Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Nikkō 日光市 Nikkō shi IPA ɲiꜜkkoːɕi hija belt li tinsab fil Prefettura ta Tochigi il Ġappun Fit 2 ta Diċembru 2020 ġie stm

Nikkō

  • Paġna Ewlenija
  • Nikkō
Nikkō
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Nikkō (日光市, Nikkō-shi, IPA: [ɲiꜜkkoːɕi]) hija belt li tinsab fil-Prefettura ta' Tochigi, il-Ġappun. Fit-2 ta' Diċembru 2020, ġie stmat li l-belt kellha popolazzjoni ta' 80,239 ruħ f'36,531 unità domestika, u densità tal-popolazzjoni ta' 55 persuna kull kilometru kwadru. L-erja totali tal-belt hija 1,449.83 kilometru kwadru. Nikkō hija destinazzjoni popolari mat-turisti Ġappuniżi u internazzjonali. Fost l-attrazzjonijiet tagħha hemm il-mawżolew tax-shōgun (Nikkō Tōshō-gū) u dak tan-neputi tiegħu Iemitsu (Iemitsu-byō Taiyū-in), u s-Santwarju ta' Futarasan, li jmur lura għas-767 W.K. Hemm ukoll bosta fawwara jaħarqu (onsen) fiż-żona. L-elevazzjonijiet ivarja minn 200 metru sa 2,000 metru. Il- Ġappuniż 日光を見ずして結構と言うなかれ, "Qatt tgħid "kekkō" sa ma tara lil Nikkō"—fejn kekkō tfisser sabiħ, tal-għaġeb jew "Jien sodisfatt"—huwa riflessjoni tas-sbuħija tas-siti f'Nikkō.

Nikkō
 Ġappun
Amministrazzjoni
Stat sovranĠappun
Prefecture of JapanTochigi Prefecture (en)
Kap tal-Gvern no value
Isem uffiċjali 日光市
日光町
Ismijiet oriġinali 日光市
Kodiċi postali 321-1292
Ġeografija
Koordinati 36°43′11″N 139°41′53″E / 36.71983°N 139.69817°E / 36.71983; 139.69817Koordinati: 36°43′11″N 139°41′53″E / 36.71983°N 139.69817°E / 36.71983; 139.69817
Nikkō
Nikkō (Japan)
Superfiċjenti 1,449.83 kilometru kwadru
Fruntieri ma' (en) , (en) , (en) , (en) , (en) , (en) , (en) , (en) u (en)
Demografija
Popolazzjoni 77,027 abitanti (1 Marzu 2021)
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon 0288
Żona tal-Ħin (en)
bliet ġemellati Tainan, (en) , (en) u (en)
city.nikko.lg.jp

Ġeografija

Nikkō tkopri erja vasta (1,449.83 km2) tal-parti rurali fil-Majjistral ta' Tochigi madwar 140 kilometru fit-Tramuntana ta' Tokyo u 35 kilometru fil-Punent ta' Utsunomiya, il-belt kapitali tal-Prefettura ta' Tochigi. Hija r-raba' l-ikbar belt (skont l-erja) fil-Ġappun, wara , u .

Mill-belt jgħaddu żewġ xmajjar: ix-xmara Watarase u x-xmara Kinugawa. Il-Lag ta' Chūzenji u l-Kaskati ta' Kegon jinsabu f'Nikkō, l-istess bħall-Ġnien Botaniku. Id-diversi muntanji u kaskati tal-belt għamluha sors importanti ta' enerġija idroelettrika. Iż-żona tal-belt intużat ukoll għall-estrazzjoni tar-ram, tal-aluminju u tal-konkos.

It-temp f'Nikkō jixbah pjuttost lit-temp tal-gżira ta' fit-Tramuntana, minkejja li Nikkō tinsab iktar fil-qrib ta' Tokyo milli ta' Hokkaidō. L-elevazzjoni ta' Nikkō taqdi rwol importanti f'dan il-fatt. Is-soltu t-temperatura titbaxxa iktar ma wieħed jitla' lejn il-muntanji. It-temperatura medja ta' Nikkō hija ta' madwar 7 °C (44 °F) bl-iktar xhur sħan li jlaħħqu biss madwar 22 °C (72 °F) u fl-iktar xhur kesħin it-temperatura tinżel għal madwar −8 °C (17 °F).

Muniċipalitajiet tal-madwar

Il-Prefettura ta' Tochigi:

  • Utsunomiya
  • Kanuma
  • Nasushiobara
  • Shioya

Il-Prefettura ta' Gunma:

  • Numata
  • Midori
  • Katashina

Il-Prefettura ta' Fukushima:

  • Minamiaizu
  • Hinoemata

Klima

Nikkō għandha klima kontinentali umduża (Köppen Cfa) bi sjuf sħan u bi xtiewi kesħin b'ħafna borra. It-temperatura annwali medja f'Nikkō hija 11.6 °C. Ix-xita annwali medja hija 1,670 mm u tinżel l-iktar f'Settembru. It-temperatura togħla l-iktar bħala medja f'Awwissu sa xi 23.9 °C, u tkun l-iktar baxxa f'Jannar sa xi -0.1 °C.

Data klimatika għal Nikkō, Tochigi
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja medja °C (°F) −0.6

(30.9)

−0.5

(31.1)

2.8

(37.0)

9.8

(49.6)

14.7

(58.5)

17.3

(63.1)

21.1

(70.0)

22.4

(72.3)

18.1

(64.6)

12.7

(54.9)

8.0

(46.4)

2.7

(36.9)

10.7

(51.3)

Temp. medja ta' kuljum °C (°F) −4.4

(24.1)

−4.3

(24.3)

−1.4

(29.5)

4.9

(40.8)

9.8

(49.6)

13.4

(56.1)

17.4

(63.3)

18.5

(65.3)

14.5

(58.1)

8.5

(47.3)

3.7

(38.7)

−1.3

(29.7)

6.6

(43.9)

Temp. baxxa medja °C (°F) −8.4

(16.9)

−8.2

(17.2)

−5.7

(21.7)

−0.1

(31.8)

4.7

(40.5)

9.7

(49.5)

14.0

(57.2)

15.1

(59.2)

11.2

(52.2)

4.5

(40.1)

−0.4

(31.3)

−5.2

(22.6)

2.6

(36.7)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 47.9

(1.89)

68.2

(2.69)

94.4

(3.72)

151.5

(5.96)

167.1

(6.58)

245.3

(9.66)

249.8

(9.83)

382.2

(15.05)

336.6

(13.25)

184.3

(7.26)

101.9

(4.01)

45.4

(1.79)

1,824.8

(71.84)

Borra medja f'cm (pulzieri) 44

(17)

57

(22)

62

(24)

15

(5.9)

0

(0)

0

(0)

0

(0)

0

(0)

0

(0)

0

(0)

8

(3.1)

29

(11)

215

(83)

Umdità relattiva medja (%) 65 66 67 71 74 85 87 86 86 79 71 66 75
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar 178.5 162.1 194.1 175.9 184.1 109.9 114.5 136.7 98.6 134.1 155.0 174.7 1,818.2
Sors: NOAA (1961-1990)

Demografija

Skont id-data miċ-ċensimenti Ġappuniżi, il-popolazzjoni ta' Nikkō naqset matul l-aħħar għoxrin sena.

Popolazzjoni storika
Sena Pop. ±%
1950 107,674 —    
1960 110,468 +2.6%
1970 99,415 −10.0%
1980 97,515 −1.9%
1990 97,859 +0.4%
2000 98,143 +0.3%
2010 90,064 −8.2%
2015 83,386 −7.4%
2020 80,239 −3.8%
Data miċ-ċensimenti Ġappuniżi

Storja

(勝道上人) stabbilixxa t-tempju ta' Rinnō-ji fis-766 u wara stabbilixxa t-tempju ta' Chūzen-ji fis-784. L-ewwel villaġġ ta' Nikkō żviluppa madwar dawn iż-żewġ tempji. Is-santwarju ta' Nikkō Tōshō-gū tlesta fl-1617 u sar l-ikbar attrazzjoni għall-viżitaturi fiż-żona matul il-perjodu Edo. Dan huwa magħruf bħala l-post funebri tax-shōgun Tokugawa Ieyasu. Għadd ta' toroq ġodda nbnew dak iż-żmien biex jiġi pprovdut aċċess aħjar għal Nikkō mir-reġjuni tal-madwar. Nikkō Tōshō-gū, is-Santwarju ta' Futarasan, u t-Tempju ta' Rinnō-ji issa jagħmlu parti mis-Sit ta' Wirt Dinji tal-

UNESCO msejjaħ Santwarji u Tempji ta' Nikkō.


Matul il-perjodu Meiji, il-villaġġ ta' Nikkō żviluppa bħala post turistiku mdawwar bil-muntanji, u sar partikolarment popolari fost il-viżitaturi barranin tal-Ġappun. Is-Servizz Ferrovjarju Nazzjonali Ġappuniż beda jopera lejn Nikkō fl-1890 bil-Linja Ferrovjarja ta' Nikkō, segwita bil-Linja Ferrovjarja ta' Tobu fl-1929 lejn Nikkō.

Il-villaġġ ta' Nikkō ġie inkorporat bħala raħal fl-1889 (parti mid-Distrett ta' Kamitsuga) bl-istabbiliment tas-sistema moderna tal-muniċipalitajiet. Ir-raħal ingħata l-istatus ta' belt fl-1954 wara fużjoni mal-villaġġ ġar ta' Okorogawa.

Fl-20 ta' Marzu 2006, Nikkō assorbiet il-belt fil-qrib ta' Imaichi, ir-raħal ta' Ashio (mid-Distrett ta' Kamitsuga), ir-raħal ta' Fujihara, u l-villaġġ ta' Kuriyama (it-tnejn li huma mid-Distrett ta' Shioya), biex tinħoloq dik li issa hija magħrufa uffiċjalment bħala l-belt ġdida u mwessa' ta' Nikkō. Il-muniċipju tal-belt il-ġdida jinsab fl-eks muniċipju tal-belt ta' Imaichi; l-eks muniċipju tal-belt ta' Nikkō City issa huwa magħruf bħala l-Uffiċċju Sekondarju tal-Belt u tal-Muniċipju ta' Nikkō.

Sit ta' Wirt Dinji

Is-Santwarji u t-Tempji ta' Nikkō ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-Unesco fl-1999.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem", ladarba s-santwarji u t-tempji ta' Nikkō huma riflessjoni ta' ħila arkitettonika u artistika tal-għaġeb u dan joħroġ fid-dieher permezz tal-integrazzjoni armonjuża tal-binjiet f'foresta u f'sit naturali mħejji min-nies; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem", ladarba s-santwarji u t-tempji ta' Nikkō huma turija perfetta tal-istil arkitettoniku tal-perjodu Edo kif applikat għas-santwarji u għat-tempji Buddisti; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju", ladarba s-santwarji u t-tempji ta' Nikkō, flimkien mal-ambjent ta' madwarhom, huma eżempju straordinarju ta' ċentru reliġjuż Ġappuniż tradizzjonali, assoċjat mal-perċezzjoni Xintoista tar-relazzjoni bejn il-bniedem u n-natura, fejn il-muntanji u l-foresti għandhom tifsira sagra u huma oġġetti ta' venerazzjoni, f'prattika reliġjuża li għadha ferm ħajja sa llum.

Governanza

Nikkō għandha sistema ta' governanza ta' kunsill immexxi minn sindku elett direttament b'leġiżlatura unikamerali tal-belt magħmula minn 24 membru. Nikkō tikkontribwixxi żewġ membri lill-Assemblea Prefetturali ta' Tochigi. F'termini ta' politika nazzjonali, il-belt hija parti mit-tieni distrett ta' Tochigi tal-kamra inferjuri tad-dieta tal-Ġappun.

Ekonomija

Nikkō tiddependi ħafna fuq it-turiżmu lejn is-siti storiċi u xeniċi tagħha u l-lukandi bil-fawwara jaħarqu. Il-produzzjoni tal-enerġija idroelettrika, l-ipproċessar tal-ikel, u l-industrija tal-estrazzjoni tal-metalli mingħajr ħadid huma komponenti importanti wkoll tal-ekonomija.

Edukazzjoni

Nikkō għandha 23 skola primarja pubblika, 12-il skola medja pubblika u tliet skejjel primarji u medji pubbliċi flimkien operati mill-gvern tal-belt. Il-belt għandha tliet skejjel post sekondarji pubbliċi operati mill-Bord Prefetturali tal-Edukazzjoni ta' Tochigi. Il-prefettura topera wkoll skola waħda tal-edukazzjoni speċjali għall-persuni b'diżabbiltà.

Skejjel postsekondarji:

  • l-Iskola Postsekondarja Prefetturali ta' Nikko Meiho f'Tochigi
  • l-Iskola Postsekondarja Prefetturali ta' Imaichi f'Tochigi
  • l-Iskola Postsekondarja Vokazzjonali Prefetturali ta' Imaichi f'Tochigi

Trasport

Ferroviji

Il-linja tal-Lvant tas-Sistema Ferrovjarja Ġappuniża – il-Linja Ferrovjarja ta' Nikkō

  • Fubasami - Shimotsuke-Ōsawa - Imaichi - Nikkō

Is-Sistema Ferrvjarja ta' Tōbu – il-Linja Ferrovjarja ta' Tōbu Nikkō

  • Shimo-Goshiro - Myōjin - Shimo-Imaichi - Kami-Imaichi - Tōbu Nikkō

Is-Sistema Ferrvjarja ta' Tōbu – il-Linja Ferrovjarja ta' Tōbu Kinugawa

  • Shimo-Imaichi - Daiya-Mukō - Ōkuwa - Shin-Takatoku - Kosagoe - il-Pjazza Dinjija ta' Tobu - Kinugawa-Onsen - Kinugawa-Kōen - Shin-Fujiwara

Is-Sistema Ferrovjarja ta' Yagan

  • Shin-Fujiwara - Ryūōkyō - Kawaji-Onsen - Kawaji-Yumoto - Yunishigawa-Onsen - Nakamiyori-Onsen - Kamimiyori-Shiobara-Onsenguchi - Ojika-Kōgen

Is-Sistema Ferrovjarja ta' Watarase Keikoku

  • Haramukō - Tsūdō - Ashio - Matō

Awtostradi

  • It-Triq Express ta' Tōhoku – Yaita IC, Yaita-Kita PA
  • It-Triq ta' Nikkō Utsunomiya – Kiyotaki IC, Nikko IC, Imaichi IC, Dosawa IC, Osawa IC
  • Ir-Rotta Nazzjonali 119
  • Ir-Rotta Nazzjonali 120
  • Ir-Rotta Nazzjonali 121
  • Ir-Rotta Nazzjonali 122
  • Ir-Rotta Nazzjonali 352
  • Ir-Rotta Nazzjonali 400
  • Ir-Rotta Nazzjonali 461

Attrazzjonijiet

  • It-Triq taċ-Ċedru ta' Nikkō
  • Il-Ġnien Botaniku ta' Nikkō
  • Il-Villa Imperjali ta' Tamozawa
  • Is-Santwarji u t-Tempji ta' Nikkō (Nikkō Tōshō-gū, is-Santwarju ta' Futarasan, u t-Tempju ta' Rinnō-ji)
  • Nikkō Tōshō-gū
    • L-iskultura tal-injam tat-tliet għorriefa tar-"rajt ma rajtx, smajt ma smajtx"
  • Rinnō-ji
    • Il-Mawżolew ta' Taiyū-in
    • Il-Ġnien ta' Shōyō-en
  • Is-Santwarju ta' Futarasan
  • Il-Lag ta' Chūzenji
  • Edo Wonderland Nikko Edomura (park storiku rikreattiv)
  • Nikkō hija magħrufa ferm għax-xadini tagħha li jduru qrib il-belt fix-xitwa sabiex ifittxu l-ikel.
  • L-istatwi ta' Jizō Bosatsu fil-Mixja ta' Kanman. Skont leġġenda fost in-nies tal-lokal, f'din il-mixja ftit 'il barra mill-belt, jekk wieħed jgħodd l-istatwi hu u miexi f'direzzjoni u jerġa' jgħoddhom fid-direzzjoni lura, in-numru ta' statwi jkun differenti.
  • L-Abiss ta' Kanmangafuchi huwa post li fforma mil-lava tal-iżbroffar tal-Vulkan Nantai

Sport

Nikkō tospita lin-Nikkō Ice Bucks fil-Lega Asjatika tal-Hockey fuq is-Silġ. L-Arena tas-Silġ ta' Nikkō Kirifuri ospitat il-Kampjonati tad-Dinja tan-Nisa tal-Hockey fuq is-Silġ (Diviżjoni I) f'April 2007. Hemm ukoll stabbiliment tal-iskejzjar veloċi (bl-Ingliż: speed skating).

Ġemellaġġi

  • Rapid City, South Dakota, l-Istati Uniti, ġemellata mis-7 ta' Frar 1993
  • Tainan, , ġemellata bħala ħbiberija mis-16 ta' Jannar 2009
  • Odawara, il-Prefettura ta' Kanagawa, ġemellata mid-19 ta' Diċembru 1980

Nies notevoli

  • Masaru Ibuka, imprenditur, kofundatur tas-Sony
  • Shoma Sato, plejer professjonali tal-
  • Akio Fukuda, politiku
  • Tomikazu Fukuda, politiku

Referenzi

  1. ^ 日光市. "人口". 日光市 (bil-Ġappuniż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-01-30. Miġbur 2021-08-06.
  2. ^ "Nikko City/Location, Topography & History of Nikko City". web.archive.org. 2006-10-05. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2006-10-05. Miġbur 2021-08-06.
  3. ^ Lohr, Steve (1983-09-11). "SHRINE OF THE SHOGUN" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-06.
  4. ^ "Nikko/Aizu – Challenging | Oka Tours". web.archive.org. 2019-07-09. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-07-09. Miġbur 2021-08-06.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ "NIKKO, Weather History and Climate Data". www.worldclimate.com. Miġbur 2021-08-06.
  6. ^ "NIKKO, Weather History and Climate Data". www.worldclimate.com. Miġbur 2021-08-06.
  7. ^ "NIKKO, Weather History and Climate Data". www.worldclimate.com. Miġbur 2021-08-06.
  8. ^ "Nasu climate: Average Temperature, weather by month, Nasu weather averages - Climate-Data.org". en.climate-data.org. Miġbur 2021-08-06.
  9. ^ ""Nikkō Climate Normals 1961–1990". National Oceanic and Atmospheric Administration".
  10. ^ "Tochigi (Japan): Prefecture, Cities, Towns and Villages - Population Statistics, Charts and Map". www.citypopulation.de. Miġbur 2021-08-06.
  11. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Shrines and Temples of Nikko". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-06.
  12. ^ "Kanmangafuchi Abyss - Nikko Things To Do & Itineraries | Planetyze". planetyze.com. Miġbur 2021-08-06.
  13. ^ "Obituary: Masaru Ibuka". The Independent (bl-Ingliż). 2011-10-22. Miġbur 2021-08-06.
  14. ^ "Shoma Sato Japanese Leagues Statistics & History". Baseball-Reference.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-08-06.
  15. ^ "生い立ち1". www16.plala.or.jp. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-11-03. Miġbur 2021-08-06.
  16. ^ 栃木県知事・福田とみかず後援会総連合会. "プロフィール". 栃木県知事 福田富一(福田とみかず)後援会総連合会 (bil-Ġappuniż). Miġbur 2021-08-06.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 25 Ġun, 2025 / 03:28

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Nikkō, X'inhi Nikkō? Xi tfisser Nikkō?

Nikkō 日光市 Nikkō shi IPA ɲiꜜkkoːɕi hija belt li tinsab fil Prefettura ta Tochigi il Ġappun Fit 2 ta Diċembru 2020 ġie stmat li l belt kellha popolazzjoni ta 80 239 ruħ f 36 531 unita domestika u densita tal popolazzjoni ta 55 persuna kull kilometru kwadru L erja totali tal belt hija 1 449 83 kilometru kwadru Nikkō hija destinazzjoni popolari mat turisti Ġappunizi u internazzjonali Fost l attrazzjonijiet tagħha hemm il mawzolew tax shōgun Nikkō Tōshō gu u dak tan neputi tiegħu Iemitsu Iemitsu byō Taiyu in u s Santwarju ta Futarasan li jmur lura għas 767 W K Hemm ukoll bosta fawwara jaħarqu onsen fiz zona L elevazzjonijiet ivarja minn 200 metru sa 2 000 metru Il Ġappuniz 日光を見ずして結構と言うなかれ Qatt tgħid kekkō sa ma tara lil Nikkō fejn kekkō tfisser sabiħ tal għaġeb jew Jien sodisfatt huwa riflessjoni tas sbuħija tas siti f Nikkō Nikkō ĠappunAmministrazzjoniStat sovranĠappunPrefecture of JapanTochigi Prefecture en Kap tal Gvern no valueIsem uffiċjali 日光市 日光町Ismijiet oriġinali 日光市Kodiċi postali 321 1292ĠeografijaKoordinati 36 43 11 N 139 41 53 E 36 71983 N 139 69817 E 36 71983 139 69817 Koordinati 36 43 11 N 139 41 53 E 36 71983 N 139 69817 E 36 71983 139 69817NikkōNikkō Japan Superfiċjenti 1 449 83 kilometru kwadruFruntieri ma en en en en en en en en u en DemografijaPopolazzjoni 77 027 abitanti 1 Marzu 2021 Informazzjoni oħraKodiċi tat telefon 0288Zona tal Ħin en bliet ġemellati Tainan en en u en city nikko lg jpIl pont ta Shinkyo wieħed mis simboli ta NikkoĠeografijaIl Lag ta Chuzenji u l Kaskati ta Kegon Nikkō tkopri erja vasta 1 449 83 km2 tal parti rurali fil Majjistral ta Tochigi madwar 140 kilometru fit Tramuntana ta Tokyo u 35 kilometru fil Punent ta Utsunomiya il belt kapitali tal Prefettura ta Tochigi Hija r raba l ikbar belt skont l erja fil Ġappun wara u Mill belt jgħaddu zewġ xmajjar ix xmara Watarase u x xmara Kinugawa Il Lag ta Chuzenji u l Kaskati ta Kegon jinsabu f Nikkō l istess bħall Ġnien Botaniku Id diversi muntanji u kaskati tal belt għamluha sors importanti ta enerġija idroelettrika Iz zona tal belt intuzat ukoll għall estrazzjoni tar ram tal aluminju u tal konkos It temp f Nikkō jixbah pjuttost lit temp tal gzira ta fit Tramuntana minkejja li Nikkō tinsab iktar fil qrib ta Tokyo milli ta Hokkaidō L elevazzjoni ta Nikkō taqdi rwol importanti f dan il fatt Is soltu t temperatura titbaxxa iktar ma wieħed jitla lejn il muntanji It temperatura medja ta Nikkō hija ta madwar 7 C 44 F bl iktar xhur sħan li jlaħħqu biss madwar 22 C 72 F u fl iktar xhur kesħin it temperatura tinzel għal madwar 8 C 17 F Il Pjazza Dinjija ta Tobu b replika tal Muniċipalitajiet tal madwar Il Prefettura ta Tochigi Utsunomiya Kanuma Nasushiobara Shioya Il Prefettura ta Gunma Numata Midori Katashina Il Prefettura ta Fukushima Minamiaizu HinoemataKlimaNikkō għandha klima kontinentali umduza Koppen Cfa bi sjuf sħan u bi xtiewi kesħin b ħafna borra It temperatura annwali medja f Nikkō hija 11 6 C Ix xita annwali medja hija 1 670 mm u tinzel l iktar f Settembru It temperatura togħla l iktar bħala medja f Awwissu sa xi 23 9 C u tkun l iktar baxxa f Jannar sa xi 0 1 C Data klimatika għal Nikkō Tochigi Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena Temp għolja medja C F 0 6 30 9 0 5 31 1 2 8 37 0 9 8 49 6 14 7 58 5 17 3 63 1 21 1 70 0 22 4 72 3 18 1 64 6 12 7 54 9 8 0 46 4 2 7 36 9 10 7 51 3 Temp medja ta kuljum C F 4 4 24 1 4 3 24 3 1 4 29 5 4 9 40 8 9 8 49 6 13 4 56 1 17 4 63 3 18 5 65 3 14 5 58 1 8 5 47 3 3 7 38 7 1 3 29 7 6 6 43 9 Temp baxxa medja C F 8 4 16 9 8 2 17 2 5 7 21 7 0 1 31 8 4 7 40 5 9 7 49 5 14 0 57 2 15 1 59 2 11 2 52 2 4 5 40 1 0 4 31 3 5 2 22 6 2 6 36 7 Preċipitazzjoni medja f mm pulzieri 47 9 1 89 68 2 2 69 94 4 3 72 151 5 5 96 167 1 6 58 245 3 9 66 249 8 9 83 382 2 15 05 336 6 13 25 184 3 7 26 101 9 4 01 45 4 1 79 1 824 8 71 84 Borra medja f cm pulzieri 44 17 57 22 62 24 15 5 9 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 8 3 1 29 11 215 83 Umdita relattiva medja 65 66 67 71 74 85 87 86 86 79 71 66 75 Medja ta sigħat ta xemx fix xahar 178 5 162 1 194 1 175 9 184 1 109 9 114 5 136 7 98 6 134 1 155 0 174 7 1 818 2 Sors NOAA 1961 1990 DemografijaSkont id data miċ ċensimenti Ġappunizi il popolazzjoni ta Nikkō naqset matul l aħħar għoxrin sena Popolazzjoni storika Sena Pop 1950 107 674 1960 110 468 2 6 1970 99 415 10 0 1980 97 515 1 9 1990 97 859 0 4 2000 98 143 0 3 2010 90 064 8 2 2015 83 386 7 4 2020 80 239 3 8 Data miċ ċensimenti ĠappuniziStorjaKartolina tal belt tal 1901 bl attrazzjonijiet ewlenin sa dak iz zmien 勝道上人 stabbilixxa t tempju ta Rinnō ji fis 766 u wara stabbilixxa t tempju ta Chuzen ji fis 784 L ewwel villaġġ ta Nikkō zviluppa madwar dawn iz zewġ tempji Is santwarju ta Nikkō Tōshō gu tlesta fl 1617 u sar l ikbar attrazzjoni għall vizitaturi fiz zona matul il perjodu Edo Dan huwa magħruf bħala l post funebri tax shōgun Tokugawa Ieyasu Għadd ta toroq ġodda nbnew dak iz zmien biex jiġi pprovdut aċċess aħjar għal Nikkō mir reġjuni tal madwar Nikkō Tōshō gu is Santwarju ta Futarasan u t Tempju ta Rinnō ji issa jagħmlu parti mis Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO msejjaħ Santwarji u Tempji ta Nikkō Is Santwarju ta Toshogu Matul il perjodu Meiji il villaġġ ta Nikkō zviluppa bħala post turistiku mdawwar bil muntanji u sar partikolarment popolari fost il vizitaturi barranin tal Ġappun Is Servizz Ferrovjarju Nazzjonali Ġappuniz beda jopera lejn Nikkō fl 1890 bil Linja Ferrovjarja ta Nikkō segwita bil Linja Ferrovjarja ta Tobu fl 1929 lejn Nikkō Il villaġġ ta Nikkō ġie inkorporat bħala raħal fl 1889 parti mid Distrett ta Kamitsuga bl istabbiliment tas sistema moderna tal muniċipalitajiet Ir raħal ingħata l istatus ta belt fl 1954 wara fuzjoni mal villaġġ ġar ta Okorogawa Fl 20 ta Marzu 2006 Nikkō assorbiet il belt fil qrib ta Imaichi ir raħal ta Ashio mid Distrett ta Kamitsuga ir raħal ta Fujihara u l villaġġ ta Kuriyama it tnejn li huma mid Distrett ta Shioya biex tinħoloq dik li issa hija magħrufa uffiċjalment bħala l belt ġdida u mwessa ta Nikkō Il muniċipju tal belt il ġdida jinsab fl eks muniċipju tal belt ta Imaichi l eks muniċipju tal belt ta Nikkō City issa huwa magħruf bħala l Uffiċċju Sekondarju tal Belt u tal Muniċipju ta Nikkō Sit ta Wirt DinjiIl Pagoda ta Toshugu Is Santwarji u t Tempji ta Nikkō ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji tal Unesco fl 1999 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem ladarba s santwarji u t tempji ta Nikkō huma riflessjoni ta ħila arkitettonika u artistika tal għaġeb u dan joħroġ fid dieher permezz tal integrazzjoni armonjuza tal binjiet f foresta u f sit naturali mħejji min nies il kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem ladarba s santwarji u t tempji ta Nikkō huma turija perfetta tal istil arkitettoniku tal perjodu Edo kif applikat għas santwarji u għat tempji Buddisti u l kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju ladarba s santwarji u t tempji ta Nikkō flimkien mal ambjent ta madwarhom huma ezempju straordinarju ta ċentru reliġjuz Ġappuniz tradizzjonali assoċjat mal perċezzjoni Xintoista tar relazzjoni bejn il bniedem u n natura fejn il muntanji u l foresti għandhom tifsira sagra u huma oġġetti ta venerazzjoni f prattika reliġjuza li għadha ferm ħajja sa llum L iskultura famuza tax xadini ta rajt ma rajtx smajt ma smajtxGovernanzaIl muniċipju ta Nikkō Nikkō għandha sistema ta governanza ta kunsill immexxi minn sindku elett direttament b leġizlatura unikamerali tal belt magħmula minn 24 membru Nikkō tikkontribwixxi zewġ membri lill Assemblea Prefetturali ta Tochigi F termini ta politika nazzjonali il belt hija parti mit tieni distrett ta Tochigi tal kamra inferjuri tad dieta tal Ġappun EkonomijaNikkō tiddependi ħafna fuq it turizmu lejn is siti storiċi u xeniċi tagħha u l lukandi bil fawwara jaħarqu Il produzzjoni tal enerġija idroelettrika l ipproċessar tal ikel u l industrija tal estrazzjoni tal metalli mingħajr ħadid huma komponenti importanti wkoll tal ekonomija EdukazzjoniNikkō għandha 23 skola primarja pubblika 12 il skola medja pubblika u tliet skejjel primarji u medji pubbliċi flimkien operati mill gvern tal belt Il belt għandha tliet skejjel post sekondarji pubbliċi operati mill Bord Prefetturali tal Edukazzjoni ta Tochigi Il prefettura topera wkoll skola waħda tal edukazzjoni speċjali għall persuni b dizabbilta Skejjel postsekondarji l Iskola Postsekondarja Prefetturali ta Nikko Meiho f Tochigi l Iskola Postsekondarja Prefetturali ta Imaichi f Tochigi l Iskola Postsekondarja Vokazzjonali Prefetturali ta Imaichi f TochigiTrasportIl Linja Ferrovjarja ta Nikkō Ferroviji Il linja tal Lvant tas Sistema Ferrovjarja Ġappuniza il Linja Ferrovjarja ta Nikkō Fubasami Shimotsuke Ōsawa Imaichi Nikkō Is Sistema Ferrvjarja ta Tōbu il Linja Ferrovjarja ta Tōbu Nikkō Shimo Goshiro Myōjin Shimo Imaichi Kami Imaichi Tōbu Nikkō Is Sistema Ferrvjarja ta Tōbu il Linja Ferrovjarja ta Tōbu Kinugawa Shimo Imaichi Daiya Mukō Ōkuwa Shin Takatoku Kosagoe il Pjazza Dinjija ta Tobu Kinugawa Onsen Kinugawa Kōen Shin Fujiwara Is Sistema Ferrovjarja ta Yagan Shin Fujiwara Ryuōkyō Kawaji Onsen Kawaji Yumoto Yunishigawa Onsen Nakamiyori Onsen Kamimiyori Shiobara Onsenguchi Ojika Kōgen Is Sistema Ferrovjarja ta Watarase Keikoku Haramukō Tsudō Ashio Matō Awtostradi It Triq Express ta Tōhoku Yaita IC Yaita Kita PA It Triq ta Nikkō Utsunomiya Kiyotaki IC Nikko IC Imaichi IC Dosawa IC Osawa IC Ir Rotta Nazzjonali 119 Ir Rotta Nazzjonali 120 Ir Rotta Nazzjonali 121 Ir Rotta Nazzjonali 122 Ir Rotta Nazzjonali 352 Ir Rotta Nazzjonali 400 Ir Rotta Nazzjonali 461AttrazzjonijietIt Triq taċ Ċedru ta Nikkō Il Ġnien Botaniku ta Nikkō Il Villa Imperjali ta Tamozawa Is Santwarji u t Tempji ta Nikkō Nikkō Tōshō gu is Santwarju ta Futarasan u t Tempju ta Rinnō ji Nikkō Tōshō gu L iskultura tal injam tat tliet għorriefa tar rajt ma rajtx smajt ma smajtx Rinnō ji Il Mawzolew ta Taiyu in Il Ġnien ta Shōyō en Is Santwarju ta Futarasan Il Lag ta Chuzenji Edo Wonderland Nikko Edomura park storiku rikreattiv Nikkō hija magħrufa ferm għax xadini tagħha li jduru qrib il belt fix xitwa sabiex ifittxu l ikel L istatwi ta Jizō Bosatsu fil Mixja ta Kanman Skont leġġenda fost in nies tal lokal f din il mixja ftit il barra mill belt jekk wieħed jgħodd l istatwi hu u miexi f direzzjoni u jerġa jgħoddhom fid direzzjoni lura in numru ta statwi jkun differenti L Abiss ta Kanmangafuchi huwa post li fforma mil lava tal izbroffar tal Vulkan NantaiSportIċ ċentru tal iskejzjar ta Nikkō Nikkō tospita lin Nikkō Ice Bucks fil Lega Asjatika tal Hockey fuq is Silġ L Arena tas Silġ ta Nikkō Kirifuri ospitat il Kampjonati tad Dinja tan Nisa tal Hockey fuq is Silġ Divizjoni I f April 2007 Hemm ukoll stabbiliment tal iskejzjar veloċi bl Ingliz speed skating ĠemellaġġiRapid City South Dakota l Istati Uniti ġemellata mis 7 ta Frar 1993 Tainan ġemellata bħala ħbiberija mis 16 ta Jannar 2009 Odawara il Prefettura ta Kanagawa ġemellata mid 19 ta Diċembru 1980Nies notevoliMasaru Ibuka imprenditur kofundatur tas Sony Shoma Sato plejer professjonali tal Akio Fukuda politiku Tomikazu Fukuda politikuReferenzi 日光市 人口 日光市 bil Ġappuniz Arkivjat minn l oriġinal fl 2022 01 30 Miġbur 2021 08 06 Nikko City Location Topography amp History of Nikko City web archive org 2006 10 05 Arkivjat minn l oriġinal fl 2006 10 05 Miġbur 2021 08 06 Lohr Steve 1983 09 11 SHRINE OF THE SHOGUN bl Ingliz Miġbur 2021 08 06 Nikko Aizu Challenging Oka Tours web archive org 2019 07 09 Arkivjat mill oriġinal fl 2019 07 09 Miġbur 2021 08 06 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link NIKKO Weather History and Climate Data www worldclimate com Miġbur 2021 08 06 NIKKO Weather History and Climate Data www worldclimate com Miġbur 2021 08 06 NIKKO Weather History and Climate Data www worldclimate com Miġbur 2021 08 06 Nasu climate Average Temperature weather by month Nasu weather averages Climate Data org en climate data org Miġbur 2021 08 06 Nikkō Climate Normals 1961 1990 National Oceanic and Atmospheric Administration Tochigi Japan Prefecture Cities Towns and Villages Population Statistics Charts and Map www citypopulation de Miġbur 2021 08 06 a b ċ Centre UNESCO World Heritage Shrines and Temples of Nikko UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2021 08 06 Kanmangafuchi Abyss Nikko Things To Do amp Itineraries Planetyze planetyze com Miġbur 2021 08 06 Obituary Masaru Ibuka The Independent bl Ingliz 2011 10 22 Miġbur 2021 08 06 Shoma Sato Japanese Leagues Statistics amp History Baseball Reference com bl Ingliz Miġbur 2021 08 06 生い立ち1 www16 plala or jp Arkivjat minn l oriġinal fl 2022 11 03 Miġbur 2021 08 06 栃木県知事 福田とみかず後援会総連合会 プロフィール 栃木県知事 福田富一 福田とみかず 後援会総連合会 bil Ġappuniz Miġbur 2021 08 06

L-aħħar artikli
  • Ġunju 21, 2025

    Maggie Borg

  • Ġunju 13, 2025

    Madrid

  • Ġunju 22, 2025

    Madre Tereża ta' Kalkutta

  • Ġunju 14, 2025

    Madliena

  • Ġunju 14, 2025

    Madonna tal-Karmnu

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq