Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Il Park Nazzjonali tal Għerien ta Naracoorte huwa park nazzjonali li jinsab ħdejn fir reġjun turistiku tal Kosta tal Ġeb

Park Nazzjonali tal Għerien ta' Naracoorte

  • Paġna Ewlenija
  • Park Nazzjonali tal Għerien ta' Naracoorte
Park Nazzjonali tal Għerien ta' Naracoorte
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Il-Park Nazzjonali tal-Għerien ta' Naracoorte huwa park nazzjonali li jinsab ħdejn fir-reġjun turistiku tal-Kosta tal-Ġebla tal-Ġir (bl-Ingliż: Limestone Coast) fix-Xlokk tal-istat tan-Nofsinhar tal-Awstralja. Ġie rikonoxxut uffiċjalment fl-1994 għall-ġabra estensiva ta' fossili meta tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO flimkien ma' Riversleigh. Il-park jippreserva 6 km2 ta' veġetazzjoni, bi 28 għar fi ħdan iż-żona ta' lqugħ ta' 3.05 km2. Mit-28 għar magħruf fil-park, erba' biss huma miftuħin għall-pubbliku. L-għerien l-oħra mhumiex miftuħin għall-pubbliku peress li huma importanti għar-riċerka xjentifika u anke għall-protezzjoni tal-għerien stess u tal-kontenut tagħhom. Ħafna mill-għerien fihom stalaktiti u stalagmiti spettakolari.

Storja

Skoperta Ewropea

L-għerien, li jinsabu fi ħdan il-konfini tal-park nazzjonali attwali, ġew skoperti għall-ewwel darba fl-1845 bl-iskoperta tal-għar imsejjaħ l-Għar ta' Blanche.

Riżerva Forestali ta' Naracoorte

Fl-1885, id-Dipartiment tal-Boskijiet u tal-Foresti ħatar entità responsabbli mill-ġestjoni minħabba "l-popolarità tal-għerien u l-vulnerabbiltà tagħhom għall-vandaliżmu".

Post Rikreattiv Nazzjonali

Fl-1916, il-kontroll tal-parti tar-riżerva forestali li kien fiha ħafna mill-għerien u li kienet tinkludi madwar 20 ettaru ta' art ġie ttrasferit mid-Dipartiment tal-Boskijiet u tal-Foresti lill-Uffiċċju tal-Immigrazzjoni, tar-Riklami u tat-Turiżmu li beda jieħu ħsieb il-ġestjoni tas-sit bħala post rikreattiv nazzjonali skont l-Att tal-Postijiet Rikreattivi Nazzjonali tal-1914 sal-1972. Il-bidla fil-kontroll ġiet iddokumentata fil-Ġurnal Uffiċjali fl-1 ta' Marzu 1917. L-iżvilupp tal-post rikreattiv nazzjonali f'"destinazzjoni turistika reġjonali importanti ġiet megħjuna bl-iskoperta fl-1969 fl-Għar ta' Victoria tal-ikbar depożitu ta' fossili ta' speċi vertebrata tal-Plejstoċen Awstraljan".

Park ta' Konservazzjoni

Fis-27 ta' April 1972, l-isem inbidel għal Park ta' Konservazzjoni tal-Għerien ta' Naracoorte skont id-dikjarazzjoni tal-Att tal-Parks Nazzjonali u tal-Organiżmi Selvaġġi tal-1972 li ħassar l-att preċedenti flimkien ma' statuti oħra rigward il-konservazzjoni. Fl-1982, il-Park ta' Konservazzjoni ġie elenkat fir-Reġistru tal-Wirt Nazzjonali li attwalment m'għadux fis-seħħ.

Sit ta' Wirt Dinji

Is-Siti Awstraljani tal-Fossili tal-Mammiferi (Riversleigh/Naracoorte) ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1994 u żdiedu fil-lista Awstraljana tal-Wirt Nazzjonali fil-21 ta' Mejju 2007.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti"; u l-kriterju (ix) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-evoluzzjoni u fl-iżvilupp ta' ekosistemi u ta' komunitajiet ta' pjanti u ta' annimali terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar".

Park Nazzjonali

Fit-18 ta' Jannar 2001, il-Park ta' Konservazzjoni tal-Għerien ta' Naracoorte ġie abolit u l-art li kien jokkupa sar meqjus bħala Park Nazzjonali peress li tqies "ta' importanza nazzjonali minħabba l-karatteristiċi naturali tal-art" u ssejjaħ bħala l-Park Nazzjonali tal-Għerien ta' Naracoorte.

Deżinjazzjoni bħala wirt nazzjonali

Fil-21 ta' Mejju 2007, is-Siti Awstraljani tal-Fossili tal-Mammiferi kien wieħed minn 15-il Sit ta' Wirt Dinji li żdiedu fil-Lista Awstraljana tal-Wirt Nazzjonali.

Deżinjazzjoni bħala wirt statali

Fis-17 ta' Mejju 2017, il-park nazzjonali ġie elenkat bħala post ta' wirt statali fir-Reġistru tal-Wirt tan-Nofsinhar tal-Awstralja bl-isem ta' Kumpless ta' Għerien ta' Naracoorte.

Attrazzjoni għall-viżitaturi

Il-park huwa attrazzjoni għall-viżitaturi fih innifsu, b'post għall-kampijiet u park għall-karavans, dormitorji għall-gruppi, postijiet għal picnics u kafetterija bil-liċenzja. Il-firxa ta' attivitajiet għall-viżitaturi hija waħda estensiva. Isiru żjarat iggwidati fl-għerien aċċessibbli għall-pubbliku minn persunal professjonali. It-teknoloġija moderna ntużat biex il-viżitaturi xorta waħda jkunu jistgħu mill-inqas jaraw virtwalment l-Għar tal-Friefet il-Lejl li mhux aċċessibbli għall-pubbliku, fejn eluf ta' friefet il-lejl (Miniopterus orianae bassanii) jitnisslu kull sena. Opportunitajiet oħra jinkludu żjarat avventuriżi fl-għerien b'aċċessibbiltà diffiċli, għażla ta' żjarat turistiċi speċjali u avvenimenti speċjali oħra. Iċ-Ċentru tal-Fossili ta' Wonambi, iċ-ċentru tal-viżitaturi tal-park, fih wirjiet ta' fossili u ta' għadam li nstabu fl-għerien u dijorami ta' annimali estinti.

Struttura

Il-ġebla tal-ġir taż-żona ffurmat minn ħlejqiet tal-qroll u tal-baħar 200 miljun sena ilu u mill-ġdid 20 miljun sena ilu meta l-art kienet taħt il-livell tal-baħar. L-ilma tal-pjan minn dak iż-żmien nawwar u wassal għall-erożjoni tal-ġebla tal-ġir, u nħolqu l-għerien. L-għerien, bħall-Għar tal-Fossili ta' Victoria u l-Għar ta' Blanche, spiss mhumiex wisq fil-fond taħt l-art, u maż-żmien jiffurmaw ħofor li jsiru qishom nases għall-ħlejqiet li ma kinux midħla sew tal-post. Dan huwa s-sors tal-kollezzjoni notevoli ta' fossili. Xi mammiferi u ħlejqiet terrestri oħra waqgħu fil-ħofor tas-soqfa ta' għerien miftuħa u nqabdu hemmhekk. Il-kollezzjoni tal-fossili ġiet ippreservata f'saffi li ffurmaw bl-erożjoni tas-saff ta' fuq nett mill-ilma u mir-riħ. F'xi postijiet, id-depożiti bil-fossili għandhom ħxuna saħansitra sa 20 metru. Uħud minn dawn il-postijiet qed jiġu ppreservati għal riċerka fil-ġejjieni meta jaf jilħqu jiġu żviluppati metodi aħjar għad-datazzjoni u għar-rikostruzzjoni tal-kollezzjoni tal-fossili. Dawn in-nases tal-fossili huma speċjalment sinifikanti għat-traċċar tal-megafawna Awstraljana.

Iktar qari

  • Achenbach, Joel, "Lost Giants", National Geographic, 218 (4): 90–109.
  • "Naracoorte Caves". ParksWeb: Wonambi Fossil Centre. Government of South Australia. 5 September 2006.

Referenzi

  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Australian Fossil Mammal Sites (Riversleigh / Naracoorte)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-27.
  2. ^ "Naracoorte Caves | About Naracoorte Caves". Naracoorte Caves (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-27.
  3. ^ a b ċ South East Region, National Parks and Wildlife SA, Department for Environment and Heritage (2001), Naracoorte Caves National Park management plan, South East, South Australia, South Australia. Department for Environment and Heritage, p. 15, ISBN 978-0-7308-5846-1
  4. ^ Brindal, Mark. "NATIONAL PARKS AND WILDLIFE ACT 1972 SECTIONS 29(3) AND 28(1): ABOLITION OF NARACOORTE CAVES CONSERVATION PARK AND CONSTITUTION OF NARACOORTE CAVES NATIONAL PARK". South Australian Government Gazette. South Australian Government. p. 70.
  5. ^ "The South Australia Heritage Places database". maps.sa.gov.au. Miġbur 2022-04-27.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 02 Lul, 2025 / 15:29

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Park Nazzjonali tal Għerien ta' Naracoorte, X'inhi Park Nazzjonali tal Għerien ta' Naracoorte? Xi tfisser Park Nazzjonali tal Għerien ta' Naracoorte?

Il Park Nazzjonali tal Għerien ta Naracoorte huwa park nazzjonali li jinsab ħdejn fir reġjun turistiku tal Kosta tal Ġebla tal Ġir bl Ingliz Limestone Coast fix Xlokk tal istat tan Nofsinhar tal Awstralja Ġie rikonoxxut uffiċjalment fl 1994 għall ġabra estensiva ta fossili meta tnizzel fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO flimkien ma Riversleigh Il park jippreserva 6 km2 ta veġetazzjoni bi 28 għar fi ħdan iz zona ta lqugħ ta 3 05 km2 Mit 28 għar magħruf fil park erba biss huma miftuħin għall pubbliku L għerien l oħra mhumiex miftuħin għall pubbliku peress li huma importanti għar riċerka xjentifika u anke għall protezzjoni tal għerien stess u tal kontenut tagħhom Ħafna mill għerien fihom stalaktiti u stalagmiti spettakolari Skeletru fossilizzat ta Thylacoleo f wieħed mill Għerien ta Naracoorte miftuħ għall pubblikuStorjaSkoperta Ewropea L għerien li jinsabu fi ħdan il konfini tal park nazzjonali attwali ġew skoperti għall ewwel darba fl 1845 bl iskoperta tal għar imsejjaħ l Għar ta Blanche Rizerva Forestali ta Naracoorte Fl 1885 id Dipartiment tal Boskijiet u tal Foresti ħatar entita responsabbli mill ġestjoni minħabba l popolarita tal għerien u l vulnerabbilta tagħhom għall vandalizmu Post Rikreattiv Nazzjonali Fl 1916 il kontroll tal parti tar rizerva forestali li kien fiha ħafna mill għerien u li kienet tinkludi madwar 20 ettaru ta art ġie ttrasferit mid Dipartiment tal Boskijiet u tal Foresti lill Uffiċċju tal Immigrazzjoni tar Riklami u tat Turizmu li beda jieħu ħsieb il ġestjoni tas sit bħala post rikreattiv nazzjonali skont l Att tal Postijiet Rikreattivi Nazzjonali tal 1914 sal 1972 Il bidla fil kontroll ġiet iddokumentata fil Ġurnal Uffiċjali fl 1 ta Marzu 1917 L izvilupp tal post rikreattiv nazzjonali f destinazzjoni turistika reġjonali importanti ġiet megħjuna bl iskoperta fl 1969 fl Għar ta Victoria tal ikbar depozitu ta fossili ta speċi vertebrata tal Plejstoċen Awstraljan Park ta Konservazzjoni Fis 27 ta April 1972 l isem inbidel għal Park ta Konservazzjoni tal Għerien ta Naracoorte skont id dikjarazzjoni tal Att tal Parks Nazzjonali u tal Organizmi Selvaġġi tal 1972 li ħassar l att preċedenti flimkien ma statuti oħra rigward il konservazzjoni Fl 1982 il Park ta Konservazzjoni ġie elenkat fir Reġistru tal Wirt Nazzjonali li attwalment m għadux fis seħħ Sit ta Wirt Dinji Wieħed mill għerien aċċessibbli għall pubbliku Is Siti Awstraljani tal Fossili tal Mammiferi Riversleigh Naracoorte ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1994 u zdiedu fil lista Awstraljana tal Wirt Nazzjonali fil 21 ta Mejju 2007 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju viii Ezempju straordinarju li jirrapprezenta stadji importanti tal istorja tad dinja inkluz it trapass tal ħajja il proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl izvilupp tat tipi differenti ta art jew il karatteristiċi ġeomorfiċi jew fizjografiċi sinifikanti u l kriterju ix Ezempju straordinarju li jirrapprezenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl evoluzzjoni u fl izvilupp ta ekosistemi u ta komunitajiet ta pjanti u ta annimali terrestri tal ilma ħelu kostali u tal baħar Park Nazzjonali Fit 18 ta Jannar 2001 il Park ta Konservazzjoni tal Għerien ta Naracoorte ġie abolit u l art li kien jokkupa sar meqjus bħala Park Nazzjonali peress li tqies ta importanza nazzjonali minħabba l karatteristiċi naturali tal art u ssejjaħ bħala l Park Nazzjonali tal Għerien ta Naracoorte Dezinjazzjoni bħala wirt nazzjonali Fil 21 ta Mejju 2007 is Siti Awstraljani tal Fossili tal Mammiferi kien wieħed minn 15 il Sit ta Wirt Dinji li zdiedu fil Lista Awstraljana tal Wirt Nazzjonali Dezinjazzjoni bħala wirt statali Fis 17 ta Mejju 2017 il park nazzjonali ġie elenkat bħala post ta wirt statali fir Reġistru tal Wirt tan Nofsinhar tal Awstralja bl isem ta Kumpless ta Għerien ta Naracoorte Attrazzjoni għall vizitaturiIl park huwa attrazzjoni għall vizitaturi fih innifsu b post għall kampijiet u park għall karavans dormitorji għall gruppi postijiet għal picnics u kafetterija bil liċenzja Il firxa ta attivitajiet għall vizitaturi hija waħda estensiva Isiru zjarat iggwidati fl għerien aċċessibbli għall pubbliku minn persunal professjonali It teknoloġija moderna ntuzat biex il vizitaturi xorta waħda jkunu jistgħu mill inqas jaraw virtwalment l Għar tal Friefet il Lejl li mhux aċċessibbli għall pubbliku fejn eluf ta friefet il lejl Miniopterus orianae bassanii jitnisslu kull sena Opportunitajiet oħra jinkludu zjarat avventurizi fl għerien b aċċessibbilta diffiċli għazla ta zjarat turistiċi speċjali u avvenimenti speċjali oħra Iċ Ċentru tal Fossili ta Wonambi iċ ċentru tal vizitaturi tal park fih wirjiet ta fossili u ta għadam li nstabu fl għerien u dijorami ta annimali estinti StrutturaIl ġebla tal ġir taz zona ffurmat minn ħlejqiet tal qroll u tal baħar 200 miljun sena ilu u mill ġdid 20 miljun sena ilu meta l art kienet taħt il livell tal baħar L ilma tal pjan minn dak iz zmien nawwar u wassal għall erozjoni tal ġebla tal ġir u nħolqu l għerien L għerien bħall Għar tal Fossili ta Victoria u l Għar ta Blanche spiss mhumiex wisq fil fond taħt l art u maz zmien jiffurmaw ħofor li jsiru qishom nases għall ħlejqiet li ma kinux midħla sew tal post Dan huwa s sors tal kollezzjoni notevoli ta fossili Xi mammiferi u ħlejqiet terrestri oħra waqgħu fil ħofor tas soqfa ta għerien miftuħa u nqabdu hemmhekk Il kollezzjoni tal fossili ġiet ippreservata f saffi li ffurmaw bl erozjoni tas saff ta fuq nett mill ilma u mir riħ F xi postijiet id depoziti bil fossili għandhom ħxuna saħansitra sa 20 metru Uħud minn dawn il postijiet qed jiġu ppreservati għal riċerka fil ġejjieni meta jaf jilħqu jiġu zviluppati metodi aħjar għad datazzjoni u għar rikostruzzjoni tal kollezzjoni tal fossili Dawn in nases tal fossili huma speċjalment sinifikanti għat traċċar tal megafawna Awstraljana Iktar qariAchenbach Joel Lost Giants National Geographic 218 4 90 109 Naracoorte Caves ParksWeb Wonambi Fossil Centre Government of South Australia 5 September 2006 Referenzi a b ċ Centre UNESCO World Heritage Australian Fossil Mammal Sites Riversleigh Naracoorte UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 04 27 Naracoorte Caves About Naracoorte Caves Naracoorte Caves bl Ingliz Miġbur 2022 04 27 a b ċ South East Region National Parks and Wildlife SA Department for Environment and Heritage 2001 Naracoorte Caves National Park management plan South East South Australia South Australia Department for Environment and Heritage p 15 ISBN 978 0 7308 5846 1 Brindal Mark NATIONAL PARKS AND WILDLIFE ACT 1972 SECTIONS 29 3 AND 28 1 ABOLITION OF NARACOORTE CAVES CONSERVATION PARK AND CONSTITUTION OF NARACOORTE CAVES NATIONAL PARK South Australian Government Gazette South Australian Government p 70 The South Australia Heritage Places database maps sa gov au Miġbur 2022 04 27

L-aħħar artikli
  • Ġunju 14, 2025

    Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1930

  • Ġunju 14, 2025

    Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1950

  • Ġunju 08, 2025

    Tazza tad-Dinja tal-Futbol

  • Ġunju 20, 2025

    Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2010

  • Ġunju 18, 2025

    Tazza tad-Dinja tal-FIFA

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq