Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Il Park Storiku ta Sukhothai bit อ ทยานประว ต ศาสตร ส โขท ย ikopri l fdalijiet ta Sukhothai li litteralment tfisser iż ż

Park Storiku ta' Sukhothai

  • Paġna Ewlenija
  • Park Storiku ta' Sukhothai
Park Storiku ta' Sukhothai
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Il-Park Storiku ta' Sukhothai (bit-: อุทยานประวัติศาสตร์สุโขทัย) ikopri l-fdalijiet ta' Sukhothai, li litteralment tfisser "iż-żerniq tal-ferħ" u li kienet il-belt kapitali tar-Renju ta' Sukhothai fis-sekli 13 u 14 W.K., fit-Tramuntana tat-Tajlandja ċentrali. Jinsab qrib il-belt moderna ta' Sukhothai, il-belt kapitali tal-Provinċja ta' Sukhothai. Il-ħitan tal-belt jiffurmaw rettangolu ta' madwar żewġ kilometri (1.2 mil) mil-Lvant għall-Punent b'1.6 kilometru (0.99 mili) mit-Tramuntana għan-Nofsinhar. B'kollox hemm 193 struttura fi fdalijiet f'70 km2 (27 mil kwadru) ta' art. Hemm daħla fin-nofs ta' kull ħajt. Fi ħdan il-ħitan hemm il-fdalijiet tal-palazz irjali u ta' sitta u għoxrin tempju. L-ikbar tempju hu Wat Mahathat. Il-park jiġi ġestit mid-Dipartiment tal-Belle Arti tat-Tajlandja bl-għajnuna mill-UNESCO minn mindu ġie ddikjarat bħala Sit ta' Wirt Dinji fl-1991. Kull sena l-park jilqa' eluf ta' viżitaturi.

Storja

Era tal-Khmer

Oriġinarjament, Sukhothai kienet post militari tal-għassa tal-Imperu tal-Khmer bl-isem ta' Sukhodaya. Matul ir-renju tal-Imperu tal-Khmer, il-Khmer bnew xi monumenti fil-post, u bosta minnhom għadhom jeżistu fil-Park Storiku ta' Sukhothai, bħas-santwarju ta' Ta Pha Daeng, Wat Phra Phai Luang u Wat Sisawai. Bejn wieħed u ieħor xi 50 kilometru fit-Tramuntana ta' Sukhothai kien hemm post militari ieħor tal-għassa tal-Imperu tal-Khmer li kien imsejjaħ Si Satchanalai jew Sri Sajanalaya.

F'nofs is-seklu 13, it-tribujiet Tai mmexxija minn irribellaw kontra l-gvernatur tal-Khmer f'Sukhodaya u stabbilew lil Sukhothai bħala stat indipendenti tat-tribujiet Tai li baqa' ċ-ċentru tas-setgħa tagħhom sal-aħħar tas-seklu 14.

Ħelsien mill-Imperu tal-Khmer (Lavo)

Qabel is-seklu 13, suċċessjoni ta' renji tat-tribujiet Tai kienu jeżistu fl-artijiet għoljin tat-Tramuntana, fosthom ir-renju ta' Ngoenyang (iċċentrati f'Chiang Saen, predeċessur ta' Lan Na) u r-renju ta' Heokam (iċċentrat f'Chiang Hung, illum il-ġurnata Jinghong fiċ-Ċina) tat-tribù ta' Tai Lue. Sukhothai kienet ċentru kummerċjali u parti minn Lawo, li kienet taħt id-dominju tal-Imperu tal-Khmer. Il-migrazzjoni tal-poplu Tai fin-naħa ta' fuq tal-wied ta' Chao Phraya seħħet b'mod pjuttost gradwali.

L-istoriċi moderni jemmnu li s-seċessjoni ta' Sukhothai (li fl-imgħoddi kienet magħrufa bħala Sukhodaya) mill-Imperu tal-Khmer bdiet saħansitra fl-1180, matul ir-renju ta' Pho Khun Sri Naw Namthom, li kien il-mexxej ta' Sukhothai u l-belt periferika ta' Sri Satchanalai (illum il-ġurnata d-Distrett ta' Si Satchanalai fil-Provinċja ta' Sukhothai). Sukhothai kellha awtonomija sostanzjali sa qabel ma reġgħet inħakmet mill-Mon ta' Lawo taħt Khomsabad Khlonlampong fl-1180.

Żewġ aħwa subien, Pho Khun Bangklanghao u Pho Khun Phameung ħatfu lil Sukhothai minn taħt ir-riedni tal-Mon fl-1239. Khun (ขุน), qabel ma sar titlu fewdali Tajlandiż, kien titlu tat-tribujiet Tai li kien jingħata lil mexxej ta' belt iffortifikata u tal-villaġġi tal-madwar, li flimkien kienu jissejħu muang. Bangklanghao rrenja fuq Sukhothai, magħrufa bħala Sri Indraditya, u ta bidu għad-dinastija ta' Phra Ruang. Huwa kabbar ir-renju tiegħu sal-bliet fil-fruntiera. Sal-aħħar tar-renju tiegħu fl-1257, ir-Renju ta' Sukhothai kien ikopri n-naħa kollha ta' fuq tal-wied tax-xmara Chao Phraya (li dak iż-żmien kienet magħrufa sempliċement bħala Menam, "omm l-ilmijiet", l-isem ġeneriku bit-Tajlandiż għax-xmajjar).

L-istoriċi tradizzjonali Tajlandiżi kkunsidraw l-istabbiliment tar-Renju ta' Sukhothai bħala l-bidu tan-nazzjon Tajlandiż peress li ma tantx kien hemm tagħrif dwar ir-renji li ġew qabel Sukhothai. L-istudji storiċi moderni juru li l-istorja Tajlandiża bdiet qabel Sukhothai. Minkejja dan, l-istabbiliment ta' Sukhothai għadu avveniment li jiġi ċċelebrat kull sena.

Tkabbir taħt Ramkamhaeng

Pho Khun Ban Muang u ħuh Ram Khamhaeng kabbru r-Renju ta' Sukhothai. Lejn in-Nofsinhar, Ramkamhaeng issoġġetta lir-renji ta' Supannabhum u ta' Sri Thamnakorn (Tambralinga) taħt il-kmand tiegħu, u permezz ta' Tambralinga, adotta l-Buddiżmu Theravada bħala r-reliġjon tal-istat. Lejn it-Tramuntana, Ramkamhaeng wassal biex Phrae u Muang Sua (Luang Prabang) ikunu tributarji tiegħu.

Lejn il-Punent, Ramkhamhaeng għen lill-poplu Mon taħt Wareru (li jingħad li kellu x'jaqsam sesswalment ma' bint Ramkamhaeng) jiksbu l-ħelsien mid-dominju ta' Bagan u jistabbilixxu renju f'Martaban (iktar 'il quddiem ittrasferew ruħhom f'Pegu). B'hekk, l-istoriċi Tajlandiżi kkunsidraw ir-Renju ta' Martaban bħala tributarju ta' Sukhothai. Fil-prattika, id-dominju ta' Sukhothai jaf ma kienx estiż daqshekk.

Fir-rigward tal-kultura, Ramkhamhaeng ordna l-propagazzjoni tal-Buddiżmu Theravada f'Sukhothai permezz tal-patrijiet ta' Sri Thamnakorn. Fl-1283, Ramkamhaeng jingħad li vvinta l-kitba Tajlandiża, u inkorporaha fl-istele kontroversjali ta' Ramkamhaeng, li ġiet skoperta 600 sena wara minn Mongkut.

Kien matul dan il-perjodu wkoll li ġew stabbiliti l-ewwel kuntatti mad-dinastija Yuan u Sukhothai bdiet tibgħat missjonijiet kummerċjali lejn iċ-Ċina. Esportazzjoni magħrufa sew minn Sukhothai kienet dik tas-Sangkalok (fuħħar tad-dinastija Song). Dan kien l-unika perjodu li Siam ipproduċiet ċeramika bi stil Ċiniż, li sas-seklu 14 ma baqgħet tintuża iktar.

Deklin u dominju ta' Ayutthaya

Id-dominju ta' Sukhothai ma tantx dam wisq. Wara l-mewt ta' Ramkhamhaeng fl-1298, it-tributarji ta' Sukhothai ħelsu minn kull rabta li kellhom mar-Renju ta' Sukhothai. Minflok Ramkhamhaeng laħaq ibnu, Loe Thai. Ir-renji tal-vassalli, l-ewwel Uttaradit fit-Tramuntana, imbagħad ftit wara r-renji ta' Laos ta' Luang Prabang u ta' Vientiane (Wiangchan), ħelsu lilhom infushom. Fl-1319, l-istat tal-Mon fil-Punent inħeles ukoll, u fl-1321 il-Lanna assorbew lil Tak, waħda mill-eqdem bliet taħt il-kontroll ta' Sukhothai. Lejn in-Nofsinhar, il-belt setgħana ta' Suphanburi kisbet il-ħelsien ukoll fil-bidu tar-renju ta' Loe Thai. B'hekk, ir-renju malajr iċċekken u reġa' kellu importanza lokali biss. Finalment, fl-1378, l-armati tar-Renju ta' Ayutthaya li kulma jmur beda jikber invadew ir-Renju ta' Sukhothai u obbligaw lir-Re ta' Sukhothai, , iċedi quddiem din il-qawwa l-ġdida. Wara l-Battalja tax-xmara Sittaung fl-1583, ir-Re Naresuan ta' Phitsanulok (u l-prinċep eredi ta' Ayutthaya) obbligaw ir-rilokazzjoni tan-nies minn Sukhothai u mill-inħawi tal-madwar lejn il-pjanura ċentrali tan-Nofsinhar, minħabba l-gwerra mal-Burmiżi u minħabba terremot.

Żvilupp iktar 'il quddiem

Sukhothai reġgħet ripopolat ruħha iżda għaddiet minn perjodu ta' deklin minħabba gwerer suċċessivi bejn il-Burmiżi u s-Siamiżi, speċjalment il-Gwerra bejn Burma u Siam tal-1765-1767. Fl-1793, , wara li stabbilixxa lil Bangkok bħala l-belt kapitali l-ġdida tar-renju, stabbilixxa l-belt il-ġdida ta' Sukhothai f'Thani, 12-il kilometru (7.5 mili) lejn il-Lvant tal-belt antika ta' Sukhothai li ġiet abbandunata. Fl-1801, Rama I kkummissjona l-kostruzzjoni ta' bosta tempji rjali fil-belt kapitali. Huwa ordna li l-istatwi antiki tal-Buddha mill-fdalijiet tat-tempji madwar il-pajjiż jittieħdu lejn Bangkok. Waħda mill-istatwi ta' Buddha hija l-istatwa famuża tal-bronż għolja tmien metri (25 pied) ta' Phra Sri Sakyamuni (bit-Tajlandiż: พระศรีศากยมุนี; RTGS: phra si sakkayamuni), l-istatwa prinċipali tal-Buddha ta' Wat Suthat, li qabel kienet l-istatwa prinċipali tal-Buddha ta' Wat Mahathat, l-ikbar tempju f'Sukhothai. Fl-1833, Mongkut, matul il-perjodu li kien patri, ivvjaġġa lejn Sukhothai u skopra l-istele kontroversjali ta' Ramkhamhaeng f'Wat Mahathat, flimkien ma' artefatti oħra li issa jinsabu fil-Mużew Nazzjonali f'Bangkok. L-isem formali ta' din il-ħaġra hi l-wirt dokumentarju tal-kitba mnaqqxa tar-Re Ram Khamhaeng, li tniżżlet fir-Reġistru tal-Memorja tad-Dinja fl-2003 mill-UNESCO.

Fl-1907, Vajiravudh, bħala l-prinċep eredi, wettaq skavi arkeoloġiċi ta' xahrejn sħaħ f'Nakhon Sawan, f'Kampheang Phet, f'Sukhothai, f'Si Satchanalai, f'Uttaradit u f'Pitsanulok. Iktar 'il quddiem ippubblika l-"Vjaġġ fil-Belt ta' Phra Ruang" (bit-Tajlandiż: เที่ยวเมืองพระร่วง; RTGS: Thiao Muang Phra Ruang) sabiex jippromwovi l-istudju storiku u arkeoloġiku b'mod pubbliku. Dan ix-xogħol intuża iktar 'il quddiem minn diversi arkeologi u storiċi, fosthom , il-fundatur tas-sistema edukattiva moderna Tajlandiża, u , studjuż tas-seklu 20 tal-arkeoloġija u tal-istorja tax-Xlokk tal-Asja.

Il-park storiku nfetaħ uffiċjalment f'Lulju 1988. Fit-12 ta' Diċembru 1991 ġie ddikjarat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO flimkien mal-bliet storiċi assoċjati u l-parks storiċi assoċjati ta' Kamphaeng Phet u ta' Si Satchanalai.

Ġestjoni

Il-Park Storiku ta' Sukhothai jiġi ġestit mid-Dipartiment tal-Belle Arti fi ħdan il-Ministeru għall-Kultura. Il-ħarsien taż-żona tħabbar għall-ewwel darba fil-Gazzetta Rjali fis-6 ta' Ġunju 1962. Il-liġi li wittiet it-triq għal dan kienet l-Att dwar il-Monumenti Antiki, l-Antikitajiet, l-Oġġetti tal-Arti u l-Mużewijiet Nazzjonali, B.E. 2504 (1961) kif emendata permezz tal-Att (Nru 2), B.E. 2535 (1992).

Sit ta' Wirt Dinji

Il-Park Storiku ta' Sukhothai u l-Bliet Storiċi Assoċjati ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1991.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; u l-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".

Iktar qari

  • A.B. Griswold: Towards A History Of Sukhothai Art. The Fine Arts Department, Bangkok, 1967 (l-ebda ISBN).
  • Hiram W. Woodward Jr.: Guide to Old Sukhothai. The Fine Arts Department, Bangkok, 1972 (l-ebda ISBN).
  • Betty Gosling: Sukhothai Its History, Culture, And Art. Asia Books (Oxford University Press), Bangkok, 1991,  ISBN 974-8206-85-8.

Gallerija

  • Wat Mahathat
  • Phra Achana, Wat Si Chum
  • Id Phra Achana
  • Għadira fil-park
  • Stupi ta' Wat Mahathat
  • Statwa wieqfa ta' Buddha
  • Ħandaq
  • Statwa ta' Buddha f'Wat Mahathat
  • Wat Traphang Ngoen fil-lag
  • Fjuri tal-lotus fil-lag

Referenzi

  1. ^ "A guide to the ruins of Sukhothai, Thailand". Travel (bl-Ingliż). 2018-12-12. Miġbur 2023-02-12.
  2. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Town of Sukhothai and Associated Historic Towns". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-02-12.
  3. ^ a b Swearer, Donald K. (1995-01-01). The Buddhist World of Southeast Asia. SUNY Press. ISBN 978-0-7914-2459-9.
  4. ^ Wicks, Robert S. (2018-05-31). Money, Markets, and Trade in Early Southeast Asia: The Development of Indigenous Monetary Systems to AD 1400. Cornell University Press. ISBN 978-1-5017-1947-9.
  5. ^ Olsen, Brad (2004). Sacred Places Around the World: 108 Destinations. CCC Publishing. ISBN 978-1-888729-10-8.
  6. ^ orientalarchitecture.com. "Ta Pha Daeng Shrine, Sukhothai, Thailand". Asian Architecture (bl-Ingliż). Miġbur 2023-02-12.
  7. ^ "Chaliang Zone of the Si Satchanalai Historical Park". www.renown-travel.com. Miġbur 2023-02-12.
  8. ^ a b "Si Satchanalai - Jim Wageman". www.jimwagemanphoto.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-02-12.
  9. ^ Terwiel, Barend Jan (1983). "Ahom and the Study of Early Thai Society" (PDF). Journal of the Siam Society. p. 71.
  10. ^ พิเศษ เจียจันทร์พงษ์ (2003). พระมหาธรรมราชากษัตราธิราช. Bangkok: สำนักพิมพ์มติชน. p. 57. ISBN 974-322-818-7.
  11. ^ "ประกาศกรมศิลปากร เรื่อง กำหนดเขตที่ดินโบราณสถาน" (PDF). Royal Gazette. p. 79. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2012-06-01. Miġbur 2023-02-12.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 29 Ġun, 2025 / 03:39

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Park Storiku ta' Sukhothai, X'inhi Park Storiku ta' Sukhothai? Xi tfisser Park Storiku ta' Sukhothai?

Il Park Storiku ta Sukhothai bit xuthyanprawtisastrsuokhthy ikopri l fdalijiet ta Sukhothai li litteralment tfisser iz zerniq tal ferħ u li kienet il belt kapitali tar Renju ta Sukhothai fis sekli 13 u 14 W K fit Tramuntana tat Tajlandja ċentrali Jinsab qrib il belt moderna ta Sukhothai il belt kapitali tal Provinċja ta Sukhothai Il ħitan tal belt jiffurmaw rettangolu ta madwar zewġ kilometri 1 2 mil mil Lvant għall Punent b 1 6 kilometru 0 99 mili mit Tramuntana għan Nofsinhar B kollox hemm 193 struttura fi fdalijiet f 70 km2 27 mil kwadru ta art Hemm daħla fin nofs ta kull ħajt Fi ħdan il ħitan hemm il fdalijiet tal palazz irjali u ta sitta u għoxrin tempju L ikbar tempju hu Wat Mahathat Il park jiġi ġestit mid Dipartiment tal Belle Arti tat Tajlandja bl għajnuna mill UNESCO minn mindu ġie ddikjarat bħala Sit ta Wirt Dinji fl 1991 Kull sena l park jilqa eluf ta vizitaturi Statwa ta Buddha f Wat Si Chum StorjaEra tal Khmer Mappa tal Park Storiku ta Sukhothai Oriġinarjament Sukhothai kienet post militari tal għassa tal Imperu tal Khmer bl isem ta Sukhodaya Matul ir renju tal Imperu tal Khmer il Khmer bnew xi monumenti fil post u bosta minnhom għadhom jezistu fil Park Storiku ta Sukhothai bħas santwarju ta Ta Pha Daeng Wat Phra Phai Luang u Wat Sisawai Bejn wieħed u ieħor xi 50 kilometru fit Tramuntana ta Sukhothai kien hemm post militari ieħor tal għassa tal Imperu tal Khmer li kien imsejjaħ Si Satchanalai jew Sri Sajanalaya F nofs is seklu 13 it tribujiet Tai mmexxija minn irribellaw kontra l gvernatur tal Khmer f Sukhodaya u stabbilew lil Sukhothai bħala stat indipendenti tat tribujiet Tai li baqa ċ ċentru tas setgħa tagħhom sal aħħar tas seklu 14 Ħelsien mill Imperu tal Khmer Lavo Iz zoni ta influwenza ta Sukhothai u tal ġirien tagħha għall ħabta tal 1300 Qabel is seklu 13 suċċessjoni ta renji tat tribujiet Tai kienu jezistu fl artijiet għoljin tat Tramuntana fosthom ir renju ta Ngoenyang iċċentrati f Chiang Saen predeċessur ta Lan Na u r renju ta Heokam iċċentrat f Chiang Hung illum il ġurnata Jinghong fiċ Ċina tat tribu ta Tai Lue Sukhothai kienet ċentru kummerċjali u parti minn Lawo li kienet taħt id dominju tal Imperu tal Khmer Il migrazzjoni tal poplu Tai fin naħa ta fuq tal wied ta Chao Phraya seħħet b mod pjuttost gradwali L istoriċi moderni jemmnu li s seċessjoni ta Sukhothai li fl imgħoddi kienet magħrufa bħala Sukhodaya mill Imperu tal Khmer bdiet saħansitra fl 1180 matul ir renju ta Pho Khun Sri Naw Namthom li kien il mexxej ta Sukhothai u l belt periferika ta Sri Satchanalai illum il ġurnata d Distrett ta Si Satchanalai fil Provinċja ta Sukhothai Sukhothai kellha awtonomija sostanzjali sa qabel ma reġgħet inħakmet mill Mon ta Lawo taħt Khomsabad Khlonlampong fl 1180 Zewġ aħwa subien Pho Khun Bangklanghao u Pho Khun Phameung ħatfu lil Sukhothai minn taħt ir riedni tal Mon fl 1239 Khun khun qabel ma sar titlu fewdali Tajlandiz kien titlu tat tribujiet Tai li kien jingħata lil mexxej ta belt iffortifikata u tal villaġġi tal madwar li flimkien kienu jissejħu muang Bangklanghao rrenja fuq Sukhothai magħrufa bħala Sri Indraditya u ta bidu għad dinastija ta Phra Ruang Huwa kabbar ir renju tiegħu sal bliet fil fruntiera Sal aħħar tar renju tiegħu fl 1257 ir Renju ta Sukhothai kien ikopri n naħa kollha ta fuq tal wied tax xmara Chao Phraya li dak iz zmien kienet magħrufa sempliċement bħala Menam omm l ilmijiet l isem ġeneriku bit Tajlandiz għax xmajjar L istoriċi tradizzjonali Tajlandizi kkunsidraw l istabbiliment tar Renju ta Sukhothai bħala l bidu tan nazzjon Tajlandiz peress li ma tantx kien hemm tagħrif dwar ir renji li ġew qabel Sukhothai L istudji storiċi moderni juru li l istorja Tajlandiza bdiet qabel Sukhothai Minkejja dan l istabbiliment ta Sukhothai għadu avveniment li jiġi ċċelebrat kull sena Tkabbir taħt Ramkamhaeng Pho Khun Ban Muang u ħuh Ram Khamhaeng kabbru r Renju ta Sukhothai Lejn in Nofsinhar Ramkamhaeng issoġġetta lir renji ta Supannabhum u ta Sri Thamnakorn Tambralinga taħt il kmand tiegħu u permezz ta Tambralinga adotta l Buddizmu Theravada bħala r reliġjon tal istat Lejn it Tramuntana Ramkamhaeng wassal biex Phrae u Muang Sua Luang Prabang ikunu tributarji tiegħu Lejn il Punent Ramkhamhaeng għen lill poplu Mon taħt Wareru li jingħad li kellu x jaqsam sesswalment ma bint Ramkamhaeng jiksbu l ħelsien mid dominju ta Bagan u jistabbilixxu renju f Martaban iktar il quddiem ittrasferew ruħhom f Pegu B hekk l istoriċi Tajlandizi kkunsidraw ir Renju ta Martaban bħala tributarju ta Sukhothai Fil prattika id dominju ta Sukhothai jaf ma kienx estiz daqshekk Fir rigward tal kultura Ramkhamhaeng ordna l propagazzjoni tal Buddizmu Theravada f Sukhothai permezz tal patrijiet ta Sri Thamnakorn Fl 1283 Ramkamhaeng jingħad li vvinta l kitba Tajlandiza u inkorporaha fl istele kontroversjali ta Ramkamhaeng li ġiet skoperta 600 sena wara minn Mongkut Kien matul dan il perjodu wkoll li ġew stabbiliti l ewwel kuntatti mad dinastija Yuan u Sukhothai bdiet tibgħat missjonijiet kummerċjali lejn iċ Ċina Esportazzjoni magħrufa sew minn Sukhothai kienet dik tas Sangkalok fuħħar tad dinastija Song Dan kien l unika perjodu li Siam ipproduċiet ċeramika bi stil Ċiniz li sas seklu 14 ma baqgħet tintuza iktar Deklin u dominju ta Ayutthaya Stele tar Re Ram Kamhaeng il Kbir bil kitba mnaqqxa fuq kull naħa Id dominju ta Sukhothai ma tantx dam wisq Wara l mewt ta Ramkhamhaeng fl 1298 it tributarji ta Sukhothai ħelsu minn kull rabta li kellhom mar Renju ta Sukhothai Minflok Ramkhamhaeng laħaq ibnu Loe Thai Ir renji tal vassalli l ewwel Uttaradit fit Tramuntana imbagħad ftit wara r renji ta Laos ta Luang Prabang u ta Vientiane Wiangchan ħelsu lilhom infushom Fl 1319 l istat tal Mon fil Punent inħeles ukoll u fl 1321 il Lanna assorbew lil Tak waħda mill eqdem bliet taħt il kontroll ta Sukhothai Lejn in Nofsinhar il belt setgħana ta Suphanburi kisbet il ħelsien ukoll fil bidu tar renju ta Loe Thai B hekk ir renju malajr iċċekken u reġa kellu importanza lokali biss Finalment fl 1378 l armati tar Renju ta Ayutthaya li kulma jmur beda jikber invadew ir Renju ta Sukhothai u obbligaw lir Re ta Sukhothai iċedi quddiem din il qawwa l ġdida Wara l Battalja tax xmara Sittaung fl 1583 ir Re Naresuan ta Phitsanulok u l prinċep eredi ta Ayutthaya obbligaw ir rilokazzjoni tan nies minn Sukhothai u mill inħawi tal madwar lejn il pjanura ċentrali tan Nofsinhar minħabba l gwerra mal Burmizi u minħabba terremot Zvilupp iktar il quddiem Il prinċep eredi Vajiravudh wettaq riċerka arkeoloġika f Sukhothai fl 1907 Sukhothai reġgħet ripopolat ruħha izda għaddiet minn perjodu ta deklin minħabba gwerer suċċessivi bejn il Burmizi u s Siamizi speċjalment il Gwerra bejn Burma u Siam tal 1765 1767 Fl 1793 wara li stabbilixxa lil Bangkok bħala l belt kapitali l ġdida tar renju stabbilixxa l belt il ġdida ta Sukhothai f Thani 12 il kilometru 7 5 mili lejn il Lvant tal belt antika ta Sukhothai li ġiet abbandunata Fl 1801 Rama I kkummissjona l kostruzzjoni ta bosta tempji rjali fil belt kapitali Huwa ordna li l istatwi antiki tal Buddha mill fdalijiet tat tempji madwar il pajjiz jittieħdu lejn Bangkok Waħda mill istatwi ta Buddha hija l istatwa famuza tal bronz għolja tmien metri 25 pied ta Phra Sri Sakyamuni bit Tajlandiz phrasrisakymuni RTGS phra si sakkayamuni l istatwa prinċipali tal Buddha ta Wat Suthat li qabel kienet l istatwa prinċipali tal Buddha ta Wat Mahathat l ikbar tempju f Sukhothai Fl 1833 Mongkut matul il perjodu li kien patri ivvjaġġa lejn Sukhothai u skopra l istele kontroversjali ta Ramkhamhaeng f Wat Mahathat flimkien ma artefatti oħra li issa jinsabu fil Muzew Nazzjonali f Bangkok L isem formali ta din il ħaġra hi l wirt dokumentarju tal kitba mnaqqxa tar Re Ram Khamhaeng li tnizzlet fir Reġistru tal Memorja tad Dinja fl 2003 mill UNESCO Fl 1907 Vajiravudh bħala l prinċep eredi wettaq skavi arkeoloġiċi ta xahrejn sħaħ f Nakhon Sawan f Kampheang Phet f Sukhothai f Si Satchanalai f Uttaradit u f Pitsanulok Iktar il quddiem ippubblika l Vjaġġ fil Belt ta Phra Ruang bit Tajlandiz ethiywemuxngphrarwng RTGS Thiao Muang Phra Ruang sabiex jippromwovi l istudju storiku u arkeoloġiku b mod pubbliku Dan ix xogħol intuza iktar il quddiem minn diversi arkeologi u storiċi fosthom il fundatur tas sistema edukattiva moderna Tajlandiza u studjuz tas seklu 20 tal arkeoloġija u tal istorja tax Xlokk tal Asja Il park storiku nfetaħ uffiċjalment f Lulju 1988 Fit 12 ta Diċembru 1991 ġie ddikjarat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO flimkien mal bliet storiċi assoċjati u l parks storiċi assoċjati ta Kamphaeng Phet u ta Si Satchanalai ĠestjoniIl Park Storiku ta Sukhothai jiġi ġestit mid Dipartiment tal Belle Arti fi ħdan il Ministeru għall Kultura Il ħarsien taz zona tħabbar għall ewwel darba fil Gazzetta Rjali fis 6 ta Ġunju 1962 Il liġi li wittiet it triq għal dan kienet l Att dwar il Monumenti Antiki l Antikitajiet l Oġġetti tal Arti u l Muzewijiet Nazzjonali B E 2504 1961 kif emendata permezz tal Att Nru 2 B E 2535 1992 Sit ta Wirt DinjiIl Park Storiku ta Sukhothai u l Bliet Storiċi Assoċjati ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1991 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem u l kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet Iktar qariA B Griswold Towards A History Of Sukhothai Art The Fine Arts Department Bangkok 1967 l ebda ISBN Hiram W Woodward Jr Guide to Old Sukhothai The Fine Arts Department Bangkok 1972 l ebda ISBN Betty Gosling Sukhothai Its History Culture And Art Asia Books Oxford University Press Bangkok 1991 ISBN 974 8206 85 8 GallerijaWat Mahathat Phra Achana Wat Si Chum Id Phra Achana Għadira fil park Stupi ta Wat Mahathat Statwa wieqfa ta Buddha Ħandaq Statwa ta Buddha f Wat Mahathat Wat Traphang Ngoen fil lag Fjuri tal lotus fil lagReferenzi A guide to the ruins of Sukhothai Thailand Travel bl Ingliz 2018 12 12 Miġbur 2023 02 12 a b ċ d Centre UNESCO World Heritage Historic Town of Sukhothai and Associated Historic Towns UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 02 12 a b Swearer Donald K 1995 01 01 The Buddhist World of Southeast Asia SUNY Press ISBN 978 0 7914 2459 9 Wicks Robert S 2018 05 31 Money Markets and Trade in Early Southeast Asia The Development of Indigenous Monetary Systems to AD 1400 Cornell University Press ISBN 978 1 5017 1947 9 Olsen Brad 2004 Sacred Places Around the World 108 Destinations CCC Publishing ISBN 978 1 888729 10 8 orientalarchitecture com Ta Pha Daeng Shrine Sukhothai Thailand Asian Architecture bl Ingliz Miġbur 2023 02 12 Chaliang Zone of the Si Satchanalai Historical Park www renown travel com Miġbur 2023 02 12 a b Si Satchanalai Jim Wageman www jimwagemanphoto com bl Ingliz Miġbur 2023 02 12 Terwiel Barend Jan 1983 Ahom and the Study of Early Thai Society PDF Journal of the Siam Society p 71 phiess eciycnthrphngs 2003 phramhathrrmrachakstrathirach Bangkok sankphimphmtichn p 57 ISBN 974 322 818 7 prakaskrmsilpakr eruxng kahndekhtthidinobransthan PDF Royal Gazette p 79 Arkivjat minn l oriġinal PDF fl 2012 06 01 Miġbur 2023 02 12

L-aħħar artikli
  • Ġunju 11, 2025

    Claude de la Sengle

  • Ġunju 28, 2025

    Claude Mattocks

  • Ġunju 17, 2025

    Clare Azzopardi

  • Ġunju 08, 2025

    Clara Schumann

  • Ġunju 19, 2025

    Clube de Regatas do Flamengo

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq