 kilometru (25 mil) jikkonsisti minn krater tal-granit (fejn mhux miksi bi blat inqas antik li qabel kien tas-Supergrupp ta' Karoo) li huwa parti esposta tal-Kraton ta' Kaapvaal, wieħed mill-eqdem mikrokontinenti tad-Dinja 3.9 biljun sena ilu. Dan il-krater olzat ċentrali huwa tipika ta' struttura kumplessa ta' impatt, fejn il-blat likwefatt litteralment iċafċaf mal-impatt tal-asterojde meta daħlet f'kuntatt mal-wiċċ.
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Krater ta' Vredefort ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2005.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti".
Konservazzjoni
Is-sit tal-Krater ta' Vredefort attwalment huwa soġġett għal żvilupp ta' proprjetajiet, u s-sidien tal-art lokali esprimew it-tħassib tagħhom rigward ir-rimi tad-dranaġġ fix-xmara Vaal u l-istruttura tal-impatt. L-għoti ta' drittijiet tat-tħaffir madwar it-truf tal-istruttura tal-impatt wassal biex l-ambjentalisti jesprimu l-biża' tagħhom li jkun hemm estrazzjoni distruttiva.
Komunità
Il-Krater ta' Vredefort fiċ-ċentru tal-istruttura tal-impatt fih erba' rħula: Parys, Vredefort, Koppies u Venterskroon. Parys huwa l-ikbar raħal u ċentru turistiku; Vredefort u Koppies jiddependu l-iktar fuq ekonomija agrikola.
Fid-19 ta' Diċembru 2011 ingħatat liċenzja tax-xandir mill-ICASA lil stazzjon tar-radju tal-komunità biex ixandar għall-membri tal-komunità li jitkellmu bl-Afrikaans u bl-Ingliż fi ħdan l-istruttura tal-impatt. L-isem bl-Afrikaans Koepel Stereo (Stereo tal-Krater) jirreferi għall-krater u jħabbar ix-xandir tiegħu bħala KSFM. L-istazzjon ixandar fuq 94.9 MHz FM.
Referenzi
- ^ Rochester, University of. "The asteroid that formed Vredefort crater was bigger than previously believed". phys.org (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-22.
- ^ Huber, M. S.; Kovaleva, E.; Rae, A. S. P.; Tisato, N.; Gulick, S. P. S. (August 2023). "Can Archean Impact Structures Be Discovered? A Case Study From Earth's Largest, Most Deeply Eroded Impact Structure". Journal of Geophysical Research: Planets. 128 (8).
- ^ Allen, Natalie H.; Nakajima, Miki; Wünnemann, Kai; Helhoski, Søren; Trail, Dustin (2022). "A Revision of the Formation Conditions of the Vredefort Crater". Journal of Geophysical Research: Planets. 127 (8): e2022JE007186.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Vredefort Dome". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-22.
- ^ McCarthy, Terence (2005). The Story of Earth & Life. Struik Publishers. pp. 89–90, 102–107, 134–136. ISBN 978-1-77007-148-3.
- ^ Kamo, S.L.; Reimold, W.U.; Krogh, T.E.; Colliston, W.P. (November 1996). "A 2.023 Ga age for the Vredefort impact event and a first report of shock metamorphosed zircons in pseudotachylitic breccias and Granophyre". Earth and Planetary Science Letters. 144 (3–4): 369–387.
- ^ Moser, D. E. (1997). "Dating the shock wave and thermal imprint of the giant Vredefort impact, South Africa". Geology. 25 (1): 7.
- ^ Reimold, W.U.; Ferrière, L.; Deutsch, A.; Koeberl, C. (2014). "Impact controversies: impact recognition criteria and related issues". Meteoritics & Planetary Science. 49 (5): 723–731.
- ^ Norman, Nick; Whitfield, Gavin (2006). Geological Journeys. Struik Publishers. pp. 38–49, 60–61. ISBN 978-1-77007-062-2.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Krater ta' Vredefort, X'inhi Krater ta' Vredefort? Xi tfisser Krater ta' Vredefort?
Il Krater ta Vredefort huwa wieħed mill ikbar siti vverifikati fejn seħħ impatt mad Dinja Ġie stmat li l krater li mill mument tal impatt l hawn ittiekel bl erozjoni kellu wisa ta bejn 170 u 300 kilometru bejn 110 u 190 mil meta fforma Il kumplament tal istruttura magħmul mis saff ewlieni tal blat iddeformat ta taħt nett jinsab fil provinċja attwali tal Istat Ħieles tal Afrika t Isfel Ingħata isem ir raħal ta Vredefort li jinsab qrib iċ ċentru tiegħu L olzar tettoniku ċentrali tal istruttura huwa magħruf bħala l Krater ta Vredefort L istruttura tal impatt ġiet iffurmata matul il Perjodu Paleoproterozojku 2 023 biljun 4 miljun seba ilu Hija t tieni l eqdem struttura ta impatt fid Dinja wara Il Krater ta Vredefort fiċ ċentru bix xmara Vaal għaddejja f nofsha immaġni spazjali mill Operational Land Imager tal Landsat 8 tas 27 ta Ġunju 2018 Fl 2005 il Krater ta Vredefort tnizzel fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO minħabba l importanza ġeoloġika tiegħu Formazzjoni u strutturaMappa tal Afrika t Isfel li turi l pozizzjoni tal Krater ta Vredefort Iċ ċirku bl iswed juri d djametru tal krater oriġinali Il veduta mill quċċata tal Aasvoelkop fil qalba tal Krater ta Vredefort bix xmara Vaal fl isfond Huwa stmat li l asterojde li laqtet Vredefort kienet waħda mill ikbar li qatt laqtet lid Dinja mill Perjodu Hadean madwar erba biljun sena ilu u oriġinarjament kien maħsub li kellha dijametru ta madwar 10 15 il kilometru 6 2 9 3 mili Mill 2022 ġie stmat li l asterojde kellha dijametru ta madwar 20 25 kilometru 12 16 il mil u li laqtet id Dinja b veloċita vertikali ta 15 25 kilometru fis sekonda 34 000 56 000 mph Huwa stmat li l istruttura oriġinali tal impatt kellha dijametru ta mill inqas 170 kilometru 110 mili b impatt li affettwa l istruttura tal blat tal madwar f reġjun ċirkolari b dijametru ta madwar 300 kilometru 190 mil Stimi oħra sostnew li d dijametru oriġinali tal krater kien eqreb it 300 kilometru 190 mil Minn dak iz zmien tal impatt il pajsaġġ għadda minn erozjoni ta madwar 7 11 il kilometru 4 3 6 8 mili mill formazzjoni tiegħu li qered il krater oriġinali L istruttura li għad fadal imsejħa l Krater ta Vredefort tikkonsisti minn ċirku parzjali ta għoljiet b dijametru ta 70 kilometru 43 mil u hija l fdalijiet ta olzar ċentrali tal art maħluq miċ ċaqliq tal blat taħt is sit tal impatt wara li seħħ l impatt tal asterojde Skont ċertu stimi l istruttura għandha bejn 2 023 biljun sena 4 miljun sena u 2 019 2 020 biljun sena 2 3 miljun sena u b hekk tmur lura għall Perjodu Orosirjan tal Era Paleoproterozojka Hija t tieni l eqdem struttura ta impatt fid Dinja aċċettata b mod universali Bħala tqabbil hija madwar 10 eqdem mill impatt tal Baċir ta Sudbury 1 849 biljun sena u l impatt ta Yarrabubba huwa eqdem minn dak ta Vredefort b madwar 0 2 biljun sena Strutturi ta impatt oħra iktar antiki jew diffiċli jiġi kkwantifikat meta seħħew ezattament bħall istruttura ta impatt ta Dhala l Indja jew jew hemm evidenza tassew kontenzjuza dwar meta seħħ l impatt bħal fil kaz tal istruttura ta impatt ta Maniitsoq ta madwar 3 023 biljun sena fil Punent ta Greenland u fil kaz tal istruttura ta impatt ta madwar 2 4 biljun sena f Suavjarvi ir Russja Il klassifikazzjoni tagħhom bħala strutturi ta impatt għadha kontroversjali u mhux solvuta Il krater fiċ ċentru tal istruttura ta impatt oriġinarjament kien maħsub li fforma permezz ta spluzjoni vulkanika izda f nofs is snin 90 tas seklu 20 ħareġ fid dieher li kien is sit ta impatt enormi ta asterojde peress li ġew skoperti koni fil qiegħ tax xmara Vaal fil qrib li ffurmaw bl ispluzjoni tal impatt Din l istruttura ta impatt hija waħda mill ftit strutturi ta impatt b diversi ċrieki fid Dinja għalkemm dawn huma komuni fi pjaneti oħra fis Sistema Solari X aktarx li l aqwa ezempju magħruf huwa dak tal Krater ta Valhalla fuq il qamar ta Ġove msejjaħ Callisto Il qamar tad Dinja fih strutturi simili wkoll Il proċessi ġeoloġiċi bħall erozjoni u l attivita tettonika tal plakek f wiċċ id dinja qerdu l biċċa l kbira tal istrutturi ta impatt b diversi ċrieki fid Dinja L impatt ħoloq distorsjoni fi ħdan il Baċir ta Witwatersrand li nqeleb ta taħt fuq matul perjodu ta 250 miljun sena bejn 950 u 700 miljun sena qabel l impatt ta Vredefort Il lava sovrastanti ta Ventersdorp u s Supergrupp ta Transvaal li ġew stabbiliti bejn 700 u 80 miljun sena qabel l impatt ġew distorti b mod simili mill formazzjoni tal istruttura ta impatt wiesgħa 300 kilometru 190 mil Il blat jifforma ċrieki konċentriċi parzjali madwar iċ ċentru tal istruttura ta impatt u l eqdem fosthom magħrufa bħala l blat ta Witwatersrand jiffurmaw nofs ċirku 25 kilometru 16 il mil miċ ċentru Peress li l blat ta Witwatersrand jikkonsisti minn diversi saffi ta sedimenti iebsin ħafna u rezistenti għall erozjoni ez kwarzit u blat tal ħadid bl istrixxi dawn jiffurmaw l ark prominenti ta għoljiet vizibbli lejn il Majjistral taċ ċentru tal istruttura ta impatt Imbagħad jiġi l blat ta Witwatersrand segwit mil lava ta Ventersdorp f distanza ta madwar 35 kilometru 22 mil miċ ċentru u s Supergrupp ta Transvaal li jikkonsisti minn medda dejqa tal blat dolomitiku ta Ghaap u l blat tas Subgrupp ta Pretoria li flimkien jiffurmaw medda ulterjuri ta wiesgħa madwar 25 30 kilometru 16 19 il mil Minn madwar nofs l istruttura sal blat tas Subgrupp ta Pretoria madwar iċ ċentru tal istruttura ta impatt l ordni tal blat huwa maqlub ta taħt fuq Iktar il barra lejn fejn kien hemm tarf il krater fl imgħoddi jerġa jfeġġ il blat dolomitiku ta Ghaap 60 kilometru 37 mil miċ ċentru segwit minn ark tal lava ta Ventersdorp u mbagħad bejn 80 u 120 kilometru bejn 50 u 75 mil miċ ċentru jerġgħu jfeġġu l blat ta Witwatersrand u jiffurmaw ark ta rqajja bix xagħri mingħajr interruzzjoni Il grupp ta Johannesburg huwa l izjed wieħed famuz minħabba li fl 1886 hemmhekk ġie skopert id deheb Għalhekk huwa possibbli li kieku l impatt ta Vredefort qatt ma seħħ dan id deheb qatt ma kien jiġi skopert Iċ ċentru tal Krater ta Vredefort b dijametru ta 40 kilometru 25 mil jikkonsisti minn krater tal granit fejn mhux miksi bi blat inqas antik li qabel kien tas Supergrupp ta Karoo li huwa parti esposta tal Kraton ta Kaapvaal wieħed mill eqdem mikrokontinenti tad Dinja 3 9 biljun sena ilu Dan il krater olzat ċentrali huwa tipika ta struttura kumplessa ta impatt fejn il blat likwefatt litteralment iċafċaf mal impatt tal asterojde meta daħlet f kuntatt mal wiċċ Sit ta Wirt DinjiIl Krater ta Vredefort ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2005 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta kriterju wieħed tal għazla tal UNESCO il kriterju viii Ezempju straordinarju li jirrapprezenta stadji importanti tal istorja tad dinja inkluz it trapass tal ħajja il proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl izvilupp tat tipi differenti ta art jew il karatteristiċi ġeomorfiċi jew fizjografiċi sinifikanti KonservazzjoniIs sit tal Krater ta Vredefort attwalment huwa soġġett għal zvilupp ta proprjetajiet u s sidien tal art lokali esprimew it tħassib tagħhom rigward ir rimi tad dranaġġ fix xmara Vaal u l istruttura tal impatt L għoti ta drittijiet tat tħaffir madwar it truf tal istruttura tal impatt wassal biex l ambjentalisti jesprimu l biza tagħhom li jkun hemm estrazzjoni distruttiva KomunitaIl Krater ta Vredefort fiċ ċentru tal istruttura tal impatt fih erba rħula Parys Vredefort Koppies u Venterskroon Parys huwa l ikbar raħal u ċentru turistiku Vredefort u Koppies jiddependu l iktar fuq ekonomija agrikola Fid 19 ta Diċembru 2011 ingħatat liċenzja tax xandir mill ICASA lil stazzjon tar radju tal komunita biex ixandar għall membri tal komunita li jitkellmu bl Afrikaans u bl Ingliz fi ħdan l istruttura tal impatt L isem bl Afrikaans Koepel Stereo Stereo tal Krater jirreferi għall krater u jħabbar ix xandir tiegħu bħala KSFM L istazzjon ixandar fuq 94 9 MHz FM Referenzi Rochester University of The asteroid that formed Vredefort crater was bigger than previously believed phys org bl Ingliz Miġbur 2024 01 22 Huber M S Kovaleva E Rae A S P Tisato N Gulick S P S August 2023 Can Archean Impact Structures Be Discovered A Case Study From Earth s Largest Most Deeply Eroded Impact Structure Journal of Geophysical Research Planets 128 8 Allen Natalie H Nakajima Miki Wunnemann Kai Helhoski Soren Trail Dustin 2022 A Revision of the Formation Conditions of the Vredefort Crater Journal of Geophysical Research Planets 127 8 e2022JE007186 a b ċ Centre UNESCO World Heritage Vredefort Dome UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2024 01 22 McCarthy Terence 2005 The Story of Earth amp Life Struik Publishers pp 89 90 102 107 134 136 ISBN 978 1 77007 148 3 Kamo S L Reimold W U Krogh T E Colliston W P November 1996 A 2 023 Ga age for the Vredefort impact event and a first report of shock metamorphosed zircons in pseudotachylitic breccias and Granophyre Earth and Planetary Science Letters 144 3 4 369 387 Moser D E 1997 Dating the shock wave and thermal imprint of the giant Vredefort impact South Africa Geology 25 1 7 Reimold W U Ferriere L Deutsch A Koeberl C 2014 Impact controversies impact recognition criteria and related issues Meteoritics amp Planetary Science 49 5 723 731 Norman Nick Whitfield Gavin 2006 Geological Journeys Struik Publishers pp 38 49 60 61 ISBN 978 1 77007 062 2