L iSpeicherstadt pronunzja bil Ġermaniż ˈʃpaɪ çɐˌʃtat litteralment Belt tal Imħażen li tfisser distrett tal imħażen f Am
Speicherstadt

L-iSpeicherstadt (pronunzja bil-Ġermaniż: [ˈʃpaɪ̯çɐˌʃtat], litteralment "Belt tal-Imħażen", li tfisser distrett tal-imħażen) f'Amburgu, il-Ġermanja, huwa l-ikbar distrett tal-imħażen fid-dinja, fejn il-binjiet iserrħu fuq pedamenti magħmula minn puntali tal-injam; f'dan il-każ partikolari puntali magħmula minn zkuk tal-ballut. Jinsab fil-port ta' Amburgu — fi ħdan il-kwartier ta' HafenCity — u nbena mill-1883 sal-1927.
Id-distrett inbena bħala żona ħielsa fejn setgħu jiġu ttrasferiti l-oġġetti tal-merkanzija mingħajr il-ħlas tad-dwana. Fl-2009 kemm id-distrett kif ukoll l-inħawi tal-madwar ġew żviluppati mill-ġdid. Fil-5 ta' Lulju 2015, dan id-distrett flimkien ma' dak ta' Kontorhaus saru l-ewwel Sit ta' Wirt Dinji f'Amburgu.
Ġeografija
L-iSpeicherstadt jinsab fil-port ta' Amburgu. Huwa twil 1.5 kilometru (0.93 mili) u fi ħdanu hemm network sħiħ ta' kanali tal-ħatt.
Storja
Mill-1815, il-belt indipendenti u sovrana ta' Amburgu kienet membru tal-Konfederazzjoni Ġermaniża — l-assoċjazzjoni ta' stati Ewropej Ċentrali li nħolqot bil-Kungress ta' Vjenna —iżda ma kinitx membru tal-Unjoni Ġermaniża tad-Dwana.
Wara l-Gwerra bejn l-Awstrija u l- li stabbiliet l-eġemonija Prussjana fit-Tramuntana tal-Ġermanja, Amburgu kienet obbligata tingħaqad mal-Federazzjoni Ġermaniża tat-Tramuntana. Madankollu kisbet id-dritt għal deroga skont l-Artikolu 34 tal-kostituzzjoni Ġermaniża tat-Tramuntana, li kienet tiddikjara li Amburgu u stati Anseatiċi oħra setgħu jibqgħu jkunu portijiet ħielsa 'l barra mill-fruntiera tad-dwana komunitarja sakemm japplikaw għall-inklużjoni. L-Artikolu 34 ġie traspost ukoll fil-kostituzzjoni imperjali tal-1871, meta l-istati Ġermaniżi tan-Nofsinhar issieħbu fil-federazzjoni. Madankollu, Amburgu għaddiet minn ħafna pressjoni minn Berlin biex tissieħeb fl-Unjoni tad-Dwana wara l-1879, meta t-tariffa esterna ta' din tal-aħħar żdiedet ferm. Fl-1881 ġie ffirmat ftehim bejn il-Ministru għall-Finanzi Prussjan u s-Segretarju Statali tat-Teżor Imperjali, fuq naħa, u s-Senaturi Plenipotenzjarji ta' Amburgu Versmann u O'Swald, u l-mibgħut tal-istati Anseatiċi f'Berlin, Dr. Krüger, fuq in-naħa l-oħra. Amburgu ssieħbet fl-Unjoni tad-Dwana bit-territorju kollu tagħha, għajr distrett ta' port ħieles permanenti speċifikat fil-ftehim. Għal dan id-distrett, l-Artikolu 34 japplika xorta waħda, u għaldaqstant il-libertajiet ta' dak id-distrett ma setgħux jiġu aboliti jew ristretti mingħajr l-approvazzjoni ta' Amburgu.
Fl-1883, sabiex jiġi lliberat l-ispazju għaż-żona l-ġdida tal-port, beda t-twaqqigħ taż-żona ta' Kehrwieder u ta' Wandrahm u iżjed minn 20,000 ruħ kellhom jiġu rilokati. Il-kostruzzjoni tlestiet qabel il-bidu tal-Ewwel Gwerra Dinjija, ġestita mill-Freihafen-Lagerhaus-Gesellschaft (il-predeċessur tal-Hamburger Hafen und Logistik AG), li kien responsabbli wkoll għall-operazzjoni sussegwenti.
Wara l-qerda ta' madwar nofs il-binjiet fl-Operazzjoni Gomorra mill-bumbardamenti matul it-Tieni Gwerra Dinjija, ir-rikostruzzjoni konservattiva ntemmet fl-1967, filwaqt li ċ-Ċentru Kummerċjali Anseatiku issa jokkupa s-siti tal-istrutturi li nqerdu għalkollox. Fl-1991 l-iSpeicherstadt ġie elenkat bħala wirt protett ta' Amburgu. Mill-2008 sar parti mill-kwartier magħruf bħala HafenCity. F'tentattiv sabiex iż-żona ta' ġewwa tal-belt terġa' tingħata l-ħajja, il-gvern ta' Amburgu beda jiżviluppa ż-żona tal-kwartier ta' HafenCity, pereżempju permezz tal-kostruzzjoni tas-Sala Filarmonika tal-Elbe.
Arkitettura
L-imħażen inbnew bi strutturi ta' appoġġ differenti, iżda ħoloq saff ta' barra tal-brikks ħomor bi stil Neo-Gotiku, b'torrijiet żgħar, alkovi, u tiżjin igglejżjat tat-terrakotta. L-imħażen huma binjiet ta' diversi sulari b'daħliet mill-ilma u mill-art. Wieħed mill-eqdem imħażen huwa l-Kaispeicher B li issa jospita l-Mużew Marittimu Internazzjonali.
Sit ta' Wirt Dinji
L-iSpeicherstadt u d-Distrett ta' Kontorhaus biċ-Chilehaus ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2015.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".
Użu
L-iSpeicherstadt huwa attrazzjoni turistika ewlenija tal-belt u hija l-attrazzjoni ċentrali tal-biċċa l-kbira tad-dawriet turistiċi mal-port bid-dgħajjes. Hemm diversi mużewijiet bħad-Deutsches Zollmuseum (il-Mużew Ġermaniż tad-Dwana), Miniatur Wunderland (mudell ta' linja ferrovjarja) u l-Ħabs ta' Hamburg. Il-Mużew Afgan kien jinsab hawn ukoll iżda għalaq fl-2012.
Il-binjiet jintużaw ukoll bħala mħażen. Mill-2005, il-kumpaniji fl-iSpeicherstadt ħadu ħsieb terz tal-produzzjoni dinjija tat-twapet, kif ukoll merkanzija oħra bħall-kawkaw, il-kafè, it-te, il-ħwawar, it-tagħmir marittimu u l-elettronika.
Biblijografija
- Batz, M. (2002). "Urbane Light Germany Speicherstadt, Hamburg, the largest historical warehouse complex in the world, has become a softly-glowing night-time panorama". International Lighting Review (12): 14–19. OCLC 193350885.
- Lawrenz, Dierk; von Borstel, Christiane (2008). Die Hamburger Speicherstadt (bil-Ġermaniż). Freiburg, Br: EK-Verlag. ISBN 978-3-88255-893-7.
- Meyn, Boris (2003). Die rote Stadt: ein historischer Kriminalroman (bil-Ġermaniż). Reinbek: Rowohlt. ISBN 978-3-499-23407-1.
- Lange, Ralf; Hampel, Thomas (2004). Speicherstadt und HafenCity: zwischen Tradition und Vision (bil-Ġermaniż). Amburgu: Elbe-und-Flut-Ed., Hampel und Hettchen. ISBN 978-3-7672-1440-8.
Referenzi
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Speicherstadt and Kontorhaus District with Chilehaus". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-24.
- ^ Planung und Finanzierung der Speicherstadt in Hamburg, Frank M. Hinz; LIT Verlag Münster, 2000; p. 45.
- ^ Hamburg and the Freeport - Economy and Society 1888–1914, Peter Borowsky, Hamburg University Press, Hamburg, 2005; p. 114.
- ^ Prange, Carsten (2005). "Zollanschluß". In Franklin Koplitzsch and Daniel Tilgner (ed.). Hamburg Lexikon (bil-Ġermaniż) (3 ed.). Ellert&Richter. p. 538. ISBN 3-8319-0179-1.
- ^ "Speicherstadt Hamburg Entwicklungskonzept (bil-Ġermaniż). Hamburg Behörde für Stadtentwicklung und Umwelt" (PDF).
- ^ Prange, Carsten (2005). "Speicherstadt". In Franklin Koplitzsch and Daniel Tilgner (ed.). Hamburg Lexikon (bil-Ġermaniż) (3 ed.). Ellert&Richter. pp. 444–445. ISBN 3-8319-0179-1.
- ^ "Ein Service von Hamburg und juris". archive.ph. 2007-08-13. Miġbur 2022-08-24.
- ^ Jörn Weinhold (2008). Martina Heßler and Clemens Zimmermann (ed.). Port Culture: Maritime Entertainment and Urban Revitalisation, 1950–2000. Frankfurt am Main: Campus Verlag. pp. 179–201. ISBN 978-3-593-38547-1.
- ^ "Speicherstadt Hamburg | Hamburg Tourismus". www.hamburg-travel.com. Miġbur 2022-08-24.
- ^ "Afghanistan Museum Hamburg - Dark Tourism - the guide to dark travel destinations around the world". www.dark-tourism.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-02-02. Miġbur 2022-08-24.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Speicherstadt, X'inhi Speicherstadt? Xi tfisser Speicherstadt?
L iSpeicherstadt pronunzja bil Ġermaniz ˈʃpaɪ cɐˌʃtat litteralment Belt tal Imħazen li tfisser distrett tal imħazen f Amburgu il Ġermanja huwa l ikbar distrett tal imħazen fid dinja fejn il binjiet iserrħu fuq pedamenti magħmula minn puntali tal injam f dan il kaz partikolari puntali magħmula minn zkuk tal ballut Jinsab fil port ta Amburgu fi ħdan il kwartier ta HafenCity u nbena mill 1883 sal 1927 L iSpeicherstadt billejl Id distrett inbena bħala zona ħielsa fejn setgħu jiġu ttrasferiti l oġġetti tal merkanzija mingħajr il ħlas tad dwana Fl 2009 kemm id distrett kif ukoll l inħawi tal madwar ġew zviluppati mill ġdid Fil 5 ta Lulju 2015 dan id distrett flimkien ma dak ta Kontorhaus saru l ewwel Sit ta Wirt Dinji f Amburgu ĠeografijaL iSpeicherstadt jinsab fil port ta Amburgu Huwa twil 1 5 kilometru 0 93 mili u fi ħdanu hemm network sħiħ ta kanali tal ħatt StorjaVeduta tal iSpeicherstadt mill ajru min naħa tal Lvant Mill 1815 il belt indipendenti u sovrana ta Amburgu kienet membru tal Konfederazzjoni Ġermaniza l assoċjazzjoni ta stati Ewropej Ċentrali li nħolqot bil Kungress ta Vjenna izda ma kinitx membru tal Unjoni Ġermaniza tad Dwana Wara l Gwerra bejn l Awstrija u l li stabbiliet l eġemonija Prussjana fit Tramuntana tal Ġermanja Amburgu kienet obbligata tingħaqad mal Federazzjoni Ġermaniza tat Tramuntana Madankollu kisbet id dritt għal deroga skont l Artikolu 34 tal kostituzzjoni Ġermaniza tat Tramuntana li kienet tiddikjara li Amburgu u stati Anseatiċi oħra setgħu jibqgħu jkunu portijiet ħielsa l barra mill fruntiera tad dwana komunitarja sakemm japplikaw għall inkluzjoni L Artikolu 34 ġie traspost ukoll fil kostituzzjoni imperjali tal 1871 meta l istati Ġermanizi tan Nofsinhar issieħbu fil federazzjoni Madankollu Amburgu għaddiet minn ħafna pressjoni minn Berlin biex tissieħeb fl Unjoni tad Dwana wara l 1879 meta t tariffa esterna ta din tal aħħar zdiedet ferm Fl 1881 ġie ffirmat ftehim bejn il Ministru għall Finanzi Prussjan u s Segretarju Statali tat Tezor Imperjali fuq naħa u s Senaturi Plenipotenzjarji ta Amburgu Versmann u O Swald u l mibgħut tal istati Anseatiċi f Berlin Dr Kruger fuq in naħa l oħra Amburgu ssieħbet fl Unjoni tad Dwana bit territorju kollu tagħha għajr distrett ta port ħieles permanenti speċifikat fil ftehim Għal dan id distrett l Artikolu 34 japplika xorta waħda u għaldaqstant il libertajiet ta dak id distrett ma setgħux jiġu aboliti jew ristretti mingħajr l approvazzjoni ta Amburgu Il faċċata tal brikks ħomor ta maħzen tal iSpeicherstadt Fl 1883 sabiex jiġi lliberat l ispazju għaz zona l ġdida tal port beda t twaqqigħ taz zona ta Kehrwieder u ta Wandrahm u izjed minn 20 000 ruħ kellhom jiġu rilokati Il kostruzzjoni tlestiet qabel il bidu tal Ewwel Gwerra Dinjija ġestita mill Freihafen Lagerhaus Gesellschaft il predeċessur tal Hamburger Hafen und Logistik AG li kien responsabbli wkoll għall operazzjoni sussegwenti Wara l qerda ta madwar nofs il binjiet fl Operazzjoni Gomorra mill bumbardamenti matul it Tieni Gwerra Dinjija ir rikostruzzjoni konservattiva ntemmet fl 1967 filwaqt li ċ Ċentru Kummerċjali Anseatiku issa jokkupa s siti tal istrutturi li nqerdu għalkollox Fl 1991 l iSpeicherstadt ġie elenkat bħala wirt protett ta Amburgu Mill 2008 sar parti mill kwartier magħruf bħala HafenCity F tentattiv sabiex iz zona ta ġewwa tal belt terġa tingħata l ħajja il gvern ta Amburgu beda jizviluppa z zona tal kwartier ta HafenCity perezempju permezz tal kostruzzjoni tas Sala Filarmonika tal Elbe ArkitetturaVeduta trasversali tal iSpeicherstadt mill 1888 L imħazen inbnew bi strutturi ta appoġġ differenti izda ħoloq saff ta barra tal brikks ħomor bi stil Neo Gotiku b torrijiet zgħar alkovi u tizjin igglejzjat tat terrakotta L imħazen huma binjiet ta diversi sulari b daħliet mill ilma u mill art Wieħed mill eqdem imħazen huwa l Kaispeicher B li issa jospita l Muzew Marittimu Internazzjonali Sit ta Wirt DinjiVeduta panoramika tal iSpeicherstadt L iSpeicherstadt u d Distrett ta Kontorhaus biċ Chilehaus ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2015 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta kriterju wieħed tal għazla tal UNESCO il kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem Il binja tal Hafenrathaus il Kunsill Muniċipali tal Port fl iSpeicherstadt UzuL iSpeicherstadt huwa attrazzjoni turistika ewlenija tal belt u hija l attrazzjoni ċentrali tal biċċa l kbira tad dawriet turistiċi mal port bid dgħajjes Hemm diversi muzewijiet bħad Deutsches Zollmuseum il Muzew Ġermaniz tad Dwana Miniatur Wunderland mudell ta linja ferrovjarja u l Ħabs ta Hamburg Il Muzew Afgan kien jinsab hawn ukoll izda għalaq fl 2012 Il binjiet jintuzaw ukoll bħala mħazen Mill 2005 il kumpaniji fl iSpeicherstadt ħadu ħsieb terz tal produzzjoni dinjija tat twapet kif ukoll merkanzija oħra bħall kawkaw il kafe it te il ħwawar it tagħmir marittimu u l elettronika BiblijografijaBatz M 2002 Urbane Light Germany Speicherstadt Hamburg the largest historical warehouse complex in the world has become a softly glowing night time panorama International Lighting Review 12 14 19 OCLC 193350885 Lawrenz Dierk von Borstel Christiane 2008 Die Hamburger Speicherstadt bil Ġermaniz Freiburg Br EK Verlag ISBN 978 3 88255 893 7 Meyn Boris 2003 Die rote Stadt ein historischer Kriminalroman bil Ġermaniz Reinbek Rowohlt ISBN 978 3 499 23407 1 Lange Ralf Hampel Thomas 2004 Speicherstadt und HafenCity zwischen Tradition und Vision bil Ġermaniz Amburgu Elbe und Flut Ed Hampel und Hettchen ISBN 978 3 7672 1440 8 Referenzi a b ċ Centre UNESCO World Heritage Speicherstadt and Kontorhaus District with Chilehaus UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 08 24 Planung und Finanzierung der Speicherstadt in Hamburg Frank M Hinz LIT Verlag Munster 2000 p 45 Hamburg and the Freeport Economy and Society 1888 1914 Peter Borowsky Hamburg University Press Hamburg 2005 p 114 Prange Carsten 2005 Zollanschluss In Franklin Koplitzsch and Daniel Tilgner ed Hamburg Lexikon bil Ġermaniz 3 ed Ellert amp Richter p 538 ISBN 3 8319 0179 1 Speicherstadt Hamburg Entwicklungskonzept bil Ġermaniz Hamburg Behorde fur Stadtentwicklung und Umwelt PDF Prange Carsten 2005 Speicherstadt In Franklin Koplitzsch and Daniel Tilgner ed Hamburg Lexikon bil Ġermaniz 3 ed Ellert amp Richter pp 444 445 ISBN 3 8319 0179 1 Ein Service von Hamburg und juris archive ph 2007 08 13 Miġbur 2022 08 24 Jorn Weinhold 2008 Martina Hessler and Clemens Zimmermann ed Port Culture Maritime Entertainment and Urban Revitalisation 1950 2000 Frankfurt am Main Campus Verlag pp 179 201 ISBN 978 3 593 38547 1 Speicherstadt Hamburg Hamburg Tourismus www hamburg travel com Miġbur 2022 08 24 Afghanistan Museum Hamburg Dark Tourism the guide to dark travel destinations around the world www dark tourism com Arkivjat minn l oriġinal fl 2023 02 02 Miġbur 2022 08 24