Prambanan bl Candi Prambanan bil Ġavaniż ꦫꦫꦗ ꦒ b ittri Rumani Rara Jonggrang huwa kumpless ta tempji Induisti tas seklu
Prambanan

Prambanan (bl-: Candi Prambanan, bil-Ġavaniż: ꦫꦫꦗꦺꦴꦁꦒꦿꦁ, b'ittri Rumani: Rara Jonggrang) huwa kumpless ta' tempji Induisti tas-seklu 9 fir-Reġjun Speċjali ta' Yogyakarta, fin-Nofsinhar ta' , l-Indoneżja, iddedikati lit-Trimūrti, l-espressjoni ta' alla l-ħallieq (Braħma), il-preservatur (Vixnu) u l-qerried (Xiva). Il-kumpless tat-tempji jinsab madwar 17-il kilometru (11-il mil) fil-Grigal tal-belt ta' Yogyakarta fil-konfini bejn il-provinċji ta' Ġava Ċentrali u ta' Yogyakarta.
Il-kumpless tat-tempji huwa Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO u huwa l-ikbar sit ta' tempji Induisti fl-Indoneżja kif ukoll it-tieni l-ikbar fix-Xlokk tal-Asja wara Angkor Wat, il-Kambodja. Huwa kkaratterizzat mill-arkitettura għolja u ppuntata tiegħu, tipika tal-arkitettura Induista, u mill-binja ċentrali għolja 47 metru (154 pied) fi ħdan il-kumpless il-kbir ta' tempji individwali. Il-kumpless tat-tempji ta' Prambanan oriġinarjament kien jikkonsisti minn 240 struttura ta' tempji, li jirrappreżentaw il-kobor tal-arti u tal-arkitettura Induista ta' Ġava, u jitqies ukoll bħala kapulavur tal-perjodu klassiku fl-Indoneżja. Prambanan jattira bosta viżitaturi minn madwar id-dinja kollha.
Storja
Kostruzzjoni
It-tempji ta' Prambanan huma l-ikbar kumpless ta' tempji Induisti ta' Ġava tal-qedem, u l-ewwel binja tlestiet f'nofs is-seklu 9. X'aktarx li l-kostruzzjoni nbdiet minn u l-istruttura ġiet inawgurata mis-suċċessur tiegħu r-Re Lokapala. Xi storiċi li jaqblu mat-teorija tad-dinastija doppja jissuġġerixxu li l-kostruzzjoni ta' Prambanan x'aktarx li kienet maħsuba bħala t-tweġiba Induista tad-dinastija Sanjaya għat-tempji Buddisti tad-dinastija Sailendra fil-qrib: Borobudur u ; u kienet maħsuba biex timmarka r-ritorn tad-dinastija Sanjaya Induista fil-poter fil-Ġava Ċentrali wara kważi seklu ta' dominju tad-dinastija Sailendra Buddista. Minkejja dan, il-kostruzzjoni ta' dan il-kumpless enormi ta' tempji Induisti rrappreżenta bidla fil-patroċinju tal-qorti ta' Mataram, mill-Buddiżmu Maħajana għall-Induiżmu Xajvita.
L-ewwel tempju li nbena fis-sit għall-ħabta tat-850 W.K. minn Rakai Pikatan tkabbar b'mod estensiv mir-Re Lokapala u minn Balitung Maha Sambu, ir-re Sanjaya tar-Renju Mataram. Kitba qasira b'żebgħa ħamra bl-isem ta' "pikatan" instabet fuq waħda mill-qċaċet tal-balavostri tat-tempju ta' Xiva, u din tikkonferma li r-Re Pikatan kien responsabbli għall-bidu tal-kostruzzjoni tat-tempji.
Il-kumpless tat-tempji huwa marbut mal-kitba ta' Shivagrha tat-856 W.K., maħruġa mir-Re Lokapala, li kienet tiddeskrivi kumpless ta' tempji ta' Xiva simili għal dawk ta' Prambanan. Skont din il-kitba, it-tempju ta' Xiva ġie inawgurat fit-12 ta' Novembru 856. Skont din il-kitba wkoll, it-tempju nbena f'ġieħ Xiva, u l-isem oriġinali tiegħu kien Shiva-grha (id-Dar ta' Xiva) jew Shiva-laya (ir-Renju ta' Xiva).
Skont il-kitba ta' Shivagrha, twettaq proġett tal-ilma pubbliku biex jinbidel il-fluss ta' xmara qrib it-tempju ta' Shivagrha waqt il-kostruzzjoni tat-tempju. Ix-xmara, identifikata bħala x-xmara Opak, issa tnixxi mit-Tramuntana għan-Nofsinhar fuq in-naħa tal-Punent tal-kumpless tat-tempji ta' Prambanan. L-istoriċi jissuġġerixxu li oriġinarjament ix-xmara kellha lilwa iktar lejn il-Lvant u din kienet meqjusa wisq qrib it-tempju prinċipali. L-esperti huma tal-fehma li x-xmara ġiet iddevjata sabiex il-kumpless tat-tempji jkun protett mill-iżbroffar ta' materjali vulkaniċi lahar mill-vulkan Merapi. Il-proġett twettaq billi x-xmara ġiet devjata tul assi tat-Tramuntana għan-Nofsinhar tul il-ħajt ta' barra tal-kumpless tat-tempji ta' Shivagrha. Fejn qabel kienet tnixxi x-xmaraġie mimli bir-radam u ġie livellat sabiex jinħoloq spazju usa' għat-tkabbir tat-tempju u spazju għar-ringieli ta' tempji pervara (komplementari).
Xi arkeologi jipproponu li l-istatwa ta' Xiva fil-garbhagriha (kompartiment ċentrali) tat-tempju prinċipali kienet immudellata fuq ir-Re Balitung, u kienet isservi bħala turija tal-entità divina tiegħu wara l-mewt. Il-kumpless tat-tempji tkabbar mir-rejiet Mataram suċċessivi, fosthom Daksa u Tulodong, biż-żieda ta' mijiet ta' tempji pervara madwar it-tempju ewlieni.
It-torri prasada prinċipali għoli 47 metru, kumpless enormi mdawwar bil-ħitan, jikkonsisti minn 240 struttura. It-tempju ta' Shivagrha Trimurti kien l-ogħla u l-iktar wieħed grandjuż ta' dak iż-żmien. Fil-fatt, il-kumpless tat-tempji huwa l-ikbar kumpless ta' tempji Induisti fil-Ġava tal-qedem, u l-ebda tempju Ġavaniż ieħor qatt ma qabeż l-iskala tiegħu. Prambanan serva bħala t-tempju rjali tar-Renju Mataram, u l-iżjed ċerimonji reliġjużi u sagrifiċċji tal-istat saru hemmhekk. Fil-qofol tar-renju, l-istudjużi jistmaw li mijiet ta' Braħmini bid-dixxipli tagħhom kienu jgħixu fi ħdan il-ħajt ta' barra tal-kumpless tat-tempji. Iċ-ċentru urban u l-qorti ta' Mataram kienu jinsabu fil-qrib, fl-inħawi tal-Pjanura ta' Prambanan.
Abbandun
Wara li ntuża u tkabbar għal madwar 80 sena, it-tempji ġew misterjożament abbandunati lejn nofs is-seklu 10. Fis-snin 30 tas-seklu 10, il-qorti Ġavaniża ġiet ittrasferita lejn il-Lvant ta' Ġava minn , li stabbilixxa d-dinastija Isyana. Madankollu, mhuwiex ċar x'kienet ir-raġuni reali wara l-abbandun tar-renju ta' Ġava Ċentrali mir-renju Mataram. X'aktarx li dan seħħ minħabba żbroffar devastanti tal-vulkan Merapi, li jinsab madwar 25 kilometru fit-Tramuntana ta' Prambanan, jew minħabba xi taqbida għall-poter. Dak l-avveniment immarka l-bidu tad-deklin tat-tempji, peress li wara ftit ġew abbandunati u bdew jiddeterjoraw.
It-tempji waqgħu għalkollox waqt terremot kbir fis-seklu 16. Għalkemm il-kumpless tat-tempji ma baqgħux ċentru importanti ta' qima, il-fdalijiet madwar l-inħawi kienu għadhom jintgħarfu u baqgħu magħrufa fost il-popli Ġavaniżi lokali iktar 'il quddiem. L-istatwi u l-fdalijiet saru t-tema u l-ispirazzjoni għal-leġġenda ta' Rara Jonggrang.
Il-popli Ġavaniżi lokali fil-villaġġi tal-madwar kienu jafu bil-fdalijiet tat-tempji qabel l-iskoperta mill-ġdid formali, iżda ma kienu jafu xejn dwar l-isfond storiku tagħhom: liema renji kienu qed jirrenjaw jew liema rejiet ikkummissjonaw il-kostruzzjoni tal-monumenti. B'hekk, il-popli lokali ħarġu bi ħrejjef u b'leġġendi biex jispjegaw l-oriġini tat-tempji, b'sensiela ta' miti ta' ġganti, u prinċipessa misħuta. Huma hemżu oriġini tal-għaġeb għal Prambanan u għal Sewu; kien jingħad fil-leġġenda ta' Rara Jonggrang li dawn inħolqu minn għadd ta' xjaten skont l-ordnijiet ta' Bandung Bondowoso.
Skoperta mill-ġdid
Fl-1733, , impjegat tal-VOC, ipprovda l-ewwel rapport dwar it-tempji ta' Prambanan fil-ġurnal tiegħu. Lons kien qed jeskorta lil , kummissarju tal-VOC tal-Grigal tal-kosta ta' Ġava, għal Kartasura, li dak iż-żmien kienet il-belt kapitali ta' Mataram, renju Ġavaniż lokali setgħan. Matul is-soġġorn tiegħu f'Ġava Ċentrali, huwa kellu l-opportunità li jżur il-fdalijiet tat-tempji ta' Prambanan, li ddeskriva bħala "tempji Braħmini" li jixbħu muntanji tal-ġebel.
Wara d-diviżjoni tas-Sultanat ta' Mataram fl-1755, il-fdalijiet tat-tempji u x-xmara Opak intużaw għad-demarkazzjoni tal-konfini bejn is-Sultanati ta' Yogyakarta u ta' Surakarta, li ġiet adottata bħala l-konfini attwali bejn Yogyakarta u l-provinċja ta' Ġava Ċentrali.
It-tempju attira l-attenzjoni internazzjonali fil-bidu tas-seklu 19. Fl-1803, , il-Gvernatur tal-kosta tal-Grigal ta' Ġava, għamel waqfa f'Prambanan matul iż-żjarat uffiċjali tiegħu lir-rejiet ta' Ġava; Pakubuwana IV ta' Surakarta u Hamengkubuwana II ta' Yogyakarta. Huwa baqa' impressjonat bil-fdalijiet tat-tempji, u fl-1805 ikkummissjona lil H.C. Cornelius, inġinier stazzjonat f'Klaten, biex jikklerja s-sit mill-veġetazzjoni u mir-radam, ikejjel iż-żona, u jagħmel tpinġijiet tat-tempju. Dan kien l-ewwel sforz li jsir studju u restawr tat-tempji ta' Prambanan.
Fl-1811 matul l-okkupazzjoni Brittanika qasira tal-Indji tal-Lvant Olandiżi, Colin Mackenzie, surveyor imqabbad minn Sir , inzerta t-tempji b'kumbinazzjoni. Għalkemm Sir Thomas sussegwentement ikkummissjona stħarriġ sħiħ tal-fdalijiet, dawn baqgħu mitlaq għal deċennji sħaħ. Ir-residenti Olandiżi ġarrew skulturi magħhom bħala ornamenti għall-ġonna u r-residenti nattivi użaw il-ġebel tal-pedamenti bħala materjal għall-kostruzzjoni. Skavi ta' nofs kedda mill-arkeologi tas-snin 80 tas-seklu 19 komplew jiffaċilitaw is-serq mis-sit u għadd ta' skulturi tat-tempji ttieħdu fil-kollezzjonijiet privati.
Rikostruzzjoni
Fl-1918, il-gvern kolonjali Olandiż beda r-rikostruzzjoni tal-kumpless u r-restawr veru u proprju beda biss fl-1930. Minħabba l-kobor enormi tas-sit u l-għadd kbir ta' tempji, l-isforzi ta' restawr għadhom għaddejin sa llum il-ġurnata. Sas-snin 30 tas-seklu 20, il-proġett tar-rikostruzzjoni tas-Servizz Arkeoloġiku tal-Indji tal-Lvant Olandiżi wassal għar-restawr ta' żewġ tempji apit (laterali) fil-bitħa ċentrali, u ta' żewġ tempji pervara (anċillari) iżgħar. Fir-rikostruzzjoni ntuża l-metodu tal-anastilożi, fejn il-fdalijiet tat-tempji ġew irrestawrati bl-użu ta' blokok tal-ġebel oriġinali kemm jista' jkun. L-isforzi ta' restawr kienu mxekkla mill-kriżi ekonomika fis-snin 30 tas-seklu 20, u finalment waqfu għalkollox minħabba li faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija fil-Paċifiku (1942-1945), u wara r-Rivoluzzjoni Nazzjonali Indoneżjana (1945-1949). Wara l-gwerra, ir-rikostruzzjoni tat-tempji tkompliet fl-1949, minkejja li l-biċċa l-kbira tat-tpinġijiet tekniċi u tar-ritratti ġarrbu l-ħsarat jew intilfu waqt il-gwerra. Ir-rikostruzzjoni tat-tempju prinċipali ta' Xiva tlestiet fl-1953 u ġiet inawgurata mill-ewwel President tal-Indoneżja .
Il-gvern Indoneżjan kompla l-isforz ta' rikostruzzjoni biex il-kumpless tat-tempji jitlesta. It-tempju ta' Braħma ġie rikostruwit bejn l-1978 u l-1987, filwaqt li t-tempju ta' Vixnu ġie rikostruwit bejn l-1982 u l-1991. It-tempji ta' Vaħana tar-ringieli tal-Lvant u xi santwarji iżgħar tlestew mill-1991 sal-1993. B'hekk, sal-1993 it-tempji prinċipali għoljin kollha taż-żona ċentrali ta' Prambanan ġew rikostruwiti u tlestew, filwaqt li ġew inawgurati mill-President Suharto flimkien mal-inawgurazzjoni tat-tempju ċentrali tal-kumpless ta' Sewu.
Peress li l-biċċa l-kbira tal-iskulturi tal-ġebel oriġinali kienu nsterqu u ntużaw mill-ġdid f'siti tal-kostruzzjoni remoti, ir-restawr ġie mxekkel sew. Minħabba l-iskala tal-kumpless tat-tempji, il-gvern iddeċieda li jerġa' jibni s-santwarji biss jekk mill-inqas 75 % tal-komponenti oriġinali kienu disponibbli, f'konformità mad-dixxiplina tal-anastilożi. Ir-rikostruzzjoni għadha għaddejja sa llum il-ġurnata, bi sforzi issa ffukati fuq it-tempji pervara (anċillari) tal-kumpless estern. Tempju pervara tan-naħa tal-Lvant, fit-tieni ringiela, in-nru 35, tlesta f'Diċembru 2017.
Sa Frar 2023, mill-224 tempju pervara oriġinali, sitta biss minnhom ġew rikostruwiti kompletament; erba' fuq in-naħa tal-Lvant, wieħed fuq in-naħa tan-Nofsinhar, u wieħed fin-naħa tat-Tramuntana. Tnejn mit-tempji pervara; wieħed fil-kantuniera b'portiċi doppji fil-Grigal u tempju pervara fil-Lvant, ġew rikostruwiti matul l-era kolonjali tal-Indji tal-Lvant Olandiżi għall-ħabta tas-snin 30 tas-seklu 20. L-erba' tempji pervara l-oħra tlestew fl-2015, fl-2017, fl-2019 u fl-2021 rispettivament. Il-biċċa l-kbira tas-santwarji iż-żgħar jaslu biss sal-pedamenti tagħhom. Ir-restawr tat-tempji pervara se jsir fi stadji. Li kieku l-224 tempju pervara kellhom jiġu rrestawrati kompletament, ikun hemm bżonn mill-inqas 200 sena, peress li r-rikostruzzjoni bl-anastilożi ta' tempju pervara ddum minn tmien xhur sa 12-il xahar biex titlesta.
Fil-bidu tas-snin 90 tas-seklu 20, il-gvern neħħa s-suq li kien beda jarma qrib it-tempju u żviluppa mill-ġdid il-villaġġi tal-madwar u l-għelieqi tar-ross bħala park arkeoloġiku. Il-park ikopri żona kbira, mit-triq prinċipali ta' Yogyakarta-Solo fin-Nofsinhar, li tinkludi l-kumpless kollu ta' Prambanan, il-fdalijiet tat-tempji ta' Lumbung u Bubrah, u saħansitra sal-kumpless tat-tempji ta' Sewu fit-Tramuntana. Fl-1992 il-gvern Indoneżjan ħoloq Impriża Limitata b'Sjieda Statali (Persero), imsejħa "PT Taman Wisata Candi Borobudur, Prambanan, dan Ratu Boko". Din l-impriża hija l-awtorità responsabbli wkoll għall-ġestjoni tal-park ta' Borobudur Prambanan Ratu Boko u r-reġjun tal-madwar. Prambanan huwa fost l-iżjed attrazzjonijiet turistiċi viżitati fl-Indoneżja.
Il-pjattaformi fil-beraħ u fuq ġewwa ta' Trimurti fuq in-naħa tal-Punent tat-tempju, fuq in-naħa l-oħra tax-xmara Opak, inbnew biex jittellgħu l-ispettakli taż-żfin klassiku tal-ġrajja epika tradizzjonali tar-Ramayana. Din iż-żifna Ġavaniża tradizzjonali hija ż-żifna antika tal-qorti Ġavaniża. Mis-snin 60 tas-seklu 20, baqgħet issir kull lejla bil-qamar kwinta fit-tempji ta' Prambanan. Minn dak iż-żmien 'l hawn, il-kumpless tat-tempji ta' Prambanan sar fost l-iżjed attrazzjonijiet arkeoloġiċi u kulturali fl-Indoneżja.
Avvenimenti kontemporanji
Mir-rikostruzzjoni tat-tempji prinċipali fis-snin 90 tas-seklu 20, il-kumpless ta' Prambanan reġa' ġie meqjus bħala ċentru reliġjuż importanti għar-ritwali u għaċ-ċerimonji Induisti f'Ġava. Il-komunitajiet Induisti ta' u ta' Ġava f'Yogyakarta u f'Ġava Ċentrali reġgħu qanqlu l-prattiki tagħhom u kull sena jwettqu ċ-ċerimonji sagri tagħhom f'Prambanan, fosthom il-Galungan, it-Tawur Kesanga u n-Nyepi.
It-tempju ġarrab xi ħsarat fit-terremot ta' Yogyakarta fl-2006. Xi ritratti bikrin issuġġerew li għalkemm il-kumpless kien intatt strutturalment, il-ħsara kienet sinifikanti. Biċċiet kbar tal-ġebel, inkluż xi ġebel bit-tinqix, ġew sparpaljati mal-art. It-tempju ngħalaq għall-viżitaturi sa ma saret valutazzjoni sħiħa tal-ħsarat. Eventwalment, il-kap tal-Aġenzija tal-Konservazzjoni Arkeoloġika ta' Yogyakarta ddikjara li kienu meħtieġa xhur sabiex jiġu identifikati l-ħsarat kollha. Minkejja dan, xi ġimgħat wara fl-2006, is-sit reġa' nfetaħ għall-viżitaturi.
Hemm interess kbir fis-sit. Fl-2008, 856,029 viżitatur Indoneżjan u 114,951 viżitatur barrani żaru l-kumpless tat-tempji ta' Prambanan. Fis-6 ta' Jannar 2009, ir-rikostruzzjoni tat-tempju ta' Nandi tlestiet. Mill-2009, il-biċċa l-kbira tat-tempji minn ġewwa baqgħu mhux aċċessibbli minħabba raġunijiet ta' sikurezza.
Fl-14 ta' Frar 2014, l-attrazzjonijiet turistiċi ewlenin f'Yogyakarta u f'Ġava Ċentrali, inkluż Borobudur, Prambanan u Ratu Boko, ingħalqu għall-viżitaturi wara li ġew affettwati ferm mill-irmied vulkaniku meta żbroffa l-vulkan Kelud fil-Lvant ta' Ġava, madwar 200 kilometru fil-Lvant ta' Yogyakarta. Il-vulkan Kelud żbroffa fit-13 ta' Frar 2014 u nstemgħu splużjonijiet saħansitra sa Yogyakarta. Erba' snin qabel, Prambanan ħelisha mill-irmied vulkaniku tal-iżbroffar tal-vulkan Merapi tal-2010, peress li r-riħ kien qed jonfoħ lejn il-Punent u affettwa lil Borobudur minflok.
Fl-2012, il-Balai Pelestarian Peninggalan Purbakala Jawa Tengah (BP3) jew l-Awtorità tal-Preservazzjoni tal-Wirt ta' Ġava Ċentrali ssuġġerew li ż-żona f'Prambanan u fil-qrib kellhom tiġi ttrattati bħala santwarju. Iż-żona proposta tinsab fil-Pjanura ta' Prambanan fiha 30 kilometru kwadru fid-distretti ta' Sleman u ta' Klaten, u tinkludi t-tempji ewlenin fl-inħawi bħal Prambanan, Ratu Boko, Kalasan, Sari u Plaosan. Iż-żona tas-santwarju hija ppjanata li tiġi ttrattata b'mod simili għaż-żona arkeoloġika ta' Angkor Wat fil-Kambodja, li tfisser li l-gvern ma għandux jibqa' jagħti permessi għall-kostruzzjoni ta' binjiet ġodda, speċjalment binjiet b'bosta sulari, kif ukoll it-torrijiet BTS fiż-żona. B'hekk din iż-żona suppost tibqa' mħarsa minn kwalunkwe ostruzzjoni viżiva moderna ta' lukandi, ristoranti kif ukoll binjiet u negozji relatati mat-turiżmu.
Mid-9 sat-12 ta' Novembru 2019, iċ-ċerimonja sagra grandjuża tal-Abhiṣeka kienet issir fil-kumpless tat-tempji. Dan ir-ritwal Induista sar għall-ewwel wara 1,163 sena li t-tempji ta' Prambanan ġew stabbiliti fit-856 W.K. Iċ-ċerimonja tal-Abhiṣeka kienet maħsuba biex tbaħħar, tqaddes u tippurifika t-tempji, u b'hekk it-tempji minħabba f'hekk ma kinux biss sit arkeoloġiku u turistiku, iżda ġew irrestawrati għall-funzjoni oriġinali tagħhom bħala ċentru tal-attività reliġjuża Induista. L-Induisti Indoneżjani jemmnu li din iċ-ċerimonja tal-Abhiṣeka mmarkat punt ta' żvolta għall-konsagrazzjoni mill-ġdid tas-sit u għat-tqanqil mill-ġdid tal-enerġija spiritwali tat-tempji ta' Prambanan.
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Kumpless tat-Tempji ta' Prambanan ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1991.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".
Kumpless tat-tempju
Oriġinarjament kien hemm total ta' 240 tempju fil-kumpless ta' Prambanan. Il-Kumpless tat-Tempji ta' Prambanan kien jikkonsisti minn:
- 3 Tempji ta' Trimurti: tliet tempji prinċipali ddedikati lil Vixnu, Xiva u Braħma
- 3 Tempji ta' Vaħana: tliet tempji quddiem it-tempji ta' Trimurti ddeddikati lill-vaħana tal-allat Garuda, Nandi u Hamsa
- 2 Tempji Apit: żewġ tempji laterali li jinsabu bejn ir-ringieli ta' tempji ta' Trimurti u ta' Vaħana fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar
- 4 Tempji ta' Kelir: erba' santwarji żgħar li jinsabu fl-erba' punti kardinali lil hinn mill-erba' daħliet prinċipali taż-żona ta' ġewwa
- 4 Tempji ta' Patok: erba' santwarji żgħar li jinsabu fl-erba' kantunieri taż-żona ta' ġewwa
- 224 Tempu Pervara: mijiet ta' tempji rranġati f'ringieli kwadri konċentriċi; l-għadd ta' tempji mir-ringiela ta' ġewwa għal dik ta' barra huwa: 44, 52, 60 u 68
Il-kumpless tat-tempji ta' Prambanan huwa magħruf ukoll bħala l-kumpless ta' Rara Jonggrang, għal-leġġenda popolari ta' Rara Jonggrang. Fl-imgħoddi kien hemm 240 tempju f'dan il-kumpless ta' tempji ta' Xiva, kbar jew żgħar. Illum il-ġurnata, it-tmien tempji prinċipali u t-tmien santwarji żgħar fiż-żona ta' ġewwa huma kollha rikostruwiti, iżda sitta biss mill-224 tempju pervara ġew rinnovati. Il-maġġoranza tagħhom iddeterjoraw; li fadal hu għadd ta' ġebel sparpaljati. Il-kumpless tat-tempji ta' Prambanan jikkonsisti minn tliet żoni; l-ewwel iż-żona ta' barra, it-tieni ż-żona tan-nofs li fiha mijiet ta' tempji żgħar, u t-tielet iż-żona ta' ġewwa, l-iżjed żona sagra li fiha tmien tempji prinċipali u tmien santwarji żgħar.
Il-kumpless tat-tempji Induisti fi Prambanan huwa msejjes fuq pjanta kwadra b'total ta' tliet żoni, u kull waħda hija mdawra b'erba' ħitan b'erba' daħliet kbar. Iż-żona ta' barra hija spazju kbir immarkat b'ħajt rettangolari. L-iżjed perimetru ta' barra bil-ħitan, li oriġinarjament kien fih 390 metru fuq kull naħa, kien orjentat mill-Grigal għal-Lbiċ. Madankollu, għajr għad-daħla tan-Nofsinhar tiegħu, ma tantx fadal wisq minnu fil-preżent. Il-funzjoni oriġinali mhix magħrufa; x'aktarx li kienet park sagru jew post fejn il-patrijiet kienu jgħixu waqt li jistudjaw (ashram). Il-binjiet tal-madwar tal-kumpless tat-tempji nbnew b'materjal organiku u b'hekk ma hemmx fdalijiet iktar.
Tempju ta' Shiva
Iż-żona ta' ġewwa jew il-kumpless ċentrali huwa l-iktar wieħed sagru mit-tliet żoni. Hija pjattaforma kwadra olzata permezz ta' ħajt kwadru tal-ġebel b'daħliet tal-ġebel fuq kull wieħed mill-punti kardinali. L-iżjed kumpless sagru huwa magħmul minn tmien santwarji jew candi prinċipali. It-tliet santwarji prinċipali, ta' Trimurti ("it-tliet forom"), huma ddedikati lil tliet allat: Braħma il-ħallieq, Vixnu il-preservatur u Xiva l-qerried.
It-tempju ta' Xiva huwa l-itwal u l-ikbar struttura fil-kumpless ta' Rara Jonggrang; huwa twil 47 metru u wiesa' 34 metru. It-taraġ prinċipali jinsab fuq in-naħa tal-Lvant. Maġenb id-daħla tal-Lvant tat-tempju ta' Xiva hemm żewġ santwarji żgħar, iddedikati lill-allat gwardjani, Mahakala u Nandhisvara. Madwar it-tempju ta' Xiva hemm bosta galleriji mżejna bil-bassoriljievi li jirrakkontaw il-ġrajja tar-Ramayana mnaqqxa fuq il-ħitan ta' ġewwa tal-balavostri. Sabiex isegwu l-ġrajja bir-reqqa, il-viżitaturi jridu jidħlu min-naħa tal-Lvant u jibdew jagħmlu jsewgwu l-pradakshina jew iduru fid-direzzjoni tal-arloġġ. Il-bassoriljievi tar-Ramayana jibqa' sejrin sal-galleriji tat-tempju ta' Braħma.
Is-santwarju ta' Xiva jinsab fiċ-ċentru u fih ħames kompartimenti, erba' kompartimenti żgħar f'kull punt kardinali u wieħed prinċipali ikbar fil-parti ċentrali tat-tempju. Il-kompartiment tal-Lvant jikkollega l-kompartiment ċentrali li jospita l-ikbar murti fil-kumpless ta' Prambanan, statwa għolja tliet metri ta' Xiva Maħadeva (l-alla suprem). L-istatwa għandha l-Lakçana (attributi jew simboli) ta' Xiva bħall-kranju u l-minġell fil-kuruna, u t-tielet għajn fuq moħħha; għandha wkoll erba' dirgħajn bis-simboli ta' Xiva fl-idejn: aksamala (żibeġ tat-talb), chamara (għodda li biha jinqatel id-dubbien), u trisula (trident). Xi storiċi jemmnu li x-xbieha ta' Xiva Maħadeva kienet maħsuba biex tippersonifika lir-re Balitung bħala l-inkarnazzjoni mill-ġdid ta' Xiva. Għalhekk, meta miet, inbena tempju biex jiġi kkommemorat bħala Xiva. L-istatwa ta' Xiva tinsab bilwieqfa fuq pjattaforma tal-lotus fuq pedestall Yoni bi sriep Nāga mnaqqxa fuq in-naħa tat-Tramuntana tal-pedestall.
It-tliet kompartimenti ż-żgħar l-oħra fihom statwi ta' allat Induisti relatati ma' Xiva: il-konsorti tiegħu Durga, ir-rishi Agastya u Ganexa, ibnu. Statwa ta' Agastja tinsab fil-kompartiment tan-Nofsinhar, il-kompartiment tal-Punent fih statwa ta' Ganexa, filwaqt li l-kompartiment tat-Tramuntana fih statwa ta' Durga Mahisasuramardini fejn Durga tidher bħala l-qattiela tax-xitan b'għamla ta' barri. Is-santwarju ta' Durga jissejjaħ ukoll it-tempju ta' Rara Jonggrang (tfisser verġni rqiqa bil-Ġavaniż), għal-leġġenda Ġavaniża tal-prinċipessa ta' Rara Jonggrang.
Tempji ta' Braħma u Vixnu
Iż-żewġ santwarji prinċipali l-oħra huma dawk ta' Vixnu fit-Tramuntana tas-santwarju ta' Xiva, u dak ta' Braħma fin-Nofsinhar. Iż-żewġ tempji jħarsu lejn il-Lvant u t-tnejn li huma għandhom sala kbira waħda ddedikata lill-allat rispettivi; it-tempju ta' Braħma fih l-istatwa ta' Braħma u t-tempju ta' Vixnu fih l-istatwa ta' Vixnu. It-tempji ta' Braħma u ta' Vixnu huma wesgħin 20 metru u għoljin 33 metru.
Tempji ta' Vaħana
It-tliet santwarji l-oħra quddiem it-tliet tempji prinċipali huma ddedikati lill-vetturi (vaħana) tal-allat rispettivi – il-barri Nandi għal Xiva, iċ-ċinju sagru Hamsa għal Braħma, u t-tajra ta' Vixnu Garuda. Eżatt quddiem it-tempju ta' Xiva hemm it-tempju ta' Nandi, li fih statwa tal-barri Nandi. Maġenbha hemm statwi oħra wkoll, l-istatwa ta' Ċandra, l-alla tal-qamar u ta' Surja, l-alla tax-xemx. Ċandra jidher bilwieqfa fuq il-karru tiegħu miġbud minn għaxar żwiemel, l-istatwa ta' Surja tinsab ukoll bilwieqfa fuq karru iżda miġbud minn seba' żwiemel. Faċċata tat-tempju ta' Braħma hemm it-tempju ta' Hamsa jew ta' Angsa. Il-kompartiment ta' dan it-tempju ma fih l-ebda statwa, iżda x'aktarx li xi darba kien hemm statwa taċ-ċinju sagru. Quddiem it-tempju ta' Vixnu hemm it-tempju ddeddikat lil Garuda. Madankollu, bħat-tempju ta' Hamsa, it-tempju ta' Garuda ma fih l-ebda statwa, għalkemm x'aktarx xi darba kellu l-istatwa ta' Garuda. L-alla Garuda għandu rwol importanti għall-Indoneżja, huwa s-simbolu nazzjonali tal-Indoneżja, u huwa wkoll l-isem tal-linja tal-ajru ta' Garuda Indonesia.
Tempji Apit u santwarji iżgħar
Bejn dawn ir-ringieli tat-tempju prinċipali, fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar, hemm żewġ tempji Candi Apit. Apit bil-Ġavaniż tfisser "laterali", b'referenza għall-pożizzjoni taż-żewġ tempji maġenb il-bitħa interna fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar. Il-kompartiment fi ħdan it-tempji Apit issa huwa vojt. Mhuwiex ċar għal liema divinitajiet kienu setgħu kienu ddedikati dawn it-tempji Apit. Madankollu, meta wieħed jeżamina l-bassoriljievi fuq il-ħajt ta' barra tat-tempju Apit tan-Nofsinhar, hemm divinità femminili, x'aktarx Sarasvati, ix-Shakti (konsorti) ta' Braħma. Meta wieħed iqis il-panteon Induist irrappreżentat fit-tempji ta' Prambanan, jista' jkun li t-tempju Apit tan-Nofsinhar kien iddedikat lil Sarasvati, filwaqt li t-tempju Apit tat-Tramuntana kien iddedikat lil Lakxmi.
Apparti dawn it-tmien tempji prinċipali, hemm ukoll tmien santwarji iżgħar; erba' Candi Kelir fl-erba' punti kardinali tad-daħliet, u erba' Candi Patok fl-erba' kantunieri taż-żona ta' ġewwa. Kelir bil-Ġavaniż tfisser "ħajt diviżorju", speċjalment b'referenza għall-wayang kulit, il-"ħajt" diviżorju tad-drapp. Tirreferi għal struttura li timblokka d-dħul kardinali prinċipali tal-gopura. Hija simili għall-aling-aling fl-arkitettura ta' Bali. Patok bil-Ġavaniż tfisser "labbra tal-inxir", b'referenza għall-pożizzjoni tas-santwarji "minxura" fl-erba' kantunieri tal-kumpless intern.
Tempji Pervara
Iż-żewġ perimetri mdawra bil-ħitan madwar iż-żewġ btieħi interni huma orjentati lejn l-erba' punti kardinali. Il-perimetru mdawwar bil-ħitan tat-tieni bitħa, ta' 225 metru kull naħa, jinsab madwar żona mtarrġa magħmula minn erba' ringieli ta' 44, 52, 60 u 68 tempju pervara. Rispettivament, kull tempju huwa għoli 14-il metru b'bażi ta' 6×6 metri, b'total ta' 224 struttura. Is-sittax-il tempju li jinsabu fil-kantunieri tar-ringieli huma orjentati lejn żewġ direzzjonijiet; il-208 struttura l-oħra jagħtu lejn waħda mill-erba' punti kardinali. Iż-żona ta' nofs tikkonsisti minn erba' ringieli ta' 224 santwarju żgħir individwali. Hemm ammont kbir minn dawn it-tempji, iżda l-biċċa l-kbira minnhom jinsabu fi stat ta' fdalijiet u ftit minnhom biss ġew rikostruwiti. Dawn ir-ringieli konċentriċi ta' tempji nbnew b'disinn identiku, b'turġien u b'portiċi jħarsu 'l barra, bl-eċċezzjoni tat-tempji pervara tal-kantunieri li għandhom żewġ portiċi. Kull ringiela lejn iċ-ċentru hija kemxejn olzata.
Dawn is-santwarji jissejħu "Candi Perwara" fit-tempji pervara jew Indoneżjani, jiġifieri tempji anċillari jew komplementari, li kienu binjiet addizzjonali tat-tempju prinċipali. Uħud kienu jemmnu li kienu jiġu offerti mill-mexxejja u min-nobbli reġjonali lir-re bħala sinjal ta' sottomissjoni. It-tempji pervara huma rranġati f'erba' ringieli madwar it-tempji ċentrali. Uħud kienu jemmnu li dan l-arranġament kellu x'jaqsam mal-erba' kasti, skont il-klassifikazzjoni tal-kasti tan-nies li kienu jitħallew jidħlu fihom; ir-ringiela l-iktar qrib il-kumpless ċentrali kienet aċċessibbli għall-patrijiet biss, filwaqt li t-tlieta l-oħra kienu rriżervati għan-nobbli, għall-kavallieri, u għan-nies sempliċi rispettivament. Filwaqt li oħrajn kienu jemmnu li l-erba' ringieli tat-tempju pervara ma kellhom x'jaqsmu xejn mal-erba' kasti, iżda kienu sempliċement post ta' meditazzjoni għall-patrijiet u bħala post ta' qima għad-devoti.
Daħliet u ħitan
Il-biċċa l-kbira tal-ħitan tal-perimetru u tad-daħliet gapura madwar il-kumpless estern huma neqsin, u għad fadal biss traċċi tal-pedamenti tal-ħitan. Il-ħitan u d-daħliet li jiddemarkaw il-kumpless tan-nofs li fihom ir-ringieli tat-tempji pervara fil-biċċa l-kbira tagħhom għebu wkoll, bl-eċċezzjoni tad-daħla tan-Nofsinhar li ġiet rikostruwita b'suċċess.
Id-daħliet paduraksa fil-kumpless intern fil-biċċa l-kbira huma rikostruwiti; jiġifieri d-daħliet paduraksa tan-Nofsinhar, tal-Punent u tat-Tramuntana, bl-eċċezzjoni biss tad-daħla tal-Lvant li għadha ma ġietx rikostruwita.
Arkitettura
L-arkitettura tat-tempji ta' Prambanan isegwu t-tradizzjonijiet arkitettoniċi Induisti tipiċi bbażati fuq il-Vastu Shastra. Id-disinn tat-tempji kien jinkorpora arranġamenti f'għamla ta' mandala kif ukoll spieri tipikament għoljin tat-tempji Induisti. Oriġinarjament it-tempji ta' Prambanan kienu msejħa Shivagrha u kienu ddedikati lill-alla Xiva. It-tempji kienu ddisinjati fuq ix-xbieha ta' Meru, il-muntanja sagra, fejn kienu jemmnu li kienu jgħammru l-allat Induisti, u l-post fejn kien jgħammar Xiva. Il-kumpless kollu tat-tempji huwa mudell tal-univers Induista skont il-kożmoloġija Induista u s-saffi ta' Loka.
Bħal Borobudur, it-tempji ta' Prambanan jirrikonoxxu wkoll il-ġerarkija taż-żoni tat-tempji, kienu jvarjaw mill-inqas sagri għall-iżjed sagri. Kull kunċett Induista u Buddista għandu t-termini tiegħu, iżda essenzjalment il-kunċetti huma identiċi. Kemm il-pjanta tas-sit tal-kumpless (orizzontalment) kif ukoll l-istruttura tat-tempji (vertikalment) jikkonsistu minn tliet żoni:
- Bhurloka (fil-Buddiżmu: Kāmadhātu), l-inqas tempji sagri tal-mortali komuni; il-bnedmin, l-annimali kif ukoll ix-xjaten. Hawnhekk il-bnedmin ikunu għadhom maħkuma miż-żina, mix-xewqat u mill-imġiba mhux sagra tal-ħajja. Il-bitħa esterna u l-bażi ta' kull tempju jissimbolizzaw il-bhurloka.
- Bhuvarloka (fil-Buddiżmu: Rupadhatu), it-tempji nofsana tan-nies sagri bejn l-inqas u l-iżjed tempji sagri, okkupati mir-rishi, l-axxetiċi u l-allat inferjuri. Hawnhekk in-nies jibdew jaraw id-dawl tal-verità. Il-bitħa nofsanija u l-korp ta' kull tempju jissimbolizzaw il-bhuvarloka.
- Svarloka (fil-Buddiżmu: Arupadhatu), l-iżjed tempji għoljin u sagri, irriżervati għall-allat. Dawn huma magħrufa wkoll bħala svargaloka. Il-bitħa interna u s-saqaf ta' kull tempju jissimbolizzaw is-svarloka. Is-soqfa tat-tempji ta' Prambanan huma mżejna u inkurunati bir-ratna (bis-Sanskritu: ġojjell), u l-għamla tar-Ratna ta' Prambanan ħadet l-għamla alterata tal-vajra li tirrappreżenta d-djamanti. Fl-arkitettura antika tat-tempji ta' Ġava, Ratna hija l-kontroparti Induista tal-istupa Buddista, u kienet isservi bħala l-pinnaklu tat-tempju. Hemm iktar minn 140 tempju intern, flimkien ma' 30 tempju prinċipali.
Matul ir-restawr, ġie skopert bir li fih pripih (senduq tal-ġebel) taħt iċ-ċentru tat-tempju ta' Xiva. It-tempju prinċipali għandu bir fond 5.75 metri u fih instab senduq tal-ġebel fuq munzell karbonju, ħamrija u fdalijiet ta' għadam maħruq tal-annimali. Hemmhekk instabu folji tad-deheb bil-kitba ta' Varuna (l-alla tal-baħar) u ta' Parvata (l-alla tal-muntanji). Is-senduq tal-ġebel kien fih folji tar-ram, karbonju, ħamrija, irmied, 20 munita, ġojjelli, biċċiet tal-folji tad-deheb u tal-fidda, qxur tal-baħar u 12-il folja tad-deheb (li kienu maqtugħin f'għamla ta' fekruna tal-baħar, serp Nāga, padma, artal u bajda).
Riljievi
Ramajana u Bagavata Purana
It-tempju huwa mżejjen b'panewijiet ta' bassoriljievi li jirrakkontaw il-ġrajja epika Induista tar-Ramayana u tal-Bhagavata Purana. Il-panewijiet ġew imnaqqxa tul il-ħajt ta' ġewwa bil-balavostri tal-gallerija madwar it-tliet tempji prinċipali.
Il-panewijiet mal-balavostri jinqraw mix-xellug għal-lemin. Il-ġrajja tibda mid-daħla tal-Lvant fejn il-viżitaturi jduru lejn ix-xellug u jimxu madwar il-gallerija tat-tempji fid-direzzjoni tal-arloġġ. Dan jikkonforma mal-pradaksina, ir-ritwal li jsir mill-pellegrini li jduru fid-direzzjoni tal-arloġġ u jżommu s-santwarju dejjem fuq il-lemin tagħhom. Il-ġrajja tar-Ramayana tibda mal-balavostri tat-tempju ta' Xiva u tkompli fit-tempju ta' Braħma. Mal-balavostri fit-tempju ta' Vixnu hemm sensiela ta' panewijiet bil-bassoriljievi li juru l-ġrajjiet ta' Krixna mill-Bhagavata Purana.
Il-bassoriljievi tar-Ramayana juru kif Sita, il-mara ta' Rama, tinħataf minn Ravana. Ir-re xadina Ħanuman jiġi bl-armata tiegħu biex jgħin lil Rama u jsalva lil Sita. Din il-ġrajja tintwera wkoll permezz taż-żfin klassiku tar-Ramayana, li jsir regolarment kull qamar kwinta fit-teatru fil-beraħ tat-Trimurti fuq in-naħa tal-Punent tal-kumpless imdawwal ta' Prambanan.
Lokapali, Braħmini u Devati
Fuq in-naħa l-oħra tal-panewijiet bil-bassoriljievi, il-ħajt tat-tempji tul il-galleriji kien imżejjen bi statwi u b'riljievi ta' devati u ta' għorrief Braħmini. Il-figuri tal-lokapali, il-gwardjani ċelestjali tal-punti kardinali, jinstabu fit-tempju ta' Xiva. L-edituri għorrief Braħmini ta' veda ġew imnaqqxa mal-ħajt tat-tempju ta' Braħma, filwaqt li fit-tempju ta' Vixnu maġenb id-devati divini maskili hemm żewġ apsari femminili.
Panew ta' Prambanan: Iljun u Kalpataru
Il-ħajt estern inferjuri ta' dawn it-tempji ġie mżejjen b'ringiela ta' niċeċ żgħar bi xbieha ta' sinha (iljun) u b'żewġ panewijiet bis-siġar kalpataru (kalpavriksha). Maġenb dawn is-siġriet sagri tat-twettiq tax-xewqat, skont it-twemmin Induista-Buddista, hemm kinnaras jew annimali fuq kull naħa, fosthom par għasafar, ċrievi, nagħaġ, xadini, żwiemel, iljunfanti, eċċ. Id-disinn ta' ljun f'niċċa maġenb is-siġar kalpataru huwa tipiku fil-kumpless tat-tempji ta' Prambanan, u għaldaqstant jissejjaħ "panew ta' Prambanan".
Leġġenda ta' Rara Jonggrang
Il-leġġenda popolari ta' Rara Jonggrang tikkollega s-sit tal-Palazz ta' Ratu Boko, l-oriġini tal-istatwa ta' Durga fil-kompartiment tat-Tramuntana tas-santwarju prinċipali, mal-oriġini tal-kumpless tat-tempji ta' Sewu fil-qrib. Il-leġġenda tirrakkonta l-ġrajja tal-Prinċep Bandung Bondowoso, li sar iħobb lill-Prinċipessa Rara Jonggrang, bint ir-Re Boko. Iżda l-prinċipessa rrifjutat il-proposta taż-żwieġ tiegħu minħabba li Bandung Bondowoso kien qatel lir-Re Boko u rrenja fuq ir-renju tagħha. Bandung Bondowoso insista fuq l-unjoni tagħhom, u finalment Rara Jonggrang ġiet imġegħla taqbel maż-żwieġ, iżda imponiet kundizzjoni impossibbli: Bandung kellu jibnilha elf tempju f'lejla waħda.
Il-prinċep beda jimmedita u qajjem bosta ħlejqiet sovranaturali minn taħt l-art. Megħjun minn dawn l-ispirti, irnexxielu jibni 999 tempju. Meta l-prinċep kien wasal biex iwettaq il-kundizzjoni, il-prinċipessa qajmet lill-qaddejja tal-palazz tagħha u ordnat lin-nisa tal-villaġġ biex jitħnu r-ross u jqabbdu n-nar fil-Lvant tat-tempji, bħala tentattiv biex il-prinċep u l-ispirti jemmnu li x-xemx kienet waslet biex titla'. Malli s-sriedaq bdew jiddnu, imfixkla mid-dawl u mill-ħsejjes taż-żerniq, il-ħlejqiet sovranaturali ħarbu lura taħt l-art. Il-prinċep inkorla b'dan l-ingann u bħala tpattija għamel magħmul fuq Rara Jonggrang, u bidilha f'ġebla. Hija saret l-aħħar u l-isbaħ mill-elf statwa tat-tempji. Skont it-tradizzjonijiet, l-elf tempju mhux komplut mill-ispirti sar il-kumpless tat-tempji ta' Sewu fil-qrib (Sewu tfisser "eluf" bil-Ġavaniż), u l-Prinċipessa hija x-xbieha ta' Durga fil-kompartiment tat-Tramuntana tat-tempju ta' Xiva f'Prambanan, li għadha magħrufa bħala Rara Jonggrang jew "Xebba Rqiqa".
Tempji oħra madwar Prambanan
Il-Pjanura ta' Prambanan hija mifruxa bejn ix-xaqlibiet tan-Nofsinhar tal-vulkan Merapi fit-Tramuntana u l-katina muntanjuża ta' Sewu fin-Nofsinhar, qrib il-fruntiera attwali tal-provinċja ta' Yogyakarta u d-Distrett ta' Klaten, fil-Ġava Ċentrali. Apparti l-kumpless ta' Lara Jonggrang, il-pjanura, il-wied u l-għoljiet ta' Prambanan, fil-madwar jinsabu wħud mill-iżjed tempji Buddisti bikrin fl-Indoneżja. Mhux 'il bogħod mit-Tramuntana hemm il-fdalijiet tat-tempju ta' Bubrah, it-tempju ta' Lumbung, u t-tempju ta' Sewu. Iktar fil-Lvant hemm it-tempju ta' Plaosan. Fil-Punent hemm it-tempju ta' Kalasan u t-tempju ta' Sari, u iktar lejn il-Punent hemm it-tempju ta' Sambisari. Fin-Nofsinhar il-kumpless ta' Ratu Boko jinsab fuq art iktar għolja. L-iskoperti ta' siti arkeoloġiċi ftit mili 'l bogħod minn xulxin jissuġġerixxu li din iż-żona kienet ċentru urban reliġjuż, politiku u urban importanti.
Fit-Tramuntana tal-kumpless ta' Lara Jongrang
- Lumbung. Għandu stil Buddist u jikkonsisti minn tempju wieħed imdawwar b'16-il tempju iżgħar.
- Bubrah. Tempju Buddist li ġie rikostruwit bejn l-2011 u l-2017.
- Sewu. Kumpless ta' tempji Buddisti; iktar antik minn Roro Jonggrang. Huwa santwarju prinċipali mdawwar b'bosta tempji iżgħar. Fih statwi ta' gwardjani ppreservati tajjeb ħafna; hemm repliki tagħhom weqfin fil-bitħa ċentrali f'Jogja Kraton.
- Morangan. Kumpless ta' tempji Induisti mirduma diversi metri taħt l-irmied vulkaniku; jinsab fil-Majjistral ta' Prambanan.
- Plaosan. Tempji Buddisti, x'aktarx tas-seklu 9. Huma maħsuba li nbnew minn re Induista għar-reġina Buddista tiegħu. Żewġ tempji prinċipali fihom riljievi mill-isbaħ ta' Boddhisatva u ta' Tara, kif ukoll ringieli ta' stupi rqaq.
Fin-Nofsinhar tal-kumpless ta' Lara Jongrang
- Ratu Boko. Kumpless ta' daħliet iffortifikati, vaski u ħajt għoli tal-ġebel mad-dawra tiegħu, kollha fuq il-quċċata ta' għolja.
- Sajiwan. Tempju Buddista mżejjen bil-bassoriljievi bil-Jataka rigward l-edukazzjoni. Il-bażi u t-taraġ huma mżejna bi ġrajjiet tal-annimali.
- Banyunibo. Tempju Buddista msaqqaf b'disinn uniku.
- Barong. Kumpless ta' tempji Induisti b'bitħa mtarrġa kbira tal-ġebel, li jinsab fuq ix-xaqliba ta' għolja.
- Ijo. Raggruppament ta' tempji Induisti qrib il-quċċata tal-għolja ta' Ijo. It-tempju prinċipali fih lingam u yoni kbar.
- Arca Bugisan. Seba' statwi ta' Buddha u ta' Bodhisattva, uħud imġarrfin, b'pożi u b'espressjonijiet differenti.
Fil-Punent tal-kumpless ta' Lara Jongrang
- Kalasan. Tempju Buddist tas-seklu 8 iddedikat lill-Boddhisattvadevi Tara. L-eqdem tempju fil-pjanura ta' Prambanan, imżejjen b'riljievi mnaqqxin b'mod elaborat.
- Sari. Fl-imgħoddi kien santwarju għall-patrijiet Buddisti. Tempju tas-seklu 8 b'disa' stupi fuq nett u b'żewġ kompartimenti isfel, it-tnejn maħsuba bħala postijiet ta' meditazzjoni għall-patrijiet.
- Sambisari. Tempju tas-seklu 9 skopert fl-1966; fl-imgħoddi kien mirdum taħt 6.5 metri ta' rmied vulkaniku. It-tempju prinċipali fih linga u yoni, u l-ħajt ta' madwaru kien fih ix-xbihat ta' Agastja, Durga u Ganexa.
- Gebang. Tempju Induista żgħir skopert fl-1937 li jinsab qrib it-triq prinċipali tat-Tramuntana ta' Yogyakarta. It-tempju fih l-istatwa ta' Ganexa u t-tinqix interessanti ta' wċuħ fis-sezzjoni tas-saqaf.
- Gana. Fdalijiet ta' tempju b'bosta riljievi u ġebel skolpit. Fih bosta rappreżentazzjonijiet ta' nani gana b'idejhom mgħollijin. Jinsab fil-Lvant mit-tempju ta' Sewu, fin-nofs ta' kumpless ta' abitazzjonijiet. Ilu jiġi rrestawrat mill-1997.
- Kedulan. Tempju Induista skopert fl-1994 taħt erba' metri ta' ramel. L-istil arkitettoniku huwa kemxejn identiku għat-tempju ta' Sambisari fil-qrib.
Gallerija
Gallerija tar-riljievi
- Xbieha ta' Lokapala fit-tempju ta' Xiva
- Xbieha ta' Devata u ta' Apsari
- Ras ta' Kala mnaqqxa f'kantuniera
- Balarama fix-xedaq ta' Kalija.
- Krixna jċarrat riġlejn zijuh il-kiefer, Kamsa.
Gallerija ta' Prambanan
- It-tempju prinċipali ddedikat lil Xiva.
- It-tempju ta' Vixnu.
- It-tempju ta' Braħma.
- It-tempju ta' Nandi.
- Statwa ta' Braħma.
- Statwa ta' Vixnu.
- Statwa ta' Ganexa.
Ara wkoll
Referenzi
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Prambanan Temple Compounds". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-24.
- ^ "Prambanan Temple Complex". web.archive.org. 2011-10-06. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-10-06. Miġbur 2023-05-24.
- ^ "Prambanan Temple Tourism". www.indonesia-tourism.com. Miġbur 2023-05-24.
- ^ "Prambanan | For UNESCO World Heritage Travellers". www.worldheritagesite.org. Miġbur 2023-05-24.
- ^ Tjahjono Prasodjo; Thomas M. Hunter; Véronique Degroot; Cecelia Levin; Alessandra Lopez y Royo; Inajati Adrisijanti; Timbul Haryono; Julianti Lakshmi Parani; Gunadi Kasnowihardjo; Helly Minarti (2013). Magical Prambanan. Yo. p. 22.
- ^ "Alur Sungai Opak di Candi Prambanan Pernah Dibelokkan". Tribunnews.com (bl-Indoneżjan). 2023-05-24. Miġbur 2023-05-24.
- ^ Soetarno, Drs. R. second edition (2002). Aneka Candi Kuno di Indonesia (Ancient Temples in Indonesia), pp. 16. Dahara Prize. Semarang. ISBN 979-501-098-0.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Prambanan, X'inhi Prambanan? Xi tfisser Prambanan?
Prambanan bl Candi Prambanan bil Ġavaniz ꦫꦫꦗ ꦒ b ittri Rumani Rara Jonggrang huwa kumpless ta tempji Induisti tas seklu 9 fir Reġjun Speċjali ta Yogyakarta fin Nofsinhar ta l Indonezja iddedikati lit Trimurti l espressjoni ta alla l ħallieq Braħma il preservatur Vixnu u l qerried Xiva Il kumpless tat tempji jinsab madwar 17 il kilometru 11 il mil fil Grigal tal belt ta Yogyakarta fil konfini bejn il provinċji ta Ġava Ċentrali u ta Yogyakarta Il Kumpless tat Tempji ta Prambanan Il kumpless tat tempji huwa Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO u huwa l ikbar sit ta tempji Induisti fl Indonezja kif ukoll it tieni l ikbar fix Xlokk tal Asja wara Angkor Wat il Kambodja Huwa kkaratterizzat mill arkitettura għolja u ppuntata tiegħu tipika tal arkitettura Induista u mill binja ċentrali għolja 47 metru 154 pied fi ħdan il kumpless il kbir ta tempji individwali Il kumpless tat tempji ta Prambanan oriġinarjament kien jikkonsisti minn 240 struttura ta tempji li jirrapprezentaw il kobor tal arti u tal arkitettura Induista ta Ġava u jitqies ukoll bħala kapulavur tal perjodu klassiku fl Indonezja Prambanan jattira bosta vizitaturi minn madwar id dinja kollha StorjaKostruzzjoni It tempji ta Prambanan huma l ikbar kumpless ta tempji Induisti ta Ġava tal qedem u l ewwel binja tlestiet f nofs is seklu 9 X aktarx li l kostruzzjoni nbdiet minn u l istruttura ġiet inawgurata mis suċċessur tiegħu r Re Lokapala Xi storiċi li jaqblu mat teorija tad dinastija doppja jissuġġerixxu li l kostruzzjoni ta Prambanan x aktarx li kienet maħsuba bħala t tweġiba Induista tad dinastija Sanjaya għat tempji Buddisti tad dinastija Sailendra fil qrib Borobudur u u kienet maħsuba biex timmarka r ritorn tad dinastija Sanjaya Induista fil poter fil Ġava Ċentrali wara kwazi seklu ta dominju tad dinastija Sailendra Buddista Minkejja dan il kostruzzjoni ta dan il kumpless enormi ta tempji Induisti rrapprezenta bidla fil patroċinju tal qorti ta Mataram mill Buddizmu Maħajana għall Induizmu Xajvita L ewwel tempju li nbena fis sit għall ħabta tat 850 W K minn Rakai Pikatan tkabbar b mod estensiv mir Re Lokapala u minn Balitung Maha Sambu ir re Sanjaya tar Renju Mataram Kitba qasira b zebgħa ħamra bl isem ta pikatan instabet fuq waħda mill qċaċet tal balavostri tat tempju ta Xiva u din tikkonferma li r Re Pikatan kien responsabbli għall bidu tal kostruzzjoni tat tempji Il kumpless tat tempji huwa marbut mal kitba ta Shivagrha tat 856 W K maħruġa mir Re Lokapala li kienet tiddeskrivi kumpless ta tempji ta Xiva simili għal dawk ta Prambanan Skont din il kitba it tempju ta Xiva ġie inawgurat fit 12 ta Novembru 856 Skont din il kitba wkoll it tempju nbena f ġieħ Xiva u l isem oriġinali tiegħu kien Shiva grha id Dar ta Xiva jew Shiva laya ir Renju ta Xiva L istatwa ta Xiva Mahadeva fil garbagriha tat tempju prinċipali Skont il kitba ta Shivagrha twettaq proġett tal ilma pubbliku biex jinbidel il fluss ta xmara qrib it tempju ta Shivagrha waqt il kostruzzjoni tat tempju Ix xmara identifikata bħala x xmara Opak issa tnixxi mit Tramuntana għan Nofsinhar fuq in naħa tal Punent tal kumpless tat tempji ta Prambanan L istoriċi jissuġġerixxu li oriġinarjament ix xmara kellha lilwa iktar lejn il Lvant u din kienet meqjusa wisq qrib it tempju prinċipali L esperti huma tal fehma li x xmara ġiet iddevjata sabiex il kumpless tat tempji jkun protett mill izbroffar ta materjali vulkaniċi lahar mill vulkan Merapi Il proġett twettaq billi x xmara ġiet devjata tul assi tat Tramuntana għan Nofsinhar tul il ħajt ta barra tal kumpless tat tempji ta Shivagrha Fejn qabel kienet tnixxi x xmaraġie mimli bir radam u ġie livellat sabiex jinħoloq spazju usa għat tkabbir tat tempju u spazju għar ringieli ta tempji pervara komplementari Xi arkeologi jipproponu li l istatwa ta Xiva fil garbhagriha kompartiment ċentrali tat tempju prinċipali kienet immudellata fuq ir Re Balitung u kienet isservi bħala turija tal entita divina tiegħu wara l mewt Il kumpless tat tempji tkabbar mir rejiet Mataram suċċessivi fosthom Daksa u Tulodong biz zieda ta mijiet ta tempji pervara madwar it tempju ewlieni It torri prasada prinċipali għoli 47 metru kumpless enormi mdawwar bil ħitan jikkonsisti minn 240 struttura It tempju ta Shivagrha Trimurti kien l ogħla u l iktar wieħed grandjuz ta dak iz zmien Fil fatt il kumpless tat tempji huwa l ikbar kumpless ta tempji Induisti fil Ġava tal qedem u l ebda tempju Ġavaniz ieħor qatt ma qabez l iskala tiegħu Prambanan serva bħala t tempju rjali tar Renju Mataram u l izjed ċerimonji reliġjuzi u sagrifiċċji tal istat saru hemmhekk Fil qofol tar renju l istudjuzi jistmaw li mijiet ta Braħmini bid dixxipli tagħhom kienu jgħixu fi ħdan il ħajt ta barra tal kumpless tat tempji Iċ ċentru urban u l qorti ta Mataram kienu jinsabu fil qrib fl inħawi tal Pjanura ta Prambanan Abbandun Il kumpless tat tempji ta Prambanan bil vulkan Merapi fl isfond Wara li ntuza u tkabbar għal madwar 80 sena it tempji ġew misterjozament abbandunati lejn nofs is seklu 10 Fis snin 30 tas seklu 10 il qorti Ġavaniza ġiet ittrasferita lejn il Lvant ta Ġava minn li stabbilixxa d dinastija Isyana Madankollu mhuwiex ċar x kienet ir raġuni reali wara l abbandun tar renju ta Ġava Ċentrali mir renju Mataram X aktarx li dan seħħ minħabba zbroffar devastanti tal vulkan Merapi li jinsab madwar 25 kilometru fit Tramuntana ta Prambanan jew minħabba xi taqbida għall poter Dak l avveniment immarka l bidu tad deklin tat tempji peress li wara ftit ġew abbandunati u bdew jiddeterjoraw It tempji waqgħu għalkollox waqt terremot kbir fis seklu 16 Għalkemm il kumpless tat tempji ma baqgħux ċentru importanti ta qima il fdalijiet madwar l inħawi kienu għadhom jintgħarfu u baqgħu magħrufa fost il popli Ġavanizi lokali iktar il quddiem L istatwi u l fdalijiet saru t tema u l ispirazzjoni għal leġġenda ta Rara Jonggrang Il popli Ġavanizi lokali fil villaġġi tal madwar kienu jafu bil fdalijiet tat tempji qabel l iskoperta mill ġdid formali izda ma kienu jafu xejn dwar l isfond storiku tagħhom liema renji kienu qed jirrenjaw jew liema rejiet ikkummissjonaw il kostruzzjoni tal monumenti B hekk il popli lokali ħarġu bi ħrejjef u b leġġendi biex jispjegaw l oriġini tat tempji b sensiela ta miti ta ġganti u prinċipessa misħuta Huma hemzu oriġini tal għaġeb għal Prambanan u għal Sewu kien jingħad fil leġġenda ta Rara Jonggrang li dawn inħolqu minn għadd ta xjaten skont l ordnijiet ta Bandung Bondowoso Skoperta mill ġdid Litografija tal fdalijiet ta Prambanan fl 1852 Fl 1733 impjegat tal VOC ipprovda l ewwel rapport dwar it tempji ta Prambanan fil ġurnal tiegħu Lons kien qed jeskorta lil kummissarju tal VOC tal Grigal tal kosta ta Ġava għal Kartasura li dak iz zmien kienet il belt kapitali ta Mataram renju Ġavaniz lokali setgħan Matul is soġġorn tiegħu f Ġava Ċentrali huwa kellu l opportunita li jzur il fdalijiet tat tempji ta Prambanan li ddeskriva bħala tempji Braħmini li jixbħu muntanji tal ġebel Wara d divizjoni tas Sultanat ta Mataram fl 1755 il fdalijiet tat tempji u x xmara Opak intuzaw għad demarkazzjoni tal konfini bejn is Sultanati ta Yogyakarta u ta Surakarta li ġiet adottata bħala l konfini attwali bejn Yogyakarta u l provinċja ta Ġava Ċentrali Il fdalijiet tat tempju ta Xiva tal kumpless ta Prambanan għall ħabta tal 1895 It tempju attira l attenzjoni internazzjonali fil bidu tas seklu 19 Fl 1803 il Gvernatur tal kosta tal Grigal ta Ġava għamel waqfa f Prambanan matul iz zjarat uffiċjali tiegħu lir rejiet ta Ġava Pakubuwana IV ta Surakarta u Hamengkubuwana II ta Yogyakarta Huwa baqa impressjonat bil fdalijiet tat tempji u fl 1805 ikkummissjona lil H C Cornelius inġinier stazzjonat f Klaten biex jikklerja s sit mill veġetazzjoni u mir radam ikejjel iz zona u jagħmel tpinġijiet tat tempju Dan kien l ewwel sforz li jsir studju u restawr tat tempji ta Prambanan Fl 1811 matul l okkupazzjoni Brittanika qasira tal Indji tal Lvant Olandizi Colin Mackenzie surveyor imqabbad minn Sir inzerta t tempji b kumbinazzjoni Għalkemm Sir Thomas sussegwentement ikkummissjona stħarriġ sħiħ tal fdalijiet dawn baqgħu mitlaq għal deċennji sħaħ Ir residenti Olandizi ġarrew skulturi magħhom bħala ornamenti għall ġonna u r residenti nattivi uzaw il ġebel tal pedamenti bħala materjal għall kostruzzjoni Skavi ta nofs kedda mill arkeologi tas snin 80 tas seklu 19 komplew jiffaċilitaw is serq mis sit u għadd ta skulturi tat tempji ttieħdu fil kollezzjonijiet privati Rikostruzzjoni Restawr tat tempju ta Xiva fil kumpless ta Prambanan fi Frar 1940 Fl 1918 il gvern kolonjali Olandiz beda r rikostruzzjoni tal kumpless u r restawr veru u proprju beda biss fl 1930 Minħabba l kobor enormi tas sit u l għadd kbir ta tempji l isforzi ta restawr għadhom għaddejin sa llum il ġurnata Sas snin 30 tas seklu 20 il proġett tar rikostruzzjoni tas Servizz Arkeoloġiku tal Indji tal Lvant Olandizi wassal għar restawr ta zewġ tempji apit laterali fil bitħa ċentrali u ta zewġ tempji pervara anċillari izgħar Fir rikostruzzjoni ntuza l metodu tal anastilozi fejn il fdalijiet tat tempji ġew irrestawrati bl uzu ta blokok tal ġebel oriġinali kemm jista jkun L isforzi ta restawr kienu mxekkla mill krizi ekonomika fis snin 30 tas seklu 20 u finalment waqfu għalkollox minħabba li faqqgħet it Tieni Gwerra Dinjija fil Paċifiku 1942 1945 u wara r Rivoluzzjoni Nazzjonali Indonezjana 1945 1949 Wara l gwerra ir rikostruzzjoni tat tempji tkompliet fl 1949 minkejja li l biċċa l kbira tat tpinġijiet tekniċi u tar ritratti ġarrbu l ħsarat jew intilfu waqt il gwerra Ir rikostruzzjoni tat tempju prinċipali ta Xiva tlestiet fl 1953 u ġiet inawgurata mill ewwel President tal Indonezja Karta tal flus Indonezjana ta 5 rupiah tal 1957 bit tempju Apit fit Tramuntana tal kumpless ta Prambanan Il gvern Indonezjan kompla l isforz ta rikostruzzjoni biex il kumpless tat tempji jitlesta It tempju ta Braħma ġie rikostruwit bejn l 1978 u l 1987 filwaqt li t tempju ta Vixnu ġie rikostruwit bejn l 1982 u l 1991 It tempji ta Vaħana tar ringieli tal Lvant u xi santwarji izgħar tlestew mill 1991 sal 1993 B hekk sal 1993 it tempji prinċipali għoljin kollha taz zona ċentrali ta Prambanan ġew rikostruwiti u tlestew filwaqt li ġew inawgurati mill President Suharto flimkien mal inawgurazzjoni tat tempju ċentrali tal kumpless ta Sewu Peress li l biċċa l kbira tal iskulturi tal ġebel oriġinali kienu nsterqu u ntuzaw mill ġdid f siti tal kostruzzjoni remoti ir restawr ġie mxekkel sew Minħabba l iskala tal kumpless tat tempji il gvern iddeċieda li jerġa jibni s santwarji biss jekk mill inqas 75 tal komponenti oriġinali kienu disponibbli f konformita mad dixxiplina tal anastilozi Ir rikostruzzjoni għadha għaddejja sa llum il ġurnata bi sforzi issa ffukati fuq it tempji pervara anċillari tal kumpless estern Tempju pervara tan naħa tal Lvant fit tieni ringiela in nru 35 tlesta f Diċembru 2017 Sa Frar 2023 mill 224 tempju pervara oriġinali sitta biss minnhom ġew rikostruwiti kompletament erba fuq in naħa tal Lvant wieħed fuq in naħa tan Nofsinhar u wieħed fin naħa tat Tramuntana Tnejn mit tempji pervara wieħed fil kantuniera b portiċi doppji fil Grigal u tempju pervara fil Lvant ġew rikostruwiti matul l era kolonjali tal Indji tal Lvant Olandizi għall ħabta tas snin 30 tas seklu 20 L erba tempji pervara l oħra tlestew fl 2015 fl 2017 fl 2019 u fl 2021 rispettivament Il biċċa l kbira tas santwarji iz zgħar jaslu biss sal pedamenti tagħhom Ir restawr tat tempji pervara se jsir fi stadji Li kieku l 224 tempju pervara kellhom jiġu rrestawrati kompletament ikun hemm bzonn mill inqas 200 sena peress li r rikostruzzjoni bl anastilozi ta tempju pervara ddum minn tmien xhur sa 12 il xahar biex titlesta Fil bidu tas snin 90 tas seklu 20 il gvern neħħa s suq li kien beda jarma qrib it tempju u zviluppa mill ġdid il villaġġi tal madwar u l għelieqi tar ross bħala park arkeoloġiku Il park ikopri zona kbira mit triq prinċipali ta Yogyakarta Solo fin Nofsinhar li tinkludi l kumpless kollu ta Prambanan il fdalijiet tat tempji ta Lumbung u Bubrah u saħansitra sal kumpless tat tempji ta Sewu fit Tramuntana Fl 1992 il gvern Indonezjan ħoloq Impriza Limitata b Sjieda Statali Persero imsejħa PT Taman Wisata Candi Borobudur Prambanan dan Ratu Boko Din l impriza hija l awtorita responsabbli wkoll għall ġestjoni tal park ta Borobudur Prambanan Ratu Boko u r reġjun tal madwar Prambanan huwa fost l izjed attrazzjonijiet turistiċi vizitati fl Indonezja Il pjattaformi fil beraħ u fuq ġewwa ta Trimurti fuq in naħa tal Punent tat tempju fuq in naħa l oħra tax xmara Opak inbnew biex jittellgħu l ispettakli taz zfin klassiku tal ġrajja epika tradizzjonali tar Ramayana Din iz zifna Ġavaniza tradizzjonali hija z zifna antika tal qorti Ġavaniza Mis snin 60 tas seklu 20 baqgħet issir kull lejla bil qamar kwinta fit tempji ta Prambanan Minn dak iz zmien l hawn il kumpless tat tempji ta Prambanan sar fost l izjed attrazzjonijiet arkeoloġiċi u kulturali fl Indonezja Avvenimenti kontemporanji Veduta ta Prambanan billejl Mir rikostruzzjoni tat tempji prinċipali fis snin 90 tas seklu 20 il kumpless ta Prambanan reġa ġie meqjus bħala ċentru reliġjuz importanti għar ritwali u għaċ ċerimonji Induisti f Ġava Il komunitajiet Induisti ta u ta Ġava f Yogyakarta u f Ġava Ċentrali reġgħu qanqlu l prattiki tagħhom u kull sena jwettqu ċ ċerimonji sagri tagħhom f Prambanan fosthom il Galungan it Tawur Kesanga u n Nyepi It tempju ġarrab xi ħsarat fit terremot ta Yogyakarta fl 2006 Xi ritratti bikrin issuġġerew li għalkemm il kumpless kien intatt strutturalment il ħsara kienet sinifikanti Biċċiet kbar tal ġebel inkluz xi ġebel bit tinqix ġew sparpaljati mal art It tempju ngħalaq għall vizitaturi sa ma saret valutazzjoni sħiħa tal ħsarat Eventwalment il kap tal Aġenzija tal Konservazzjoni Arkeoloġika ta Yogyakarta ddikjara li kienu meħtieġa xhur sabiex jiġu identifikati l ħsarat kollha Minkejja dan xi ġimgħat wara fl 2006 is sit reġa nfetaħ għall vizitaturi Pinnaklu mwaqqa wara l ħsarat li ġarrab il kumpless tat tempji ta Prambanan Hemm interess kbir fis sit Fl 2008 856 029 vizitatur Indonezjan u 114 951 vizitatur barrani zaru l kumpless tat tempji ta Prambanan Fis 6 ta Jannar 2009 ir rikostruzzjoni tat tempju ta Nandi tlestiet Mill 2009 il biċċa l kbira tat tempji minn ġewwa baqgħu mhux aċċessibbli minħabba raġunijiet ta sikurezza Fl 14 ta Frar 2014 l attrazzjonijiet turistiċi ewlenin f Yogyakarta u f Ġava Ċentrali inkluz Borobudur Prambanan u Ratu Boko ingħalqu għall vizitaturi wara li ġew affettwati ferm mill irmied vulkaniku meta zbroffa l vulkan Kelud fil Lvant ta Ġava madwar 200 kilometru fil Lvant ta Yogyakarta Il vulkan Kelud zbroffa fit 13 ta Frar 2014 u nstemgħu spluzjonijiet saħansitra sa Yogyakarta Erba snin qabel Prambanan ħelisha mill irmied vulkaniku tal izbroffar tal vulkan Merapi tal 2010 peress li r riħ kien qed jonfoħ lejn il Punent u affettwa lil Borobudur minflok Fl 2012 il Balai Pelestarian Peninggalan Purbakala Jawa Tengah BP3 jew l Awtorita tal Preservazzjoni tal Wirt ta Ġava Ċentrali ssuġġerew li z zona f Prambanan u fil qrib kellhom tiġi ttrattati bħala santwarju Iz zona proposta tinsab fil Pjanura ta Prambanan fiha 30 kilometru kwadru fid distretti ta Sleman u ta Klaten u tinkludi t tempji ewlenin fl inħawi bħal Prambanan Ratu Boko Kalasan Sari u Plaosan Iz zona tas santwarju hija ppjanata li tiġi ttrattata b mod simili għaz zona arkeoloġika ta Angkor Wat fil Kambodja li tfisser li l gvern ma għandux jibqa jagħti permessi għall kostruzzjoni ta binjiet ġodda speċjalment binjiet b bosta sulari kif ukoll it torrijiet BTS fiz zona B hekk din iz zona suppost tibqa mħarsa minn kwalunkwe ostruzzjoni viziva moderna ta lukandi ristoranti kif ukoll binjiet u negozji relatati mat turizmu Ċerimonja tradizzjonali Ġavaniza li ssir qrib il kumpless tat tempji ta Prambanan Mid 9 sat 12 ta Novembru 2019 iċ ċerimonja sagra grandjuza tal Abhiṣeka kienet issir fil kumpless tat tempji Dan ir ritwal Induista sar għall ewwel wara 1 163 sena li t tempji ta Prambanan ġew stabbiliti fit 856 W K Iċ ċerimonja tal Abhiṣeka kienet maħsuba biex tbaħħar tqaddes u tippurifika t tempji u b hekk it tempji minħabba f hekk ma kinux biss sit arkeoloġiku u turistiku izda ġew irrestawrati għall funzjoni oriġinali tagħhom bħala ċentru tal attivita reliġjuza Induista L Induisti Indonezjani jemmnu li din iċ ċerimonja tal Abhiṣeka mmarkat punt ta zvolta għall konsagrazzjoni mill ġdid tas sit u għat tqanqil mill ġdid tal enerġija spiritwali tat tempji ta Prambanan Sit ta Wirt DinjiIl Kumpless tat Tempji ta Prambanan ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1991 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem Kumpless tat tempjuTpinġija trasversali tar rikostruzzjoni tal kumpless tat tempji ta Prambanan b erba ringieli ta tempji pervara madwar it tliet tempji ċentrali Mappa tal kumpless tat tempji ta Prambanan li turi l konfigurazzjoni konċentrika tal mandala Oriġinarjament kien hemm total ta 240 tempju fil kumpless ta Prambanan Il Kumpless tat Tempji ta Prambanan kien jikkonsisti minn 3 Tempji ta Trimurti tliet tempji prinċipali ddedikati lil Vixnu Xiva u Braħma 3 Tempji ta Vaħana tliet tempji quddiem it tempji ta Trimurti ddeddikati lill vaħana tal allat Garuda Nandi u Hamsa 2 Tempji Apit zewġ tempji laterali li jinsabu bejn ir ringieli ta tempji ta Trimurti u ta Vaħana fit Tramuntana u fin Nofsinhar 4 Tempji ta Kelir erba santwarji zgħar li jinsabu fl erba punti kardinali lil hinn mill erba daħliet prinċipali taz zona ta ġewwa 4 Tempji ta Patok erba santwarji zgħar li jinsabu fl erba kantunieri taz zona ta ġewwa 224 Tempu Pervara mijiet ta tempji rranġati f ringieli kwadri konċentriċi l għadd ta tempji mir ringiela ta ġewwa għal dik ta barra huwa 44 52 60 u 68 Il kumpless tat tempji ta Prambanan huwa magħruf ukoll bħala l kumpless ta Rara Jonggrang għal leġġenda popolari ta Rara Jonggrang Fl imgħoddi kien hemm 240 tempju f dan il kumpless ta tempji ta Xiva kbar jew zgħar Illum il ġurnata it tmien tempji prinċipali u t tmien santwarji zgħar fiz zona ta ġewwa huma kollha rikostruwiti izda sitta biss mill 224 tempju pervara ġew rinnovati Il maġġoranza tagħhom iddeterjoraw li fadal hu għadd ta ġebel sparpaljati Il kumpless tat tempji ta Prambanan jikkonsisti minn tliet zoni l ewwel iz zona ta barra it tieni z zona tan nofs li fiha mijiet ta tempji zgħar u t tielet iz zona ta ġewwa l izjed zona sagra li fiha tmien tempji prinċipali u tmien santwarji zgħar Mudell arkitettoniku tal kumpless tat tempji ta Prambanan oriġinarjament kien hemm 240 tempju f dan il kumpless Il kumpless tat tempji Induisti fi Prambanan huwa msejjes fuq pjanta kwadra b total ta tliet zoni u kull waħda hija mdawra b erba ħitan b erba daħliet kbar Iz zona ta barra hija spazju kbir immarkat b ħajt rettangolari L izjed perimetru ta barra bil ħitan li oriġinarjament kien fih 390 metru fuq kull naħa kien orjentat mill Grigal għal Lbiċ Madankollu għajr għad daħla tan Nofsinhar tiegħu ma tantx fadal wisq minnu fil prezent Il funzjoni oriġinali mhix magħrufa x aktarx li kienet park sagru jew post fejn il patrijiet kienu jgħixu waqt li jistudjaw ashram Il binjiet tal madwar tal kumpless tat tempji nbnew b materjal organiku u b hekk ma hemmx fdalijiet iktar Tempju ta Shiva Iz zona ta ġewwa jew il kumpless ċentrali huwa l iktar wieħed sagru mit tliet zoni Hija pjattaforma kwadra olzata permezz ta ħajt kwadru tal ġebel b daħliet tal ġebel fuq kull wieħed mill punti kardinali L izjed kumpless sagru huwa magħmul minn tmien santwarji jew candi prinċipali It tliet santwarji prinċipali ta Trimurti it tliet forom huma ddedikati lil tliet allat Braħma il ħallieq Vixnu il preservatur u Xiva l qerried Is santwarju prinċipali ddedikat lil Xiva It tempju ta Xiva huwa l itwal u l ikbar struttura fil kumpless ta Rara Jonggrang huwa twil 47 metru u wiesa 34 metru It taraġ prinċipali jinsab fuq in naħa tal Lvant Maġenb id daħla tal Lvant tat tempju ta Xiva hemm zewġ santwarji zgħar iddedikati lill allat gwardjani Mahakala u Nandhisvara Madwar it tempju ta Xiva hemm bosta galleriji mzejna bil bassoriljievi li jirrakkontaw il ġrajja tar Ramayana mnaqqxa fuq il ħitan ta ġewwa tal balavostri Sabiex isegwu l ġrajja bir reqqa il vizitaturi jridu jidħlu min naħa tal Lvant u jibdew jagħmlu jsewgwu l pradakshina jew iduru fid direzzjoni tal arloġġ Il bassoriljievi tar Ramayana jibqa sejrin sal galleriji tat tempju ta Braħma L istatwa ta Durga Mahisasuramardini fiċ ċella tat Tramuntana tat tempju ta Xiva Is santwarju ta Xiva jinsab fiċ ċentru u fih ħames kompartimenti erba kompartimenti zgħar f kull punt kardinali u wieħed prinċipali ikbar fil parti ċentrali tat tempju Il kompartiment tal Lvant jikkollega l kompartiment ċentrali li jospita l ikbar murti fil kumpless ta Prambanan statwa għolja tliet metri ta Xiva Maħadeva l alla suprem L istatwa għandha l Lakcana attributi jew simboli ta Xiva bħall kranju u l minġell fil kuruna u t tielet għajn fuq moħħha għandha wkoll erba dirgħajn bis simboli ta Xiva fl idejn aksamala zibeġ tat talb chamara għodda li biha jinqatel id dubbien u trisula trident Xi storiċi jemmnu li x xbieha ta Xiva Maħadeva kienet maħsuba biex tippersonifika lir re Balitung bħala l inkarnazzjoni mill ġdid ta Xiva Għalhekk meta miet inbena tempju biex jiġi kkommemorat bħala Xiva L istatwa ta Xiva tinsab bilwieqfa fuq pjattaforma tal lotus fuq pedestall Yoni bi sriep Naga mnaqqxa fuq in naħa tat Tramuntana tal pedestall It tliet kompartimenti z zgħar l oħra fihom statwi ta allat Induisti relatati ma Xiva il konsorti tiegħu Durga ir rishi Agastya u Ganexa ibnu Statwa ta Agastja tinsab fil kompartiment tan Nofsinhar il kompartiment tal Punent fih statwa ta Ganexa filwaqt li l kompartiment tat Tramuntana fih statwa ta Durga Mahisasuramardini fejn Durga tidher bħala l qattiela tax xitan b għamla ta barri Is santwarju ta Durga jissejjaħ ukoll it tempju ta Rara Jonggrang tfisser verġni rqiqa bil Ġavaniz għal leġġenda Ġavaniza tal prinċipessa ta Rara Jonggrang Tempji ta Braħma u Vixnu Iz zewġ santwarji prinċipali l oħra huma dawk ta Vixnu fit Tramuntana tas santwarju ta Xiva u dak ta Braħma fin Nofsinhar Iz zewġ tempji jħarsu lejn il Lvant u t tnejn li huma għandhom sala kbira waħda ddedikata lill allat rispettivi it tempju ta Braħma fih l istatwa ta Braħma u t tempju ta Vixnu fih l istatwa ta Vixnu It tempji ta Braħma u ta Vixnu huma wesgħin 20 metru u għoljin 33 metru Tempji ta Vaħana Statwa ta barri fit tempju ta Nandi jew it tempju ċentrali ta Vaħana It tliet santwarji l oħra quddiem it tliet tempji prinċipali huma ddedikati lill vetturi vaħana tal allat rispettivi il barri Nandi għal Xiva iċ ċinju sagru Hamsa għal Braħma u t tajra ta Vixnu Garuda Ezatt quddiem it tempju ta Xiva hemm it tempju ta Nandi li fih statwa tal barri Nandi Maġenbha hemm statwi oħra wkoll l istatwa ta Ċandra l alla tal qamar u ta Surja l alla tax xemx Ċandra jidher bilwieqfa fuq il karru tiegħu miġbud minn għaxar zwiemel l istatwa ta Surja tinsab ukoll bilwieqfa fuq karru izda miġbud minn seba zwiemel Faċċata tat tempju ta Braħma hemm it tempju ta Hamsa jew ta Angsa Il kompartiment ta dan it tempju ma fih l ebda statwa izda x aktarx li xi darba kien hemm statwa taċ ċinju sagru Quddiem it tempju ta Vixnu hemm it tempju ddeddikat lil Garuda Madankollu bħat tempju ta Hamsa it tempju ta Garuda ma fih l ebda statwa għalkemm x aktarx xi darba kellu l istatwa ta Garuda L alla Garuda għandu rwol importanti għall Indonezja huwa s simbolu nazzjonali tal Indonezja u huwa wkoll l isem tal linja tal ajru ta Garuda Indonesia Tempji Apit u santwarji izgħar Tempju Apit rikostruwit għall ħabta tas snin 30 tas seklu 20 Bejn dawn ir ringieli tat tempju prinċipali fit Tramuntana u fin Nofsinhar hemm zewġ tempji Candi Apit Apit bil Ġavaniz tfisser laterali b referenza għall pozizzjoni taz zewġ tempji maġenb il bitħa interna fit Tramuntana u fin Nofsinhar Il kompartiment fi ħdan it tempji Apit issa huwa vojt Mhuwiex ċar għal liema divinitajiet kienu setgħu kienu ddedikati dawn it tempji Apit Madankollu meta wieħed jezamina l bassoriljievi fuq il ħajt ta barra tat tempju Apit tan Nofsinhar hemm divinita femminili x aktarx Sarasvati ix Shakti konsorti ta Braħma Meta wieħed iqis il panteon Induist irrapprezentat fit tempji ta Prambanan jista jkun li t tempju Apit tan Nofsinhar kien iddedikat lil Sarasvati filwaqt li t tempju Apit tat Tramuntana kien iddedikat lil Lakxmi Apparti dawn it tmien tempji prinċipali hemm ukoll tmien santwarji izgħar erba Candi Kelir fl erba punti kardinali tad daħliet u erba Candi Patok fl erba kantunieri taz zona ta ġewwa Kelir bil Ġavaniz tfisser ħajt divizorju speċjalment b referenza għall wayang kulit il ħajt divizorju tad drapp Tirreferi għal struttura li timblokka d dħul kardinali prinċipali tal gopura Hija simili għall aling aling fl arkitettura ta Bali Patok bil Ġavaniz tfisser labbra tal inxir b referenza għall pozizzjoni tas santwarji minxura fl erba kantunieri tal kumpless intern Tempji Pervara Tempju pervara fil Majjistral b portiċi doppji rikostruwit għall ħabta tas snin 30 ta seklu 20 Iz zewġ perimetri mdawra bil ħitan madwar iz zewġ btieħi interni huma orjentati lejn l erba punti kardinali Il perimetru mdawwar bil ħitan tat tieni bitħa ta 225 metru kull naħa jinsab madwar zona mtarrġa magħmula minn erba ringieli ta 44 52 60 u 68 tempju pervara Rispettivament kull tempju huwa għoli 14 il metru b bazi ta 6 6 metri b total ta 224 struttura Is sittax il tempju li jinsabu fil kantunieri tar ringieli huma orjentati lejn zewġ direzzjonijiet il 208 struttura l oħra jagħtu lejn waħda mill erba punti kardinali Iz zona ta nofs tikkonsisti minn erba ringieli ta 224 santwarju zgħir individwali Hemm ammont kbir minn dawn it tempji izda l biċċa l kbira minnhom jinsabu fi stat ta fdalijiet u ftit minnhom biss ġew rikostruwiti Dawn ir ringieli konċentriċi ta tempji nbnew b disinn identiku b turġien u b portiċi jħarsu l barra bl eċċezzjoni tat tempji pervara tal kantunieri li għandhom zewġ portiċi Kull ringiela lejn iċ ċentru hija kemxejn olzata Dawn is santwarji jissejħu Candi Perwara fit tempji pervara jew Indonezjani jiġifieri tempji anċillari jew komplementari li kienu binjiet addizzjonali tat tempju prinċipali Uħud kienu jemmnu li kienu jiġu offerti mill mexxejja u min nobbli reġjonali lir re bħala sinjal ta sottomissjoni It tempji pervara huma rranġati f erba ringieli madwar it tempji ċentrali Uħud kienu jemmnu li dan l arranġament kellu x jaqsam mal erba kasti skont il klassifikazzjoni tal kasti tan nies li kienu jitħallew jidħlu fihom ir ringiela l iktar qrib il kumpless ċentrali kienet aċċessibbli għall patrijiet biss filwaqt li t tlieta l oħra kienu rrizervati għan nobbli għall kavallieri u għan nies sempliċi rispettivament Filwaqt li oħrajn kienu jemmnu li l erba ringieli tat tempju pervara ma kellhom x jaqsmu xejn mal erba kasti izda kienu sempliċement post ta meditazzjoni għall patrijiet u bħala post ta qima għad devoti Daħla paduraksa fit Tramuntana taz zona ta ġewwa tal kumpless Daħliet u ħitan Il biċċa l kbira tal ħitan tal perimetru u tad daħliet gapura madwar il kumpless estern huma neqsin u għad fadal biss traċċi tal pedamenti tal ħitan Il ħitan u d daħliet li jiddemarkaw il kumpless tan nofs li fihom ir ringieli tat tempji pervara fil biċċa l kbira tagħhom għebu wkoll bl eċċezzjoni tad daħla tan Nofsinhar li ġiet rikostruwita b suċċess Id daħliet paduraksa fil kumpless intern fil biċċa l kbira huma rikostruwiti jiġifieri d daħliet paduraksa tan Nofsinhar tal Punent u tat Tramuntana bl eċċezzjoni biss tad daħla tal Lvant li għadha ma ġietx rikostruwita ArkitetturaImmaġni trasversali tat tempju ta Xiva L arkitettura tat tempji ta Prambanan isegwu t tradizzjonijiet arkitettoniċi Induisti tipiċi bbazati fuq il Vastu Shastra Id disinn tat tempji kien jinkorpora arranġamenti f għamla ta mandala kif ukoll spieri tipikament għoljin tat tempji Induisti Oriġinarjament it tempji ta Prambanan kienu msejħa Shivagrha u kienu ddedikati lill alla Xiva It tempji kienu ddisinjati fuq ix xbieha ta Meru il muntanja sagra fejn kienu jemmnu li kienu jgħammru l allat Induisti u l post fejn kien jgħammar Xiva Il kumpless kollu tat tempji huwa mudell tal univers Induista skont il kozmoloġija Induista u s saffi ta Loka Bħal Borobudur it tempji ta Prambanan jirrikonoxxu wkoll il ġerarkija taz zoni tat tempji kienu jvarjaw mill inqas sagri għall izjed sagri Kull kunċett Induista u Buddista għandu t termini tiegħu izda essenzjalment il kunċetti huma identiċi Kemm il pjanta tas sit tal kumpless orizzontalment kif ukoll l istruttura tat tempji vertikalment jikkonsistu minn tliet zoni Bhurloka fil Buddizmu Kamadhatu l inqas tempji sagri tal mortali komuni il bnedmin l annimali kif ukoll ix xjaten Hawnhekk il bnedmin ikunu għadhom maħkuma miz zina mix xewqat u mill imġiba mhux sagra tal ħajja Il bitħa esterna u l bazi ta kull tempju jissimbolizzaw il bhurloka Bhuvarloka fil Buddizmu Rupadhatu it tempji nofsana tan nies sagri bejn l inqas u l izjed tempji sagri okkupati mir rishi l axxetiċi u l allat inferjuri Hawnhekk in nies jibdew jaraw id dawl tal verita Il bitħa nofsanija u l korp ta kull tempju jissimbolizzaw il bhuvarloka Svarloka fil Buddizmu Arupadhatu l izjed tempji għoljin u sagri irrizervati għall allat Dawn huma magħrufa wkoll bħala svargaloka Il bitħa interna u s saqaf ta kull tempju jissimbolizzaw is svarloka Is soqfa tat tempji ta Prambanan huma mzejna u inkurunati bir ratna bis Sanskritu ġojjell u l għamla tar Ratna ta Prambanan ħadet l għamla alterata tal vajra li tirrapprezenta d djamanti Fl arkitettura antika tat tempji ta Ġava Ratna hija l kontroparti Induista tal istupa Buddista u kienet isservi bħala l pinnaklu tat tempju Hemm iktar minn 140 tempju intern flimkien ma 30 tempju prinċipali Matul ir restawr ġie skopert bir li fih pripih senduq tal ġebel taħt iċ ċentru tat tempju ta Xiva It tempju prinċipali għandu bir fond 5 75 metri u fih instab senduq tal ġebel fuq munzell karbonju ħamrija u fdalijiet ta għadam maħruq tal annimali Hemmhekk instabu folji tad deheb bil kitba ta Varuna l alla tal baħar u ta Parvata l alla tal muntanji Is senduq tal ġebel kien fih folji tar ram karbonju ħamrija irmied 20 munita ġojjelli biċċiet tal folji tad deheb u tal fidda qxur tal baħar u 12 il folja tad deheb li kienu maqtugħin f għamla ta fekruna tal baħar serp Naga padma artal u bajda RiljieviRamajana u Bagavata Purana Bassoriljiev ta Ravana jaħtaf lil Sita filwaqt li l Jatayu fuq ix xellug jippruvaw jgħinuha It tempju huwa mzejjen b panewijiet ta bassoriljievi li jirrakkontaw il ġrajja epika Induista tar Ramayana u tal Bhagavata Purana Il panewijiet ġew imnaqqxa tul il ħajt ta ġewwa bil balavostri tal gallerija madwar it tliet tempji prinċipali Il panewijiet mal balavostri jinqraw mix xellug għal lemin Il ġrajja tibda mid daħla tal Lvant fejn il vizitaturi jduru lejn ix xellug u jimxu madwar il gallerija tat tempji fid direzzjoni tal arloġġ Dan jikkonforma mal pradaksina ir ritwal li jsir mill pellegrini li jduru fid direzzjoni tal arloġġ u jzommu s santwarju dejjem fuq il lemin tagħhom Il ġrajja tar Ramayana tibda mal balavostri tat tempju ta Xiva u tkompli fit tempju ta Braħma Mal balavostri fit tempju ta Vixnu hemm sensiela ta panewijiet bil bassoriljievi li juru l ġrajjiet ta Krixna mill Bhagavata Purana Il bassoriljievi tar Ramayana juru kif Sita il mara ta Rama tinħataf minn Ravana Ir re xadina Ħanuman jiġi bl armata tiegħu biex jgħin lil Rama u jsalva lil Sita Din il ġrajja tintwera wkoll permezz taz zfin klassiku tar Ramayana li jsir regolarment kull qamar kwinta fit teatru fil beraħ tat Trimurti fuq in naħa tal Punent tal kumpless imdawwal ta Prambanan Lokapali Braħmini u Devati Fuq in naħa l oħra tal panewijiet bil bassoriljievi il ħajt tat tempji tul il galleriji kien imzejjen bi statwi u b riljievi ta devati u ta għorrief Braħmini Il figuri tal lokapali il gwardjani ċelestjali tal punti kardinali jinstabu fit tempju ta Xiva L edituri għorrief Braħmini ta veda ġew imnaqqxa mal ħajt tat tempju ta Braħma filwaqt li fit tempju ta Vixnu maġenb id devati divini maskili hemm zewġ apsari femminili Iljun f niċċa b zewġ siġar kalpataru fuq kull naħa tiegħu flimkien ma par tof kinnaras jew annimali Panew ta Prambanan Iljun u Kalpataru Il ħajt estern inferjuri ta dawn it tempji ġie mzejjen b ringiela ta niċeċ zgħar bi xbieha ta sinha iljun u b zewġ panewijiet bis siġar kalpataru kalpavriksha Maġenb dawn is siġriet sagri tat twettiq tax xewqat skont it twemmin Induista Buddista hemm kinnaras jew annimali fuq kull naħa fosthom par għasafar ċrievi nagħaġ xadini zwiemel iljunfanti eċċ Id disinn ta ljun f niċċa maġenb is siġar kalpataru huwa tipiku fil kumpless tat tempji ta Prambanan u għaldaqstant jissejjaħ panew ta Prambanan Leġġenda ta Rara JonggrangIl bosta tempji sparpaljati ta Prambanan ispiraw il leġġenda lokali ta Rara Jonggrang Il leġġenda popolari ta Rara Jonggrang tikkollega s sit tal Palazz ta Ratu Boko l oriġini tal istatwa ta Durga fil kompartiment tat Tramuntana tas santwarju prinċipali mal oriġini tal kumpless tat tempji ta Sewu fil qrib Il leġġenda tirrakkonta l ġrajja tal Prinċep Bandung Bondowoso li sar iħobb lill Prinċipessa Rara Jonggrang bint ir Re Boko Izda l prinċipessa rrifjutat il proposta taz zwieġ tiegħu minħabba li Bandung Bondowoso kien qatel lir Re Boko u rrenja fuq ir renju tagħha Bandung Bondowoso insista fuq l unjoni tagħhom u finalment Rara Jonggrang ġiet imġegħla taqbel maz zwieġ izda imponiet kundizzjoni impossibbli Bandung kellu jibnilha elf tempju f lejla waħda Il prinċep beda jimmedita u qajjem bosta ħlejqiet sovranaturali minn taħt l art Megħjun minn dawn l ispirti irnexxielu jibni 999 tempju Meta l prinċep kien wasal biex iwettaq il kundizzjoni il prinċipessa qajmet lill qaddejja tal palazz tagħha u ordnat lin nisa tal villaġġ biex jitħnu r ross u jqabbdu n nar fil Lvant tat tempji bħala tentattiv biex il prinċep u l ispirti jemmnu li x xemx kienet waslet biex titla Malli s sriedaq bdew jiddnu imfixkla mid dawl u mill ħsejjes taz zerniq il ħlejqiet sovranaturali ħarbu lura taħt l art Il prinċep inkorla b dan l ingann u bħala tpattija għamel magħmul fuq Rara Jonggrang u bidilha f ġebla Hija saret l aħħar u l isbaħ mill elf statwa tat tempji Skont it tradizzjonijiet l elf tempju mhux komplut mill ispirti sar il kumpless tat tempji ta Sewu fil qrib Sewu tfisser eluf bil Ġavaniz u l Prinċipessa hija x xbieha ta Durga fil kompartiment tat Tramuntana tat tempju ta Xiva f Prambanan li għadha magħrufa bħala Rara Jonggrang jew Xebba Rqiqa Tempji oħra madwar PrambananIt tempji u s siti arkeoloġiċi fil Pjanura ta Prambanan Il Pjanura ta Prambanan hija mifruxa bejn ix xaqlibiet tan Nofsinhar tal vulkan Merapi fit Tramuntana u l katina muntanjuza ta Sewu fin Nofsinhar qrib il fruntiera attwali tal provinċja ta Yogyakarta u d Distrett ta Klaten fil Ġava Ċentrali Apparti l kumpless ta Lara Jonggrang il pjanura il wied u l għoljiet ta Prambanan fil madwar jinsabu wħud mill izjed tempji Buddisti bikrin fl Indonezja Mhux il bogħod mit Tramuntana hemm il fdalijiet tat tempju ta Bubrah it tempju ta Lumbung u t tempju ta Sewu Iktar fil Lvant hemm it tempju ta Plaosan Fil Punent hemm it tempju ta Kalasan u t tempju ta Sari u iktar lejn il Punent hemm it tempju ta Sambisari Fin Nofsinhar il kumpless ta Ratu Boko jinsab fuq art iktar għolja L iskoperti ta siti arkeoloġiċi ftit mili l bogħod minn xulxin jissuġġerixxu li din iz zona kienet ċentru urban reliġjuz politiku u urban importanti It tempju Buddist ta Sewu fi ħdan il park arkeoloġiku ta Prambanan b rabta mal leġġenda lokali ta Loro Jonggrang Fit Tramuntana tal kumpless ta Lara Jongrang Lumbung Għandu stil Buddist u jikkonsisti minn tempju wieħed imdawwar b 16 il tempju izgħar Bubrah Tempju Buddist li ġie rikostruwit bejn l 2011 u l 2017 Sewu Kumpless ta tempji Buddisti iktar antik minn Roro Jonggrang Huwa santwarju prinċipali mdawwar b bosta tempji izgħar Fih statwi ta gwardjani ppreservati tajjeb ħafna hemm repliki tagħhom weqfin fil bitħa ċentrali f Jogja Kraton Morangan Kumpless ta tempji Induisti mirduma diversi metri taħt l irmied vulkaniku jinsab fil Majjistral ta Prambanan Plaosan Tempji Buddisti x aktarx tas seklu 9 Huma maħsuba li nbnew minn re Induista għar reġina Buddista tiegħu Zewġ tempji prinċipali fihom riljievi mill isbaħ ta Boddhisatva u ta Tara kif ukoll ringieli ta stupi rqaq Fin Nofsinhar tal kumpless ta Lara Jongrang Ratu Boko Kumpless ta daħliet iffortifikati vaski u ħajt għoli tal ġebel mad dawra tiegħu kollha fuq il quċċata ta għolja Sajiwan Tempju Buddista mzejjen bil bassoriljievi bil Jataka rigward l edukazzjoni Il bazi u t taraġ huma mzejna bi ġrajjiet tal annimali Banyunibo Tempju Buddista msaqqaf b disinn uniku Barong Kumpless ta tempji Induisti b bitħa mtarrġa kbira tal ġebel li jinsab fuq ix xaqliba ta għolja Ijo Raggruppament ta tempji Induisti qrib il quċċata tal għolja ta Ijo It tempju prinċipali fih lingam u yoni kbar Arca Bugisan Seba statwi ta Buddha u ta Bodhisattva uħud imġarrfin b pozi u b espressjonijiet differenti Fil Punent tal kumpless ta Lara Jongrang Kalasan Tempju Buddist tas seklu 8 iddedikat lill Boddhisattvadevi Tara L eqdem tempju fil pjanura ta Prambanan imzejjen b riljievi mnaqqxin b mod elaborat Sari Fl imgħoddi kien santwarju għall patrijiet Buddisti Tempju tas seklu 8 b disa stupi fuq nett u b zewġ kompartimenti isfel it tnejn maħsuba bħala postijiet ta meditazzjoni għall patrijiet Sambisari Tempju tas seklu 9 skopert fl 1966 fl imgħoddi kien mirdum taħt 6 5 metri ta rmied vulkaniku It tempju prinċipali fih linga u yoni u l ħajt ta madwaru kien fih ix xbihat ta Agastja Durga u Ganexa Gebang Tempju Induista zgħir skopert fl 1937 li jinsab qrib it triq prinċipali tat Tramuntana ta Yogyakarta It tempju fih l istatwa ta Ganexa u t tinqix interessanti ta wċuħ fis sezzjoni tas saqaf Gana Fdalijiet ta tempju b bosta riljievi u ġebel skolpit Fih bosta rapprezentazzjonijiet ta nani gana b idejhom mgħollijin Jinsab fil Lvant mit tempju ta Sewu fin nofs ta kumpless ta abitazzjonijiet Ilu jiġi rrestawrat mill 1997 Kedulan Tempju Induista skopert fl 1994 taħt erba metri ta ramel L istil arkitettoniku huwa kemxejn identiku għat tempju ta Sambisari fil qrib GallerijaGallerija tar riljievi Xbieha ta Lokapala fit tempju ta Xiva Xbieha ta Devata u ta Apsari Ras ta Kala mnaqqxa f kantuniera Balarama fix xedaq ta Kalija Krixna jċarrat riġlejn zijuh il kiefer Kamsa Gallerija ta Prambanan It tempju prinċipali ddedikat lil Xiva It tempju ta Vixnu It tempju ta Braħma It tempju ta Nandi Statwa ta Braħma Statwa ta Vixnu Statwa ta Ganexa Ara wkollBorobudurReferenzi a b ċ Centre UNESCO World Heritage Prambanan Temple Compounds UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 05 24 Prambanan Temple Complex web archive org 2011 10 06 Arkivjat minn l oriġinal fl 2011 10 06 Miġbur 2023 05 24 Prambanan Temple Tourism www indonesia tourism com Miġbur 2023 05 24 Prambanan For UNESCO World Heritage Travellers www worldheritagesite org Miġbur 2023 05 24 Tjahjono Prasodjo Thomas M Hunter Veronique Degroot Cecelia Levin Alessandra Lopez y Royo Inajati Adrisijanti Timbul Haryono Julianti Lakshmi Parani Gunadi Kasnowihardjo Helly Minarti 2013 Magical Prambanan Yo p 22 Alur Sungai Opak di Candi Prambanan Pernah Dibelokkan Tribunnews com bl Indonezjan 2023 05 24 Miġbur 2023 05 24 Soetarno Drs R second edition 2002 Aneka Candi Kuno di Indonesia Ancient Temples in Indonesia pp 16 Dahara Prize Semarang ISBN 979 501 098 0