Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Iċ Cinque Terre pronunzja bit Taljan ˈtʃiŋkwe ˈtɛrre bid djalett ta Liguria Çinque Tære li letteralment tfisser Ħames Ar

Cinque Terre

  • Paġna Ewlenija
  • Cinque Terre
Cinque Terre
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Iċ-Cinque Terre (pronunzja bit-Taljan: [ˈtʃiŋkwe ˈtɛrre]; bid-djalett ta' Liguria: Çinque Tære; li letteralment tfisser "Ħames Artijiet") jikkostitwixxu żona kostali fir-reġjun ta' Liguria, fil-Majjistral tal-Italja. Din tinsab fil-Punent tal-Provinċja ta' , u tinkludi ħames irħula: , , , , u . Il-kosta, il-ħames irħula, u l-għoljiet tal-madwar huma kollha parti mill-Park Nazzjonali taċ-Cinque Terre, li huwa Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

Iż-żona taċ-Cinque Terre hija destinazzjoni turistika popolari. Tul is-sekli, il-bniedem bena raba' mtarraġ fuq il-pajsaġġ wieqaf sal-irdumijiet li jħarsu fuq il-Baħar Liguri. Mogħdijiet, ferroviji u dgħajjes jikkollegaw l-irħula ma' xulxin peress li l-karozzi jistgħu jilħquhom minn toroq muntanjużi tassew dojoq u prekarji.

Storja

Iż-żona taċ-Cinque Terre tissemma f'dokumenti li jmorru lura sas-seklu 11. Monterosso u Vernazza huma l-ewwel irħula li ġew insedjati u l-irħula l-oħra kibru warajhom, filwaqt li kienu jagħmlu parti mit-territorju tar-Repubblika ta' . Fis-seklu 16, l-abitanti saħħew il-fortijiet eżistenti u bnew torrijiet tad-difiża ġodda biex jiddefendu ż-żona mill-attakki tat-Torok. Iċ-Cinque Terre esperjenzaw deklin ekonomiku mis-sekli 17 sa 19, u rkupraw meta nbena arsenal f'La Spezia kif ukoll linja ferrovjarja ta' kollegament mal-belt ta' Genova. Il-linja ferrovjarja wasslet għal migrazzjoni miż-żona u għal deklin fl-industriji tradizzjonali sa ma beda jirranka t-turiżmu fis-snin 70 tas-seklu 20 'il quddiem li ġab miegħu ftit prosperità.

L-għelejjel predominanti fiż-żona minn dejjem kienu l-għeneb u ż-żebbuġ. Xi sajjieda kienu bbażati f'Monterosso, iżda d-djar ikkuluriti tas-sajjieda kif nafuhom illum il-ġurnata bdew jinżebgħu hekk fis-snin 70 tas-seklu 20 bħala attrazzjoni turistika.

Fil-25 ta' Ottubru 2011, xita torrenzjali kkawżat għargħar u ċedimenti tal-art bit-tajn fiċ-Cinque Terre. Nisa' persuni mietu u l-irħula ġarrbu ħsarat estensivi, b'mod partikolari Vernazza u Monterosso al Mare. Din il-maltempata ta' xita qliel ikkawżat tant ħsarat anke minħabba kriżi fil-kultivazzjoni tradizzjonali u li tqalla' inqas flus fil-pajsaġġi mtarrġin li sittin sena qabel kienu qabdu t-triq tan-niżla u esperjenzaw tnaqqis ta' manutenzjoni. Dan kien parzjalment ibbilanċjat bil-veġetazzjoni li kibret waħedha fuq ir-raba' mtarraġ abbandunat, xi ħaġa li ġiet enfasizzata minn parti mil-letteratura xjentifika eżistenti.

Sit ta' Wirt Dinji

Portovenere, iċ-Cinque Terre, u l-gżejjer ta' Palmaria, Tino u Tinetto ġew iddeżinjati flimkien bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997. Fl-2021 saret modifika żgħira fil-konfini taż-żona ta' lqugħ tas-sit.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".

Trasport u turiżmu

L-aċċess għaċ-Cinque Terre bil-karozza huwa limitat. Triq li tagħti għal Vernazza hija dejqa ħafna u tispiċċa xi kilometru qabel wieħed jasal fir-raħal. Inkella, wieħed jista' jsuq sa , jipparkja l-karozza tiegħu hemmhekk, jieħu l-ferrovija lokali u jieqaf wara żewġ waqfiet f'Monterosso fiċ-Cinque Terre.

Il-ferroviji jaħdmu minn La Spezia sal-ħames irħula fi ħdan iċ-Cinque Terre, kif ukoll lejn destinazzjonijiet reġjonali u nazzjonali ewlenin oħra. L-istazzjonijiet tal-ferrovija taċ-Cinque Terre jinsabu fuq il-linja ferrovjarja Genova-Pisa. Il-biċċa l-kbira tal-ferroviji fuq distanza twila ma jieqfux fil-ħames irħula kollha taċ-Cinque Terre, u b'hekk wieħed ikollu jagħmel trasferimenti minn La Spezia għal fuq ferroviji reġjonali. Xi ferroviji tat-tip intercity jieqfu wkoll fl-Istazzjon ta' Monterosso.

Servizz skedat tal-laneċ tal-passiġġieri jaħdem bejn bejn u La Spezia, u jsiru waqfiet fl-irħula prinċipali kollha għajr Corniglia, li ma għandhiex moll għall-iżbark, u ma tinsabx mal-kosta. Id-dgħajjes ukoll jikkollegaw il-port antik ta' Genova ma' u .

Mogħdijiet

Hemm bosta mogħdijiet tal-mixi fil-park nazzjonali kollu u t-tismija tagħha hija konformi mas-sistema SVA bin-numri. Madankollu, spiss il-mogħdijiet tal-mixi baqgħu magħrufa bin-numri preċedenti tagħhom, li xi kultant jikkonfondi lill-viżitaturi.

L-iżjed mogħdija tal-mixi popolari hija magħrufa bħala l-"Mogħdija Kaħlanija" (bit-Taljan: Sentiero Azzurro), li tikkollega l-ħames irħula kollha. Minħabba l-ambjent instabbli, sikwit ikun hemm ċedimenti tal-art li jwasslu biex xi partijiet tal-mogħdijiet jingħalqu. Is-sezzjoni tal-Mogħdija Kaħlanija minn Riomaggiore sa Manarola tissejjaħ "Mogħdija tal-Imħabba" (bit-Taljan: Via dell'Amore). Fl-2019 din ingħalqet minħabba xi ċedimenti tal-art u huwa mistenni li terġa' tinfetaħ għall-pubbliku fl-2023. Għadu possibbli li wieħed jimxi minn raħal għall-ieħor, iżda l-mogħdija attwali hija iktar wieqfa u itwal mis-sezzjoni magħluqa iktar qrib il-baħar.

Kultura

Letteratura

Is-Siġar tal-Lumi

Il-mogħdija ċkejkna li sserrep mal-irdum

tinżel 'l isfel ħesrem minn irqajja' tal-qasab

u f'daqqa waħda tagħti f'għalqa tas-siġar tal-frott

qalb iz-zkuk ħodor bil-ħażiż

tas-siġar tal-lumi. [...]

— Eugenio Montale (traduzzjoni mhux uffiċjali)

Silta mill-poeżija, "Is-Siġar tal-Lumi" (bit-Taljan: I Limoni) tal-1921. Ir-rebbieħ tal-Premju NobelEugenio Montale, permezz tal-poeżija tiegħu, jiddeskrivi l-ġmiel ta' Monterosso u kif wieħed għandu jiskopri ċ-Cinque Terre.

Iċ-Cinque Terre ma kinux sors ta' ispirazzjoni biss għal Eugenio Montale iżda għal bosta oħrajn ukoll.

  • Dante Alighieri qabbel iċ-Cinque Terre mal-irdum tal-blat tal-Purgatorju fil-.
  • fl-Għaxar Jum tat-tieni novella tiegħu fid-:

[...] u mbagħad ġablu żewġ loqmiet ħobż mikwi ġo biċċa servetta bajda silġ u tazza kbira ta' vernaccia ta' Corniglia [...] (traduzzjoni mhux uffiċjali)

  • fix-xogħol tiegħu Faville del Maglio jsemmi l-inbid abjad DOK "Sciachetrà":

... dak l-iSciacchetrà kburi li jingħasar fiċ-Cinque Terre mimlijin dwieli. (traduzzjoni mhux uffiċjali)

Ċinema

Fl-2013 iċ-Cinque Terre kienu wieħed mill-postijiet fejn inġibed il-film The Wolf of Wall Street ta' .

Fl-2021 il-film ta' Disney/Pixar Luca ġie ambjentat fir-raħal fittizju ta' Portorosso mar-Rivjera Taljana. Portorosso ġie ispirat miċ-Cinque Terre u ġie mmudellat fuqhom.

Ikel u nbid

Minħabba l-post fejn jinsabu ċ-Cinque Terre, fil-Mediterran, il-frott tal-baħar huwa abbundanti fil-gastronomija lokali. L-inċova ta' Monterosso huma speċjalità lokali li ngħataw status ta' Denominazzjoni tal-Oriġini Protetta (DOP) mill-Unjoni Ewropea. L-irdumijiet muntanjużi taċ-Cinque Terre huma mtarrġin ferm u jintużaw għat-tkabbir tal-għeneb u taż-żebbuġ. Din iż-żona, u r-reġjun ta' Liguria kollu kemm hu, hija magħrufa għall-pesto, zalza magħmula bil-weraq tal-ħabaq, tewm, melħ, żejt taż-żebbuġa, prinjoli u ġobon pecorino. Il-focaccia hija prodott tal-ħobż li spiss tinħema lokalment. Il-farinata, bukkun tipiku li jinstab għand il-furnara u l-pizzeriji, hija torta tqarmeċ mhux tal-ħelu magħmula minn bażi ta' dqiq taċ-ċiċri. Ir-raħal ta' Corniglia huwa partikolarment popolari għall-ġelat magħmul mill- lokali (l-għasel ta' Corniglia).

L-għeneb taċ-Cinque Terre jintużaw biex jiġu prodotti żewġ inbejjed lokali: l-inbid Cinque Terre u l-iSciachetrà. It-tnejn jiġu prodotti permezz tal-għeneb tat-tip Bosco, Albarola, u Vermentino. Iż-żewġ inbejjed jiġu prodotti mill-Kooperattiva Agrikola taċ-Cinque Terre, li tinsab bejn Manarola u Volastra. Produtturi oħra ta' nbejjed DOK huma Forlini-Capellini, Walter de Batté, Buranco u Arrigoni.

Minbarra l-inbejjed, xarbiet lokali popolari oħra jinkludu l-grappa, brandy magħmul mill-ilbieba li titħalla bħala residwu tal-produzzjoni tal-inbid, u l-limoncino, limunċell ħelu u kremuż lokali magħmul bil-lumi. Dan jiġi servut kiesaħ silġ wara l-ikel u spiss jintuża fit-tħejjija tad-deżerti.

Preservazzjoni

Fl-1998, il-Ministeru Taljan għall-Ambjent stabbilixxa ż-żona marina naturali protetta taċ-Cinque Terre sabiex iħares l-ambjent naturali u sabiex jippromwovi l-iżvilupp soċjoekonomiku kompatibbli mal-pajsaġġ naturali taż-żona. Illum il-ġurnata, miljuni ta' viżitaturi jżuruha kull sena. Fl-1999, inħoloq il-Park Nazzjonali taċ-Cinque Terre biex jiġi kkonservat il-bilanċ ekoloġiku, jiġi protett il-pajsaġġ, u jiġu ssalvagwardjati l-valuri antropoloġiċi taż-żona. Minkejja dan, in-nuqqas ta' interess fil-kultivazzjoni u fiż-żamma tar-raba' mtarraġ wassal għal theddida fit-tul għaż-żona kollha. Għal din ir-raġuni, fis-sena 2000 u fl-2002 iċ-Cinque Terre ddaħħlu fil-World Monuments Watch mill-Fond Dinji għall-Monumenti. L-organizzazzjoni żgurat għotjiet finanzjarji mingħand American Express biex jiġi appoġġat l-istudju tal-konservazzjoni taċ-Cinque Terre. Wara l-istudju, inħoloq pjan ta' ġestjoni taż-żona.

Irħula ġirien

  • Bonassola
  • La Spezia
  • Lerici
  • Levanto
  • Porto Venere
  • Sarzana
  • Volastra

Ġemellaġġ

  • Id-Distrett ta' Southland, New Zealand

Referenzi

  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Portovenere, Cinque Terre, and the Islands (Palmaria, Tino and Tinetto)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-15.
  2. ^ "Villages all but wiped out as storms batter Italy's 'Cinque Terre'". www.telegraph.co.uk. Miġbur 2022-03-15.
  3. ^ M. Agnoletti; A. Errico; A. Santoro; A. Dani; F. Preti (2019). "Terraced Landscapes and Hydrogeological Risk. Effects of Land Abandonment in Cinque Terre (Italy) during Severe Rainfall Events". Sustainability. MDPI. 11 (1): 235. ISSN 2071-1050.
  4. ^ Vail, Corinne. "10 Tips For A Cinque Terre Trip - Reflections Enroute" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-15.
  5. ^ "Cinque Terre: Prices and timetable of boats in Cinque Terre". www.incinqueterre.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-15.
  6. ^ "Paths and Outdoor | Parco Nazionale delle Cinque Terre". www.parconazionale5terre.it (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-15.
  7. ^ Poets, Academy of American. "The Lemon Trees by Eugenio Montale - Poems | Academy of American Poets". poets.org. Miġbur 2022-03-15.
  8. ^ "Eugenio Montale and the Literary Park". www.e-cinqueterre.com. Miġbur 2022-03-15.
  9. ^ Italiano, Touring Club; Ricordo, Fondazione italiana Buon (1931). Guida gastronomica d'Italia-Introduzione alla Guida gastronomica d'Italia (rist. anast. 1931) (bit-Taljan). Touring Editore. Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |iktar= (għajnuna)
  10. ^ "Search". www.italia.it (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-15.
  11. ^ Nast, Condé (2021-04-28). "How Disney and Pixar's 'Luca' Built a Fictional Town Using the Best Parts of Cinque Terre". Condé Nast Traveler (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-15.
  12. ^ "Limoncino or Limoncello? In the Cinque Terre only Limoncino!" (bl-Ingliż). 2015-08-20. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-10-24. Miġbur 2022-03-15.
  13. ^ "Le 5 terre : Decreto AMP". web.archive.org. 2008-12-01. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-01. Miġbur 2022-03-15.
  14. ^ "Le 5 terre : Decreto". web.archive.org. 2009-02-27. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-02-27. Miġbur 2022-03-15.
  15. ^ "Cinque Terre". World Monuments Fund (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-15.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 18 Ġun, 2025 / 20:01

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Cinque Terre, X'inhi Cinque Terre? Xi tfisser Cinque Terre?

Iċ Cinque Terre pronunzja bit Taljan ˈtʃiŋkwe ˈtɛrre bid djalett ta Liguria Cinque Taere li letteralment tfisser Ħames Artijiet jikkostitwixxu zona kostali fir reġjun ta Liguria fil Majjistral tal Italja Din tinsab fil Punent tal Provinċja ta u tinkludi ħames irħula u Il kosta il ħames irħula u l għoljiet tal madwar huma kollha parti mill Park Nazzjonali taċ Cinque Terre li huwa Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO Veduta ta Vernazza Iz zona taċ Cinque Terre hija destinazzjoni turistika popolari Tul is sekli il bniedem bena raba mtarraġ fuq il pajsaġġ wieqaf sal irdumijiet li jħarsu fuq il Baħar Liguri Mogħdijiet ferroviji u dgħajjes jikkollegaw l irħula ma xulxin peress li l karozzi jistgħu jilħquhom minn toroq muntanjuzi tassew dojoq u prekarji StorjaVeduta tad djar ikkuluriti tas sajjieda ta Manarola Iz zona taċ Cinque Terre tissemma f dokumenti li jmorru lura sas seklu 11 Monterosso u Vernazza huma l ewwel irħula li ġew insedjati u l irħula l oħra kibru warajhom filwaqt li kienu jagħmlu parti mit territorju tar Repubblika ta Fis seklu 16 l abitanti saħħew il fortijiet ezistenti u bnew torrijiet tad difiza ġodda biex jiddefendu z zona mill attakki tat Torok Iċ Cinque Terre esperjenzaw deklin ekonomiku mis sekli 17 sa 19 u rkupraw meta nbena arsenal f La Spezia kif ukoll linja ferrovjarja ta kollegament mal belt ta Genova Il linja ferrovjarja wasslet għal migrazzjoni miz zona u għal deklin fl industriji tradizzjonali sa ma beda jirranka t turizmu fis snin 70 tas seklu 20 il quddiem li ġab miegħu ftit prosperita L għelejjel predominanti fiz zona minn dejjem kienu l għeneb u z zebbuġ Xi sajjieda kienu bbazati f Monterosso izda d djar ikkuluriti tas sajjieda kif nafuhom illum il ġurnata bdew jinzebgħu hekk fis snin 70 tas seklu 20 bħala attrazzjoni turistika Fil 25 ta Ottubru 2011 xita torrenzjali kkawzat għargħar u ċedimenti tal art bit tajn fiċ Cinque Terre Nisa persuni mietu u l irħula ġarrbu ħsarat estensivi b mod partikolari Vernazza u Monterosso al Mare Din il maltempata ta xita qliel ikkawzat tant ħsarat anke minħabba krizi fil kultivazzjoni tradizzjonali u li tqalla inqas flus fil pajsaġġi mtarrġin li sittin sena qabel kienu qabdu t triq tan nizla u esperjenzaw tnaqqis ta manutenzjoni Dan kien parzjalment ibbilanċjat bil veġetazzjoni li kibret waħedha fuq ir raba mtarraġ abbandunat xi ħaġa li ġiet enfasizzata minn parti mil letteratura xjentifika ezistenti Sit ta Wirt DinjiVeduta panoramika ta Portovenere mill gzira ta Palmaria Portovenere iċ Cinque Terre u l gzejjer ta Palmaria Tino u Tinetto ġew iddezinjati flimkien bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1997 Fl 2021 saret modifika zgħira fil konfini taz zona ta lqugħ tas sit Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ il kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem u l kriterju v Ezempju straordinarju ta insedjament uman tradizzjonali ta uzu tal art jew ta uzu tal baħar li jirrapprezenta kultura jew kulturi jew interazzjoni umana mal ambjent speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l impatt ta bidla irreversibbli Trasport u turizmuIl linja ferrovjarja tul il kosta taċ Cinque Terre L aċċess għaċ Cinque Terre bil karozza huwa limitat Triq li tagħti għal Vernazza hija dejqa ħafna u tispiċċa xi kilometru qabel wieħed jasal fir raħal Inkella wieħed jista jsuq sa jipparkja l karozza tiegħu hemmhekk jieħu l ferrovija lokali u jieqaf wara zewġ waqfiet f Monterosso fiċ Cinque Terre Il ferroviji jaħdmu minn La Spezia sal ħames irħula fi ħdan iċ Cinque Terre kif ukoll lejn destinazzjonijiet reġjonali u nazzjonali ewlenin oħra L istazzjonijiet tal ferrovija taċ Cinque Terre jinsabu fuq il linja ferrovjarja Genova Pisa Il biċċa l kbira tal ferroviji fuq distanza twila ma jieqfux fil ħames irħula kollha taċ Cinque Terre u b hekk wieħed ikollu jagħmel trasferimenti minn La Spezia għal fuq ferroviji reġjonali Xi ferroviji tat tip intercity jieqfu wkoll fl Istazzjon ta Monterosso Servizz skedat tal laneċ tal passiġġieri jaħdem bejn bejn u La Spezia u jsiru waqfiet fl irħula prinċipali kollha għajr Corniglia li ma għandhiex moll għall izbark u ma tinsabx mal kosta Id dgħajjes ukoll jikkollegaw il port antik ta Genova ma u MogħdijietVeduta ta Corniglia u l mogħdijiet tagħha mill baħar Hemm bosta mogħdijiet tal mixi fil park nazzjonali kollu u t tismija tagħha hija konformi mas sistema SVA bin numri Madankollu spiss il mogħdijiet tal mixi baqgħu magħrufa bin numri preċedenti tagħhom li xi kultant jikkonfondi lill vizitaturi L izjed mogħdija tal mixi popolari hija magħrufa bħala l Mogħdija Kaħlanija bit Taljan Sentiero Azzurro li tikkollega l ħames irħula kollha Minħabba l ambjent instabbli sikwit ikun hemm ċedimenti tal art li jwasslu biex xi partijiet tal mogħdijiet jingħalqu Is sezzjoni tal Mogħdija Kaħlanija minn Riomaggiore sa Manarola tissejjaħ Mogħdija tal Imħabba bit Taljan Via dell Amore Fl 2019 din ingħalqet minħabba xi ċedimenti tal art u huwa mistenni li terġa tinfetaħ għall pubbliku fl 2023 Għadu possibbli li wieħed jimxi minn raħal għall ieħor izda l mogħdija attwali hija iktar wieqfa u itwal mis sezzjoni magħluqa iktar qrib il baħar KulturaLetteratura Is Siġar tal Lumi Il mogħdija ċkejkna li sserrep mal irdum tinzel l isfel ħesrem minn irqajja tal qasab u f daqqa waħda tagħti f għalqa tas siġar tal frott qalb iz zkuk ħodor bil ħaziz tas siġar tal lumi Eugenio Montale traduzzjoni mhux uffiċjali Silta mill poezija Is Siġar tal Lumi bit Taljan I Limoni tal 1921 Ir rebbieħ tal Premju NobelEugenio Montale permezz tal poezija tiegħu jiddeskrivi l ġmiel ta Monterosso u kif wieħed għandu jiskopri ċ Cinque Terre Iċ Cinque Terre ma kinux sors ta ispirazzjoni biss għal Eugenio Montale izda għal bosta oħrajn ukoll Dante Alighieri qabbel iċ Cinque Terre mal irdum tal blat tal Purgatorju fil fl Għaxar Jum tat tieni novella tiegħu fid u mbagħad ġablu zewġ loqmiet ħobz mikwi ġo biċċa servetta bajda silġ u tazza kbira ta vernaccia ta Corniglia traduzzjoni mhux uffiċjali fix xogħol tiegħu Faville del Maglio jsemmi l inbid abjad DOK Sciachetra dak l iSciacchetra kburi li jingħasar fiċ Cinque Terre mimlijin dwieli traduzzjoni mhux uffiċjali Ċinema Fl 2013 iċ Cinque Terre kienu wieħed mill postijiet fejn inġibed il film The Wolf of Wall Street ta Fl 2021 il film ta Disney Pixar Luca ġie ambjentat fir raħal fittizju ta Portorosso mar Rivjera Taljana Portorosso ġie ispirat miċ Cinque Terre u ġie mmudellat fuqhom Ikel u nbidVeduta tal vinji ta Vernazza mill baħar Minħabba l post fejn jinsabu ċ Cinque Terre fil Mediterran il frott tal baħar huwa abbundanti fil gastronomija lokali L inċova ta Monterosso huma speċjalita lokali li ngħataw status ta Denominazzjoni tal Oriġini Protetta DOP mill Unjoni Ewropea L irdumijiet muntanjuzi taċ Cinque Terre huma mtarrġin ferm u jintuzaw għat tkabbir tal għeneb u taz zebbuġ Din iz zona u r reġjun ta Liguria kollu kemm hu hija magħrufa għall pesto zalza magħmula bil weraq tal ħabaq tewm melħ zejt taz zebbuġa prinjoli u ġobon pecorino Il focaccia hija prodott tal ħobz li spiss tinħema lokalment Il farinata bukkun tipiku li jinstab għand il furnara u l pizzeriji hija torta tqarmeċ mhux tal ħelu magħmula minn bazi ta dqiq taċ ċiċri Ir raħal ta Corniglia huwa partikolarment popolari għall ġelat magħmul mill lokali l għasel ta Corniglia L għeneb taċ Cinque Terre jintuzaw biex jiġu prodotti zewġ inbejjed lokali l inbid Cinque Terre u l iSciachetra It tnejn jiġu prodotti permezz tal għeneb tat tip Bosco Albarola u Vermentino Iz zewġ inbejjed jiġu prodotti mill Kooperattiva Agrikola taċ Cinque Terre li tinsab bejn Manarola u Volastra Produtturi oħra ta nbejjed DOK huma Forlini Capellini Walter de Batte Buranco u Arrigoni Minbarra l inbejjed xarbiet lokali popolari oħra jinkludu l grappa brandy magħmul mill ilbieba li titħalla bħala residwu tal produzzjoni tal inbid u l limoncino limunċell ħelu u kremuz lokali magħmul bil lumi Dan jiġi servut kiesaħ silġ wara l ikel u spiss jintuza fit tħejjija tad dezerti PreservazzjoniVeduta ta Riomaggiore mill baħar Fl 1998 il Ministeru Taljan għall Ambjent stabbilixxa z zona marina naturali protetta taċ Cinque Terre sabiex iħares l ambjent naturali u sabiex jippromwovi l izvilupp soċjoekonomiku kompatibbli mal pajsaġġ naturali taz zona Illum il ġurnata miljuni ta vizitaturi jzuruha kull sena Fl 1999 inħoloq il Park Nazzjonali taċ Cinque Terre biex jiġi kkonservat il bilanċ ekoloġiku jiġi protett il pajsaġġ u jiġu ssalvagwardjati l valuri antropoloġiċi taz zona Minkejja dan in nuqqas ta interess fil kultivazzjoni u fiz zamma tar raba mtarraġ wassal għal theddida fit tul għaz zona kollha Għal din ir raġuni fis sena 2000 u fl 2002 iċ Cinque Terre ddaħħlu fil World Monuments Watch mill Fond Dinji għall Monumenti L organizzazzjoni zgurat għotjiet finanzjarji mingħand American Express biex jiġi appoġġat l istudju tal konservazzjoni taċ Cinque Terre Wara l istudju inħoloq pjan ta ġestjoni taz zona Veduta ta Monterosso al Mare mill baħarIrħula ġirienBonassola La Spezia Lerici Levanto Porto Venere Sarzana VolastraĠemellaġġId Distrett ta Southland New ZealandReferenzi a b ċ Centre UNESCO World Heritage Portovenere Cinque Terre and the Islands Palmaria Tino and Tinetto UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 03 15 Villages all but wiped out as storms batter Italy s Cinque Terre www telegraph co uk Miġbur 2022 03 15 M Agnoletti A Errico A Santoro A Dani F Preti 2019 Terraced Landscapes and Hydrogeological Risk Effects of Land Abandonment in Cinque Terre Italy during Severe Rainfall Events Sustainability MDPI 11 1 235 ISSN 2071 1050 Vail Corinne 10 Tips For A Cinque Terre Trip Reflections Enroute bl Ingliz Miġbur 2022 03 15 Cinque Terre Prices and timetable of boats in Cinque Terre www incinqueterre com bl Ingliz Miġbur 2022 03 15 Paths and Outdoor Parco Nazionale delle Cinque Terre www parconazionale5terre it bl Ingliz Miġbur 2022 03 15 Poets Academy of American The Lemon Trees by Eugenio Montale Poems Academy of American Poets poets org Miġbur 2022 03 15 Eugenio Montale and the Literary Park www e cinqueterre com Miġbur 2022 03 15 Italiano Touring Club Ricordo Fondazione italiana Buon 1931 Guida gastronomica d Italia Introduzione alla Guida gastronomica d Italia rist anast 1931 bit Taljan Touring Editore Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt iktar għajnuna Search www italia it bl Ingliz Miġbur 2022 03 15 Nast Conde 2021 04 28 How Disney and Pixar s Luca Built a Fictional Town Using the Best Parts of Cinque Terre Conde Nast Traveler bl Ingliz Miġbur 2022 03 15 Limoncino or Limoncello In the Cinque Terre only Limoncino bl Ingliz 2015 08 20 Arkivjat minn l oriġinal fl 2021 10 24 Miġbur 2022 03 15 Le 5 terre Decreto AMP web archive org 2008 12 01 Arkivjat minn l oriġinal fl 2008 12 01 Miġbur 2022 03 15 Le 5 terre Decreto web archive org 2009 02 27 Arkivjat minn l oriġinal fl 2009 02 27 Miġbur 2022 03 15 Cinque Terre World Monuments Fund bl Ingliz Miġbur 2022 03 15

L-aħħar artikli
  • Ġunju 07, 2025

    Ġeografija

  • Ġunju 11, 2025

    Ġeometrija

  • Ġunju 09, 2025

    Ġebla tal-ġir

  • Ġunju 09, 2025

    Ġebla ta' Rosetta

  • Ġunju 13, 2025

    Ġappun

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq