Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Palmaria hija gżira Taljana li tinsab fin naħa l iktar fil Punent tal Golf ta fil Baħar Liguri Hija parti minn arċipelag

Palmaria

  • Paġna Ewlenija
  • Palmaria
Palmaria
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Palmaria hija gżira Taljana li tinsab fin-naħa l-iktar fil-Punent tal-Golf ta' fil-Baħar Liguri. Hija parti minn arċipelagu ta' tliet gżejjer qrib ħafna ta' xulxin li sseparaw min-Nofsinhar tal-art kontinentali tal-Italja f'. Hija l-ikbar gżira minnhom it-tlieta, u l-iżgħar gżira jew gżejra hija Tinetto.

Fl-1997, l-arċipelagu, flimkien ma' Portovenere u Cinque Terre, ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

Deskrizzjoni

Il-gżira ta' Palmaria għandha erja ta' 1.89 kilometru kwadru (0.73 mili kwadri) u b'hekk hija l-ikbar mit-tliet gżejjer fil-Golf ta' La Spezia. Iż-żewġ gżejjer l-oħra, Tino u Tinetto, jinsab ftit mijiet ta' metri fin-Nofsinhar. Palmaria hija wkoll l-ikbar gżira fir-reġjun kollu tal-Liguria.

Il-gżira għandha għamla triangolari: in-naħat li jinsabu faċċata ta' Portovenere u l-Golf ta' La Spezia huma l-iżjed popolati u jinżlu bil-mod il-mod lejn il-livell tal-baħar, miksija b'veġetazzjoni Mediterranja tipika. In-naħa tal-Punent, lejn il-baħar miftuħ, fiha rdumijiet għoljin telgħin 'il fuq mill-ilma, fejn hemm bosta għerien. In-naħat popolati fihom xi djar privati, ristorant f'Pozzale, u ħafna stabbilimenti tal-għawm, uħud pubbliċi u wħud riżervati għall-impjegati tal-Flotta Navali u tal-Forza tal-Ajru.

In-naħa tal-Punent hija l-inqas aċċessibbli. Attrazzjonijiet sinifikanti huma l-Għar Ikħal, li huwa aċċessibbli bid-dgħajsa biss, u l-Għar tal-Ħamiem li huwa aċċessibbli biss bit-tixbit bil-ħbula. L-Għar tal-Ħamiem kien importanti ħafna fl-istudju ta' avvenimenti storiċi li seħħew fil-Golf. L-għadam fossilizzat ta' annimali tal-Plejstoċen bħall-kamoxx u l-kokka tal-borra nstabu hemmhekk, flimkien mal-fdalijiet ta' bnedmin li huma evidenza tal-preżenza umana mill-inqas minn ħamest elef sena ilu.

Fuq il-gżira hemm ukoll bosta binjiet militari ta' interess storiku kbir. Il-quċċata tal-gżira mhix miftuħa għall-pubbliku peress li hija eks żona militari, għalkemm tinsab fi stat ta' abbandun. Fost l-istrutturi preżenti hemm il-Forti tal-Konti ta' Cavour (jew il-Forti ta' Palmaria), il-batterija li issa tintuża bħala ċentru edukattiv sperimentali dwar l-ambjent, Batteria Semaforo qrib il-ponta tat-Torri ta' Scola, u l-fdalijiet tal-batterija ta' Albini. It-torri ta' , miksi bil-ħadid, intuża fit-Tieni Gwerra Dinjija bħala ħabs militari u ġie rinnovat ftit snin ilu. Sparpaljati madwar il-gżira hemm diversi bunkers abbandunati mit-Tieni Gwerra Dinjija u l-fdalijiet ta' artillerija kostali u batteriji ta' kontra l-inġenji tal-ajru, il-biċċa l-kbira minnhom mhux aċċessibbli minħabba li nħakmu mill-veġetazzjoni.

Irħam ta' Portoro

F'Pozzale, fin-naħa tan-Nofsinhar tal-gżira, hemm barriera abbandunata li fl-imgħoddi kienet tintuża għall-estrazzjoni tal-irħam iswed prezzjuż bi strixxi lewn id-deheb imsejjaħ irħam ta' portoro. Għad hemm fdalijiet ta' krejnijiet u ta' tagħmir tal-olzar li kienu jċaqilqu l-blokok tal-irħam, kif ukoll ħitan tad-djar tal-minaturi.

Ħabitat naturali

Flora

Il-flora ta' Palmaria hija magħmula minn madwar 500 speċi. Il-veġetazzjoni oriġinali li x'aktarx li kienet tikkonsisti primarjament minn arbuxxelli Mediterranji u foresti tas-siġar tal-ballut, ġiet immodifikata minn kawżi antropiċi bħan-nirien, l-agrikoltura u l-introduzzjoni ta' pjanti u annimali aljeni, fosthom platani, siġar tal-palm u fniek.

Illum il-ġurnata s-siġar taż-żnuber (Pinus pinaster u Pinus halepensis) jaqsmu l-ispazju ma' speċijiet Mediterranji tipiċi bħall-ballut (Quercus ilex), il-ballut roverell (Quercus pubescens), id-deru (Pistacia lentiscus), is-siġar tal-frawli (Arbutus unedo), il-ward tal-blat (Cistus monspeliensis, Cistus salvifolius, Cistus incanus) u l-ġinestra safra (Spartium junceum).

Gruppi importanti oħra ta' pjanti jinkludu t-tengħud (Euphorbia dendroides) u qrib l-irdumijiet mal-baħar, il-ħasura (Crithmum maritimum). Fost il-flora l-ġdida, Centaurea cineraria veneris u Iberis umbellata var. linifolia huma esklużivi għal Palmaria, u Centaurea aplolepa lunensis hija endemika għal-Lvant tal-Liguria. Pjanti notevoli oħra jinkludu Brassica oleracea robertiana, Serapias neglecta u Cistus incanus, li huma pjanti rari fil-Liguria.

Fawna

Hemm bosta speċijiet ta' rettili fuq il-gżira, fosthom l-iżgħar wiżgħa Ewropea, il-wiżgħa Ewropea fillodattila (Phyllodactylus europaeus). Għalkemm hija preżenti wkoll fil-gżejjer ġirien ta' Tino u Tinetto, din l-ispeċi hija rari fil-Liguria.

Fost l-ispeċijiet ta' għasafar hemm l-ispanjulett (Falco tinnunculus), il-bies (Falco peregrinus), l-isparvier (Accipiter nisus), il-ħaġla ħamra (Alectoris rufa), il-gawwi (Larus argentatus, Larus michahellis), l-Għarab (Corvus corax), il-ġanbublu (Monticola solitarius), u l-margun (Gulosus aristotelis).

Diversi speċijiet ta' friefet il-lejl jgħixu fl-għerien ta' Palmaria: Plecotus auritus, Rhinolophus ferrumequinum u Rhinolophus hipposideros.

Kolonji ta' fniek u ta' mogħoż fuq il-gżira huma fdalijiet ta' passat reċenti meta l-gżira kienet abitata iktar.

Il-ħanfusa Parmenas solieri hija speċi endemika li tinsab fi ftit irqajja' tal-gżira.

Klima u kollegamenti marittimi

Il-klima hija tipikament Mediterranja, jiġifieri miti fuq bażi ta' kuljum u fuq bażi staġonali.

Fix-xitwa jkun hemm ftit drabi meta jkun hemm kesħa estrema jew ġlata, filwaqt li fis-sajf is-sħana tiġi mmoderata mill-effett taż-żiffa tal-baħar. Ix-xita tinżel qliel skont ix-xejriet tar-Riviera di Levante (Rivjera tal-Lvant), u tinżel qawwija ħafna speċjlament fil-ħarifa u fir-rebbiegħa.

Il-gżira hija aċċessibbli permezz ta' dgħajjes privati, jew fix-xhur tas-sajf permezz ta' laneċ li jikkollegaw il-gżira ma' Portovenere, u La Spezia.

Siti ta' Wirt Dinji

Portovenere, iċ-Cinque Terre, u l-gżejjer ta' Palmaria, Tino u Tinetto ġew iddeżinjati flimkien bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997. Fl-2021 saret modifika żgħira fil-konfini taż-żona ta' lqugħ tas-sit.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".

Gallerija

  • L-Għar Ikħal.
  • Il-kosta tal-blat.
  • L-Għerien tal-Irħam.
  • Il-veġetazzjoni tal-gżira.
  • Veduta ta' Palmaria minn Portovenere.

Ara wkoll

  • Cinque Terre
  • Tino
  • Tinetto

Referenzi

  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Portovenere, Cinque Terre, and the Islands (Palmaria, Tino and Tinetto)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-26.
  2. ^ "Parco Naturale Regionale di Porto Venere". www.parks.it. Miġbur 2023-08-27.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 22 Ġun, 2025 / 19:07

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Palmaria, X'inhi Palmaria? Xi tfisser Palmaria?

Palmaria hija gzira Taljana li tinsab fin naħa l iktar fil Punent tal Golf ta fil Baħar Liguri Hija parti minn arċipelagu ta tliet gzejjer qrib ħafna ta xulxin li sseparaw min Nofsinhar tal art kontinentali tal Italja f Hija l ikbar gzira minnhom it tlieta u l izgħar gzira jew gzejra hija Tinetto Palmaria Fl 1997 l arċipelagu flimkien ma Portovenere u Cinque Terre ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO DeskrizzjoniIl gzira ta Palmaria għandha erja ta 1 89 kilometru kwadru 0 73 mili kwadri u b hekk hija l ikbar mit tliet gzejjer fil Golf ta La Spezia Iz zewġ gzejjer l oħra Tino u Tinetto jinsab ftit mijiet ta metri fin Nofsinhar Palmaria hija wkoll l ikbar gzira fir reġjun kollu tal Liguria Il gzira għandha għamla triangolari in naħat li jinsabu faċċata ta Portovenere u l Golf ta La Spezia huma l izjed popolati u jinzlu bil mod il mod lejn il livell tal baħar miksija b veġetazzjoni Mediterranja tipika In naħa tal Punent lejn il baħar miftuħ fiha rdumijiet għoljin telgħin il fuq mill ilma fejn hemm bosta għerien In naħat popolati fihom xi djar privati ristorant f Pozzale u ħafna stabbilimenti tal għawm uħud pubbliċi u wħud rizervati għall impjegati tal Flotta Navali u tal Forza tal Ajru In naħa tal Punent hija l inqas aċċessibbli Attrazzjonijiet sinifikanti huma l Għar Ikħal li huwa aċċessibbli bid dgħajsa biss u l Għar tal Ħamiem li huwa aċċessibbli biss bit tixbit bil ħbula L Għar tal Ħamiem kien importanti ħafna fl istudju ta avvenimenti storiċi li seħħew fil Golf L għadam fossilizzat ta annimali tal Plejstoċen bħall kamoxx u l kokka tal borra nstabu hemmhekk flimkien mal fdalijiet ta bnedmin li huma evidenza tal prezenza umana mill inqas minn ħamest elef sena ilu Fuq il gzira hemm ukoll bosta binjiet militari ta interess storiku kbir Il quċċata tal gzira mhix miftuħa għall pubbliku peress li hija eks zona militari għalkemm tinsab fi stat ta abbandun Fost l istrutturi prezenti hemm il Forti tal Konti ta Cavour jew il Forti ta Palmaria il batterija li issa tintuza bħala ċentru edukattiv sperimentali dwar l ambjent Batteria Semaforo qrib il ponta tat Torri ta Scola u l fdalijiet tal batterija ta Albini It torri ta miksi bil ħadid intuza fit Tieni Gwerra Dinjija bħala ħabs militari u ġie rinnovat ftit snin ilu Sparpaljati madwar il gzira hemm diversi bunkers abbandunati mit Tieni Gwerra Dinjija u l fdalijiet ta artillerija kostali u batteriji ta kontra l inġenji tal ajru il biċċa l kbira minnhom mhux aċċessibbli minħabba li nħakmu mill veġetazzjoni Irħam ta PortoroF Pozzale fin naħa tan Nofsinhar tal gzira hemm barriera abbandunata li fl imgħoddi kienet tintuza għall estrazzjoni tal irħam iswed prezzjuz bi strixxi lewn id deheb imsejjaħ irħam ta portoro Għad hemm fdalijiet ta krejnijiet u ta tagħmir tal olzar li kienu jċaqilqu l blokok tal irħam kif ukoll ħitan tad djar tal minaturi Ħabitat naturaliFlora Il flora ta Palmaria hija magħmula minn madwar 500 speċi Il veġetazzjoni oriġinali li x aktarx li kienet tikkonsisti primarjament minn arbuxxelli Mediterranji u foresti tas siġar tal ballut ġiet immodifikata minn kawzi antropiċi bħan nirien l agrikoltura u l introduzzjoni ta pjanti u annimali aljeni fosthom platani siġar tal palm u fniek Illum il ġurnata s siġar taz znuber Pinus pinaster u Pinus halepensis jaqsmu l ispazju ma speċijiet Mediterranji tipiċi bħall ballut Quercus ilex il ballut roverell Quercus pubescens id deru Pistacia lentiscus is siġar tal frawli Arbutus unedo il ward tal blat Cistus monspeliensis Cistus salvifolius Cistus incanus u l ġinestra safra Spartium junceum Gruppi importanti oħra ta pjanti jinkludu t tengħud Euphorbia dendroides u qrib l irdumijiet mal baħar il ħasura Crithmum maritimum Fost il flora l ġdida Centaurea cineraria veneris u Iberis umbellata var linifolia huma eskluzivi għal Palmaria u Centaurea aplolepa lunensis hija endemika għal Lvant tal Liguria Pjanti notevoli oħra jinkludu Brassica oleracea robertiana Serapias neglecta u Cistus incanus li huma pjanti rari fil Liguria Fawna Hemm bosta speċijiet ta rettili fuq il gzira fosthom l izgħar wizgħa Ewropea il wizgħa Ewropea fillodattila Phyllodactylus europaeus Għalkemm hija prezenti wkoll fil gzejjer ġirien ta Tino u Tinetto din l ispeċi hija rari fil Liguria Fost l ispeċijiet ta għasafar hemm l ispanjulett Falco tinnunculus il bies Falco peregrinus l isparvier Accipiter nisus il ħaġla ħamra Alectoris rufa il gawwi Larus argentatus Larus michahellis l Għarab Corvus corax il ġanbublu Monticola solitarius u l margun Gulosus aristotelis Diversi speċijiet ta friefet il lejl jgħixu fl għerien ta Palmaria Plecotus auritus Rhinolophus ferrumequinum u Rhinolophus hipposideros Kolonji ta fniek u ta mogħoz fuq il gzira huma fdalijiet ta passat reċenti meta l gzira kienet abitata iktar Il ħanfusa Parmenas solieri hija speċi endemika li tinsab fi ftit irqajja tal gzira Klima u kollegamenti marittimiIl klima hija tipikament Mediterranja jiġifieri miti fuq bazi ta kuljum u fuq bazi staġonali Fix xitwa jkun hemm ftit drabi meta jkun hemm kesħa estrema jew ġlata filwaqt li fis sajf is sħana tiġi mmoderata mill effett taz ziffa tal baħar Ix xita tinzel qliel skont ix xejriet tar Riviera di Levante Rivjera tal Lvant u tinzel qawwija ħafna speċjlament fil ħarifa u fir rebbiegħa Il gzira hija aċċessibbli permezz ta dgħajjes privati jew fix xhur tas sajf permezz ta laneċ li jikkollegaw il gzira ma Portovenere u La Spezia Siti ta Wirt DinjiPortovenere iċ Cinque Terre u l gzejjer ta Palmaria Tino u Tinetto ġew iddezinjati flimkien bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1997 Fl 2021 saret modifika zgħira fil konfini taz zona ta lqugħ tas sit Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ il kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem u l kriterju v Ezempju straordinarju ta insedjament uman tradizzjonali ta uzu tal art jew ta uzu tal baħar li jirrapprezenta kultura jew kulturi jew interazzjoni umana mal ambjent speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l impatt ta bidla irreversibbli GallerijaL Għar Ikħal Il kosta tal blat L Għerien tal Irħam Il veġetazzjoni tal gzira Veduta ta Palmaria minn Portovenere Ara wkollCinque Terre Tino TinettoReferenzi a b ċ Centre UNESCO World Heritage Portovenere Cinque Terre and the Islands Palmaria Tino and Tinetto UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 08 26 Parco Naturale Regionale di Porto Venere www parks it Miġbur 2023 08 27

L-aħħar artikli
  • Ġunju 23, 2025

    Maldive

  • Ġunju 14, 2025

    Malażja

  • Ġunju 14, 2025

    Malawi

  • Ġunju 14, 2025

    Malasja

  • Ġunju 18, 2025

    Malarja

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq