Tebe bl Għarbi طيبة bil Grieg Antik Θῆβαι Thēbai magħrufa fost l Eġizzjani tal qedem bħala Waset kienet belt Eġizzjana a
Tebe (Eġittu)

Tebe (bl-Għarbi: طيبة, bil-Grieg Antik: Θῆβαι, Thēbai), magħrufa fost l-Eġizzjani tal-qedem bħala Waset, kienet belt Eġizzjana antika max-xmara madwar 800 kilometru (500 mil) fin-Nofsinhar tal-Mediterran. Il-fdalijiet tagħha jinsabu fi ħdan il-belt Eġizzjana moderna ta' . Tebe kienet il-belt prinċipali tar-raba' diviżjoni tal-Eġittu ta' Fuq (id-diviżjoni tax-Xettru) u kienet il-belt kapitali tal-Eġittu għal perjodi twal matul l-epoki tar-Renju Nofsani u r-Renju l-Ġdid. Kienet qrib Nubja u d-Deżert tal-Lvant, b'bosta riżorsi minerali ta' valur u rotot kummerċjali siewja. Kienet ċentru reliġjuż u l-iżjed belt venerata matul bosta perjodu tal-istorja Eġizzjana tal-qedem. Is-sit ta' Tebe jinkludi diversi nħawi kemm fix-xatt tal-Lvant tan-Nil, fejn hemm it-tempji ta' Karnak u ta' Luxor u fejn kien hemm il-belt, kif ukoll fix-xatt tal-Punent, fejn kien hemm nekropoli b'ċimiterji rjali u kumplessi funebri privati u rjali kbar. Fl-1979, il-fdalijiet u n-nekropoli ta' Tebe tal-qedem ġew ikklassifikati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.
Toponimija
L-isem Eġizzjan antik għal Tebe kien wꜣs.t, "il-Belt tal-wꜣs", ix-xettru tal-faragħuni, ħatar twil b'ras ta' annimal u b'bażi li tofroq fi tnejn. Mill-aħħar tar-Renju l-Ġdid, Tebe kienet magħrufa bl-Eġizzjan antik bħala niwt-'imn, "il-Belt ta' Amun", il-kap tat-Trijade ta' divinitajiet ta' Tebe, flimkien ma' Mut u Khonsu. Dan l-isem ta' Tebe jidher fil-Bibbja bħala "Nōʼ ʼĀmôn" (נא אמון) fil-Ktieb ta' Nahum u bħala "No" (נא) fil-Ktieb ta' Eżekjel u Ġeremija.
Xi kultant Tebe jingħad li hija l-forma Latinizzata tal-Grieg Antik: Θῆβαι, li min-naħa l-oħra hija l-forma Griega tal-Eġizzjan demotiku tꜣ jpt ("it-tempju"), b'referenza għal jpt-swt; it-tempju li issa huwa magħruf bl-isem Għarbi tiegħu, Karnak ("villaġġ iffortifikat"), fix-xatt tal-Grigal tal-belt. Madankollu, peress li Omeru jirreferi għall-metropoli b'dan l-isem, u peress li l-kitba demotika ma tfaċċatx qabel għadd ta' snin oħra, l-etimoloġija hija kemxejn dubjuża. Diġà minn żmien l-Ilijade ta' Omeru, il-Griegi kienu jiddistingwu lil Tebe tal-Eġittu bħala "Tebe tal-Mitt Daħla" (Θῆβαι ἑκατόμπυλοι, Thēbai hekatómpyloi), għad-differenza tat-" tas-Seba' Daħliet" (Θῆβαι ἑπτάπυλοι, Thēbai heptápyloi) f'Boeotia, il-Greċja.
Fl-interpretatio graeca, Amun ġie spjegat bħala Żews Ammon. Għaldaqstant l-isem ġie tradott bil-Grieg bħala Diospolis, "il-Belt ta' Żews". Sabiex tiġi distinta mill-bosta bliet oħra b'dan l-isem, kienet magħrufa bħala d-"Diospolis il-Kbira" (Διόσπολις Μεγάλη, Diospolis Megálē; bil-Latin: Diospolis Magna). L-ismijiet Griegi bdew jintużaw b'mod iktar mifrux wara l-ħakma tal-Eġittu minn , meta l-pajjiż tmexxa mid-dinastija Tolemajka tal-Maċedonja.
Karatteristiċi
Ġeografija
Tebe kienet tinsab tul ix-xtut tax-xmara Nil fil-parti tan-nofs tal-Eġittu ta' Fuq, madwar 800 kilometru fin-Nofsinhar tad-delta. Fil-biċċa l-kbira tagħha nbniet fuq il-pjanuri tax-xmara tal-wied tan-Nil tul lilwa kbira tal-istess xmara. B'konsegwenza naturali ta' dan, il-belt ġiet stabbilita f'assi mill-Grigal għal-Lbiċ, b'mod parallel mal-kanal kontemporanju tax-xmara. Tebe kellha erja ta' 93 km2 (36 mil kwadru), li kienet tinkludi partijiet mill-Għoljiet ta' Tebe fil-Punent li kienu jlaħħqu sa massimu ta' 420 metru (1,378 pied) fl-Għolja sagra ta' al-Qurn. Fil-Lvant kien hemm id-Deżert tal-Lvant muntanjuż bil-wadis tiegħu li kienu jnixxu fil-wied. Fost dawn il-wadis, l-iżjed sinifikanti kien Wadi Hammamat qrib Tebe. Dan kien jintuża bħala rotta kummerċjali fuq l-art li kienet tibqa' sejra sal-kosta tal-Baħar l-Aħmar.
Irħula fil-qrib fir-raba' distrett tal-Eġittu ta' Fuq kienu Per-Hathor, Madu, Djerty, Iuny, Sumenu u Imiotru.
Demografija
Skont , Tebe kellha madwar 40,000 abitant fl-2000 Q.K. (meta mqabbla mas-60,000 abitant f', l-ikbar belt fid-dinja f'dak iż-żmien). Sal-1800 Q.K., il-popolazzjoni ta' Memphis naqset għal madwar 30,000 abitant, u b'hekk Tebe saret l-ikbar belt fl-Eġittu f'dak iż-żmien. L-istoriku stima li sal-1500 Q.K., Tebe x'aktarx li kibret bħala l-ikbar belt fid-dinja, b'popolazzjoni ta' madwar 75,000 ruħ. Żammet din il-pożizzjoni sal-ħabta tad-900 Q.K., meta qabżitha (fost bliet oħra).
Ekonomija
Il-fdalijiet arkeoloġiċi ta' Tebe joffru xhieda notevoli dwar iċ-ċivilizzazzjoni Eġizzjana fl-aqwa tagħha. Il-poeta Grieg Omeru ddeskriva l-ġid ta' Tebe fid-Disa' Ktieb tal-Ilijade (għall-ħabta tas-seklu 8 Q.K.): "... f'Tebe tal-Eġittu, it-Tebe tal-Mitt Daħla, hemm munzelli ta' ingotti prezzjużi jleqqu fix-xemx".
Kultura
Iktar minn sittin festival annwali kienu jiġu ċċelebrati f'Tebe. L-iżjed festivals importanti fosthom, skont it-Test Ġeografiku ta' , kienu: il-Festa mill-Isbaħ ta' Opet, il-Festival ta' Khoiak, il-Festival ta' I Shemu, u l-Festival ta' II Shemu. Festival popolari ieħor kien il-Festival Sabiħ tal-Wied li kien qisu xi Halloween.
Storja
Renju l-Antik
Tebe kienet abitata minn madwar it-3200 Q.K. Kienet magħrufa wkoll bħala l-belt kapitali ta' Waset, ir-raba' distrett tal-Eġittu ta' Fuq. F'dak iż-żmien kienet għadha post kummerċjali żgħir, filwaqt li Memphis kienet ir-residenza rjali tal-faragħuni tar-Renju l-Antik. Għalkemm ma fadal l-ebda binja f'Tebe li hija eqdem minn partijiet tal-kumpless tat-Tempju ta' Karnak li x'aktarx li jmorru lura għar-Renju Nofsani, il-parti t'isfel ta' statwa tal-faragħun Nyuserre tal-ħames dinastija nstabet f'Karnak. Statwa oħra li kienet iddedikata mill-faragħun Senusret tat-12-il dinastija jaf insterqet u reġgħet intużat, peress li l-istatwa fiha cartouche ta' Nyuserre fuq iċ-ċintorin tagħha. Peress li jidhru seba' mexxejja mir-raba' sas-sitt dinastiji fuq il-lista tal-faragħuni ta' Karnak, x'aktarx li kien hemm mill-inqas tempju wieħed fl-inħawi ta' Tebe fi żmien ir-Renju l-Antik.
L-Ewwel Perjodu Intermedju
Sal-2160 Q.K., nisel ġdid ta' faragħuni (id-disa' u l-għaxar dinastiji) ikkonsolidaw il-kontroll tal-Eġittu t'Isfel u tal-partijiet tat-Tramuntana tal-Eġittu ta' Fuq mill-belt kapitali tagħhom f'Herakleopolis Magna. Nisel rivali (il-ħdax-il dinastija), ibbażat f'Tebe, irrenja fil-kumplament tal-Eġittu ta' Fuq. Milli jidher il-mexxejja ta' Tebe kienu dixxendenti tal-prinċep ta' Tebe, Intef il-Kbir. X'aktarx li n-neputi tiegħu Intef I kien l-ewwel wieħed fil-familja li f'ħajtu ħa titlu parzjalment ta' faragħun, għalkemm il-poter tiegħu ma kienx estiż iktar lil hinn mir-reġjun ġenerali ta' Tebe.
Renju Nofsani
Finalment sal-ħabta tal-2050 Q.K., iben Intef III, Mentuhotep II (li jfisser "Montu s-sodisfatt"), ħa lil Herakleopolis bil-forza u reġa' unifika l-Eġittu taħt mexxej wieħed, u b'hekk beda l-perjodu issa magħruf bħala r-Renju Nofsani. Mentuhotep II irrenja għal 51 sena u bena l-ewwel tempju funebri f'Deir el-Bahri, li x'aktarx serva bħala ispirazzjoni għat-tempju ikbar u li nbena iktar 'il quddiem ħdejh minn Hatshepsut fit-18-il dinastija. Wara dawn l-avvenimenti, il-11-il dinastija ma tantx damet teżisti, peress li għaddew inqas minn għoxrin sena bejn il-mewt ta' Mentuhotep II u dik ta' Mentuhotep IV, li mietu f'ċirkostanzi misterjużi.
Matul it-12-il dinastija, Amenemhat I ittrasferixxa s-sede tal-poter lejn it-Tramuntana f'Itjtawy. Tebe baqgħet tistagħna bħala ċentru reliġjuż peress li l-alla lokali Amun kulma jmur beda jsir prominenti fl-Eġittu kollu. L-eqdem fdalijiet ta' tempju ddedikat lil Amun imorru lura għar-renju ta' Senusret I. Fir-Renju Nofsani, Tebe kienet diġà raħal b'daqs konsiderevoli. L-iskavi madwar it-Tempju ta' Karnak urew li r-raħal tar-Renju Nofsani kellu pjanta qisha grilja. Il-belt kienet mill-inqas twila kilometru u kellha erja ta' 50 ettaru. Instabu wkoll il-fdalijiet ta' żewġ binjiet li x'aktarx kienu palazzi.
Mill-bidu tal-aħħar parti tat-12-il dinastija, grupp ta' Kananiti bdew jinsedjaw in-naħa tal-Lvant tad-delta tan-Nil. Eventwalment stabbilew l-14-il dinastija f'Avaris għall-ħabta tal-1805 Q.K. jew għall-ħabta tal-1710 Q.K. B'hekk, l-Asjatiċi stabbilew eġemonija fuq il-maġġoranza tar-reġjun tad-delta, u serqu dawn it-territorji mill-influwenza tat-13-il dinastija li sadanittant kienet laħqet minflok it-12-il dinastija.
It-Tieni Perjodu Intermedju
It-tieni mewġa ta' Asjatiċi msejħa Hyksos (minn Heqa-khasut, jiġifieri "mexxejja ta' artijiet barranin", kif l-Eġizzjani kienu jsejħu lill-mexxejja tagħhom) emigraw fl-Eġittu u għelbu liċ-ċentru tal-poter tal-Kananiti f'Avaris, u bdew il-15-il dinastija hemmhekk. Ir-rejiet Hyksos kisbu l-kontroll ukoll tal-Eġittu t'Isfel fil-bidu tat-Tieni Perjodu Intermedju (1657-1549 Q.K.). Meta l-Hyksos ħadu lil Memphis matul jew ftit wara r-renju ta' Merneferre Ay (għall-ħabta tal-1700 Q.K.), il-mexxejja tat-13-il dinastija ħarbu lejn in-Nofsinhar u marru f'Tebe, li saret il-belt kapitali.
Il-prinċpijiet ta' Tebe (issa magħrufa bħala s-16-il dinastija) kellhom kontroll stabbli tar-reġjun fil-qrib, filwaqt li l-Hyksos avvanzaw mid-delta lejn in-Nofsinhar sal-Eġittu Nofsani. Iċ-ċittadini ta' Tebe rreżistew l-avvanzata ulterjuri tal-Hyksos billi laħqu ftehim biex ikun hemm tmexxija paċifika bejniethom. Il-Hyksos kienu kapaċi jbaħħru 'l fuq lil hinn minn Tebe biex jagħmlu kummerċ maċ-ċittadini ta' Nubja u ċ-ċittadini ta' Tebe ġabu l-merħliet magħhom fid-delta mingħajr avversarji. L-istatus quo kompla sa meta l-mexxej Hyksos, Apophis (il-15-il dinastija) insulta lil Seqenenre Tao (is-17-il dinastija) ta' Tebe. Wara ftit l-armati ta' Tebe avvanzaw lejn l-artijiet immexxija mill-Hyksos. Tao miet f'battalja u ibnu Kamose ħa l-kmand tal-kampanja militari f'idejh. Wara l-mewt ta' Kamose, ħuh Ahmose I kompla minfloku sa ma ħakem lil Avaris, il-belt kapitali tal-Hyksos. Ahmose I keċċa lill-Hyksos mill-Eġittu u l-Lvant u ħataf l-artijiet li qabel kienu mmexxija minnhom.
Renju Ġdid u l-quċċata ta' Tebe
Ahmose I stabbilixxa era ġdida għall-unifikazzjoni tal-Eġittu b'Tebe bħala l-belt kapitali. Il-belt baqgħet il-belt kapitali matul il-biċċa l-kbira tat-18-il dinastija (ir-Renju l-Ġdid). Saret ukoll iċ-ċentru ta' servizz ċivili professjonali ġdid, fejn kien hemm talba ikbar għall-iskribi u għal-litterati peress li l-arkivji rjali bdew jimtlew bil-kontijiet u bir-rapporti. Fil-belt il-ftit favoriti ta' Nubja ġew edukati mill-ġdid permezz tal-kultura Eġizzjana, sabiex iservu bħala amministraturi tal-kolonja.
Bl-Eġittu stabilizzat mill-ġdid, ir-reliġjon u ċ-ċentri reliġjużi ffjorixxew speċjalment Tebe. Pereżempju, Amenhotep III alloka ħafna mill-ġid enormi tiegħu mit-tributi barranin għat-tempji ta' Amun. L-alla ta' Tebe, Amun, sar divinità statali prinċipali u kull proġett tal-kostruzzjoni beda jipprova jkun aħjar minn ta' qablu sabiex tiġi pproklamata l-glorja ta' Amun u tal-faragħuni nfushom. Thutmose I (li rrenja fl-1506-1493 Q.K.) beda l-ewwel espansjoni kbira tat-Tempju ta' Karnak. Iktar 'il quddiem, it-tkabbir kolossali tat-tempju sar in-norma fir-Renju l-Ġdid kollu.
Ir-Reġina Hatshepsut (li rrenjat fl-1479-1458 Q.K.) għenet lill-ekonomija ta' Tebe tiffjorixxa permezz tat-tiġdid tan-networks kummerċjali, primarjament il-kummerċ fil-Baħar l-Aħmar bejn il-port ta' Al-Qusayr f'Tebe, Elat u l-art ta' Punt. Is-suċċessur tagħha Thutmose III ġab miegħu f'Tebe parti kbira mir-rikkezzi tal-gwerra li oriġinaw minn postijiet imbegħda, saħansitra minn . It-18-il dinastija laħqet il-quċċata tagħha matul ir-renju tal-proneputi Amenhotep III (li rrenja fl-1388-1350 Q.K.). Minbarra li sebbaħ it-tempji ta' Amun, Amenhotep żied il-kostruzzjoni f'Tebe għal livelli mingħajr preċedent. Fix-xatt tal-Punent, huwa bena t-tempju funebri enormi u l-palazz-belt enormi ta' Malkata b'lag artifiċjali faċċata ta' 364 ettaru. Fil-belt proprja huwa bena t-Tempju ta' Luxor u t-Triq tal-Isfinġijiet li twassal sat-Tempju ta' Karnak.
Għal perjodu qasir fir-renju ta' iben Amenhotep III, Akhenaten (li rrenja fl-1351-1334 Q.K.), Tebe għaddiet minn żminijiet diffiċli; il-belt ġiet abbandunata mill-qorti, u l-qima ta' Amun ġiet proskritta. Il-belt kapitali ġiet ittrasferita lejn il-belt il-ġdida ta' Akhetaten (Amarna fl-Eġittu modern), nofs triq bejn Tebe u Memphis. Wara mewtu, ibnu Tutankhamun irritorna l-belt kapitali lejn Memphis, iżda t-tiġdid tal-proġetti tal-kostruzzjoni f'Tebe pproduċa tempji u santwarji saħansitra iktar glorjużi.
Bil-wasla tad-19-il dinastija, is-sede tal-gvern ġiet ittrasferita lejn id-delta. Tebe żammet id-dħul u l-prestiġju tagħha matul ir-renji ta' Seti I (li rrenja fl-1290-1279 Q.K.) u ta' Ramesses II (li rrenja fl-1279-1213 Q.K.), li xorta waħda baqgħu jirresjedu għal parti minn kull sena f'Tebe. Ramesses II wettaq proġetti estensivi tal-kostruzzjonif il-belt, fosthom statwi u obeliski, it-tielet ħajt madwar it-Tempju ta' Karnak, żidiet fit-Tempju ta' Luxor, u r-Ramesseum, it-tempju funebri grandjuż tiegħu. Il-kostruzzjonijiet ġew iffinanzjati mill-fosos il-kbar tal-qmuħ (li nbnew madwar ir-Ramesseum), li kkonċentraw it-taxxi miġbura mill-Eġittu ta' Fuq; u mid-deheb mill-ispedizzjonijiet lejn Nubja u d-Deżert tal-Lvant. Matul ir-renju ta' Ramesses li dam 66 sena, l-Eġittu u Tebe kisbu livell għoli ta' prosperità li laħaq jew saħansitra qabeż l-ogħla livell li kien intlaħaq taħt Amenhotep III.
Il-belt baqgħet fuq wiċċ l-idejn sal-bidu tal-20 dinastija. Il-Papiru l-Kbir ta' Harris jiddikjara li Ramesses III (li rrenja fl-1187-1156) għamel donazzjoni ta' 86,486 skjav u patrimonji enormi lit-tempji ta' Amun. Ramesses III rċieva tributi mill-popli kollha ta' taħtu, inkluż il-popli ta' mal-baħar u l-Libjani Meshwesh. Madankollu, l-Eġittu kollu kien qed jesperjenza problemi finanzjarji, u dan joħroġ fid-dieher fl-avvenimenti fil-villaġġ ta' Deir el-Medina f'Tebe. Fil-25 sena tar-renju tiegħu, il-ħaddiema f'Deir el-Medina bdew jistrajkjaw għall-paga u hemmhekk feġġew irvelli ġenerali fost il-klassijiet soċjali kollha. Sussegwentement, konfoffa fil-Ħarem li ma rnexxietx wasslet għall-ġustizzjar ta' bosta membri li ħadu sehem fil-konfoffa, inkluż uffiċjali u nisa minn Tebe.
Iktar 'il quddiem, taħt ir-Ramessidi, Tebe qabdet it-triq tan-niżla peress li l-gvern waqgħa f'diffikultajiet ekonomiċi gravi. Matul ir-renju ta' Ramesses IX (li rrenja fl-1129-1111 Q.K.), għall-ħabta tal-1114 Q.K., sensiela ta' investigazzjonijiet dwar is-serq mill-oqbra rjali fin-nekropoli tal-Punent ta' Tebe żvelaw provi ta' korruzzjoni fil-karigi għoljin, wara akkuża li tressqet mis-sindku tax-xatt tal-Punent kontra l-kollega tiegħu fil-Punent. Il-mumji rjali misruqa tressqu minn post għall-ieħor u finalment ġew iddepożitati mill-patrijiet ta' Amun f'qabar-xaft f'Deir el-Bahri u fil-qabar ta' Amenhotep II. Is-sejba ta' dawn iż-żewġ moħbiet fl-1881 u fl-1898, rispettivament, kienet wieħed mill-avvenimenti l-kbar tal-iskoperti arkeoloġiċi moderni. L-amministrazzjoni ħażina f'Tebe wasslet għal rewwixti.
It-Tielet Perjodu Intermedju
Kulma jmur il-kontrol tal-affarijiet lokali bdiet tgħaddi iktar f'idejn il-Patrijiet Għoljin ta' Amun, tant li matul it-Tielet Perjodu Intermedju, Il-Patrijiet Għoljin ta' Amun kellu poter assolut fin-Nofsinhar, bħala kontrobilanċ għar-rejiet tal-21 u tat-22 dinastiji li rrenjaw mid-delta tan-Nil. Iż-żwiġijiet irranġati bejn id-dinastiji u l-adozzjoni saħħew ir-rabtiet bejniethom, u l-bniet tar-rejiet Taniti saru d-divinità mara ta' Amun f'Tebe, u b'hekk setgħu jeżerċitaw iktar poter. L-influwenza politika ta' Tebe battiet biss fil-Perjodu Aħħari.
Sal-ħabta tas-750 Q.K., l-influwenza tal-Kuxiti (minn Nubja) bdiet tikber f'Tebe u fl-Eġittu ta' Fuq. Fis-721 Q.K., ir-Re Shabaka tal-Kuxiti rebaħ kontra l-forzi kkombinati ta' Osorkon IV (it-22 dinastija), Peftjauawybast (it-23 dinastija) u Bakenranef (l-24 dinastija), u reġa' wassal għall-unifikazzjoni tal-Eġittu. Matul ir-renju tiegħu kien hemm ammont sinifikanti ta' kostruzzjonijiet li seħħew madwar l-Eġittu kollu, speċjalment fil-belt ta' Tebe, li għamilha l-belt kapitali tar-renju tiegħu. Fit-Tempju ta' Karnak huwa ordna li tinbena statwa tal-granit roża tiegħu nnifsu liebes il-kuruna doppja tal-Eġittu magħrufa bħala l-Pschent. Taharqa wettaq bosta proġetti notevoli f'Tebe (fosthom il-Kjosk fit-Tempju ta' Karnak) u f'Nubja qabel ma l- bdew il-gwerra kontra l-Eġittu.
Perjodu Aħħari
Fis-667 Q.K., attakkat mill-armata tar-re Assirjan Ashurbanipal, Taharqa abbanduna l-Eġittu t'Isfel u ħarab lejn Tebe. Tliet snin wara mewtu, in-neputi jew il-kuġin tiegħu Tantamani ħataf lil Tebe, invada lill-Eġittu t'Isfel u għamel assedju kontra Memphis, għalkemm abbanduna t-tentattivi tiegħu li jaħkem il-pajjiż fis-663 Q.K. u rtira lejn in-Nofsinhar. L-Assirjani komplew jissieltu kontrih u ħadu lil Tebe, li żdiedet mal-lista twila ta' bliet li ġew misruqa u meqruda mill-Assirjani, kif kiteb Ashurbanipal stess:
Il-belt, kollha kemm hi, ħkimtha bl-għajnuna ta' Ashur u Ishtar. Ħadt il-fidda, id-deheb, il-ħaġar prezzjuż, il-ġid kollu tal-palazz, id-drapp lussuż, l-għażel prezzjuż, iż-żwiemel grandjużi, l-irġiel u n-nisa superviżuri, żewġ obeliski tal-elektrum mill-isbaħ li jiżnu 2,500 talent, u l-bibien tat-tempji li qaċċadt mill-bażijiet tagħhom, u ġarrejthom lejn l-. B'dan il-ġid tqil kollu, tlaqt minn Tebe. Kontra l-Eġittu u kontra Kush olzajt il-lanza tiegħi u wrejt is-setgħa tiegħi. B'idejja mimlija rritornajt lejn , qawwi u sħiħ.
Tebe qatt ma reġgħet kisbet l-importanza politika li kellha qabel, iżda baqgħet ċentru reliġjuż importanti. L-Assirjani laħħqu lil Psamtik I (664-610 Q.K.), li kiseb il-poter fuq Tebe fis-656 Q.K. u organizza l-adozzjoni ta' bintu stess, Nitocris I, bħala werrieta tal-Mara divina ta' Amun hemmhekk. Fil-525 Q.K., Cambyses II mill-Persja invada lill-Eġittu u sar faragħun, u wassal għas-subordinazzjoni tar-renju bħala satrapija tal-Imperu l-Kbir tal-Akamenidi.
Żmien il-Griegi u r-Rumani
Ir-relazzjoni t-tajba ta' Tebe mal-poter ċentrali fit-Tramuntana ntemmet meta l-faragħuni Eġizzjani nattivi finalment ġew sostitwiti mill-Griegi, immexxija minn . Huwa żar Tebe matul ċelebrazzjoni tal-Festival ta' Opet. Minkejja ż-żjara inizjali tiegħu, Tebe saret ċentru li xejn ma kien favurih. Lejn l-aħħar tas-seklu 3 Q.K., Hugronaphor (Horwennefer), x'aktarx ta' oriġini Nubjana, mexxa rewwixta kontra t-Tolomej fl-Eġittu ta' Fuq. Is-suċċessur tiegħu, Ankhmakis, kellu l-kontroll ta' partijiet kbar mill-Eġittu ta' Fuq sal-185 Q.K. Din ir-rewwixta ġiet appoġġata mill-patrijiet ta' Tebe. Wara li r-rewwixta ġiet imrażżna fil-185 Q.K., Tolomew V, li kien jeħtieġ l-appoġġ tal-patrijiet, ħafrilhom.
Nofs seklu wara, iċ-ċittadini ta' Tebe reġgħew għamlu rewwixta, u tellgħu lil ċertu Harsiesi fuq it-tron fil-132 Q.K.. Harsiesi, wara li bill subgħajh fil-fondi tal-bank irjali ta' Tebe, ħarab is-sena ta' wara. Fil-91 Q.K., reġgħet faqqgħet rewwixta oħra. Fis-snin ta' wara, Tebe battiet fis-setgħa tagħha, u l-belt ġiet imġarrfa.
Matul l-okkupazzjoni tar-Rumani (30 Q.K.-641 W.K.), il-komunitajiet li kien għad fadal baqgħu raggruppati madwar il-pilastri tat-Tempju ta' Luxor. Tebe saret parti mill-provinċja Rumana ta' Thebais, li iktar 'il quddiem inqasmet f'Thebais Superior, iċċentrata fil-belt, u Thebais Inferior, iċċentrata f'Ptolemais Hermiou. Leġjun Ruman ġie stazzjonat fit-Tempju ta' Luxor fiż-żmien tal-kampanji militari Rumani f'Nubja. Il-kostruzzjoni ma waqfitx għalkollox, iżda l-belt baqgħet tmajna. Fis-seklu 1 W.K., ddeskriva li Tebe kienet irrelegata għal sempliċi villaġġ.
Sit ta' Wirt Dinji
Tebe l-Antika u n-Nekropoli tagħha ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1979.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".
Siti ewlenin
Fil-Lvant ta' Tebe:
- iż-żona mibnija tal-qedem;
- it-Tempju l-Kbir ta' Amun f'Karnak (bl-Eġizzjan tal-qedem: Ta-opet). Għadu t-tieni l-ikbar binja reliġjuża li qatt inbniet. Kien it-tempju ewlieni għall-qima ta' Amun, id-divinità patruna ta' Tebe, kif ukoll ir-residenza tal-patrijiet setgħana ta' Amun. Huwa distint mill-bosta tempji tal-Eġittu għat-tul ta' żmien biex inbena (iktar minn 2,000 sena b'kollox, mill-bidu tar-Renju Nofsani). Il-karatteristiċi prinċipali ta' dan it-tempju huma l-għaxar pilastri tiegħu, is-Sala l-Kbira tal-Ipostili, il-lag sagru, is-sottotempji, id-diversi santwarji u l-bosta obeliski. Kien l-iżjed tempju importanti għall-maġġoranza tal-istorja Eġizzjana tal-qedem;
- it-Tempju ta' Luxor (Ipet resyt). Għad-differenza ta' tempji oħra f'Tebe, dan it-tempju mhux iddedikat lil xi alla jew verżjoni divina tal-faragħun wara mewtu. Minflok, it-tempju huwa ddedikat lit-tiġdid tal-funzjoni rjali; x'aktarx li kien il-post fejn bosta mill-faragħuni tal-Eġittu ġew inkurunati. Huwa t-tempju ewlieni tal-"Festival ta' Opet", fejn id-dgħajsa sagra tat-Trijade ta' Tebe kienet tivvjaġġa mit-Tempju ta' Karnak sat-Tempju ta' Luxor, biex toħroġ fid-dieher l-importanza divina tal-inkurunazzjoni mill-ġdid tal-faragħun;
- it-Tempju ta' Khonsu;
- id-Distrett ta' Mut;
- id-Distrett ta' Montu;
- it-Triq tal-Isfinġijiet.
Fil-Punent ta' Tebe:
- il-villaġġ ta' Deir el-Medina;
- il-kumpless tal-palazz ta' Malkata;
- ir-Ramesseum;
- it-Tempju Funebri ta' Amenhotep III;
- it-Tempju Funebri ta' Hatshepsut;
- it-Tempju Funebri ta' Seti I;
- it-Tempju Funebri ta' Ramesses III;
- il-Wied tar-Rejiet;
- il-Wied tal-Irġejjen;
- l-Oqbra tan-Nobbli;
- it-Tumbata ta' Aten.
Wirt kulturali
Iż-żewġ tempji l-kbar — it-Tempju ta' Luxor u t-Tempju ta' Karnak —u l-Wied tar-Rejiet u l-Wied tal-Irġejjen huma fost l-ikbar kisbiet tal-Eġittu tal-qedem.
Mill-25 ta' Ottubru 2018 sas-27 ta' Jannar 2019, il-Mużew ta' organizza wirja ta' tliet xhur dwar il-belt ta' Tebe u r-rwol tan-nisa fil-belt f'dak iż-żmien, bl-appoġġ tal- u l-.
Referenzi
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Ancient Thebes with its Necropolis". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-28.
- ^ Nahum 3 (bl-Ingliż). Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:
|iktar=
(għajnuna) - ^ Eżekjel 30:14–16.
- ^ Ġeremija 46:25.
- ^ Huddlestun, John R. “Nahum, Nineveh, and the Nile: The Description of Thebes in Nahum 3:8–9.” Journal of Near Eastern Studies, vol. 62, no. 2, 2003, pp. 97–98.
- ^ "Demografija" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-07-26. Miġbur 2022-10-28.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Hall, H. R. (Harry Reginald), 1873-1930 (22 December 2015). The ancient history of the Near East : from the earliest times to the battle of Salamis. Oxon. ISBN 978-1-317-27164-2.
- ^ Baikie, James, 1866-1931. (29 March 2018). Egyptian antiquities in the Nile Valley : a descriptive handbook. Abingdon, Oxon. ISBN 978-1-351-34406-7.
- ^ "Opet | Egyptian festival | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-28.
- ^ Barry J. Kemp: Ancient Egypt, Anatomy of a Civilization, Second Edition, New York 2006, ISBN 9780415235501, pp. 225-229
- ^ Wilkinson, Toby (2011). The Rise and Fall of Ancient Egypt. New York: Random House. p. 560. ISBN 9780747599494, pp. 183-187.
- ^ Daphna Ben Tor: Sequences and chronology of Second Intermediate Period royal-name scarabs, based on excavated series from Egypt and the Levant, in: The Second Intermediate Period (Thirteenth-Seventeenth Dynasties), Current Research, Future Prospects editjat minn Marcel Maree, Orientalia Lovaniensia Analecta, 192, 2010, p. 91.
- ^ Bunson, Margaret. "Encyclopedia of Ancient Egypt" (PDF).
- ^ Tyldesley, Joyce. Egypt's Golden Empire: The Age of the New Kingdom, pp. 18–19. Headline Book Publishing Ltd., 2001.
- ^ Draper, R. (2008). "The Black Pharaohs". National Geographic Magazine.
- ^ "Thebes | Definition, History, Temples, & Facts | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-29.
- ^ Mark, Joshua J. "Thebes (Egypt)". World History Encyclopedia (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-29.
- ^ J. van Dijk: ''The Amarna Period and the later New Kingdom, in: I. Shaw: The Oxford History of Ancient Egypt, Oxford 2000, ISBN 0-19-815034-2, p. 290.
- ^ Wilkinson, T. (2013). "The Rise and Fall of Ancient Egypt".
- ^ "Ramses II | Biography, Accomplishments, Tomb, Mummy, Death, & Facts | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-29.
- ^ "THEBES - RAMESSES III - THE LAST GREAT PHAROAH". www.greatdreams.com. Miġbur 2022-10-29.
- ^ "Egypt: Thebes, A Feature Tour Egypt Story". www.touregypt.net. Miġbur 2022-10-29.
- ^ Barbara Watterson, Women in Ancient Egypt (Stroud, Gloucestershire: Amberley Publishing Limited, 2011), 153. ISBN 1445612666.
- ^ Ashurbanipal (auto) biography cylinder, c. 668 BCE; in James B. Pritchard, ed., Ancient Near Eastern Texts Relating to the Old Testament with Supplement (Princeton UP, 1950/1969/2014), 294-95. ISBN 9781400882762.
- ^ Roger Forshaw, Egypt of the Saite Pharaohs, 664–525 BC (Manchester University Press, 2019), 198. ISBN 9781526140166.
- ^ "קיבוץ רשפים - רשפים- קהילנט". www.reshafim.org.il. Miġbur 2022-10-29.
- ^ "Luxor | History & Facts | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-10-29.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Tebe (Eġittu), X'inhi Tebe (Eġittu)? Xi tfisser Tebe (Eġittu)?
Tebe bl Għarbi طيبة bil Grieg Antik 8ῆbai Thebai magħrufa fost l Eġizzjani tal qedem bħala Waset kienet belt Eġizzjana antika max xmara madwar 800 kilometru 500 mil fin Nofsinhar tal Mediterran Il fdalijiet tagħha jinsabu fi ħdan il belt Eġizzjana moderna ta Tebe kienet il belt prinċipali tar raba divizjoni tal Eġittu ta Fuq id divizjoni tax Xettru u kienet il belt kapitali tal Eġittu għal perjodi twal matul l epoki tar Renju Nofsani u r Renju l Ġdid Kienet qrib Nubja u d Dezert tal Lvant b bosta rizorsi minerali ta valur u rotot kummerċjali siewja Kienet ċentru reliġjuz u l izjed belt venerata matul bosta perjodu tal istorja Eġizzjana tal qedem Is sit ta Tebe jinkludi diversi nħawi kemm fix xatt tal Lvant tan Nil fejn hemm it tempji ta Karnak u ta Luxor u fejn kien hemm il belt kif ukoll fix xatt tal Punent fejn kien hemm nekropoli b ċimiterji rjali u kumplessi funebri privati u rjali kbar Fl 1979 il fdalijiet u n nekropoli ta Tebe tal qedem ġew ikklassifikati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO Pilastri tas Sala l Kbira tal Ipostili f L Art Imqaddsa is Sirja l Idumea l Arabja l Eġittu u n Nubja ToponimijaL isem Eġizzjan antik għal Tebe kien wꜣs t il Belt tal wꜣs ix xettru tal faragħuni ħatar twil b ras ta annimal u b bazi li tofroq fi tnejn Mill aħħar tar Renju l Ġdid Tebe kienet magħrufa bl Eġizzjan antik bħala niwt imn il Belt ta Amun il kap tat Trijade ta divinitajiet ta Tebe flimkien ma Mut u Khonsu Dan l isem ta Tebe jidher fil Bibbja bħala Nōʼ ʼAmon נא אמון fil Ktieb ta Nahum u bħala No נא fil Ktieb ta Ezekjel u Ġeremija Xi kultant Tebe jingħad li hija l forma Latinizzata tal Grieg Antik 8ῆbai li min naħa l oħra hija l forma Griega tal Eġizzjan demotiku tꜣ jpt it tempju b referenza għal jpt swt it tempju li issa huwa magħruf bl isem Għarbi tiegħu Karnak villaġġ iffortifikat fix xatt tal Grigal tal belt Madankollu peress li Omeru jirreferi għall metropoli b dan l isem u peress li l kitba demotika ma tfaċċatx qabel għadd ta snin oħra l etimoloġija hija kemxejn dubjuza Diġa minn zmien l Ilijade ta Omeru il Griegi kienu jiddistingwu lil Tebe tal Eġittu bħala Tebe tal Mitt Daħla 8ῆbai ἑkatompyloi Thebai hekatompyloi għad differenza tat tas Seba Daħliet 8ῆbai ἑptapyloi Thebai heptapyloi f Boeotia il Greċja Fl interpretatio graeca Amun ġie spjegat bħala Zews Ammon Għaldaqstant l isem ġie tradott bil Grieg bħala Diospolis il Belt ta Zews Sabiex tiġi distinta mill bosta bliet oħra b dan l isem kienet magħrufa bħala d Diospolis il Kbira Diospolis Megalh Diospolis Megale bil Latin Diospolis Magna L ismijiet Griegi bdew jintuzaw b mod iktar mifrux wara l ħakma tal Eġittu minn meta l pajjiz tmexxa mid dinastija Tolemajka tal Maċedonja KaratteristiċiĠeografija Tebe kienet tinsab tul ix xtut tax xmara Nil fil parti tan nofs tal Eġittu ta Fuq madwar 800 kilometru fin Nofsinhar tad delta Fil biċċa l kbira tagħha nbniet fuq il pjanuri tax xmara tal wied tan Nil tul lilwa kbira tal istess xmara B konsegwenza naturali ta dan il belt ġiet stabbilita f assi mill Grigal għal Lbiċ b mod parallel mal kanal kontemporanju tax xmara Tebe kellha erja ta 93 km2 36 mil kwadru li kienet tinkludi partijiet mill Għoljiet ta Tebe fil Punent li kienu jlaħħqu sa massimu ta 420 metru 1 378 pied fl Għolja sagra ta al Qurn Fil Lvant kien hemm id Dezert tal Lvant muntanjuz bil wadis tiegħu li kienu jnixxu fil wied Fost dawn il wadis l izjed sinifikanti kien Wadi Hammamat qrib Tebe Dan kien jintuza bħala rotta kummerċjali fuq l art li kienet tibqa sejra sal kosta tal Baħar l Aħmar Irħula fil qrib fir raba distrett tal Eġittu ta Fuq kienu Per Hathor Madu Djerty Iuny Sumenu u Imiotru Demografija Il popolazzjoni ta Tebe fl 2000 900 Q K Skont Tebe kellha madwar 40 000 abitant fl 2000 Q K meta mqabbla mas 60 000 abitant f l ikbar belt fid dinja f dak iz zmien Sal 1800 Q K il popolazzjoni ta Memphis naqset għal madwar 30 000 abitant u b hekk Tebe saret l ikbar belt fl Eġittu f dak iz zmien L istoriku stima li sal 1500 Q K Tebe x aktarx li kibret bħala l ikbar belt fid dinja b popolazzjoni ta madwar 75 000 ruħ Zammet din il pozizzjoni sal ħabta tad 900 Q K meta qabzitha fost bliet oħra Ekonomija Il fdalijiet arkeoloġiċi ta Tebe joffru xhieda notevoli dwar iċ ċivilizzazzjoni Eġizzjana fl aqwa tagħha Il poeta Grieg Omeru ddeskriva l ġid ta Tebe fid Disa Ktieb tal Ilijade għall ħabta tas seklu 8 Q K f Tebe tal Eġittu it Tebe tal Mitt Daħla hemm munzelli ta ingotti prezzjuzi jleqqu fix xemx Kultura Iktar minn sittin festival annwali kienu jiġu ċċelebrati f Tebe L izjed festivals importanti fosthom skont it Test Ġeografiku ta kienu il Festa mill Isbaħ ta Opet il Festival ta Khoiak il Festival ta I Shemu u l Festival ta II Shemu Festival popolari ieħor kien il Festival Sabiħ tal Wied li kien qisu xi Halloween StorjaRenju l Antik In nekropoli ta Tebe Tebe kienet abitata minn madwar it 3200 Q K Kienet magħrufa wkoll bħala l belt kapitali ta Waset ir raba distrett tal Eġittu ta Fuq F dak iz zmien kienet għadha post kummerċjali zgħir filwaqt li Memphis kienet ir residenza rjali tal faragħuni tar Renju l Antik Għalkemm ma fadal l ebda binja f Tebe li hija eqdem minn partijiet tal kumpless tat Tempju ta Karnak li x aktarx li jmorru lura għar Renju Nofsani il parti t isfel ta statwa tal faragħun Nyuserre tal ħames dinastija nstabet f Karnak Statwa oħra li kienet iddedikata mill faragħun Senusret tat 12 il dinastija jaf insterqet u reġgħet intuzat peress li l istatwa fiha cartouche ta Nyuserre fuq iċ ċintorin tagħha Peress li jidhru seba mexxejja mir raba sas sitt dinastiji fuq il lista tal faragħuni ta Karnak x aktarx li kien hemm mill inqas tempju wieħed fl inħawi ta Tebe fi zmien ir Renju l Antik L Ewwel Perjodu Intermedju Sal 2160 Q K nisel ġdid ta faragħuni id disa u l għaxar dinastiji ikkonsolidaw il kontroll tal Eġittu t Isfel u tal partijiet tat Tramuntana tal Eġittu ta Fuq mill belt kapitali tagħhom f Herakleopolis Magna Nisel rivali il ħdax il dinastija ibbazat f Tebe irrenja fil kumplament tal Eġittu ta Fuq Milli jidher il mexxejja ta Tebe kienu dixxendenti tal prinċep ta Tebe Intef il Kbir X aktarx li n neputi tiegħu Intef I kien l ewwel wieħed fil familja li f ħajtu ħa titlu parzjalment ta faragħun għalkemm il poter tiegħu ma kienx estiz iktar lil hinn mir reġjun ġenerali ta Tebe Renju Nofsani Serekh ta Intef I inċiza għalih minn Mentuhotep II Finalment sal ħabta tal 2050 Q K iben Intef III Mentuhotep II li jfisser Montu s sodisfatt ħa lil Herakleopolis bil forza u reġa unifika l Eġittu taħt mexxej wieħed u b hekk beda l perjodu issa magħruf bħala r Renju Nofsani Mentuhotep II irrenja għal 51 sena u bena l ewwel tempju funebri f Deir el Bahri li x aktarx serva bħala ispirazzjoni għat tempju ikbar u li nbena iktar il quddiem ħdejh minn Hatshepsut fit 18 il dinastija Wara dawn l avvenimenti il 11 il dinastija ma tantx damet tezisti peress li għaddew inqas minn għoxrin sena bejn il mewt ta Mentuhotep II u dik ta Mentuhotep IV li mietu f ċirkostanzi misterjuzi Matul it 12 il dinastija Amenemhat I ittrasferixxa s sede tal poter lejn it Tramuntana f Itjtawy Tebe baqgħet tistagħna bħala ċentru reliġjuz peress li l alla lokali Amun kulma jmur beda jsir prominenti fl Eġittu kollu L eqdem fdalijiet ta tempju ddedikat lil Amun imorru lura għar renju ta Senusret I Fir Renju Nofsani Tebe kienet diġa raħal b daqs konsiderevoli L iskavi madwar it Tempju ta Karnak urew li r raħal tar Renju Nofsani kellu pjanta qisha grilja Il belt kienet mill inqas twila kilometru u kellha erja ta 50 ettaru Instabu wkoll il fdalijiet ta zewġ binjiet li x aktarx kienu palazzi Mill bidu tal aħħar parti tat 12 il dinastija grupp ta Kananiti bdew jinsedjaw in naħa tal Lvant tad delta tan Nil Eventwalment stabbilew l 14 il dinastija f Avaris għall ħabta tal 1805 Q K jew għall ħabta tal 1710 Q K B hekk l Asjatiċi stabbilew eġemonija fuq il maġġoranza tar reġjun tad delta u serqu dawn it territorji mill influwenza tat 13 il dinastija li sadanittant kienet laħqet minflok it 12 il dinastija It Tieni Perjodu Intermedju Tpinġija ta nies Asjatiċi xellug u Eġizzjani lemin Il mexxej Asjatiku jissejjaħ bħala l Mexxej ta artijiet barranin Ibsha It tieni mewġa ta Asjatiċi msejħa Hyksos minn Heqa khasut jiġifieri mexxejja ta artijiet barranin kif l Eġizzjani kienu jsejħu lill mexxejja tagħhom emigraw fl Eġittu u għelbu liċ ċentru tal poter tal Kananiti f Avaris u bdew il 15 il dinastija hemmhekk Ir rejiet Hyksos kisbu l kontroll ukoll tal Eġittu t Isfel fil bidu tat Tieni Perjodu Intermedju 1657 1549 Q K Meta l Hyksos ħadu lil Memphis matul jew ftit wara r renju ta Merneferre Ay għall ħabta tal 1700 Q K il mexxejja tat 13 il dinastija ħarbu lejn in Nofsinhar u marru f Tebe li saret il belt kapitali Il prinċpijiet ta Tebe issa magħrufa bħala s 16 il dinastija kellhom kontroll stabbli tar reġjun fil qrib filwaqt li l Hyksos avvanzaw mid delta lejn in Nofsinhar sal Eġittu Nofsani Iċ ċittadini ta Tebe rrezistew l avvanzata ulterjuri tal Hyksos billi laħqu ftehim biex ikun hemm tmexxija paċifika bejniethom Il Hyksos kienu kapaċi jbaħħru l fuq lil hinn minn Tebe biex jagħmlu kummerċ maċ ċittadini ta Nubja u ċ ċittadini ta Tebe ġabu l merħliet magħhom fid delta mingħajr avversarji L istatus quo kompla sa meta l mexxej Hyksos Apophis il 15 il dinastija insulta lil Seqenenre Tao is 17 il dinastija ta Tebe Wara ftit l armati ta Tebe avvanzaw lejn l artijiet immexxija mill Hyksos Tao miet f battalja u ibnu Kamose ħa l kmand tal kampanja militari f idejh Wara l mewt ta Kamose ħuh Ahmose I kompla minfloku sa ma ħakem lil Avaris il belt kapitali tal Hyksos Ahmose I keċċa lill Hyksos mill Eġittu u l Lvant u ħataf l artijiet li qabel kienu mmexxija minnhom Renju Ġdid u l quċċata ta Tebe Statwi ta Memnon f Tebe matul l għargħar ta David Roberts għall ħabta tal 1845 Ahmose I stabbilixxa era ġdida għall unifikazzjoni tal Eġittu b Tebe bħala l belt kapitali Il belt baqgħet il belt kapitali matul il biċċa l kbira tat 18 il dinastija ir Renju l Ġdid Saret ukoll iċ ċentru ta servizz ċivili professjonali ġdid fejn kien hemm talba ikbar għall iskribi u għal litterati peress li l arkivji rjali bdew jimtlew bil kontijiet u bir rapporti Fil belt il ftit favoriti ta Nubja ġew edukati mill ġdid permezz tal kultura Eġizzjana sabiex iservu bħala amministraturi tal kolonja Bl Eġittu stabilizzat mill ġdid ir reliġjon u ċ ċentri reliġjuzi ffjorixxew speċjalment Tebe Perezempju Amenhotep III alloka ħafna mill ġid enormi tiegħu mit tributi barranin għat tempji ta Amun L alla ta Tebe Amun sar divinita statali prinċipali u kull proġett tal kostruzzjoni beda jipprova jkun aħjar minn ta qablu sabiex tiġi pproklamata l glorja ta Amun u tal faragħuni nfushom Thutmose I li rrenja fl 1506 1493 Q K beda l ewwel espansjoni kbira tat Tempju ta Karnak Iktar il quddiem it tkabbir kolossali tat tempju sar in norma fir Renju l Ġdid kollu Pjanta tat tempju ta Karnak Ir Reġina Hatshepsut li rrenjat fl 1479 1458 Q K għenet lill ekonomija ta Tebe tiffjorixxa permezz tat tiġdid tan networks kummerċjali primarjament il kummerċ fil Baħar l Aħmar bejn il port ta Al Qusayr f Tebe Elat u l art ta Punt Is suċċessur tagħha Thutmose III ġab miegħu f Tebe parti kbira mir rikkezzi tal gwerra li oriġinaw minn postijiet imbegħda saħansitra minn It 18 il dinastija laħqet il quċċata tagħha matul ir renju tal proneputi Amenhotep III li rrenja fl 1388 1350 Q K Minbarra li sebbaħ it tempji ta Amun Amenhotep zied il kostruzzjoni f Tebe għal livelli mingħajr preċedent Fix xatt tal Punent huwa bena t tempju funebri enormi u l palazz belt enormi ta Malkata b lag artifiċjali faċċata ta 364 ettaru Fil belt proprja huwa bena t Tempju ta Luxor u t Triq tal Isfinġijiet li twassal sat Tempju ta Karnak Għal perjodu qasir fir renju ta iben Amenhotep III Akhenaten li rrenja fl 1351 1334 Q K Tebe għaddiet minn zminijiet diffiċli il belt ġiet abbandunata mill qorti u l qima ta Amun ġiet proskritta Il belt kapitali ġiet ittrasferita lejn il belt il ġdida ta Akhetaten Amarna fl Eġittu modern nofs triq bejn Tebe u Memphis Wara mewtu ibnu Tutankhamun irritorna l belt kapitali lejn Memphis izda t tiġdid tal proġetti tal kostruzzjoni f Tebe pproduċa tempji u santwarji saħansitra iktar glorjuzi Kolonna polikromatika bil bassoriljevi fit tempju ta Medinet Habu ddedikat lil Bil wasla tad 19 il dinastija is sede tal gvern ġiet ittrasferita lejn id delta Tebe zammet id dħul u l prestiġju tagħha matul ir renji ta Seti I li rrenja fl 1290 1279 Q K u ta Ramesses II li rrenja fl 1279 1213 Q K li xorta waħda baqgħu jirresjedu għal parti minn kull sena f Tebe Ramesses II wettaq proġetti estensivi tal kostruzzjonif il belt fosthom statwi u obeliski it tielet ħajt madwar it Tempju ta Karnak zidiet fit Tempju ta Luxor u r Ramesseum it tempju funebri grandjuz tiegħu Il kostruzzjonijiet ġew iffinanzjati mill fosos il kbar tal qmuħ li nbnew madwar ir Ramesseum li kkonċentraw it taxxi miġbura mill Eġittu ta Fuq u mid deheb mill ispedizzjonijiet lejn Nubja u d Dezert tal Lvant Matul ir renju ta Ramesses li dam 66 sena l Eġittu u Tebe kisbu livell għoli ta prosperita li laħaq jew saħansitra qabez l ogħla livell li kien intlaħaq taħt Amenhotep III Il belt baqgħet fuq wiċċ l idejn sal bidu tal 20 dinastija Il Papiru l Kbir ta Harris jiddikjara li Ramesses III li rrenja fl 1187 1156 għamel donazzjoni ta 86 486 skjav u patrimonji enormi lit tempji ta Amun Ramesses III rċieva tributi mill popli kollha ta taħtu inkluz il popli ta mal baħar u l Libjani Meshwesh Madankollu l Eġittu kollu kien qed jesperjenza problemi finanzjarji u dan joħroġ fid dieher fl avvenimenti fil villaġġ ta Deir el Medina f Tebe Fil 25 sena tar renju tiegħu il ħaddiema f Deir el Medina bdew jistrajkjaw għall paga u hemmhekk feġġew irvelli ġenerali fost il klassijiet soċjali kollha Sussegwentement konfoffa fil Ħarem li ma rnexxietx wasslet għall ġustizzjar ta bosta membri li ħadu sehem fil konfoffa inkluz uffiċjali u nisa minn Tebe Ir Ramesseum f Tebe ta John Frederick Lewis għall ħabta tal 1845 Iktar il quddiem taħt ir Ramessidi Tebe qabdet it triq tan nizla peress li l gvern waqgħa f diffikultajiet ekonomiċi gravi Matul ir renju ta Ramesses IX li rrenja fl 1129 1111 Q K għall ħabta tal 1114 Q K sensiela ta investigazzjonijiet dwar is serq mill oqbra rjali fin nekropoli tal Punent ta Tebe zvelaw provi ta korruzzjoni fil karigi għoljin wara akkuza li tressqet mis sindku tax xatt tal Punent kontra l kollega tiegħu fil Punent Il mumji rjali misruqa tressqu minn post għall ieħor u finalment ġew iddepozitati mill patrijiet ta Amun f qabar xaft f Deir el Bahri u fil qabar ta Amenhotep II Is sejba ta dawn iz zewġ moħbiet fl 1881 u fl 1898 rispettivament kienet wieħed mill avvenimenti l kbar tal iskoperti arkeoloġiċi moderni L amministrazzjoni ħazina f Tebe wasslet għal rewwixti It Tielet Perjodu Intermedju Kulma jmur il kontrol tal affarijiet lokali bdiet tgħaddi iktar f idejn il Patrijiet Għoljin ta Amun tant li matul it Tielet Perjodu Intermedju Il Patrijiet Għoljin ta Amun kellu poter assolut fin Nofsinhar bħala kontrobilanċ għar rejiet tal 21 u tat 22 dinastiji li rrenjaw mid delta tan Nil Iz zwiġijiet irranġati bejn id dinastiji u l adozzjoni saħħew ir rabtiet bejniethom u l bniet tar rejiet Taniti saru d divinita mara ta Amun f Tebe u b hekk setgħu jezerċitaw iktar poter L influwenza politika ta Tebe battiet biss fil Perjodu Aħħari Sal ħabta tas 750 Q K l influwenza tal Kuxiti minn Nubja bdiet tikber f Tebe u fl Eġittu ta Fuq Fis 721 Q K ir Re Shabaka tal Kuxiti rebaħ kontra l forzi kkombinati ta Osorkon IV it 22 dinastija Peftjauawybast it 23 dinastija u Bakenranef l 24 dinastija u reġa wassal għall unifikazzjoni tal Eġittu Matul ir renju tiegħu kien hemm ammont sinifikanti ta kostruzzjonijiet li seħħew madwar l Eġittu kollu speċjalment fil belt ta Tebe li għamilha l belt kapitali tar renju tiegħu Fit Tempju ta Karnak huwa ordna li tinbena statwa tal granit roza tiegħu nnifsu liebes il kuruna doppja tal Eġittu magħrufa bħala l Pschent Taharqa wettaq bosta proġetti notevoli f Tebe fosthom il Kjosk fit Tempju ta Karnak u f Nubja qabel ma l bdew il gwerra kontra l Eġittu Perjodu Aħħari Kolonna ta Taharqa fid distrett ta Amun Re fit Tempju ta Karnak irrestawrata għall għoli sħiħ tagħha Fis 667 Q K attakkat mill armata tar re Assirjan Ashurbanipal Taharqa abbanduna l Eġittu t Isfel u ħarab lejn Tebe Tliet snin wara mewtu in neputi jew il kuġin tiegħu Tantamani ħataf lil Tebe invada lill Eġittu t Isfel u għamel assedju kontra Memphis għalkemm abbanduna t tentattivi tiegħu li jaħkem il pajjiz fis 663 Q K u rtira lejn in Nofsinhar L Assirjani komplew jissieltu kontrih u ħadu lil Tebe li zdiedet mal lista twila ta bliet li ġew misruqa u meqruda mill Assirjani kif kiteb Ashurbanipal stess Il belt kollha kemm hi ħkimtha bl għajnuna ta Ashur u Ishtar Ħadt il fidda id deheb il ħaġar prezzjuz il ġid kollu tal palazz id drapp lussuz l għazel prezzjuz iz zwiemel grandjuzi l irġiel u n nisa supervizuri zewġ obeliski tal elektrum mill isbaħ li jiznu 2 500 talent u l bibien tat tempji li qaċċadt mill bazijiet tagħhom u ġarrejthom lejn l B dan il ġid tqil kollu tlaqt minn Tebe Kontra l Eġittu u kontra Kush olzajt il lanza tiegħi u wrejt is setgħa tiegħi B idejja mimlija rritornajt lejn qawwi u sħiħ Tebe qatt ma reġgħet kisbet l importanza politika li kellha qabel izda baqgħet ċentru reliġjuz importanti L Assirjani laħħqu lil Psamtik I 664 610 Q K li kiseb il poter fuq Tebe fis 656 Q K u organizza l adozzjoni ta bintu stess Nitocris I bħala werrieta tal Mara divina ta Amun hemmhekk Fil 525 Q K Cambyses II mill Persja invada lill Eġittu u sar faragħun u wassal għas subordinazzjoni tar renju bħala satrapija tal Imperu l Kbir tal Akamenidi Zmien il Griegi u r Rumani Riljiev fit Tempju ta Hathor f Deir el Medina li nbena matul id Dinastija Tolemajka Ir relazzjoni t tajba ta Tebe mal poter ċentrali fit Tramuntana ntemmet meta l faragħuni Eġizzjani nattivi finalment ġew sostitwiti mill Griegi immexxija minn Huwa zar Tebe matul ċelebrazzjoni tal Festival ta Opet Minkejja z zjara inizjali tiegħu Tebe saret ċentru li xejn ma kien favurih Lejn l aħħar tas seklu 3 Q K Hugronaphor Horwennefer x aktarx ta oriġini Nubjana mexxa rewwixta kontra t Tolomej fl Eġittu ta Fuq Is suċċessur tiegħu Ankhmakis kellu l kontroll ta partijiet kbar mill Eġittu ta Fuq sal 185 Q K Din ir rewwixta ġiet appoġġata mill patrijiet ta Tebe Wara li r rewwixta ġiet imrazzna fil 185 Q K Tolomew V li kien jeħtieġ l appoġġ tal patrijiet ħafrilhom Nofs seklu wara iċ ċittadini ta Tebe reġgħew għamlu rewwixta u tellgħu lil ċertu Harsiesi fuq it tron fil 132 Q K Harsiesi wara li bill subgħajh fil fondi tal bank irjali ta Tebe ħarab is sena ta wara Fil 91 Q K reġgħet faqqgħet rewwixta oħra Fis snin ta wara Tebe battiet fis setgħa tagħha u l belt ġiet imġarrfa Matul l okkupazzjoni tar Rumani 30 Q K 641 W K il komunitajiet li kien għad fadal baqgħu raggruppati madwar il pilastri tat Tempju ta Luxor Tebe saret parti mill provinċja Rumana ta Thebais li iktar il quddiem inqasmet f Thebais Superior iċċentrata fil belt u Thebais Inferior iċċentrata f Ptolemais Hermiou Leġjun Ruman ġie stazzjonat fit Tempju ta Luxor fiz zmien tal kampanji militari Rumani f Nubja Il kostruzzjoni ma waqfitx għalkollox izda l belt baqgħet tmajna Fis seklu 1 W K ddeskriva li Tebe kienet irrelegata għal sempliċi villaġġ Sit ta Wirt DinjiTebe l Antika u n Nekropoli tagħha ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1979 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet u l kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju Siti ewleninId daħla prinċipali tat Tempju ta Karnak b diversi statwi ta sfinġijiet b ras ta muntun Obelisk kolossi ta Ramesses u pilastru kbir tat Tempju ta Luxor Id dawl tax xemx idawwal it tempju funebri ta Hatshepsut f Deir al Bahri Id daħla tal qabar KV19 ta Mentuherkhepeshef fil Fil Lvant ta Tebe iz zona mibnija tal qedem it Tempju l Kbir ta Amun f Karnak bl Eġizzjan tal qedem Ta opet Għadu t tieni l ikbar binja reliġjuza li qatt inbniet Kien it tempju ewlieni għall qima ta Amun id divinita patruna ta Tebe kif ukoll ir residenza tal patrijiet setgħana ta Amun Huwa distint mill bosta tempji tal Eġittu għat tul ta zmien biex inbena iktar minn 2 000 sena b kollox mill bidu tar Renju Nofsani Il karatteristiċi prinċipali ta dan it tempju huma l għaxar pilastri tiegħu is Sala l Kbira tal Ipostili il lag sagru is sottotempji id diversi santwarji u l bosta obeliski Kien l izjed tempju importanti għall maġġoranza tal istorja Eġizzjana tal qedem it Tempju ta Luxor Ipet resyt Għad differenza ta tempji oħra f Tebe dan it tempju mhux iddedikat lil xi alla jew verzjoni divina tal faragħun wara mewtu Minflok it tempju huwa ddedikat lit tiġdid tal funzjoni rjali x aktarx li kien il post fejn bosta mill faragħuni tal Eġittu ġew inkurunati Huwa t tempju ewlieni tal Festival ta Opet fejn id dgħajsa sagra tat Trijade ta Tebe kienet tivvjaġġa mit Tempju ta Karnak sat Tempju ta Luxor biex toħroġ fid dieher l importanza divina tal inkurunazzjoni mill ġdid tal faragħun it Tempju ta Khonsu id Distrett ta Mut id Distrett ta Montu it Triq tal Isfinġijiet Fil Punent ta Tebe il villaġġ ta Deir el Medina il kumpless tal palazz ta Malkata ir Ramesseum it Tempju Funebri ta Amenhotep III it Tempju Funebri ta Hatshepsut it Tempju Funebri ta Seti I it Tempju Funebri ta Ramesses III il Wied tar Rejiet il Wied tal Irġejjen l Oqbra tan Nobbli it Tumbata ta Aten Wirt kulturaliIz zewġ tempji l kbar it Tempju ta Luxor u t Tempju ta Karnak u l Wied tar Rejiet u l Wied tal Irġejjen huma fost l ikbar kisbiet tal Eġittu tal qedem Mill 25 ta Ottubru 2018 sas 27 ta Jannar 2019 il Muzew ta organizza wirja ta tliet xhur dwar il belt ta Tebe u r rwol tan nisa fil belt f dak iz zmien bl appoġġ tal u l Referenzi a b ċ Centre UNESCO World Heritage Ancient Thebes with its Necropolis UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 10 28 Nahum 3 bl Ingliz Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt iktar għajnuna Ezekjel 30 14 16 Ġeremija 46 25 Huddlestun John R Nahum Nineveh and the Nile The Description of Thebes in Nahum 3 8 9 Journal of Near Eastern Studies vol 62 no 2 2003 pp 97 98 Demografija PDF Arkivjat mill oriġinal fl 2011 07 26 Miġbur 2022 10 28 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Hall H R Harry Reginald 1873 1930 22 December 2015 The ancient history of the Near East from the earliest times to the battle of Salamis Oxon ISBN 978 1 317 27164 2 Baikie James 1866 1931 29 March 2018 Egyptian antiquities in the Nile Valley a descriptive handbook Abingdon Oxon ISBN 978 1 351 34406 7 Opet Egyptian festival Britannica www britannica com bl Ingliz Miġbur 2022 10 28 Barry J Kemp Ancient Egypt Anatomy of a Civilization Second Edition New York 2006 ISBN 9780415235501 pp 225 229 Wilkinson Toby 2011 The Rise and Fall of Ancient Egypt New York Random House p 560 ISBN 9780747599494 pp 183 187 Daphna Ben Tor Sequences and chronology of Second Intermediate Period royal name scarabs based on excavated series from Egypt and the Levant in The Second Intermediate Period Thirteenth Seventeenth Dynasties Current Research Future Prospects editjat minn Marcel Maree Orientalia Lovaniensia Analecta 192 2010 p 91 Bunson Margaret Encyclopedia of Ancient Egypt PDF Tyldesley Joyce Egypt s Golden Empire The Age of the New Kingdom pp 18 19 Headline Book Publishing Ltd 2001 Draper R 2008 The Black Pharaohs National Geographic Magazine Thebes Definition History Temples amp Facts Britannica www britannica com bl Ingliz Miġbur 2022 10 29 Mark Joshua J Thebes Egypt World History Encyclopedia bl Ingliz Miġbur 2022 10 29 J van Dijk The Amarna Period and the later New Kingdom in I Shaw The Oxford History of Ancient Egypt Oxford 2000 ISBN 0 19 815034 2 p 290 Wilkinson T 2013 The Rise and Fall of Ancient Egypt Ramses II Biography Accomplishments Tomb Mummy Death amp Facts Britannica www britannica com bl Ingliz Miġbur 2022 10 29 THEBES RAMESSES III THE LAST GREAT PHAROAH www greatdreams com Miġbur 2022 10 29 Egypt Thebes A Feature Tour Egypt Story www touregypt net Miġbur 2022 10 29 Barbara Watterson Women in Ancient Egypt Stroud Gloucestershire Amberley Publishing Limited 2011 153 ISBN 1445612666 Ashurbanipal auto biography cylinder c 668 BCE in James B Pritchard ed Ancient Near Eastern Texts Relating to the Old Testament with Supplement Princeton UP 1950 1969 2014 294 95 ISBN 9781400882762 Roger Forshaw Egypt of the Saite Pharaohs 664 525 BC Manchester University Press 2019 198 ISBN 9781526140166 קיבוץ רשפים רשפים קהילנט www reshafim org il Miġbur 2022 10 29 Luxor History amp Facts Britannica www britannica com bl Ingliz Miġbur 2022 10 29