Magħruf mad dinja kollha bħala l Kurat t Ars San Ġwann Marija Vianney Dardilly Franza 8 Mejju 1786 Ars sur Formans 4 Aww
San Ġwann Marija Vianney

Magħruf mad-dinja kollha bħala l-“Kurat t’Ars”, San Ġwann Marija Vianney (Dardilly, Franza, 8 Mejju 1786 - Ars-sur-Formans, 4 Awwissu 1859) kien kappillan Franċiż meqjum mill-Knisja Kattolika bħala qaddis u l-qaddis patrun tas-saċerdoti.
Tfulija
Bin Mattew u Maria, imwielda Beluse, familja ta' bdiewa, Ġan Battista Marija Vianney kien ir-raba' wild minn sitta, u twieled ftit mili 'l bogħod minn Lyons. Fl-1793, meta Ġan Marija kellu biss sebgħa snin, saċerdot maħrub sab kenn fid-dar tas-Sur Pierre u hemm bil-moħbi beda jagħti servizz reliġjuż lill-Insara tal-madwar. Hawn iċ-ċkejken Ġan Marija beda jagħraf l-importanza u l-bżonn tas-saċerdot fil-komunità. Għaraf id-differenza ta’ qabel meta kienu mingħajr saċerdot u issa li minkejja li fil-moħbi għandhom saċerdot li jista’ jgħinhom fil-prattika reliġjuża tagħhom u jwasslilhom il-kelma ta’ Alla. Kien f’dan iż-żmien li beda jħoss li Alla qiegħed isejjaħlu lilu wkoll għal din il-vokazzjoni hekk nobbli u ta’ servizz għal oħrajn. Ta’ 13-il sena rċieva l-Ewwel Tqarbina bil-moħbi fir-razzett ta’ missieru waqt li l-ħaddiema baqgħu jaħdmu bħas-soltu biex ma jiġbdux l-attenzjoni tal-Awtoritajiet Rivoluzzjonarji.
Fl-1804, meta kellu 18-il sena wera lil missieru x-xewqa li jsir qassis. Sa dan iż-żmien kien jaħdem fir-razzett ta’ missieru. Sentejn wara, beda jattendi skola żgħira li Abbè Balley kien fetaħ għall-abbatini. Fl-1809 ġabruh bil-lieva, iżda wara ftit ħarab.
Diffikultajiet biex isir saċerdot
Ir-Rivoluzzjoni Franċiża ntemmet u ġie ffurmat trattat mal-Knisja. B’hekk il-qassisin reġgħu tħallew iwettqu ħidmiethom fil-beraħ. Ġammari Vianney daħal is-seminarju ta' 27 sena. L-istudju fis-seminarju sabu tqil wisq. Kien isibha diffiċli ħafna li jiftakar dak li kien jistudja. U billi ma setax jaqbad il- ma setax jifhem x’kienu jgħidu l-għalliem jew iwieġeb għall-mistoqsijiet tagħhom.I żda qalb id-diffikultajiet li kellu fl-istudju, kellu devozzjoni kbira lejn il-Verġni Mbierka. Kien jistudja bix-xbieha tal-Madonna quddiemu u b’kunfidenza u b’fidi vera lejha kien jgħidilha: “Għad inġibha żewġ.”
Iżda wara l-ewwel term talbuh jitlaq. Kien imdejjaq u diżappuntat għall-aħħar. Abbè Balley, għenu jkompli jistudja. Imma Vianney weħel fl-eżami ta’ qabel l-ordinazzjoni. Iżda f’eżami privat li sarlu ħareġ car li l-kwalitajiet morali tiegħu kienu jpattu bil-kbar għal kull nuqqas li seta’ kellu fil-memorja jew fil-ħila akkademika. Wieħed mill-eżaminaturi nstema’ jgħid minn taħt l-ilsien, "X’se nagħmlu b’dan il-ħmar?" u Ġann Marija li semgħu qallu li Sansun b’xedaq ta’ ħmar kien qatel elf Filistew, aħseb u ara x’jista’ jagħmel Alla bi ħmar sħiħ! Ġie ordnat qassis nhar it-13 ta’ Diċembru 1815.
Kurat ta' Ars
Tliet snin wara għażluh kurat jew kappillan ta’ Ars, raħal żgħir imwarrab ta' 370 ruħ kollox, fejn iżda l-fama tiegħu ta’ konfessur u direttur tal-erwieħ għamlitu magħruf mad-dinja kollha. Għall-Knisja fi Franza Ars kien qisu s-. Meta bagħtu Ars, il-Vigarju Ġenerali qallu: “Ma tantx hemm imħabba f’dik il-parroċċa - inti trid titfa’ xi ftit fiha.”
Dun Ġanmari bla telf ta’ żmien telaq lejn Ars, post li lanqas biss kien jaf fejn kien jinsab. Wara li staqsa għad-direzzjoni, beda jterraq lejn Ars. Wara mixja twila jilmaħ tfajjel jirgħa n-nagħaġ. Dun Ġannmari ġibdel lejh u xħin laħqu qallu: “Taf fejn jinsab Ars?” “Dażgur li naf,” kien pront wieġbu t-tfajjel. “Jien hemm noqgħod.” “Mela tista’ tgħidli minn fejn ngħaddi biex nasal hemm?” staqsieh il-kurat. It-tfajjel ragħaj, spjegalu bil-qalb kollha liema kienet l-aħjar triq li kellu jieħu sabiex jasal bla dewmien fir-raħal ta’ Ars. Dun Ġanmari, waqt li rringrazzjah, qallu: “Int għidtli kif minn hawn nasal Ars u jekk inti tixtieq jien nurik kif minn Ars tasal il-Ġenna!” Meta tfaċċa quddiemu r-raħal ta’ Ars, il-kurat il-ġdid waqaf għal ftit mumenti jħares lejn dik l-art tal-missjoni l-ġdida. Minnufih huwa niżel għarkopptejh u għal ftit mumenti talab lil Alla, “O Alla għinni f’dan ix-xogħol kbir li għandi li nsalva l-erwieħ ta’ dawk fdati f’idejja.”
X’ħin wasal f’Ars, l-ewwel ma staqsa fejn hi l-knisja. Malli daħal fiha, isib knisja abbandunata - kienet ilha ma tintuża aktar minn sena. Xħin ra s-sitwazzjoni tal-knisja, iddeċieda li immedjatament jirranġaha kif jista’. Fi ftit ħin huwa naddaf u pprepara kif seta’ għall-ewwel quddiesa tiegħu fir-raħal ta’ Ars. Il-qanpiena ċkejkna tal-knisja, wara sena ta’ silenzju bdiet iddoqq biex tagħti l-aħbar li ġie l-kurat il-ġdid u li kien ser ikun hemm quddies mill-ġdid. Iżda meta ħareġ biex iqaddes, ħa l-ikbar qatgħa ta’ ħajtu. Tnejn biss kienu ġew biex jipparteċipaw fil-quddiesa. Seta’ jobsor x’kien ġara. Wara sena bla kurat, il-qalb tal-poplu kienet birdet u drat bla prattika reliġjuża.
Quddiem din l-indifferenza Dun Ġanmari f’dik l-ewwel quddiesa tiegħu f’Ars, barra li offrieha għall-poplu kollu ta’ Ars, talab l-għajnuna t’Alla biex isaħħaħlu l-fidi u jgħinu ma jaqtax qalbu f’din il-ħidma ġdida. Wara l-quddiesa beda jgħid waħdu x’jiswa li jirranġa l-knisja tal-ġebel jekk il-poplu jibqa’ indiffernenti għal dak li hu spiritwali. Għalhekk iddeċieda li jagħti ħinu, saħħtu u kull enerġija biex iressaq il-poplu lejn Alla. Minn dak il-ħin beda jfittex u jistħarreġ fejn kienu jmorru n-nies u fejn kienet qalbhom. Sab li l-biċċa l-kbira tan-nies wara x-xogħol kienu jintefgħu fil-ħwienet tax-xorb u jibqgħu hemm sa tard bil-lejl jixorbu u jilgħabu. F’dik is-sena li kien ilhom mingħajr kurat, il-ħwienet tax-xorb kienu żdiedu ħafna ma’ Ars kollu.
L-ewwel ma pprova jagħmel kien li jibni kuntatt mal-merħla tiegħu. Daħħalha f’rasu li jżur kull dar fil-parroċċa. Kien jimxi fl-għelieqi, dejjem bil-brevjar f’idu u bil-kappell (li kważi qatt ma kien jilbsu) taħt għabtu, jitkellem mal-bdiewa fuq l-għalqa, it-temp, il-familja biex jirbaħ ir-rieda tajba tagħhom. Fuq kollox kien jitlob ħafna. Il-ħajja tiegħu kienet waħda ta’ penitenza kbira. Is-sodda tiegħu kienet l-art għax malli wasal Ars qabad is-saqqu u tah lil xi ħadd dil-bżonn. Kien idum bla ikel għal ħafna ġranet. Il-ftit ikel tiegħu kien patata, kultant bajda mgħollija u speċi ta’ kejk ċatt iebes magħmul minn dqiq, melħ u ilma. Iżda dan il-faqar kien iżommu għalih.
Dun Ġannmari beda jinnota li meta l-kbar kienu jmorru fil-ħwienet tax-xorb, it-tfal kienu jħalluhom id-dar waħedhom jew jiġġerrew barra fit-toroq jew fil-pjazza tar-raħal b’konsegwenza li setgħu jidħlu f’partita nkwiet kemm materjali u kif ukoll morali. Quddiem din l-indifferenza tal-ġenituri ddecieda li jibda l-missjoni tiegħu mat-tfal. Għalkemm mhux kulħadd għoġbitu din l-idea iżda xorta sab xi nies li kkoperaw miegħu u jafdaw lil uliedhom f’idejh. Lil dawn it-tfal beda jagħtihom kull xorta ta’ edukazzjoni u minn kull xorta ta’ għajnuna li seta’ jipprovdilhom. B’din l-għajnuna beda bil-mod il-mod dieħel il-ġewwa fil-qalba tal-familji. Beda wkoll jagħmel minn kollox biex isib il-ħin addattat li jkellem il-ġenituri. Minn hawn beda jara iżjed xi problemi kellhom dawn il-familji, minn dawn iż-żjarat tal-familji issa seta’ jifhem aħjar il-kawża għaliex dawn kienu jispiccaw fil-ħwienet tax-xorb. Il-kawża principali kienet il-ħarba tal-problemi li kellhom fil-familja, u bla ma kienu jafu kienu qegħdin iżidu aktar problemi mhux biss fil-familja imma anke fuq ix-xogħol.
Is-sidien tal-ħwienet tax-xorb innotaw li fil-ħwienet tagħhom ix-xogħol beda jonqos ġmielu. Ħafna mill-ħwienet żgħar tax-xorb li kienu mxerdin mar-raħal kellhom jgħalqu. Is-sidien tal-ħwienet il-kbar wara li kienu keċċew xi ħaddiema bdew jibżgħu li fl-aħħar jaslu huma wkoll li jkollhom jagħlqu l-ħwienet tagħhom. L-iżjed li nkwetahom kien mhux li keċċew xi ħaddiema imma għax ma baqgħux idaħħlu flus bħal qabel. Għalhekk dawn ftiehmu bejnithom u marru irrabjati għand il-Kurat ta’ Ars, jgħedduh li jekk se jkompli sejjer hekk kien ser jispiċċa ħażin. Iżda hu dejjem kien ikun lest bit-tweġiba soda tiegħu: “Jien qatt ma jien se nħalli d-dmirijiet tiegħi”. X’ħin dawn is-sidien raw li kien kollu ta’ xejn it-tgħeddid li għamlulu, bdew ifittxu mezz ieħor kif jistgħu jeħilsu minnu. Bdew jibagħtu akkużi qarrieqa lill-Kurja, bil-ħsieb li l-Isqof jemmen xi ftit minnhom u jkeċċieh minn Ars. Għalkemm l-Isqof ma emminx dawn l-akkużi, Ġanmari sar jaf b’dawn l-akkużi li kienu qegħdin jintbagħtu l-Kurja u tant sewwed qalbu li ddeċieda li jitlaq għax ħaseb li jekk in-nies ma jriduhx. Jagħmel x’jagħmel mhux se joħroġ ġid. Iżda xħin ġie biex jitlaq folla kbira ta’ nies ippakkjat il-pjazza u t-toroq ta’ Ars b’tali mod li ma setax jgħaddi. Meta ra dan intebaħ li mhux veru in-nies ma jriduhx bħala Kurat iżda biss dawk l-erba’ tal-ħwienet tax-xorb li ma riduhx. Għalhekk mhux biss iddeċieda li jibqa’ iżda li jaħdem iżjed u in-nies min-naħa tagħhom wegħduh li jagħtuh aktar għajnuna.
Meta ra din il-ħeġġa kollha tal-poplu imtela b’iżjed ħeġġa u entużjażmu minn qabel u beda jaħdem iżjed mal-poplu biex iwettaq il-proġetti li kellu f’moħħu. Bil-flus li ġabar u b’għajnuna li diversi irġiel rawh bena binja kbira għat-tagħlim b’mod speċjali għat-tfajliet, u b’hekk seta’ jagħtihom għajnuna mhux biss spiritwali iżda wkoll fil-ħtiġijiet ta’ ħajjithom. Għalkemm kellu diversi proġetti materjali, l-appostolat ma abbandunah qatt. Anzi iżjed ma għadda iż-żmien aktar beda isir magħruf min-nies ta’ irħula oħra u bdew imorru għal pariri għandu b’mod speċjali fil-qrar. Il-konfessjunarju ta’ dan il-kappillan qaddis beda jiġbed numru bla għadd ta’ midinbin li kienu jersqu għal-konverżjoni. Huwa kien idum iqarar is-sigħat bla waqfien.
Wieħed professor imsemmi ipprova jwaqqgħu għaċ-ċajt iżda l-Kurat bl-għajnuna ta’ Alla għenu jagħraf sewwa lilu nnifsu. Meta għaraf l-istat ħażin tiegħu l-professur Maissant mhux biss talab maħfra iżda niżel għarkupptejh u mimli umilta’ beda jitlob u bidel ħajtu. Mhux biss konverżjonijiet saru f’riġlejn San Ġwannmari Vianney iżda ukoll ħafna mirakli li ġagħlu lil ħafna ibiddlu ħajjithom u jikkonvertu billi jersqu aktar lejn Alla u t-tagħlim tiegħu.
Il-Prietki tiegħu
Fiż-żmien ta’ wara r-, l-injoranza religjuża kienet fl-aqwa tagħha. Il-Kurat għamel minn kollox biex jiġġildilha. Iżda l-prietki kienu ta’ prova kbira għalih: il-memorja tiegħu kienet batuta wisq. Kien iqatta’ ljieli sħaħ fis-sagristija żgħira tiegħu jipprova jitgħallem bl-amment l-omelija tal-Ħadd. Ġieli dam 7 sigħat biex jitgħallimha. L-omelija kien iwassalha b’ħeġġa kbira, ħafna drabi b’vuċi u b’ton għoli, b’tali mod li kien jispiċċa għajjien mejjet meta jasal fi tmiemha. Darba meta staqsewh għaliex kien jgħajjat ħafna waqt li jippriedka wegibhom li “meta nipprietka nkun qed inkellem lil nies li jidhru torox jew reqdin, iżda fit-talb nitkellem ma’ Alla li mhuwiex trux.” Kuljum fis-sitta ta’ filgħodu kien ilaqqa’ t-tfal fil-knisja biex jgħallimhom il-katekiżmu. Ħadem kemm felaħ u rnexxielu li jipperswadi lin-nies iqaddsu l-jum tal-Ħadd li qabel ma wasal hu kien jum ta’ xogħol bħall-ġranet l-oħra. Il-Kurat fetaħ skola b’xejn għall-bniet li iktar tard saret boarder. Iktar tard beda jdaħħal biss tfal abbandunati bħala boarders. Kien jemmen ħafna fil-Providenza t'Alla.
Qdusija
Imdorri bl-eħrex penitenzi, ibbumbardjat b’eluf ta’ penitenti u allegatament attakkat mix- (tant li darba jingħad li ħaraqlu s-sodda), dan il-qaddis kbir wera paċenzja kbira. Jingħad li kien jagħmel l-għeġubijiet, fosthom li joħroġ ix-xjaten min-nies, kien maħbub mill-folol, iżda baqa’ jżomm sempliċità tat-tfal. Darba l-isqof wasal bla mistenni f’Ars u libbes il-muzzetti ta’ kanonku lill-Kurat li xejn ma ħassu komdu bih u qagħad il-ħin kollu jissielet biex ineħħih. Ma għaddewx wisq ġranet qabel ma biegħu u kiteb lill-isqof biex jirringrazzjah għax daqshekk kellu bżonn flus biex ilesti opra tal-Knisja. Jibqa’ meqjus sal-ġurnata tal-lum bħala x-xbieha ħajja tal-qassis umli marbut biss mal-.
Kien jisma’ l-qrar ta’ nies minn mad-dinja kollha għal 16-il siegħa kuljum. Ħajtu kienet mimlija b’opri ta’ karità u mħabba. Anke midinbin kbar kienu jikkonvertu sempliċiment bil-kelma tiegħu. Ir-raħal minsi ta’ Ars sar magħruf ma’ kullimkien bl-eluf ta’ pellegrini li bdew ġejjin, tant li kellu jitwaqqaf booking office speċjali f’Lyons biex jikkontrolla t-traffiku lejn dan ir-raħal żgħir. Iżda l-Kurat kemm -il darba kien ittentat li jħalli Ars. Sforz l-umiltà tiegħu kien iħossu li ma jistħoqqlux ikun kappillan. Ħalla r-raħal tliet darbiet iżda dejjem reġa’ lura. Fl-1851 talab lill-isqof biex jirriżenja. Kien jgħid: “Ma tafx x’jiġifieri tgħaddi mill-kura tal-erwieħ għat-tribunal ta’ Alla.”
Mewt
Miet fl-4 t’Awissu 1859 u ġie kanonizzat fl-1925 mill-Papa u erba’ snin wara fil-festa tiegħu ntgħażel mill-Knisja bħala l-qaddis patrun tal-qassisin.
Fl-1959, l-ewwel ċentinarju minn mewtu, Papa Ġwanni XXIII ħareġ enċiklika fuq San Ġwann Marija Vianney bl-isem Sacerdotii Nostri Primordia.
F'Ġunju 2009, fil-150 sena anniversarju minn mewtu, Papa Benedettu XVI iddikjara l-2009-2010 bħala s-Sena tas-Saċerdoti, sena li bdiet u għalqet fil-Festa tal-Qalb ta' Ġesù.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar San Ġwann Marija Vianney, X'inhi San Ġwann Marija Vianney? Xi tfisser San Ġwann Marija Vianney?
Magħruf mad dinja kollha bħala l Kurat t Ars San Ġwann Marija Vianney Dardilly Franza 8 Mejju 1786 Ars sur Formans 4 Awwissu 1859 kien kappillan Franċiz meqjum mill Knisja Kattolika bħala qaddis u l qaddis patrun tas saċerdoti San Ġwann Marija VianneyTfulijaBin Mattew u Maria imwielda Beluse familja ta bdiewa Ġan Battista Marija Vianney kien ir raba wild minn sitta u twieled ftit mili l bogħod minn Lyons Fl 1793 meta Ġan Marija kellu biss sebgħa snin saċerdot maħrub sab kenn fid dar tas Sur Pierre u hemm bil moħbi beda jagħti servizz reliġjuz lill Insara tal madwar Hawn iċ ċkejken Ġan Marija beda jagħraf l importanza u l bzonn tas saċerdot fil komunita Għaraf id differenza ta qabel meta kienu mingħajr saċerdot u issa li minkejja li fil moħbi għandhom saċerdot li jista jgħinhom fil prattika reliġjuza tagħhom u jwasslilhom il kelma ta Alla Kien f dan iz zmien li beda jħoss li Alla qiegħed isejjaħlu lilu wkoll għal din il vokazzjoni hekk nobbli u ta servizz għal oħrajn Ta 13 il sena rċieva l Ewwel Tqarbina bil moħbi fir razzett ta missieru waqt li l ħaddiema baqgħu jaħdmu bħas soltu biex ma jiġbdux l attenzjoni tal Awtoritajiet Rivoluzzjonarji Fl 1804 meta kellu 18 il sena wera lil missieru x xewqa li jsir qassis Sa dan iz zmien kien jaħdem fir razzett ta missieru Sentejn wara beda jattendi skola zgħira li Abbe Balley kien fetaħ għall abbatini Fl 1809 ġabruh bil lieva izda wara ftit ħarab Diffikultajiet biex isir saċerdotIr Rivoluzzjoni Franċiza ntemmet u ġie ffurmat trattat mal Knisja B hekk il qassisin reġgħu tħallew iwettqu ħidmiethom fil beraħ Ġammari Vianney daħal is seminarju ta 27 sena L istudju fis seminarju sabu tqil wisq Kien isibha diffiċli ħafna li jiftakar dak li kien jistudja U billi ma setax jaqbad il ma setax jifhem x kienu jgħidu l għalliem jew iwieġeb għall mistoqsijiet tagħhom I zda qalb id diffikultajiet li kellu fl istudju kellu devozzjoni kbira lejn il Verġni Mbierka Kien jistudja bix xbieha tal Madonna quddiemu u b kunfidenza u b fidi vera lejha kien jgħidilha Għad inġibha zewġ Izda wara l ewwel term talbuh jitlaq Kien imdejjaq u dizappuntat għall aħħar Abbe Balley għenu jkompli jistudja Imma Vianney weħel fl ezami ta qabel l ordinazzjoni Izda f ezami privat li sarlu ħareġ car li l kwalitajiet morali tiegħu kienu jpattu bil kbar għal kull nuqqas li seta kellu fil memorja jew fil ħila akkademika Wieħed mill ezaminaturi nstema jgħid minn taħt l ilsien X se nagħmlu b dan il ħmar u Ġann Marija li semgħu qallu li Sansun b xedaq ta ħmar kien qatel elf Filistew aħseb u ara x jista jagħmel Alla bi ħmar sħiħ Ġie ordnat qassis nhar it 13 ta Diċembru 1815 Kurat ta ArsTliet snin wara għazluh kurat jew kappillan ta Ars raħal zgħir imwarrab ta 370 ruħ kollox fejn izda l fama tiegħu ta konfessur u direttur tal erwieħ għamlitu magħruf mad dinja kollha Għall Knisja fi Franza Ars kien qisu s Meta bagħtu Ars il Vigarju Ġenerali qallu Ma tantx hemm imħabba f dik il parroċċa inti trid titfa xi ftit fiha Dun Ġanmari bla telf ta zmien telaq lejn Ars post li lanqas biss kien jaf fejn kien jinsab Wara li staqsa għad direzzjoni beda jterraq lejn Ars Wara mixja twila jilmaħ tfajjel jirgħa n nagħaġ Dun Ġannmari ġibdel lejh u xħin laħqu qallu Taf fejn jinsab Ars Dazgur li naf kien pront wieġbu t tfajjel Jien hemm noqgħod Mela tista tgħidli minn fejn ngħaddi biex nasal hemm staqsieh il kurat It tfajjel ragħaj spjegalu bil qalb kollha liema kienet l aħjar triq li kellu jieħu sabiex jasal bla dewmien fir raħal ta Ars Dun Ġanmari waqt li rringrazzjah qallu Int għidtli kif minn hawn nasal Ars u jekk inti tixtieq jien nurik kif minn Ars tasal il Ġenna Meta tfaċċa quddiemu r raħal ta Ars il kurat il ġdid waqaf għal ftit mumenti jħares lejn dik l art tal missjoni l ġdida Minnufih huwa nizel għarkopptejh u għal ftit mumenti talab lil Alla O Alla għinni f dan ix xogħol kbir li għandi li nsalva l erwieħ ta dawk fdati f idejja X ħin wasal f Ars l ewwel ma staqsa fejn hi l knisja Malli daħal fiha isib knisja abbandunata kienet ilha ma tintuza aktar minn sena Xħin ra s sitwazzjoni tal knisja iddeċieda li immedjatament jirranġaha kif jista Fi ftit ħin huwa naddaf u pprepara kif seta għall ewwel quddiesa tiegħu fir raħal ta Ars Il qanpiena ċkejkna tal knisja wara sena ta silenzju bdiet iddoqq biex tagħti l aħbar li ġie l kurat il ġdid u li kien ser ikun hemm quddies mill ġdid Izda meta ħareġ biex iqaddes ħa l ikbar qatgħa ta ħajtu Tnejn biss kienu ġew biex jipparteċipaw fil quddiesa Seta jobsor x kien ġara Wara sena bla kurat il qalb tal poplu kienet birdet u drat bla prattika reliġjuza Quddiem din l indifferenza Dun Ġanmari f dik l ewwel quddiesa tiegħu f Ars barra li offrieha għall poplu kollu ta Ars talab l għajnuna t Alla biex isaħħaħlu l fidi u jgħinu ma jaqtax qalbu f din il ħidma ġdida Wara l quddiesa beda jgħid waħdu x jiswa li jirranġa l knisja tal ġebel jekk il poplu jibqa indiffernenti għal dak li hu spiritwali Għalhekk iddeċieda li jagħti ħinu saħħtu u kull enerġija biex iressaq il poplu lejn Alla Minn dak il ħin beda jfittex u jistħarreġ fejn kienu jmorru n nies u fejn kienet qalbhom Sab li l biċċa l kbira tan nies wara x xogħol kienu jintefgħu fil ħwienet tax xorb u jibqgħu hemm sa tard bil lejl jixorbu u jilgħabu F dik is sena li kien ilhom mingħajr kurat il ħwienet tax xorb kienu zdiedu ħafna ma Ars kollu L ewwel ma pprova jagħmel kien li jibni kuntatt mal merħla tiegħu Daħħalha f rasu li jzur kull dar fil parroċċa Kien jimxi fl għelieqi dejjem bil brevjar f idu u bil kappell li kwazi qatt ma kien jilbsu taħt għabtu jitkellem mal bdiewa fuq l għalqa it temp il familja biex jirbaħ ir rieda tajba tagħhom Fuq kollox kien jitlob ħafna Il ħajja tiegħu kienet waħda ta penitenza kbira Is sodda tiegħu kienet l art għax malli wasal Ars qabad is saqqu u tah lil xi ħadd dil bzonn Kien idum bla ikel għal ħafna ġranet Il ftit ikel tiegħu kien patata kultant bajda mgħollija u speċi ta kejk ċatt iebes magħmul minn dqiq melħ u ilma Izda dan il faqar kien izommu għalih Dun Ġannmari beda jinnota li meta l kbar kienu jmorru fil ħwienet tax xorb it tfal kienu jħalluhom id dar waħedhom jew jiġġerrew barra fit toroq jew fil pjazza tar raħal b konsegwenza li setgħu jidħlu f partita nkwiet kemm materjali u kif ukoll morali Quddiem din l indifferenza tal ġenituri ddecieda li jibda l missjoni tiegħu mat tfal Għalkemm mhux kulħadd għoġbitu din l idea izda xorta sab xi nies li kkoperaw miegħu u jafdaw lil uliedhom f idejh Lil dawn it tfal beda jagħtihom kull xorta ta edukazzjoni u minn kull xorta ta għajnuna li seta jipprovdilhom B din l għajnuna beda bil mod il mod dieħel il ġewwa fil qalba tal familji Beda wkoll jagħmel minn kollox biex isib il ħin addattat li jkellem il ġenituri Minn hawn beda jara izjed xi problemi kellhom dawn il familji minn dawn iz zjarat tal familji issa seta jifhem aħjar il kawza għaliex dawn kienu jispiccaw fil ħwienet tax xorb Il kawza principali kienet il ħarba tal problemi li kellhom fil familja u bla ma kienu jafu kienu qegħdin izidu aktar problemi mhux biss fil familja imma anke fuq ix xogħol Is sidien tal ħwienet tax xorb innotaw li fil ħwienet tagħhom ix xogħol beda jonqos ġmielu Ħafna mill ħwienet zgħar tax xorb li kienu mxerdin mar raħal kellhom jgħalqu Is sidien tal ħwienet il kbar wara li kienu keċċew xi ħaddiema bdew jibzgħu li fl aħħar jaslu huma wkoll li jkollhom jagħlqu l ħwienet tagħhom L izjed li nkwetahom kien mhux li keċċew xi ħaddiema imma għax ma baqgħux idaħħlu flus bħal qabel Għalhekk dawn ftiehmu bejnithom u marru irrabjati għand il Kurat ta Ars jgħedduh li jekk se jkompli sejjer hekk kien ser jispiċċa ħazin Izda hu dejjem kien ikun lest bit tweġiba soda tiegħu Jien qatt ma jien se nħalli d dmirijiet tiegħi X ħin dawn is sidien raw li kien kollu ta xejn it tgħeddid li għamlulu bdew ifittxu mezz ieħor kif jistgħu jeħilsu minnu Bdew jibagħtu akkuzi qarrieqa lill Kurja bil ħsieb li l Isqof jemmen xi ftit minnhom u jkeċċieh minn Ars Għalkemm l Isqof ma emminx dawn l akkuzi Ġanmari sar jaf b dawn l akkuzi li kienu qegħdin jintbagħtu l Kurja u tant sewwed qalbu li ddeċieda li jitlaq għax ħaseb li jekk in nies ma jriduhx Jagħmel x jagħmel mhux se joħroġ ġid Izda xħin ġie biex jitlaq folla kbira ta nies ippakkjat il pjazza u t toroq ta Ars b tali mod li ma setax jgħaddi Meta ra dan intebaħ li mhux veru in nies ma jriduhx bħala Kurat izda biss dawk l erba tal ħwienet tax xorb li ma riduhx Għalhekk mhux biss iddeċieda li jibqa izda li jaħdem izjed u in nies min naħa tagħhom wegħduh li jagħtuh aktar għajnuna Meta ra din il ħeġġa kollha tal poplu imtela b izjed ħeġġa u entuzjazmu minn qabel u beda jaħdem izjed mal poplu biex iwettaq il proġetti li kellu f moħħu Bil flus li ġabar u b għajnuna li diversi irġiel rawh bena binja kbira għat tagħlim b mod speċjali għat tfajliet u b hekk seta jagħtihom għajnuna mhux biss spiritwali izda wkoll fil ħtiġijiet ta ħajjithom Għalkemm kellu diversi proġetti materjali l appostolat ma abbandunah qatt Anzi izjed ma għadda iz zmien aktar beda isir magħruf min nies ta irħula oħra u bdew imorru għal pariri għandu b mod speċjali fil qrar Il konfessjunarju ta dan il kappillan qaddis beda jiġbed numru bla għadd ta midinbin li kienu jersqu għal konverzjoni Huwa kien idum iqarar is sigħat bla waqfien Wieħed professor imsemmi ipprova jwaqqgħu għaċ ċajt izda l Kurat bl għajnuna ta Alla għenu jagħraf sewwa lilu nnifsu Meta għaraf l istat ħazin tiegħu l professur Maissant mhux biss talab maħfra izda nizel għarkupptejh u mimli umilta beda jitlob u bidel ħajtu Mhux biss konverzjonijiet saru f riġlejn San Ġwannmari Vianney izda ukoll ħafna mirakli li ġagħlu lil ħafna ibiddlu ħajjithom u jikkonvertu billi jersqu aktar lejn Alla u t tagħlim tiegħu Il Prietki tiegħuFiz zmien ta wara r l injoranza religjuza kienet fl aqwa tagħha Il Kurat għamel minn kollox biex jiġġildilha Izda l prietki kienu ta prova kbira għalih il memorja tiegħu kienet batuta wisq Kien iqatta ljieli sħaħ fis sagristija zgħira tiegħu jipprova jitgħallem bl amment l omelija tal Ħadd Ġieli dam 7 sigħat biex jitgħallimha L omelija kien iwassalha b ħeġġa kbira ħafna drabi b vuċi u b ton għoli b tali mod li kien jispiċċa għajjien mejjet meta jasal fi tmiemha Darba meta staqsewh għaliex kien jgħajjat ħafna waqt li jippriedka wegibhom li meta nipprietka nkun qed inkellem lil nies li jidhru torox jew reqdin izda fit talb nitkellem ma Alla li mhuwiex trux Kuljum fis sitta ta filgħodu kien ilaqqa t tfal fil knisja biex jgħallimhom il katekizmu Ħadem kemm felaħ u rnexxielu li jipperswadi lin nies iqaddsu l jum tal Ħadd li qabel ma wasal hu kien jum ta xogħol bħall ġranet l oħra Il Kurat fetaħ skola b xejn għall bniet li iktar tard saret boarder Iktar tard beda jdaħħal biss tfal abbandunati bħala boarders Kien jemmen ħafna fil Providenza t Alla QdusijaImdorri bl eħrex penitenzi ibbumbardjat b eluf ta penitenti u allegatament attakkat mix tant li darba jingħad li ħaraqlu s sodda dan il qaddis kbir wera paċenzja kbira Jingħad li kien jagħmel l għeġubijiet fosthom li joħroġ ix xjaten min nies kien maħbub mill folol izda baqa jzomm sempliċita tat tfal Darba l isqof wasal bla mistenni f Ars u libbes il muzzetti ta kanonku lill Kurat li xejn ma ħassu komdu bih u qagħad il ħin kollu jissielet biex ineħħih Ma għaddewx wisq ġranet qabel ma biegħu u kiteb lill isqof biex jirringrazzjah għax daqshekk kellu bzonn flus biex ilesti opra tal Knisja Jibqa meqjus sal ġurnata tal lum bħala x xbieha ħajja tal qassis umli marbut biss mal Kien jisma l qrar ta nies minn mad dinja kollha għal 16 il siegħa kuljum Ħajtu kienet mimlija b opri ta karita u mħabba Anke midinbin kbar kienu jikkonvertu sempliċiment bil kelma tiegħu Ir raħal minsi ta Ars sar magħruf ma kullimkien bl eluf ta pellegrini li bdew ġejjin tant li kellu jitwaqqaf booking office speċjali f Lyons biex jikkontrolla t traffiku lejn dan ir raħal zgħir Izda l Kurat kemm il darba kien ittentat li jħalli Ars Sforz l umilta tiegħu kien iħossu li ma jistħoqqlux ikun kappillan Ħalla r raħal tliet darbiet izda dejjem reġa lura Fl 1851 talab lill isqof biex jirrizenja Kien jgħid Ma tafx x jiġifieri tgħaddi mill kura tal erwieħ għat tribunal ta Alla MewtMiet fl 4 t Awissu 1859 u ġie kanonizzat fl 1925 mill Papa u erba snin wara fil festa tiegħu ntgħazel mill Knisja bħala l qaddis patrun tal qassisin Fl 1959 l ewwel ċentinarju minn mewtu Papa Ġwanni XXIII ħareġ enċiklika fuq San Ġwann Marija Vianney bl isem Sacerdotii Nostri Primordia F Ġunju 2009 fil 150 sena anniversarju minn mewtu Papa Benedettu XVI iddikjara l 2009 2010 bħala s Sena tas Saċerdoti sena li bdiet u għalqet fil Festa tal Qalb ta Ġesu