Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

It Taj Mahal taːdʒ ˈmɛːɦ ə l litteralment Kuruna tal Palazz huwa tal abjad lewn l fix xatt tan Nofsinhar tax xmara fil b

Taj Mahal

  • Paġna Ewlenija
  • Taj Mahal
Taj Mahal
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

It-Taj Mahal ([taːdʒ ˈmɛːɦ(ə)l]); litteralment “Kuruna tal-Palazz”) huwa tal- abjad lewn l- fix-xatt tan-Nofsinhar tax-xmara fil-belt ta’ , fir-reġjun ta’ , l-Indja. Il-mawżolew ġie kkummissjonat fl-1632 mill-imperatur Mogul (li rrenja mill-1628 sal-1658) biex iħaddan fih il-qabar tal-mara favurita tiegħu, ; għalkemm il-mawżolew iħaddan fih ukoll il-qabar ta’ Shah Jahan innifsu. Il-qabar Iżlamiku huwa l-qalba tal-kumpless tat-Taj Mahal, li huwa mifrux fuq 17-il ettaru u li jinkludi u binja għall-mistednin. It-Taj Mahal huwa mdawwar b’ formali u huwa kkonfinat minn tliet naħat b’ħitan bl-amberżuni.

Il-kostruzzjoni tal-mawżolew tlestiet essenzjalment fl-1643, iżda x-xogħol baqa’ għaddej fuq fażijiet oħra tal-proġett għal għaxar snin oħra. Għaldaqstant, il-kumpless tat-Taj Mahal jingħad li tlesta għalkollox fl-1653 u huwa stmat li dak iż-żmien sewa madwar 32 miljun rupì, li fl-2020 x’aktarx li kien jiswa madwar 70 biljun rupì (jiġifieri madwar €800 miljun). Il-proġett ta’ kostruzzjoni impjega xi 20,000 artiġjan taħt it-tmexxija ta’ bord ta’ arkitetti mmexxi minn , l-arkitett tal-imperatur Shah Jahan.

It-Taj Mahal ġie ddeżinjat bħala Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1983 talli huwa “ġojjell tal-arti Musulmana fl-Indja u wieħed mill-iktar kapulavuri ammirati universalment tal-wirt dinji”. Ħafna jqisuh bħala l-aqwa eżempju ta’ arkitettura tal- u simbolu tal-istorja rikka tal-Indja. It-Taj Mahal jattira bejn seba’ u tmien miljun viżitatur fis-sena u fl-2007 ġie ddikjarat bħala wieħed mis-Seba’ Għeġubijiet Ġodda tad-Dinja.

Etimoloġija

, fil-ktieb tiegħu Padshahnama tal-1636, jirreferi għat-Taj Mahal bħala rauza-i munawwara (bl-Għarbi-Persjan: روضه منواره rawdah-i munawwarah), jiġifieri l-qabar illuminat jew illustri.

L-isem li jintuża attwalment, Taj Mahal, ġej mill-Persjan تاج محل tāj maħall u litteralment ifisser “kuruna” (tāj) tal-“palazz” (maħall). Maħall huwa wkoll il-kunjom ta’ Mumtaz Mahal, il-mara tal-imperatur Shah Jahan.

Ispirazzjoni

It-Taj Mahal ġie kkummissjonat mill-imperatur Shah Jahan fl-1631 biex jinbena bħala mafkar tal-mara tiegħu Mumtaz Mahal, li mietet fis-17 ta’ Ġunju ta’ dik is-sena hi u twelled l-14-il wild tagħha, . Il-kostruzzjoni bdiet fl-1632 u l-mawżolew tlesta fl-1648, filwaqt li l-binjiet u l-ġonna tal-madwar tlestew ħames snin wara. Id-dokumentazzjoni imperjali ta’ dak iż-żmien tiddokumenta n-niket tal-imperatur Shah Jahan wara mewt martu Mumtaz Mahal u turi kif l-imħabba tal-imperatur għal martu kienet l-ispirazzjoni għat-Taj Mahal.

Arkitettura u disinn

It-Taj Mahal jinkorpora u jespandi t-tradizzjonijiet tad-disinn Indo-Iżlamiku u tal-arkitettura Mogul iktar bikrija. Ispirazzjoni speċifika ġiet minn binjiet ta’ suċċess tal-arkitettura tal-Imperi ta’ u Mogul, fosthom il- (il-qabar ta’ Timur, proġenitur tad-dinastija tal-Mogul, f’Samarkanda, l-Użbekistan), il- li kien ta’ ispirazzjoni għad-disinn tal-ġonna kwadrilaterali u għall-arkitettura tat-Taj Mahal, il-qabar ta’ (li xi kultant jissejjaħ it-Taj iż-Żgħir), u l-moskea Jama Masjid ta’ Shah Jahan innifsu f’, l-Indja. Filwaqt li l-binjiet bikrin tal-Imperu Mogul kien jinbnew mill-blat ramli ħamrani, Shah Jahan ippromwova l-użu tal-irħam abjad intarsjat b’ħaġar semiprezzjuż. Il-binjiet taħt il-patroċinju tiegħu laħqu livelli ġodda ta’ rfinar.

Qabar

Il-qabar huwa l-qofol tal-kumpless kollu tat-Taj Mahal. Huwa struttura kbira tal-irħam abjad fuq bażi kwadra li tikkonsisti minn binja simetrika b’iwan (daħla bi ħnejja), kbira u pinnaklu tal-. Bħall-biċċa l-kbira tal-oqbra Mogul, l-elementi bażiċi għandhom oriġini Indo-Iżlamika.

L-istruttura tal-bażi hija kubu kbir b’diversi kompartimenti, bl-irkejjen iċċanfrinati, li jifforma struttura bi tmien naħat mhux indaqs li hija 55 metru fuq kull waħda mill-erba’ naħat it-twal. Kull naħa tal-iwan għandha qisu gwarniċ enormi bi ħnejja mirfuda jew pishtaq b’żewġ gallariji b’għamla simili fuq kull naħa. Dan il-motiv ta’ pishtaqs ħdejn xulxin huwa rreplikat fiż-żoni qrib l-irkejjen iċċanfrinati, u b’hekk id-disinn tal-istruttura huwa simetriku għalkollox fin-naħat kollha tal-binja. Fl-erba’ ġnub tal-bażi tal-qabar hemm erba’ faċċata tal-irkejjen iċċanfrinati. Il-kompartiment ewlieni fih iż-żewġ sarkofagi foloz ta’ Mumtaz Mahal u Shah Jahan; it-twiebet reali jinsabu f’livell iktar ’l isfel.

L-iktar karatteristika spettakolari hija l-koppla tal-irħam fuq il-qabar. Il-koppla hija għolja kważi 35 metru, jiġifieri bħala kejl hija qrib it-tul tal-bażi, u hija aċċentwata minn qisha pjattaforma ċilindrika ta’ taħtha, li hija għolja seba’ metri. Minħabba l-għamla tagħha, il-koppla spiss tissejjaħ koppla b’għamla ta’ jew (amrud). Il-parti ta’ fuq hija ddekorata b’disinn tal- li jservi wkoll biex jaċċentwa l-għoli tagħha. L-għamla tal-koppla jingħata iktar enfasi permezz ta’ erba’ koppli iżgħar magħrufa bħala chattris fl-irkejjen tagħha, li jirreplikaw l-għamla ta’ basla tal-koppla ewlenija. Il-koppla hija kemxejn asimetrika. Il-bażi ta’ kull waħda mill-koppli ż-żgħar fiha fetħa li tagħti għas-saqaf tal-qabar u li ddawwal ftit il-qabar minn ġewwa. Hemm diversi spieri dekorattivi twal (guldastas) li huma estiżi mit-truf tal-ħitan tal-bażi, u dawn jagħtu enfasi viżiva lill-għoli tal-koppla. Il-motiv tal-pjanta tal-lotus jiġi mtenni kemm fuq iċ-chattris kif ukoll fuq il-guldastas. Fil-qċaċet tal-koppla u taċ-chattris hemm pinnakli tal-bronż li jħalltu l-elementi dekorattivi tradizzjonali tal-Persja ma’ dawk tal-.

Il-pinnaklu ewlieni oriġinarjament kien tad- iżda fil-bidu tas-seklu 19 ġie sostitwit minn kopja tal-bronż. Din il-karatteristika hija eżempju ċar tal-integrazzjoni tal-element dekorattivi tradizzjonali Persjani ma’ dawk Ħindu. Mal-ponta tal-pinnaklu ewlieni hemm il-qamar felli jħares lejn is-smewwiet, li huwa motiv Iżlamiku tipiku.

Il-minareti, li huma għoljin iktar minn 40 metru, joħorġu fid-dieher kemm id-disinjatur tat-Taj Mahal kellu f’moħħu s-simetrija. Kienu ddisinjati bħala minareti li setgħu jintużaw skont it-tradizzjoni biex minn fuqhom il- iselli biex isejjaħ lil dawk ta’ fidi Iżlamika għat-. Kull minaret huwa effettivament maqsum fi tliet partijiet indaqs bi tliet gallariji mad-dawra tiegħu stess. Fuq is-saqaf tal-gallarija ta’ fuq nett ta’ kull minaret hemm chattri li tirrifletti d-disinn taċ-chattris ta’ fuq il-qabar. Dawn iċ-chattris kollha għandhom l-istess elementi dekorattivi bid-disinn tal-pjanta tal-lotus u pinnakli tal-bronż fil-qċaċet tagħhom. Il-minareti nbnew ħarira ’l barra mill-bażi biex f’każ li xi wieħed iċedi, xi ħaġa li spiss kienet tiġri dak iż-żmien bil-binjiet għoljin, il-materjal mill-minareti ma jagħmilx ħsara lill-qabar.

Dekorazzjonijiet esterni

Id-dekorazzjonijiet esterni tat-Taj Mahal huma fost l-ifjen tal-arkitettura tal-Imperu Mogul. Id-dekorazzjonijiet huma mirquma proporzjonalment skont il-bidliet fis-superfiċe tal-mawżolew. Dawn inħolqu permezz taż-, l-, l- tal- jew . F’konformità mal-projbizzjoni Iżlamika kontra l-użu ta’ forom antropomorfiċi, l-elementi dekorattivi jistgħu jiġu raggruppati f’kalligrafija, forom astratti jew motivi veġetattivi. Fil-kumpless kollu hemm siltiet mil-Koran miktuba bil-kalligrafija Għarbija bħala dekorazzjoni. Dan l-aħħar l-istudjużi saru jsostnu li l-għażla tas-siltiet saret minn .

Il-kalligrafija tal-faċċata ewlenija tgħid “Ja ruħ li qed tistrieħ, erġa’ twaħħad fil-paċi ta’ Alla”. Il-kalligrafija nħolqot fl-1609 minn . L-imperatur Shah Jahan tah it-titlu ta’ Amanat Khan bħala premju għall-“virtwożità li ssaħħrek”. Ħdejn is-siltiet mill-Koran fil-bażi tal-koppla, fuq ġewwa, hemm l-iskrizzjoni, “Miktuba mill-essri insinifikanti, Amanat Khan Shirazi”. Il-biċċa l-kbira tal-kalligrafija Għarbija tikkonsisti minn elaborata magħmula minn jew irħam iswed intarsjat b’panewijiet tal-irħam abjad. Il-panewijiet iktar fil-għoli għandhom kitba ftit ikbar biex jitnaqqas l-effett ta’ distorsjoni meta wieħed jaqra l-kitba mill-art. Il-kalligrafija fuq l-irħam taż-żewġ sarkofagi foloz fiha ħafna dettall fin.

Il-forom astratti jintużaw kullimkien, speċjalment fil-bażi kwadra tal-qabar, fil-minareti, fil-bieb tad-daħla, fil-moskea, il-jawab (moskea falza għas-simetrija fl-arkitettura Iżlamika), u inqas fuq is-superfiċi tal-qabar. Il-koppli u r-riffieda tal-binjiet tal-blat ramli ħamrani huma maħduma bi traċċi ta’ żebgħa inċiża biex jinħolqu forom ġeometriċi elaborati. L-intarsjar b’arranġament żigżag ta’ tipi differenti ta’ materjali tal-ġebel jiddefinixxi l-ispazju bejn ħafna mill-elementi li jinsabu qrib xulxin. L-intarsjar abjad jintuża fuq il-binjiet tal-blat ramli ħamrani, u l-intarsjar skur jew iswed fuq il-binjiet tal-irħam abjad. Il-partijiet imkaħħla tal-binjiet tal-irħam ġew miżbugħa b’kulur ieħor għall-kuntrast biex jinħolqu sensiela kumplessa ta’ mudelli ġeometriċi. Mal-art u fil-mogħdijiet intużaw madumiet jew blokok f’kuntrast ma’ xulxin qishom .

Fuq in-naħa t’isfel tal-ħitan tal-qabar hemm tal-irħam abjad skolpiti b’riljiev realistiku ta’ u . L-irħam ġie llostrat biex jenfasizza d-dettall mill-isbaħ tat-tinqix. Il-gwarniċi taz-zokklaturi u ż-żewġ spazji triangolari bejn il-ħnejjiet u l-gwarniċi ġew iddekorati bl-intarsjar tal-pietra dura f’għamliet stilizzati ħafna, kważi ġeometriċi, ta’ vinji, fjuri u frott. Il-ħaġar tal-intarsjar huwa irħam isfar, djaspru u ġada, illostrati u llivellati fis-superfiċe tal-ħitan.

Dekorazzjoni interna

Il-kompartiment intern tat-Taj Mahal imur ferm lil hinn mill-elementi dekorattivi tradizzjonali. Ix-xogħol tal-intarsjar mhuwiex fuq pietra dura, iżda lapidarju ta’ ħaġar prezzjuż u semiprezzjuż. Il-kompartiment intern huwa b’disinn li jippermetti d-dħul minn kull faċċata, għalkemm id-daħla tan-Nofsinhar biss li tiġi faċċata tal-ġonna tintuża. Il-ħitan ta’ ġewwa huma għoljin 25 metru u fuqhom hemm koppla interna falza ddekorata b’motiv ta’ xemx. Tmien arkati pishtaq jiddefinixxu l-ispazju fil-livell tal-art, u l-istess bħall-parti esterna, kull pishtaq fil-baxx hija ddekorata bit-tieni pishtaq sa qisu nofs il-ħajt. L-erba’ arkati ċentrali ta’ fuq jiffurmaw gallariji jew żoni fejn wieħed joqgħod jitpaxxa bil-veduta, u kull tieqa esterna tal-gallarija għandha jali (paraventu ornamentali) mirqum u maqtugħ mill-irħam. Apparti d-dawl li jidħol mill-paraventi tal-gallariji, id-dawl jidħol ukoll mill-fetħiet fis-saqaf mgħottija miċ-chattris fl-irkejjen. Il-paraventu ottagonali tal-irħam fil-burdura tas-sarkofagi foloz huwa magħmul minn tmien panewijiet tal-irħam permezz ta’ xogħol mirqum ħafna tat-tniffid. Is-superfiċi li jifdal huma intarsjati b’dettall fin magħmul bil-ħaġar semiprezzjuż li jifforma vinji mibruma ma’ xulxin, frott u fjuri. Kull ħajt tal-kompartiment ewlieni fih ħafna dekorazzjonijiet b’zokklaturi bir-riljiev, intarsjar elaborat fil-lapidarji u panewijiet raffinati bil-kalligrafija li jirriflettu, b’dettall żgħor, l-elementi tad-disinn preżenti fil-parti esterna tal-kumpless.

It-tradizzjoni Musulmana tipprojbixxi d-dekorazzjoni elaborata tat-twiebet. Għalhekk, il-katavri ta’ Mumtaz Mahal u ta’ Shah Jahan tpoġġew fi kripta relattivament sempliċi taħt il-kompartiment intern ewlieni b’wiċċhom iħares fuq il-lemin, lejn il-Mekka. Is-sarkofagu falz ta’ Mumtaz Mahal jinsab eżatt fiċ-ċentru tal-kompartiment intern ewlieni buq bażi rettangolari tal-irħam ta’ 1.5 metru b’2.5 metri. Kemm il-bażi kif ukoll is-sarkofagu falz huma intarsjati b’mod elaborat b’ħaġar prezzjuż u semiprezzjuż. L-iskrizzjonijiet kalligrafiċi fuq is-sarkofagu falz jidentifikaw u jfaħħru lil Mumtaz Mahal. Fuq l-għatu tas-sarkofagu falz hemm biċċa rettangolari olzata li suppost tirrappreżenta tavla tal-kitba. Is-sarkofagu ta’ Shah Jahan qiegħed maġenb dak ta’ Mumtaz Mahal lejn in-naħa tal-Punent u huwa l-uniku element asimetriku viżibbli fil-kumpless kollu. Is-sarkofagu tiegħu huwa ikbar minn ta’ martu, iżda jirrifletti l-istess elementi: sarkofagu falz ikbar fuq bażi ħarira iktar olzata, li hija ddekorata ferm bil-lapidarju u bil-kalligrafija li tidentifikah. Fuq l-għatu tas-sarkofagu falz hemm skultura tradizzjonali ta’ kontenitur ta’ pinna żgħira.

Il-kontenitur ta’ pinna u t-tavla tal-kitba huma ikoni funebri Mogul li jintużaw biex jiddekoraw is-sarkofagi foloz tal-irġiel u tan-nisa rispettivament. Id-Disa’ u Disgħin Isem ta’ Alla huma iskrizzjonijiet kalligrafiċi fuq in-naħat tat-tebut reali ta’ Mumtaz Mahal. Iskrizzjonijiet oħra fil-kripta jinkludu, “Ja nobbli, ja manjifika, ja unika, ja eterna, ja glorjuża...”. It-tebut ta’ Shah Jahan għandu l-iskrizzjoni kalligrafika li tgħid “Hu vvjaġġa minn din id-dinja għall-bankett tal-Eternità fil-lejla tas-sitta u għoxrin tax-xahar ta’ Rajab, fis-sena 1076 Hijri”.

Ġonna

Il-kumpless huwa mdawwar bi ġnien kwadrilaterali kbir ta’ 300 metru magħruf bħala charbagh. Il-ġnien juża mogħdijiet olzati li jaqsmu l-ġnien f’erba’ ġonna b’16-il roqgħa għall-fjuri, ħaxix u siġriet żgħar. Nofs triq bejn il-qabar u d-daħla, fiċ-ċentru tal-ġnien hemm tank tal-ilma olzat, ippożizzjonat fuq assi tat-Tramuntana u n-Nofsinhar, fejn il-mawżolew jirrifletti fuq l-ilma. Dan it-tank tal-ilma olzat jissejjaħ al Hawd al-Kawthar b’referenza għat-“Tank tal-Abbundanza” mwiegħed lil Muħammed.

Il-ġonna fihom mogħdijiet imsaġġrin, ittikkettati skont l-ismijiet komuni u xjentifiċi tas-siġar, u bil-. Id-disinn tal-ġonna charbagh, ispirat mill-ġonna tal-Persja, iddaħħal l-Indja minn , l-ewwel imperatur Mogul. Jissimboleġġa l-fluss tal-erba’ xmajjar tal- (Jannah) u jirrifletti l-ġnien tal-ġenna mill-paridaeza tal-Persja, jiġifieri “ġnien magħluq bil-ħitan”. Fit-testi Iżlamiċi mistiċi tal-perjodu tal-Mogul, il-ġenna tiġi deskritta bħala ġnien ideali ta’ abbundanza bil-fluss ta’ erba’ xmajjar ġej minn nixxiegħa ċentrali jew muntanja, li jisseparaw il-ġnien fit-Tramuntana, il-Punent, in-Nofsinhar u l-Lvant.

Il-biċċa l-kbira ta’ dawn il-ġonna tal-Mogul huma rettangolari b’qabar jew padiljun fiċ-ċentru. Il-ġnien kwadrilaterali tat-Taj Mahal huwa partikolari għaliex l-element ewlieni, jiġifieri l-qabar, jinsab fit-tarf tal-ġnien mhux fin-nofs. Bl-iskoperta tal-Mahtab Bagh jew il-“Ġnien tad-Dawl tal-Qamar” fuq ix-xatt l-ieħor tax-xmara Yamuna, l-interpretazzjoni tal-Istħarriġ Arkeoloġiku tal-Indja hu li x-xmara Yamuna stess kienet inkorporata fid-disinn tal-ġnien u l-ħsieb kien li tirrappreżenta waħda mix-xmajjar tal-ġenna. Ix-xebħ fid-disinn u fil-karatteristiċi arkitettoniċi mal- jissuġġerixxi li ż-żewġ ġonna setgħu ġew iddisinjati mill-istess arkitett, . Ġrajjiet bikrin tal-ġnien jiddeskrivu l-abbundanza tal-veġetazzjoni, pereżempju , u siġar tal-frott bħar-. Meta l-qawwa tal-Imperu Mogul bdiet tbatti, it-Taj Mahal u l-ġonna tiegħu batew ukoll u bdew jiġu ttraskurati. Sal-aħħar tas-seklu 19, l-Imperu Brittaniku kien jikkontrolla iktar minn 60 % tal-Indja, u ħa f’idejh il-ġestjoni tat-Taj Mahal. Il-Brittaniċi biddlu l-pajsaġġ tal-ġonna għall-gosti tagħhom li kienu jixbħu iktar l-irqajja’ formali bil-ħaxix f’Londra.

Binjiet periferiċi

Il-kumpless tat-Taj Mahal huwa kkonfinat minn tliet naħat b’ħitan tal-blat ramli ħamrani bl-amberżuni; in-naħa ta’ faċċata tax-xmara Yamuna hija miftuħa. ’Il barra mill-ħitan hemm diversi mawżolej addizzjonali, fosthom dawk tan-nisa l-oħra ta’ Shah Jahan, u qabar ikbar għall-qaddej ippreferit ta’ Mumtaz Mahal. Dawn l-istrutturi, magħmula l-iktar mill-blat ramli ħamrani, huma tipiċi tal-oqbra Mogul żgħar ta’ dak iż-żmien. In-naħat tal-ħitan li jħarsu fuq ġewwa lejn il-ġnien għandhom quddiemhom arkati bil-kolonni, karatteristika tipika tat-tempji tal-Ħinduiżmu li iktar ’il quddiem ġiet inkorporata fil-moskej tal-Imperu Mogul. Il-ħitan huma ddekorati biċ-chattris, u ħdejhom hemm ukoll binjiet żgħar, bħall-Binja tal-Mużika (li issa tintuża bħala mużew), li jaf kienu jintużaw bħala postijiet fejn wieħed seta’ jgawdi l-veduta jew inkella bħala postijiet għall-għassa.

Id-daħla (darwaza) prinċipali hija struttura monumentali primarjament tal-irħam, u tipika ħafna tal-arkitettura Mogul tal-ewwel imperaturi. L-arkati tagħha jirriflettu l-għamla tal-arkati tal-qabar tat-Taj Mahal, u l-arkati pishtaq tagħha jinkorporaw il-kalligrafija li tiddekora l-qabar. Fiha dekorazzjonijiet bir-riljiev u intarsjar tal-fjuri bil-pietra dura. Is-soqfa mirfuda u l-ħitan tad-daħla għandhom disinni ġeometriċi elaborati bħal dawk ta’ binjiet oħra tal-blat ramli ħamrani fil-kumpless.

Fit-tarf tal-kumpless hemm żewġ binjiet grandjużi tal-blat ramli ħamrani li huma rifless ta’ xulxin maġenb il-qabar. Il-parti ta’ wara tal-binjiet hija parallela mal-ħitan tal-Punent u tal-Lvant tal-kumpless. Il-binja tal-Punent hija moskea u l-oħra tal-Lvant hija l-jawab jew moskea falza li x’aktarx inbniet għall-bilanċ arkitettoniku, allavolja mbagħad jaf intużat ukoll bħala binja għall-mistednin. Fost id-distinzjonijiet bejn iż-żewġ binjiet hemm in-nuqqas ta’ miħrab (niċċa fil-ħajt tal-moskea li tħares lejn il-Mekka) fil-jawab, l-art tal-jawab fiha disinni ġeometriċi mentri dik tal-moskea hija ddekorata bid-disinni ta’ 569 tapit tat-talb bl-irħam iswed. Id-disinn bażiku tal-moskea b’sala twila bi tliet koppli hija simili għal oħrajn mibnija minn Shah Jahan, partikolarment il-Masjid-i Jahān-Numā, jew il-moskea ta’ Jama Masjid, f’Delhi. Il-moskej tal-Imperu Mogul kienu jiddividu s-sala tas-santwarju fi tliet żoni: is-santwarju prinċipali u żewġ santwarji ftit iżgħar fuq kull naħa. Fit-Taj Mahal, kull santwarju jagħti għal koppla mirfuda. Il-binjiet periferiċi tlestew fl-1643.

Sit ta’ Wirt Dinji

It-Taj Mahal ġie ddeżinjat bħala Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1983 abbażi tal-ewwel kriterju tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) “Rappreżentazzjoni ta’ kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem”, ladarba t-Taj Mahal jirrappreżenta kisba arkitettonika u artistika mill-aqwa permezz ta’ armonija perfett u sengħa eċċellenti f’firxa sħiħa ta’ arkitettura funebri Indo-Iżlamika. Huwa kapulavur tal-arkitettura bi kwalitajiet estetiċi uniċi ta’ bilanċ, simetrija u fużjoni armonjuża ta’ elementi differenti.

Referenzi

  1. ^ Wells, John C. (1990). Longman pronunciation dictionary. Harlow, England: Longman. p. 704. ISBN 0-582-05383-8.
  2. ^ Ahmed, Akbar S. (1998). Islam Today: A Short Introduction to the Muslim World. I.B. Tauris. p. 94. ISBN 978-0-85771-380-3.
  3. ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Taj Mahal". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-11.
  4. ^ "It's official: these are the seven wonders of the modern world". the Guardian (bl-Ingliż). 2007-07-08. Miġbur 2021-03-11.
  5. ^ "Wonders". New7Wonders of the World (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-11.
  6. ^ Tillotson, G. H. R (2008). Taj Mahal. Harvard University Press. p. 14. ISBN 978-0-674-03186-9.
  7. ^ "Taj Mahal definition and meaning | Collins English Dictionary". www.collinsdictionary.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-11.
  8. ^ "Definition of Taj Mahal | Dictionary.com". www.dictionary.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-11.
  9. ^ Asher, Catherine B. (1992). Architecture of Mughal India. Cambridge University Press. p. 210. ISBN 978-0-521-26728-1.
  10. ^ "Treasures of the World | Taj Mahal". www.pbs.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-10-14. Miġbur 2021-03-11.
  11. ^ Sarkar, Jadunath (1919). Calcutta M.C. Sarkar (ed.). Studies in Mughal India. pp. 30–31.
  12. ^ a b ""Creation History of Taj Mahal". Arkivjat 06-06-2017". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-06-06. Miġbur 2021-03-11.
  13. ^ Chaghtai, Muhammad Abdulla (1938). Le Tadj Mahal d'Agra (Inde), histoire et description comprenant en appendice le texte d'un ms. persan sur le Tadj provenant de la Bibliothèque nationale à Paris: thèse pour le doctorat d'Université présentée à la Faculté des lettres de l'Université de Paris, par Muhammad Abdulla Chaghtai (Thesis). Éditions de la Connaissance. p. 46.
  14. ^ Chaghtai, Muhammad Abdulla (1938). Le Tadj Mahal d'Agra (Inde), histoire et description comprenant en appendice le texte d'un ms. persan sur le Tadj provenant de la Bibliothèque nationale à Paris: thèse pour le doctorat d'Université présentée à la Faculté des lettres de l'Université de Paris, par Muhammad Abdulla Chaghtai (Thesis). Éditions de la Connaissance. p. 146.
  15. ^ Copplestone, Trewin (1963). World architecture: an illustrated history from earliest times. Crescent Books. p. 166. ISBN 978-0-517-35148-2.
  16. ^ "Taj Mahal | Definition, Story, Site, History, & Facts". Encyclopedia Britannica (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-11.
  17. ^ "Archaeological Survey of India". asi.nic.in. Miġbur 2021-03-11.
  18. ^ "Onion (bulbous) Domes by Stromberg Architectural Products". www.strombergarchitectural.com. Miġbur 2021-03-11.
  19. ^ "Ahuja, Dilip R.; Rajani, M.B. (2016). "On the symmetry of the central dome of the Taj Mahal" (PDF). Current Science. pp. 996–997" (PDF).
  20. ^ a b Bloom, Jonathan M.; Blair, Sheila S. (1 January 2009). The Grove Encyclopedia of Islamic Art and Architecture. p. 32. ISBN 9780195309911.
  21. ^ ""The Taj!' Exteriors". Official WebSite of Taj Mahal. U.P. Tourism. Arkivjat 31-05-2016". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-05-31. Miġbur 2021-03-11.
  22. ^ Tillotson, Giles Henry Rupert (1990). Mughal India. Chronicle Books. ISBN 978-0-87701-686-1.
  23. ^ Bertel, Kristian. ""Taj Mahal – A Monument of Love in India" - Kristian Bertel | Photography". www.kristianbertel.dk . Miġbur 2021-03-11.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
  24. ^ a b ċ d Koch, Ebba (2006). The Complete Taj Mahal: And the Riverfront Gardens of Agra (First ed.). Thames & Hudson. p. 110. ISBN 978-0-500-34209-1.
  25. ^ "Taj Mahal Calligraphy - Calligraphy of Taj Mahal Agra - Taj Mahal Inscriptions and Calligraphy". www.tajmahal.org.uk. Miġbur 2021-03-11.
  26. ^ a b Koch, Ebba (2006). The Complete Taj Mahal: And the Riverfront Gardens of Agra (First ed.). Thames & Hudson. p. 100. ISBN 978-0-500-34209-1.
  27. ^ a b "visiting the Taj - calligraphy". www.pbs.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-05-09. Miġbur 2021-03-11.
  28. ^ "Tables with inlay work enhance appeal of your interiors - timesofindia-economictimes". web.archive.org. 2016-05-29. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-05-29. Miġbur 2021-03-11.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  29. ^ a b Khatri, Vikas (2012). Greatest Wonders of the World. V&S Publishers. p. 128. ISBN 978-93-81588-30-7.
  30. ^ Alī Jāvīd, Tabassum Javeed (2008). World Heritage Monuments and Related Edifices in India, Volume 1. Algora Publishing. p. 309. ISBN 978-0-87586-483-9.
  31. ^ Begley, Wayne E. (March 1979). "The Myth of the Taj Mahal and a New Theory of Its Symbolic Meaning". The Art Bulletin. p. 14. ISBN 978-0440917182.
  32. ^ "Taj Mahal in Agra - Uttar Pradesh state in India". indiatourism.ws. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-07-17. Miġbur 2021-03-11.
  33. ^ Allan, John (1958). The Cambridge Shorter History of India (First ed.). Cambridge: S. Chand, p. 318.
  34. ^ "The Taj Mahal". HowStuffWorks (bl-Ingliż). 2007-05-29. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-09-13. Miġbur 2021-03-11.
  35. ^ Royals, Sue (1996). Our Global Village – India. India: Lorenz Educational Press. p. 7. ISBN 978-1-4291-1107-2.
  36. ^ Koch, Ebba (2006). The Complete Taj Mahal: And the Riverfront Gardens of Agra (First ed.). Thames & Hudson. p. 139. ISBN 978-0-500-34209-1.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 29 Ġun, 2025 / 22:36

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Taj Mahal, X'inhi Taj Mahal? Xi tfisser Taj Mahal?

It Taj Mahal taːdʒ ˈmɛːɦ e l litteralment Kuruna tal Palazz huwa tal abjad lewn l fix xatt tan Nofsinhar tax xmara fil belt ta fir reġjun ta l Indja Il mawzolew ġie kkummissjonat fl 1632 mill imperatur Mogul li rrenja mill 1628 sal 1658 biex iħaddan fih il qabar tal mara favurita tiegħu għalkemm il mawzolew iħaddan fih ukoll il qabar ta Shah Jahan innifsu Il qabar Izlamiku huwa l qalba tal kumpless tat Taj Mahal li huwa mifrux fuq 17 il ettaru u li jinkludi u binja għall mistednin It Taj Mahal huwa mdawwar b formali u huwa kkonfinat minn tliet naħat b ħitan bl amberzuni It Taj Mahal Il kostruzzjoni tal mawzolew tlestiet essenzjalment fl 1643 izda x xogħol baqa għaddej fuq fazijiet oħra tal proġett għal għaxar snin oħra Għaldaqstant il kumpless tat Taj Mahal jingħad li tlesta għalkollox fl 1653 u huwa stmat li dak iz zmien sewa madwar 32 miljun rupi li fl 2020 x aktarx li kien jiswa madwar 70 biljun rupi jiġifieri madwar 800 miljun Il proġett ta kostruzzjoni impjega xi 20 000 artiġjan taħt it tmexxija ta bord ta arkitetti mmexxi minn l arkitett tal imperatur Shah Jahan It Taj Mahal ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1983 talli huwa ġojjell tal arti Musulmana fl Indja u wieħed mill iktar kapulavuri ammirati universalment tal wirt dinji Ħafna jqisuh bħala l aqwa ezempju ta arkitettura tal u simbolu tal istorja rikka tal Indja It Taj Mahal jattira bejn seba u tmien miljun vizitatur fis sena u fl 2007 ġie ddikjarat bħala wieħed mis Seba Għeġubijiet Ġodda tad Dinja EtimoloġijaMumtaz Mahal L imperatur Mogul Shah Jahan fil ktieb tiegħu Padshahnama tal 1636 jirreferi għat Taj Mahal bħala rauza i munawwara bl Għarbi Persjan روضه منواره rawdah i munawwarah jiġifieri l qabar illuminat jew illustri L isem li jintuza attwalment Taj Mahal ġej mill Persjan تاج محل taj maħall u litteralment ifisser kuruna taj tal palazz maħall Maħall huwa wkoll il kunjom ta Mumtaz Mahal il mara tal imperatur Shah Jahan IspirazzjoniIt Taj Mahal ġie kkummissjonat mill imperatur Shah Jahan fl 1631 biex jinbena bħala mafkar tal mara tiegħu Mumtaz Mahal li mietet fis 17 ta Ġunju ta dik is sena hi u twelled l 14 il wild tagħha Il kostruzzjoni bdiet fl 1632 u l mawzolew tlesta fl 1648 filwaqt li l binjiet u l ġonna tal madwar tlestew ħames snin wara Id dokumentazzjoni imperjali ta dak iz zmien tiddokumenta n niket tal imperatur Shah Jahan wara mewt martu Mumtaz Mahal u turi kif l imħabba tal imperatur għal martu kienet l ispirazzjoni għat Taj Mahal Arkitettura u disinn track track track track track track source source source source source source source Filmat dwar it Taj Mahal It Taj Mahal jinkorpora u jespandi t tradizzjonijiet tad disinn Indo Izlamiku u tal arkitettura Mogul iktar bikrija Ispirazzjoni speċifika ġiet minn binjiet ta suċċess tal arkitettura tal Imperi ta u Mogul fosthom il il qabar ta Timur proġenitur tad dinastija tal Mogul f Samarkanda l Uzbekistan il li kien ta ispirazzjoni għad disinn tal ġonna kwadrilaterali u għall arkitettura tat Taj Mahal il qabar ta li xi kultant jissejjaħ it Taj iz Zgħir u l moskea Jama Masjid ta Shah Jahan innifsu f l Indja Filwaqt li l binjiet bikrin tal Imperu Mogul kien jinbnew mill blat ramli ħamrani Shah Jahan ippromwova l uzu tal irħam abjad intarsjat b ħaġar semiprezzjuz Il binjiet taħt il patroċinju tiegħu laħqu livelli ġodda ta rfinar Qabar Iz zewġ sarkofagi foloz ta Shah Jahan u Mumtaz Mahal Il qabar huwa l qofol tal kumpless kollu tat Taj Mahal Huwa struttura kbira tal irħam abjad fuq bazi kwadra li tikkonsisti minn binja simetrika b iwan daħla bi ħnejja kbira u pinnaklu tal Bħall biċċa l kbira tal oqbra Mogul l elementi baziċi għandhom oriġini Indo Izlamika L istruttura tal bazi hija kubu kbir b diversi kompartimenti bl irkejjen iċċanfrinati li jifforma struttura bi tmien naħat mhux indaqs li hija 55 metru fuq kull waħda mill erba naħat it twal Kull naħa tal iwan għandha qisu gwarniċ enormi bi ħnejja mirfuda jew pishtaq b zewġ gallariji b għamla simili fuq kull naħa Dan il motiv ta pishtaqs ħdejn xulxin huwa rreplikat fiz zoni qrib l irkejjen iċċanfrinati u b hekk id disinn tal istruttura huwa simetriku għalkollox fin naħat kollha tal binja Fl erba ġnub tal bazi tal qabar hemm erba faċċata tal irkejjen iċċanfrinati Il kompartiment ewlieni fih iz zewġ sarkofagi foloz ta Mumtaz Mahal u Shah Jahan it twiebet reali jinsabu f livell iktar l isfel L intarsjar tal paraventu tal irħam L iktar karatteristika spettakolari hija l koppla tal irħam fuq il qabar Il koppla hija għolja kwazi 35 metru jiġifieri bħala kejl hija qrib it tul tal bazi u hija aċċentwata minn qisha pjattaforma ċilindrika ta taħtha li hija għolja seba metri Minħabba l għamla tagħha il koppla spiss tissejjaħ koppla b għamla ta jew amrud Il parti ta fuq hija ddekorata b disinn tal li jservi wkoll biex jaċċentwa l għoli tagħha L għamla tal koppla jingħata iktar enfasi permezz ta erba koppli izgħar magħrufa bħala chattris fl irkejjen tagħha li jirreplikaw l għamla ta basla tal koppla ewlenija Il koppla hija kemxejn asimetrika Il bazi ta kull waħda mill koppli z zgħar fiha fetħa li tagħti għas saqaf tal qabar u li ddawwal ftit il qabar minn ġewwa Hemm diversi spieri dekorattivi twal guldastas li huma estizi mit truf tal ħitan tal bazi u dawn jagħtu enfasi viziva lill għoli tal koppla Il motiv tal pjanta tal lotus jiġi mtenni kemm fuq iċ chattris kif ukoll fuq il guldastas Fil qċaċet tal koppla u taċ chattris hemm pinnakli tal bronz li jħalltu l elementi dekorattivi tradizzjonali tal Persja ma dawk tal Il pinnaklu tal koppla ewlenija tat Taj Mahal Il pinnaklu ewlieni oriġinarjament kien tad izda fil bidu tas seklu 19 ġie sostitwit minn kopja tal bronz Din il karatteristika hija ezempju ċar tal integrazzjoni tal element dekorattivi tradizzjonali Persjani ma dawk Ħindu Mal ponta tal pinnaklu ewlieni hemm il qamar felli jħares lejn is smewwiet li huwa motiv Izlamiku tipiku Il minareti li huma għoljin iktar minn 40 metru joħorġu fid dieher kemm id disinjatur tat Taj Mahal kellu f moħħu s simetrija Kienu ddisinjati bħala minareti li setgħu jintuzaw skont it tradizzjoni biex minn fuqhom il iselli biex isejjaħ lil dawk ta fidi Izlamika għat Kull minaret huwa effettivament maqsum fi tliet partijiet indaqs bi tliet gallariji mad dawra tiegħu stess Fuq is saqaf tal gallarija ta fuq nett ta kull minaret hemm chattri li tirrifletti d disinn taċ chattris ta fuq il qabar Dawn iċ chattris kollha għandhom l istess elementi dekorattivi bid disinn tal pjanta tal lotus u pinnakli tal bronz fil qċaċet tagħhom Il minareti nbnew ħarira l barra mill bazi biex f kaz li xi wieħed iċedi xi ħaġa li spiss kienet tiġri dak iz zmien bil binjiet għoljin il materjal mill minareti ma jagħmilx ħsara lill qabar Dekorazzjonijiet esterni Il kalligrafija Għarbija ma faċċata tat Taj Mahal Id dekorazzjonijiet esterni tat Taj Mahal huma fost l ifjen tal arkitettura tal Imperu Mogul Id dekorazzjonijiet huma mirquma proporzjonalment skont il bidliet fis superfiċe tal mawzolew Dawn inħolqu permezz taz l l tal jew F konformita mal projbizzjoni Izlamika kontra l uzu ta forom antropomorfiċi l elementi dekorattivi jistgħu jiġu raggruppati f kalligrafija forom astratti jew motivi veġetattivi Fil kumpless kollu hemm siltiet mil Koran miktuba bil kalligrafija Għarbija bħala dekorazzjoni Dan l aħħar l istudjuzi saru jsostnu li l għazla tas siltiet saret minn Il kalligrafija tal faċċata ewlenija tgħid Ja ruħ li qed tistrieħ erġa twaħħad fil paċi ta Alla Il kalligrafija nħolqot fl 1609 minn L imperatur Shah Jahan tah it titlu ta Amanat Khan bħala premju għall virtwozita li ssaħħrek Ħdejn is siltiet mill Koran fil bazi tal koppla fuq ġewwa hemm l iskrizzjoni Miktuba mill essri insinifikanti Amanat Khan Shirazi Il biċċa l kbira tal kalligrafija Għarbija tikkonsisti minn elaborata magħmula minn jew irħam iswed intarsjat b panewijiet tal irħam abjad Il panewijiet iktar fil għoli għandhom kitba ftit ikbar biex jitnaqqas l effett ta distorsjoni meta wieħed jaqra l kitba mill art Il kalligrafija fuq l irħam taz zewġ sarkofagi foloz fiha ħafna dettall fin Il minareti tat Taj Mahal Il forom astratti jintuzaw kullimkien speċjalment fil bazi kwadra tal qabar fil minareti fil bieb tad daħla fil moskea il jawab moskea falza għas simetrija fl arkitettura Izlamika u inqas fuq is superfiċi tal qabar Il koppli u r riffieda tal binjiet tal blat ramli ħamrani huma maħduma bi traċċi ta zebgħa inċiza biex jinħolqu forom ġeometriċi elaborati L intarsjar b arranġament zigzag ta tipi differenti ta materjali tal ġebel jiddefinixxi l ispazju bejn ħafna mill elementi li jinsabu qrib xulxin L intarsjar abjad jintuza fuq il binjiet tal blat ramli ħamrani u l intarsjar skur jew iswed fuq il binjiet tal irħam abjad Il partijiet imkaħħla tal binjiet tal irħam ġew mizbugħa b kulur ieħor għall kuntrast biex jinħolqu sensiela kumplessa ta mudelli ġeometriċi Mal art u fil mogħdijiet intuzaw madumiet jew blokok f kuntrast ma xulxin qishom Fuq in naħa t isfel tal ħitan tal qabar hemm tal irħam abjad skolpiti b riljiev realistiku ta u L irħam ġie llostrat biex jenfasizza d dettall mill isbaħ tat tinqix Il gwarniċi taz zokklaturi u z zewġ spazji triangolari bejn il ħnejjiet u l gwarniċi ġew iddekorati bl intarsjar tal pietra dura f għamliet stilizzati ħafna kwazi ġeometriċi ta vinji fjuri u frott Il ħaġar tal intarsjar huwa irħam isfar djaspru u ġada illostrati u llivellati fis superfiċe tal ħitan Dekorazzjoni interna Id dawl tax xemx dieħel fuq it tinqix u l intarsjar intern Il kompartiment intern tat Taj Mahal imur ferm lil hinn mill elementi dekorattivi tradizzjonali Ix xogħol tal intarsjar mhuwiex fuq pietra dura izda lapidarju ta ħaġar prezzjuz u semiprezzjuz Il kompartiment intern huwa b disinn li jippermetti d dħul minn kull faċċata għalkemm id daħla tan Nofsinhar biss li tiġi faċċata tal ġonna tintuza Il ħitan ta ġewwa huma għoljin 25 metru u fuqhom hemm koppla interna falza ddekorata b motiv ta xemx Tmien arkati pishtaq jiddefinixxu l ispazju fil livell tal art u l istess bħall parti esterna kull pishtaq fil baxx hija ddekorata bit tieni pishtaq sa qisu nofs il ħajt L erba arkati ċentrali ta fuq jiffurmaw gallariji jew zoni fejn wieħed joqgħod jitpaxxa bil veduta u kull tieqa esterna tal gallarija għandha jali paraventu ornamentali mirqum u maqtugħ mill irħam Apparti d dawl li jidħol mill paraventi tal gallariji id dawl jidħol ukoll mill fetħiet fis saqaf mgħottija miċ chattris fl irkejjen Il paraventu ottagonali tal irħam fil burdura tas sarkofagi foloz huwa magħmul minn tmien panewijiet tal irħam permezz ta xogħol mirqum ħafna tat tniffid Is superfiċi li jifdal huma intarsjati b dettall fin magħmul bil ħaġar semiprezzjuz li jifforma vinji mibruma ma xulxin frott u fjuri Kull ħajt tal kompartiment ewlieni fih ħafna dekorazzjonijiet b zokklaturi bir riljiev intarsjar elaborat fil lapidarji u panewijiet raffinati bil kalligrafija li jirriflettu b dettall zgħor l elementi tad disinn prezenti fil parti esterna tal kumpless Iz zebgħa inċiza b mudelli ġeometriċi It tradizzjoni Musulmana tipprojbixxi d dekorazzjoni elaborata tat twiebet Għalhekk il katavri ta Mumtaz Mahal u ta Shah Jahan tpoġġew fi kripta relattivament sempliċi taħt il kompartiment intern ewlieni b wiċċhom iħares fuq il lemin lejn il Mekka Is sarkofagu falz ta Mumtaz Mahal jinsab ezatt fiċ ċentru tal kompartiment intern ewlieni buq bazi rettangolari tal irħam ta 1 5 metru b 2 5 metri Kemm il bazi kif ukoll is sarkofagu falz huma intarsjati b mod elaborat b ħaġar prezzjuz u semiprezzjuz L iskrizzjonijiet kalligrafiċi fuq is sarkofagu falz jidentifikaw u jfaħħru lil Mumtaz Mahal Fuq l għatu tas sarkofagu falz hemm biċċa rettangolari olzata li suppost tirrapprezenta tavla tal kitba Is sarkofagu ta Shah Jahan qiegħed maġenb dak ta Mumtaz Mahal lejn in naħa tal Punent u huwa l uniku element asimetriku vizibbli fil kumpless kollu Is sarkofagu tiegħu huwa ikbar minn ta martu izda jirrifletti l istess elementi sarkofagu falz ikbar fuq bazi ħarira iktar olzata li hija ddekorata ferm bil lapidarju u bil kalligrafija li tidentifikah Fuq l għatu tas sarkofagu falz hemm skultura tradizzjonali ta kontenitur ta pinna zgħira Il kontenitur ta pinna u t tavla tal kitba huma ikoni funebri Mogul li jintuzaw biex jiddekoraw is sarkofagi foloz tal irġiel u tan nisa rispettivament Id Disa u Disgħin Isem ta Alla huma iskrizzjonijiet kalligrafiċi fuq in naħat tat tebut reali ta Mumtaz Mahal Iskrizzjonijiet oħra fil kripta jinkludu Ja nobbli ja manjifika ja unika ja eterna ja glorjuza It tebut ta Shah Jahan għandu l iskrizzjoni kalligrafika li tgħid Hu vvjaġġa minn din id dinja għall bankett tal Eternita fil lejla tas sitta u għoxrin tax xahar ta Rajab fis sena 1076 Hijri Ġonna It tank tal ilma bir rifless tat Taj Mahal Il kumpless huwa mdawwar bi ġnien kwadrilaterali kbir ta 300 metru magħruf bħala charbagh Il ġnien juza mogħdijiet olzati li jaqsmu l ġnien f erba ġonna b 16 il roqgħa għall fjuri ħaxix u siġriet zgħar Nofs triq bejn il qabar u d daħla fiċ ċentru tal ġnien hemm tank tal ilma olzat ippozizzjonat fuq assi tat Tramuntana u n Nofsinhar fejn il mawzolew jirrifletti fuq l ilma Dan it tank tal ilma olzat jissejjaħ al Hawd al Kawthar b referenza għat Tank tal Abbundanza mwiegħed lil Muħammed Il ġonna fihom mogħdijiet imsaġġrin ittikkettati skont l ismijiet komuni u xjentifiċi tas siġar u bil Id disinn tal ġonna charbagh ispirat mill ġonna tal Persja iddaħħal l Indja minn l ewwel imperatur Mogul Jissimboleġġa l fluss tal erba xmajjar tal Jannah u jirrifletti l ġnien tal ġenna mill paridaeza tal Persja jiġifieri ġnien magħluq bil ħitan Fit testi Izlamiċi mistiċi tal perjodu tal Mogul il ġenna tiġi deskritta bħala ġnien ideali ta abbundanza bil fluss ta erba xmajjar ġej minn nixxiegħa ċentrali jew muntanja li jisseparaw il ġnien fit Tramuntana il Punent in Nofsinhar u l Lvant Il biċċa l kbira ta dawn il ġonna tal Mogul huma rettangolari b qabar jew padiljun fiċ ċentru Il ġnien kwadrilaterali tat Taj Mahal huwa partikolari għaliex l element ewlieni jiġifieri l qabar jinsab fit tarf tal ġnien mhux fin nofs Bl iskoperta tal Mahtab Bagh jew il Ġnien tad Dawl tal Qamar fuq ix xatt l ieħor tax xmara Yamuna l interpretazzjoni tal Istħarriġ Arkeoloġiku tal Indja hu li x xmara Yamuna stess kienet inkorporata fid disinn tal ġnien u l ħsieb kien li tirrapprezenta waħda mix xmajjar tal ġenna Ix xebħ fid disinn u fil karatteristiċi arkitettoniċi mal jissuġġerixxi li z zewġ ġonna setgħu ġew iddisinjati mill istess arkitett Ġrajjiet bikrin tal ġnien jiddeskrivu l abbundanza tal veġetazzjoni perezempju u siġar tal frott bħar Meta l qawwa tal Imperu Mogul bdiet tbatti it Taj Mahal u l ġonna tiegħu batew ukoll u bdew jiġu ttraskurati Sal aħħar tas seklu 19 l Imperu Brittaniku kien jikkontrolla iktar minn 60 tal Indja u ħa f idejh il ġestjoni tat Taj Mahal Il Brittaniċi biddlu l pajsaġġ tal ġonna għall gosti tagħhom li kienu jixbħu iktar l irqajja formali bil ħaxix f Londra Il veduta tat Taj Mahal mix xatt oppost tax xmara Yamuna Binjiet periferiċi Il moskea tat Taj Mahal Il kumpless tat Taj Mahal huwa kkonfinat minn tliet naħat b ħitan tal blat ramli ħamrani bl amberzuni in naħa ta faċċata tax xmara Yamuna hija miftuħa Il barra mill ħitan hemm diversi mawzolej addizzjonali fosthom dawk tan nisa l oħra ta Shah Jahan u qabar ikbar għall qaddej ippreferit ta Mumtaz Mahal Dawn l istrutturi magħmula l iktar mill blat ramli ħamrani huma tipiċi tal oqbra Mogul zgħar ta dak iz zmien In naħat tal ħitan li jħarsu fuq ġewwa lejn il ġnien għandhom quddiemhom arkati bil kolonni karatteristika tipika tat tempji tal Ħinduizmu li iktar il quddiem ġiet inkorporata fil moskej tal Imperu Mogul Il ħitan huma ddekorati biċ chattris u ħdejhom hemm ukoll binjiet zgħar bħall Binja tal Muzika li issa tintuza bħala muzew li jaf kienu jintuzaw bħala postijiet fejn wieħed seta jgawdi l veduta jew inkella bħala postijiet għall għassa Id daħla darwaza prinċipali hija struttura monumentali primarjament tal irħam u tipika ħafna tal arkitettura Mogul tal ewwel imperaturi L arkati tagħha jirriflettu l għamla tal arkati tal qabar tat Taj Mahal u l arkati pishtaq tagħha jinkorporaw il kalligrafija li tiddekora l qabar Fiha dekorazzjonijiet bir riljiev u intarsjar tal fjuri bil pietra dura Is soqfa mirfuda u l ħitan tad daħla għandhom disinni ġeometriċi elaborati bħal dawk ta binjiet oħra tal blat ramli ħamrani fil kumpless Id daħla tal kumpless tat Taj Mahal Fit tarf tal kumpless hemm zewġ binjiet grandjuzi tal blat ramli ħamrani li huma rifless ta xulxin maġenb il qabar Il parti ta wara tal binjiet hija parallela mal ħitan tal Punent u tal Lvant tal kumpless Il binja tal Punent hija moskea u l oħra tal Lvant hija l jawab jew moskea falza li x aktarx inbniet għall bilanċ arkitettoniku allavolja mbagħad jaf intuzat ukoll bħala binja għall mistednin Fost id distinzjonijiet bejn iz zewġ binjiet hemm in nuqqas ta miħrab niċċa fil ħajt tal moskea li tħares lejn il Mekka fil jawab l art tal jawab fiha disinni ġeometriċi mentri dik tal moskea hija ddekorata bid disinni ta 569 tapit tat talb bl irħam iswed Id disinn baziku tal moskea b sala twila bi tliet koppli hija simili għal oħrajn mibnija minn Shah Jahan partikolarment il Masjid i Jahan Numa jew il moskea ta Jama Masjid f Delhi Il moskej tal Imperu Mogul kienu jiddividu s sala tas santwarju fi tliet zoni is santwarju prinċipali u zewġ santwarji ftit izgħar fuq kull naħa Fit Taj Mahal kull santwarju jagħti għal koppla mirfuda Il binjiet periferiċi tlestew fl 1643 Sit ta Wirt DinjiIt Taj Mahal ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1983 abbazi tal ewwel kriterju tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem ladarba t Taj Mahal jirrapprezenta kisba arkitettonika u artistika mill aqwa permezz ta armonija perfett u sengħa eċċellenti f firxa sħiħa ta arkitettura funebri Indo Izlamika Huwa kapulavur tal arkitettura bi kwalitajiet estetiċi uniċi ta bilanċ simetrija u fuzjoni armonjuza ta elementi differenti Referenzi Wells John C 1990 Longman pronunciation dictionary Harlow England Longman p 704 ISBN 0 582 05383 8 Ahmed Akbar S 1998 Islam Today A Short Introduction to the Muslim World I B Tauris p 94 ISBN 978 0 85771 380 3 a b Centre UNESCO World Heritage Taj Mahal UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2021 03 11 It s official these are the seven wonders of the modern world the Guardian bl Ingliz 2007 07 08 Miġbur 2021 03 11 Wonders New7Wonders of the World bl Ingliz Miġbur 2021 03 11 Tillotson G H R 2008 Taj Mahal Harvard University Press p 14 ISBN 978 0 674 03186 9 Taj Mahal definition and meaning Collins English Dictionary www collinsdictionary com bl Ingliz Miġbur 2021 03 11 Definition of Taj Mahal Dictionary com www dictionary com bl Ingliz Miġbur 2021 03 11 Asher Catherine B 1992 Architecture of Mughal India Cambridge University Press p 210 ISBN 978 0 521 26728 1 Treasures of the World Taj Mahal www pbs org Arkivjat minn l oriġinal fl 2017 10 14 Miġbur 2021 03 11 Sarkar Jadunath 1919 Calcutta M C Sarkar ed Studies in Mughal India pp 30 31 a b Creation History of Taj Mahal Arkivjat 06 06 2017 Arkivjat minn l oriġinal fl 2017 06 06 Miġbur 2021 03 11 Chaghtai Muhammad Abdulla 1938 Le Tadj Mahal d Agra Inde histoire et description comprenant en appendice le texte d un ms persan sur le Tadj provenant de la Bibliotheque nationale a Paris these pour le doctorat d Universite presentee a la Faculte des lettres de l Universite de Paris par Muhammad Abdulla Chaghtai Thesis Editions de la Connaissance p 46 Chaghtai Muhammad Abdulla 1938 Le Tadj Mahal d Agra Inde histoire et description comprenant en appendice le texte d un ms persan sur le Tadj provenant de la Bibliotheque nationale a Paris these pour le doctorat d Universite presentee a la Faculte des lettres de l Universite de Paris par Muhammad Abdulla Chaghtai Thesis Editions de la Connaissance p 146 Copplestone Trewin 1963 World architecture an illustrated history from earliest times Crescent Books p 166 ISBN 978 0 517 35148 2 Taj Mahal Definition Story Site History amp Facts Encyclopedia Britannica bl Ingliz Miġbur 2021 03 11 Archaeological Survey of India asi nic in Miġbur 2021 03 11 Onion bulbous Domes by Stromberg Architectural Products www strombergarchitectural com Miġbur 2021 03 11 Ahuja Dilip R Rajani M B 2016 On the symmetry of the central dome of the Taj Mahal PDF Current Science pp 996 997 PDF a b Bloom Jonathan M Blair Sheila S 1 January 2009 The Grove Encyclopedia of Islamic Art and Architecture p 32 ISBN 9780195309911 The Taj Exteriors Official WebSite of Taj Mahal U P Tourism Arkivjat 31 05 2016 Arkivjat minn l oriġinal fl 2016 05 31 Miġbur 2021 03 11 Tillotson Giles Henry Rupert 1990 Mughal India Chronicle Books ISBN 978 0 87701 686 1 Bertel Kristian Taj Mahal A Monument of Love in India Kristian Bertel Photography www kristianbertel dk Miġbur 2021 03 11 Manutenzjoni CS1 lingwa mhix magħrufa link a b ċ d Koch Ebba 2006 The Complete Taj Mahal And the Riverfront Gardens of Agra First ed Thames amp Hudson p 110 ISBN 978 0 500 34209 1 Taj Mahal Calligraphy Calligraphy of Taj Mahal Agra Taj Mahal Inscriptions and Calligraphy www tajmahal org uk Miġbur 2021 03 11 a b Koch Ebba 2006 The Complete Taj Mahal And the Riverfront Gardens of Agra First ed Thames amp Hudson p 100 ISBN 978 0 500 34209 1 a b visiting the Taj calligraphy www pbs org Arkivjat minn l oriġinal fl 2015 05 09 Miġbur 2021 03 11 Tables with inlay work enhance appeal of your interiors timesofindia economictimes web archive org 2016 05 29 Arkivjat mill oriġinal fl 2016 05 29 Miġbur 2021 03 11 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link a b Khatri Vikas 2012 Greatest Wonders of the World V amp S Publishers p 128 ISBN 978 93 81588 30 7 Ali Javid Tabassum Javeed 2008 World Heritage Monuments and Related Edifices in India Volume 1 Algora Publishing p 309 ISBN 978 0 87586 483 9 Begley Wayne E March 1979 The Myth of the Taj Mahal and a New Theory of Its Symbolic Meaning The Art Bulletin p 14 ISBN 978 0440917182 Taj Mahal in Agra Uttar Pradesh state in India indiatourism ws Arkivjat minn l oriġinal fl 2017 07 17 Miġbur 2021 03 11 Allan John 1958 The Cambridge Shorter History of India First ed Cambridge S Chand p 318 The Taj Mahal HowStuffWorks bl Ingliz 2007 05 29 Arkivjat minn l oriġinal fl 2007 09 13 Miġbur 2021 03 11 Royals Sue 1996 Our Global Village India India Lorenz Educational Press p 7 ISBN 978 1 4291 1107 2 Koch Ebba 2006 The Complete Taj Mahal And the Riverfront Gardens of Agra First ed Thames amp Hudson p 139 ISBN 978 0 500 34209 1

L-aħħar artikli
  • Ġunju 28, 2025

    Berat

  • Ġunju 16, 2025

    Beppe Fenech Adami

  • Ġunju 08, 2025

    Benvenuto Cellini

  • Ġunju 17, 2025

    Bennej

  • Ġunju 20, 2025

    Benjamin Netanyahu

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq