Thimlich Ohinga huwa kumpless ta fdalijiet tal ġebel fil Kontea ta Migori f Nyanza Kenya il Kenja fil Lvant tal Afrika H
Thimlich Ohinga

Thimlich Ohinga huwa kumpless ta' fdalijiet tal-ġebel fil-Kontea ta' Migori, f'Nyanza Kenya, il-Kenja, fil-Lvant tal-Afrika. Huwa l-ikbar wieħed minn 138 sit b'521 struttura tal-ġebel li nbnew madwar ir-reġjun tal-Lag ta' Victoria fil-Kenja. Dawn is-siti huma miġbura fi gruppi. L-istruttura ewlenija ta' Thimlich Ohinga għandha ħitan bi ħxuna ta' 1-3 metri (3.3-9.8 piedi), u b'għoli ta' 1-4.2 metri (3.3-13.8-il pied). L-istrutturi nbnew b'ħaġriet grezzi, blat u ġebel mingħajr l-użu ta' tkaħħil. Il-ħaġar kien jiġi ppakkjat b'mod dens u mdaħħlin f'xulxin. Huwa maħsub li s-sit imur lura għas-seklu 15 jew qabel.
, l-eks Direttur tal-Istitut Brittaniku tal-Istorja u l-Arkeoloġija fil-Lvant tal-Afrika, iddokumenta s-sit fis-snin 60 tas-seklu 20. Riċerkaturi mill-Mużewijiet Nazzjonali tal-Kenja bdew jaħdmu fis-sit fl-1980. Fl-imgħoddi s-sit kien jissejjaħ il-"Wied ta' Liare" għal wieħed bl-istess isem fil-Grigal. Thimlich Ohinga ġie rreġistrat fil-gazzetta uffiċjali tal-gvern tal-Kenja bħala Monument Nazzjonali tal-Kenja bl-isem il-ġdid fl-1981. L-isem inbidel għaliex il-"Wied ta' Liare" ma kienx jiddeskrivi l-pożizzjoni eżatta tas-sit. Iż-żona hija okkupata mill-poplu Luo. Thimlich tfisser "foresta densa tal-biża'" u Ohinga tfisser "fortizza kbira" bid-Dholuo, il-lingwa tal-poplu Luo.
Thimlich Ohinga jinsab 181 kilometru (112-il mil) fin-Nofsinhar ta' Kisumu fil-Kontea ta' Migori, f'għolja b'daqsxejn ta' xaqliba 46 kilometru (29 mil) fil-Majjistral tar-raħal ta' Migori qrib il-Minjieri ta' Macalder. Il-137 sit simili l-oħra huma kkonċentrati fiż-żoni tal-artijiet ewlenin ta' Karungu, ta' Kadem-Kanyamkago, ta' Gwassi, tal-Lag ta' Kaksingiri, ta' Kanyidoto u ta' Kanyamwa.
Skop
L-iskala ta' Thimlich Ohinga u tal-istrutturi relatati tindika li nbnew minn komunità organizzata li kienet kapaċi twettaq ix-xogħlijiet u timmobilizza r-riżorsi. Il-blat diġà kien disponibbli fl-ambjent lokali u b'hekk ipprovda l-materjal għall-kostruzzjoni tal-fortifikazzjonijiet madwar is-sit. Skont it-tradizzjonijiet bil-fomm tal-poplu Luo dawn il-fortifikazzjonijiet inbnew għall-protezzjoni mill-annimali selvaġġi, mill-ħallelin tal-bhejjem u minn gruppi ostili oħra. Dawn it-tradizzjonijiet jissuġġerixxu li Thimlich Ohinga nbena mill-abitanti tal-imgħoddi bħala protezzjoni mill-barranin fiż-żoni ta' Kadem u ta' Kanyamwa, kif ukoll mill-gruppi etniċi ġirien mit-territorju li issa jagħmel parti mit-Tanzanija. Apparti li kien jintuża bħala forti difensiv, Thimlich Ohinga kien ukoll ċentru ekonomiku, reliġjuż u soċjali.
Bennejja u abitanti
Id-datazzjoni preċiża tas-sit għadha mhijiex konklużiva. Fis-sit instabu bċejjeċ tal-kwarz ta' Żmien il-Ħaġar Aħħari li x'aktarx li ġew minn epoka saħansitra qabel is-sit stess. Hemm dibattitu għaddej rigward l-oriġini u l-bennejja ta' Thimlich Ohinga u ta' insedjamenti oħra mdawra b'ħitan tal-ġebel. Madankollu, minħabba li l-evidenza storika, lingwistika u ġenetika kollha tindika livell għoli ta' ċaqliq tal-popolazzjoni u taħlit fiż-żminijiet prekolonjali u kolonjali, anke sempliċi ipoteżi dwar l-identità etnika jew lingwistika tal-bennejja jaf ma tantx ikollha bażi. L-istudji arkeoloġiċi u storiċi kkonkludew li l-bennejja oriġinali u l-abitanti li ġew warajhom kellhom tradizzjoni ta' rgħajja, fejn il-bhejjem tal-ifrat kellhom rwol ewlieni fl-ekonomija. Dawn l-istudji kkonkludew ukoll li l-organizzazzjoni soċjopolitika kellha rwol kruċjali wkoll fl-istabbiliment ta' Thimlich Ohinga u ta' strutturi ffortifikati oħra fil-madwar.
Is-siti ġew okkupati f'diversi mewġiet ta' okkupazzjoni. Il-ġrajjiet orali jissuġġerixxu li l-iżjed abitanti bikrin kienu poplu li kien jitkellem lingwa Bantu, qabel il-migrazzjoni ta' gruppo li kienu jitkellmu lingwi Nilotiċi. Xi sorsi jissuġġerixxu li proto-Gusii/Kuria jew proto-Luhya kienu jgħixu fiż-żona ta' Thimlich Ohinga. Huwa maħsub li migranti mill-Uganda, mir-Rwanda, mis-Sudan, u mill-Burundi sabu ruħhom ukoll fl-inħawi, u wħud minnhom baqgħu sejrin iktar lejn in-Nofsinhar fit-Tanzanija. L-analiżi arkeoloġika u etnografika tas-siti wriet li l-organizzazzjoni spazjali tixbaħ l-iktar il-konfigurazzjoni tad-djar tal-ħuxlief tradizzjonali tal-poplu Luo. Pereżempju, id-djar tal-poplu Luo huma ċirkolari b'punt ewlieni fejn jiltaqgħu biswit struttura ċentrali għall-bhejjem, konfigurazzjoni li wieħed jista' josserva wkoll f'Thimlich Ohinga. Il-bċejjeċ tal-fuħħar li ġew irkuprati mis-siti juru wkoll disinni dekorattivi speċifiċi li nstabu wkoll fost il-kelliema ta' lingwi Nilotiċi tal-Punent (il-poplu Luo) u mhux fost il-kelliema tal-lingwi Bantu. Dawn is-sejbiet jissuġġerixxu li l-abitanti ta' dawn l-istrutturi kienu wkoll antenati tal-abitanti attwali tal-inħawi li jidentifikaw ruħhom bħala membri tal-komunità tal-poplu Luo. Għal raġunijiet li għadhom mhux magħrufa, Thimlich Ohinga ġie abbandunat mill-bennejja oriġinali. Maż-żmien, komunitajiet oħra abitaw l-inħawi fil-perjodu bejn is-sekli 15 u 19, u dawk li għexu fi ħdan il-kumplessi ħadu ħsiebhom billi wettqu xi tiswijiet u xi modifiki fihom. L-okkupazzjoni mill-ġdid u t-tiswija ma fixklux il-preservazzjoni tal-istrutturi. Is-sit ġie abbandunat għall-aħħar darba matul l-ewwel nofs tas-seklu 20, meta l-amministrazzjoni kolonjali stabbiliet il-paċi u l-ordni fir-reġjun. Il-familji li kienu jgħixu fl-istrutturi tas-sit marru jgħixu fi djar individwali u minflok il-ġebel użaw materjal tal-ewforbja għall-ħitan ta' madwarhom. Bidla fil-mentalità seħħet meta l-komunità lokali għaddiet minn għajxien f'komunità għal għajxien iktar individwalistiku.
Stil arkitettoniku
L-istil arkitettoniku ta' Thimlich Ohinga jirrifletti l-istil tal-bini ta' , 1,900 mil (3,100 kilometru) lejn in-Nofsinhar f'Żimbabwe, għalkemm b'daqs iżgħar. Differenza li tispikka bejniethom it-tnejn hi li għad-differenza ta' Żimbabwe l-Kbir, Thimlich Ohinga nbena bl-użu ta' ġebel mingħajr għamla partikolari magħmul mill-bażalt lokali. Fiż-żewġ siti ma ntużax tkaħħil u għalhekk kienet meħtieġa sengħa u ħila kbira biex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-istrutturi. Il-ħitan f'Thimlich Ohinga jreġġu waħedhom u huma ħoxnin metru (3.3 piedi) mingħajr it-tħaffir ta' pedamenti. Għandhom għoli ta' 0.5-4.5 metri (1.6-14.8-il pied). Il-ħitan ovojdi jidħlu f'xulxin b'għamla żigużajg, bl-użu ta' riffieda intermittenti biex iżidu l-istabbiltà. Ħitan simili li nstabu fit-Tramuntana ta' Nyanza għandhom karatteristiċi oħra bħal pilastri tal-blat u ringieli tal-ġebel. Id-daħliet għandhom għetiebi tal-ġebel u markaturi mnaqqxin.
Thimlich Ohinga huwa eżempju ta' arkitettura difensiva tas-savanna, li eventwalment sar stil tradizzjonali f'diversi partijiet tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Afrika. Flimkien ma' strutturi tal-ġebel oħra mdawra bil-ħitan, Thimlich Ohinga jagħti l-impressjoni ta' soċjetà b'sistema ċentralizzata ta' kontroll u stil ta' ħajja komunali li nfirxet madwar ir-reġjun tal-Lag ta' Victoria. Forom li nbnew wara ta' din l-arkitettura mdawra b'ħitan tal-ġebel jistgħu jiġu osservati f'xi djar tradizzjonali fil-Punent u fil-Lbiċ tal-Kenja.
Karatteristiċi interni
Eżatt wara d-daħla hemm torri tal-għassa mibni bil-blat olzat. Hemm tliet daħliet għall-monument prinċipali f'Thimlich Ohinga, waħda tħares lejn il-Punent u tnejn iħarsu lejn il-Lvant. L-istrutturi huma maqsuma f'kurituri, diversi kompartimenti iżgħar u depressjonijiet. Depressjonijiet ċirkolari u pjattaformi olzati huma preżenti qrib id-djar li nbnew fi ħdan il-ħitan. Il-monument prinċipali fih sitt fosos tad-djar u ħames kompartimenti fi ħdanu. In-naħa tal-Grigal tal-kompartiment prinċipali f'Thimlich Ohinga għandu sezzjoni għal-logħob rikreattiv, b'logħba qisha l-Mancala, magħrufa lokalment bħala ajua, imnaqqxa f'wiċċ il-blat. Fis-sit instabu wkoll moli għat-tħin tal-qmuħ. Inbnew ukoll kompartimenti għaż-żamma tal-bhejjem tal-ifrat, tan-nagħaġ, tal-mogħoż, tat-tiġieġ u tal-farawni, bi ċnut ukoll għall-ġonna. Fost il-fdalijiet ta' annimali fis-sit instabu speċijiet domestiċi u selvaġġi, bħal bhejjem tal-ifrat, ovikaprini (nagħaġ u mogħoż), tiġieġ, ħut, hartebeest (Kongoni), duiker u liebri. Id-daħliet tas-sit inbnew apposta bħala daħliet żgħar, biex l-invażuri potenzjali malajr kienu jiġu kkontrollati mill-gwardji stazzjonati fuq it-torri tal-għassa qrib id-daħliet. It-torri tal-għassa joffri veduta tajba tal-kumpless kollu u tal-inħawi tal-madwar. Fi ħdan il-ħitan hemm ukoll fortijiet laterali żgħar li kien fihom djar, żoni tal-ikel, kompartimenti għall-annimali, u fosos għall-qmuħ. F'Thimlich Ohinga kien hemm ukoll fonderija tal-ħadid. Instabu gagazza tal-ħadid, oġġetti tal-ħadid u mniefaħ f'żona mdawra bil-ħitan qrib il-ħitan ewlenin tas-sit. Iż-żibeġ tal-ħġieġ importat li nstab fis-sit jindika li Thimlich Ohinga kienet parti minn network kummerċjali fuq distanzi twal.
Konservazzjoni
Is-Servizz tan-Natura Selvaġġa tal-Kenja u l-Mużewijiet Nazzjonali tal-Kenja ddeżinjaw is-sit ta' Thimlich Ohinga bħala sit ta' konservazzjoni. Annimali selvaġġi bħall-farawni, diversi speċijiet ta' xadini, għasafar u għażżiela jgħixu fil-foresti ta' madwar is-sit. Il-Mużewijiet Nazzjonali tal-Kenja ressqu talba lill-UNESCO f'isem il-gvern, biex is-sit tal-Pajsaġġ Kulturali ta' Thimlich Ohinga jsir sit indikattiv u eventwalment jitniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.
Sit ta' Wirt Dinji
Is-Sit Arkeoloġiku ta' Thimlich Ohinga ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2018.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".
Referenzi
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Thimlich Ohinga Archaeological Site". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-18.
- ^ F. za Odede. Secrets in stone. Who built the stone settlements of Nyanza Province. Kenya Past and Present, Volume 36, Issue 1, Jan 2006, p. 67-72.
- ^ "National Museums of Kenya - Thimlich Ohinga". web.archive.org. 2014-04-09. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-04-09. Miġbur 2024-01-18.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Dokument tan-nomina bħala sit indikattiv".
- ^ SIMIYU WANDIBBA (1986) Thimlich Ohingini, Azania: Archaeological Research in Africa, 21:1, 134, doi: 10.1080/00672708609511375.
- ^ "Thimlich stone wall stands as a living world heritage". The East African (bl-Ingliż). 2020-07-06. Miġbur 2024-01-18.
- ^ "Thimlich Ohinga – National Museums of Kenya" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-18.
- ^ "Thimlich Ohinga Cultural Landscape". World Monuments Fund (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-18.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Thimlich Ohinga, X'inhi Thimlich Ohinga? Xi tfisser Thimlich Ohinga?
Thimlich Ohinga huwa kumpless ta fdalijiet tal ġebel fil Kontea ta Migori f Nyanza Kenya il Kenja fil Lvant tal Afrika Huwa l ikbar wieħed minn 138 sit b 521 struttura tal ġebel li nbnew madwar ir reġjun tal Lag ta Victoria fil Kenja Dawn is siti huma miġbura fi gruppi L istruttura ewlenija ta Thimlich Ohinga għandha ħitan bi ħxuna ta 1 3 metri 3 3 9 8 piedi u b għoli ta 1 4 2 metri 3 3 13 8 il pied L istrutturi nbnew b ħaġriet grezzi blat u ġebel mingħajr l uzu ta tkaħħil Il ħaġar kien jiġi ppakkjat b mod dens u mdaħħlin f xulxin Huwa maħsub li s sit imur lura għas seklu 15 jew qabel Thimlich Ohinga Etimoloġija l eks Direttur tal Istitut Brittaniku tal Istorja u l Arkeoloġija fil Lvant tal Afrika iddokumenta s sit fis snin 60 tas seklu 20 Riċerkaturi mill Muzewijiet Nazzjonali tal Kenja bdew jaħdmu fis sit fl 1980 Fl imgħoddi s sit kien jissejjaħ il Wied ta Liare għal wieħed bl istess isem fil Grigal Thimlich Ohinga ġie rreġistrat fil gazzetta uffiċjali tal gvern tal Kenja bħala Monument Nazzjonali tal Kenja bl isem il ġdid fl 1981 L isem inbidel għaliex il Wied ta Liare ma kienx jiddeskrivi l pozizzjoni ezatta tas sit Iz zona hija okkupata mill poplu Luo Thimlich tfisser foresta densa tal biza u Ohinga tfisser fortizza kbira bid Dholuo il lingwa tal poplu Luo ĠeografijaThimlich Ohinga jinsab 181 kilometru 112 il mil fin Nofsinhar ta Kisumu fil Kontea ta Migori f għolja b daqsxejn ta xaqliba 46 kilometru 29 mil fil Majjistral tar raħal ta Migori qrib il Minjieri ta Macalder Il 137 sit simili l oħra huma kkonċentrati fiz zoni tal artijiet ewlenin ta Karungu ta Kadem Kanyamkago ta Gwassi tal Lag ta Kaksingiri ta Kanyidoto u ta Kanyamwa SkopL iskala ta Thimlich Ohinga u tal istrutturi relatati tindika li nbnew minn komunita organizzata li kienet kapaċi twettaq ix xogħlijiet u timmobilizza r rizorsi Il blat diġa kien disponibbli fl ambjent lokali u b hekk ipprovda l materjal għall kostruzzjoni tal fortifikazzjonijiet madwar is sit Skont it tradizzjonijiet bil fomm tal poplu Luo dawn il fortifikazzjonijiet inbnew għall protezzjoni mill annimali selvaġġi mill ħallelin tal bhejjem u minn gruppi ostili oħra Dawn it tradizzjonijiet jissuġġerixxu li Thimlich Ohinga nbena mill abitanti tal imgħoddi bħala protezzjoni mill barranin fiz zoni ta Kadem u ta Kanyamwa kif ukoll mill gruppi etniċi ġirien mit territorju li issa jagħmel parti mit Tanzanija Apparti li kien jintuza bħala forti difensiv Thimlich Ohinga kien ukoll ċentru ekonomiku reliġjuz u soċjali Bennejja u abitantiId datazzjoni preċiza tas sit għadha mhijiex konkluziva Fis sit instabu bċejjeċ tal kwarz ta Zmien il Ħaġar Aħħari li x aktarx li ġew minn epoka saħansitra qabel is sit stess Hemm dibattitu għaddej rigward l oriġini u l bennejja ta Thimlich Ohinga u ta insedjamenti oħra mdawra b ħitan tal ġebel Madankollu minħabba li l evidenza storika lingwistika u ġenetika kollha tindika livell għoli ta ċaqliq tal popolazzjoni u taħlit fiz zminijiet prekolonjali u kolonjali anke sempliċi ipotezi dwar l identita etnika jew lingwistika tal bennejja jaf ma tantx ikollha bazi L istudji arkeoloġiċi u storiċi kkonkludew li l bennejja oriġinali u l abitanti li ġew warajhom kellhom tradizzjoni ta rgħajja fejn il bhejjem tal ifrat kellhom rwol ewlieni fl ekonomija Dawn l istudji kkonkludew ukoll li l organizzazzjoni soċjopolitika kellha rwol kruċjali wkoll fl istabbiliment ta Thimlich Ohinga u ta strutturi ffortifikati oħra fil madwar Is siti ġew okkupati f diversi mewġiet ta okkupazzjoni Il ġrajjiet orali jissuġġerixxu li l izjed abitanti bikrin kienu poplu li kien jitkellem lingwa Bantu qabel il migrazzjoni ta gruppo li kienu jitkellmu lingwi Nilotiċi Xi sorsi jissuġġerixxu li proto Gusii Kuria jew proto Luhya kienu jgħixu fiz zona ta Thimlich Ohinga Huwa maħsub li migranti mill Uganda mir Rwanda mis Sudan u mill Burundi sabu ruħhom ukoll fl inħawi u wħud minnhom baqgħu sejrin iktar lejn in Nofsinhar fit Tanzanija L analizi arkeoloġika u etnografika tas siti wriet li l organizzazzjoni spazjali tixbaħ l iktar il konfigurazzjoni tad djar tal ħuxlief tradizzjonali tal poplu Luo Perezempju id djar tal poplu Luo huma ċirkolari b punt ewlieni fejn jiltaqgħu biswit struttura ċentrali għall bhejjem konfigurazzjoni li wieħed jista josserva wkoll f Thimlich Ohinga Il bċejjeċ tal fuħħar li ġew irkuprati mis siti juru wkoll disinni dekorattivi speċifiċi li nstabu wkoll fost il kelliema ta lingwi Nilotiċi tal Punent il poplu Luo u mhux fost il kelliema tal lingwi Bantu Dawn is sejbiet jissuġġerixxu li l abitanti ta dawn l istrutturi kienu wkoll antenati tal abitanti attwali tal inħawi li jidentifikaw ruħhom bħala membri tal komunita tal poplu Luo Għal raġunijiet li għadhom mhux magħrufa Thimlich Ohinga ġie abbandunat mill bennejja oriġinali Maz zmien komunitajiet oħra abitaw l inħawi fil perjodu bejn is sekli 15 u 19 u dawk li għexu fi ħdan il kumplessi ħadu ħsiebhom billi wettqu xi tiswijiet u xi modifiki fihom L okkupazzjoni mill ġdid u t tiswija ma fixklux il preservazzjoni tal istrutturi Is sit ġie abbandunat għall aħħar darba matul l ewwel nofs tas seklu 20 meta l amministrazzjoni kolonjali stabbiliet il paċi u l ordni fir reġjun Il familji li kienu jgħixu fl istrutturi tas sit marru jgħixu fi djar individwali u minflok il ġebel uzaw materjal tal ewforbja għall ħitan ta madwarhom Bidla fil mentalita seħħet meta l komunita lokali għaddiet minn għajxien f komunita għal għajxien iktar individwalistiku Stil arkitettonikuL istil arkitettoniku ta Thimlich Ohinga jirrifletti l istil tal bini ta 1 900 mil 3 100 kilometru lejn in Nofsinhar f Zimbabwe għalkemm b daqs izgħar Differenza li tispikka bejniethom it tnejn hi li għad differenza ta Zimbabwe l Kbir Thimlich Ohinga nbena bl uzu ta ġebel mingħajr għamla partikolari magħmul mill bazalt lokali Fiz zewġ siti ma ntuzax tkaħħil u għalhekk kienet meħtieġa sengħa u ħila kbira biex tiġi zgurata l istabbilta tal istrutturi Il ħitan f Thimlich Ohinga jreġġu waħedhom u huma ħoxnin metru 3 3 piedi mingħajr it tħaffir ta pedamenti Għandhom għoli ta 0 5 4 5 metri 1 6 14 8 il pied Il ħitan ovojdi jidħlu f xulxin b għamla ziguzajg bl uzu ta riffieda intermittenti biex izidu l istabbilta Ħitan simili li nstabu fit Tramuntana ta Nyanza għandhom karatteristiċi oħra bħal pilastri tal blat u ringieli tal ġebel Id daħliet għandhom għetiebi tal ġebel u markaturi mnaqqxin Thimlich Ohinga huwa ezempju ta arkitettura difensiva tas savanna li eventwalment sar stil tradizzjonali f diversi partijiet tal Lvant u tan Nofsinhar tal Afrika Flimkien ma strutturi tal ġebel oħra mdawra bil ħitan Thimlich Ohinga jagħti l impressjoni ta soċjeta b sistema ċentralizzata ta kontroll u stil ta ħajja komunali li nfirxet madwar ir reġjun tal Lag ta Victoria Forom li nbnew wara ta din l arkitettura mdawra b ħitan tal ġebel jistgħu jiġu osservati f xi djar tradizzjonali fil Punent u fil Lbiċ tal Kenja Karatteristiċi interniEzatt wara d daħla hemm torri tal għassa mibni bil blat olzat Hemm tliet daħliet għall monument prinċipali f Thimlich Ohinga waħda tħares lejn il Punent u tnejn iħarsu lejn il Lvant L istrutturi huma maqsuma f kurituri diversi kompartimenti izgħar u depressjonijiet Depressjonijiet ċirkolari u pjattaformi olzati huma prezenti qrib id djar li nbnew fi ħdan il ħitan Il monument prinċipali fih sitt fosos tad djar u ħames kompartimenti fi ħdanu In naħa tal Grigal tal kompartiment prinċipali f Thimlich Ohinga għandu sezzjoni għal logħob rikreattiv b logħba qisha l Mancala magħrufa lokalment bħala ajua imnaqqxa f wiċċ il blat Fis sit instabu wkoll moli għat tħin tal qmuħ Inbnew ukoll kompartimenti għaz zamma tal bhejjem tal ifrat tan nagħaġ tal mogħoz tat tiġieġ u tal farawni bi ċnut ukoll għall ġonna Fost il fdalijiet ta annimali fis sit instabu speċijiet domestiċi u selvaġġi bħal bhejjem tal ifrat ovikaprini nagħaġ u mogħoz tiġieġ ħut hartebeest Kongoni duiker u liebri Id daħliet tas sit inbnew apposta bħala daħliet zgħar biex l invazuri potenzjali malajr kienu jiġu kkontrollati mill gwardji stazzjonati fuq it torri tal għassa qrib id daħliet It torri tal għassa joffri veduta tajba tal kumpless kollu u tal inħawi tal madwar Fi ħdan il ħitan hemm ukoll fortijiet laterali zgħar li kien fihom djar zoni tal ikel kompartimenti għall annimali u fosos għall qmuħ F Thimlich Ohinga kien hemm ukoll fonderija tal ħadid Instabu gagazza tal ħadid oġġetti tal ħadid u mniefaħ f zona mdawra bil ħitan qrib il ħitan ewlenin tas sit Iz zibeġ tal ħġieġ importat li nstab fis sit jindika li Thimlich Ohinga kienet parti minn network kummerċjali fuq distanzi twal KonservazzjoniIs Servizz tan Natura Selvaġġa tal Kenja u l Muzewijiet Nazzjonali tal Kenja ddezinjaw is sit ta Thimlich Ohinga bħala sit ta konservazzjoni Annimali selvaġġi bħall farawni diversi speċijiet ta xadini għasafar u għazziela jgħixu fil foresti ta madwar is sit Il Muzewijiet Nazzjonali tal Kenja ressqu talba lill UNESCO f isem il gvern biex is sit tal Pajsaġġ Kulturali ta Thimlich Ohinga jsir sit indikattiv u eventwalment jitnizzel fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO Sit ta Wirt DinjiIs Sit Arkeoloġiku ta Thimlich Ohinga ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2018 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet il kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem u l kriterju v Ezempju straordinarju ta insedjament uman tradizzjonali ta uzu tal art jew ta uzu tal baħar li jirrapprezenta kultura jew kulturi jew interazzjoni umana mal ambjent speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l impatt ta bidla irreversibbli Referenzi a b ċ Centre UNESCO World Heritage Thimlich Ohinga Archaeological Site UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2024 01 18 F za Odede Secrets in stone Who built the stone settlements of Nyanza Province Kenya Past and Present Volume 36 Issue 1 Jan 2006 p 67 72 National Museums of Kenya Thimlich Ohinga web archive org 2014 04 09 Arkivjat mill oriġinal fl 2014 04 09 Miġbur 2024 01 18 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Dokument tan nomina bħala sit indikattiv SIMIYU WANDIBBA 1986 Thimlich Ohingini Azania Archaeological Research in Africa 21 1 134 doi 10 1080 00672708609511375 Thimlich stone wall stands as a living world heritage The East African bl Ingliz 2020 07 06 Miġbur 2024 01 18 Thimlich Ohinga National Museums of Kenya bl Ingliz Miġbur 2024 01 18 Thimlich Ohinga Cultural Landscape World Monuments Fund bl Ingliz Miġbur 2024 01 18