Dan l artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa
Vitorin Galea

Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Vitorin Galea (l-Isla, 31 ta’ Diċembru, 1926 - 17 ta' Marzu, 1996) kienet attriċi Maltija, waħda mill-aqwa attriċi tat-tieni nofs tas-seklu 20. Kellha karriera ta’ 54 sena. L-aqwa tal-karriera tagħha kien fis-sebgħinijiet u t-tmeninijiet.
Vitorin Galea | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | L-Isla, 31 Diċembru 1926 |
Nazzjonalità | Kolonja ta' Malta Stat ta' Malta Malta |
Mewt | 17 Marzu 1996 |
Post tad-dfin | Ċimiterju tal-Addolorata |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Malti |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | |
Xogħlijiet importanti | (en) |
Bijografija
Kienet it-tifla ta’ Manwel Casha u Karmena mwielda Bonello. Missierha, imlaqqam Bronk (taqsira ta’ isem ommu li kien jisimha Veronika), kien kummidjant magħruf fil-Kottonera. Kienet tifla fuq tagħha, kellha vuċi tajba, u kienet titgħallem il-vjolin għal ftit żmien. Imma l-gwerra bidlet kollox. Ta’ 13-il sena marret mal-familja toqgħod l-Imdina biex jitbieghdu mill-qilla tal-attakki fuq il-port. L-imħabba lejn il-palk nibtet fiha t’età` żgħira, għax il-familja kollha kienu jirreċtaw. It-tbatija tal-gwerra għafset fuq il-familja Casha, u Vitorin tilfet lil missierha waqt il-gwerra. Ħuha l-kbir Benny, li f’idejh kellu d-direzzjoni tal-kumpanija, xorta ma qatax qalbu mill-gwerra. Baqgħu jtellgħu xogħlijiet fis-sala tal-Astoria r-Rabat. In-nies kienet tattendi, għax kulħadd kien jixtieq itajjar ftit id-dwejjaq li ġġib magħha l-gwerra. B’hekk il-familja ta’ Vitorin baqgħu attivi, jirreċtaw għalkemm b’ċertu limitazzjonijiet.
L-ewwel debutt serju ta’ Vitorin, kien fl-1942, meta mardet il-prim’attriċi (Ġuża Caruana), f’operetta li kienu se jtellgħu, u Vitorin ħadet postha malajr malajr. Beżgħet ħafna, imma l-parti qaxxritha, u ħarġet bl-unuri. Minn dak iż-żmien, ħuha beda jagħti l-partijiet ewlenin lilha.
Passatemp li kellha kien il-qari. Kienet tħobb taqra wisq! Fix-xogħol li kellha ta’ salesgirl ma’ Abela Lowinger fir-Rabat, kienet taqdi ħafna nisa tal-Ingliżi. Dawn kienu jtuha ħafna magazines, u kotba ta’ stejjer ta’ mħabba. Dawn il- kotba kienu ħeġġuha li tikteb xi sketches, u aktar tard xi kummiedji wkoll. Għax barra li kienet attriċi, Vitorin kellha wkoll it-talent tal-pinna. Ma jonqosx li fil-hajja ta’ Vitorin tidhol l-imħabba. Hija żżewget lil Ġużeppi Galea, li kien magħruf bħala Ġużeppi r-Rabti, meta niżlu joqgħodu l-Isla. Lil Ġużeppi ltaqgħet miegħu fuq il-palk ukoll, għax ħuha kien ġabu bħala għalliem taż-żfin, għall-operetti li kienu jtellgħu. Lil Vitorin kien jiżfen magħha hu fuq il-palk, u hemm nibtet l-imħabba tagħhom. Aktar tard, Ġużeppi kien jagħmilha ta’ suġġeritur mal-kumpanija. Kellhom tifla waħda, Norma li minn età’ żgħira trawwmet ukoll fid-delizzju tat-teatru.
Meta beda r-Rediffusion, Vitorin kienet minn tal-ewwel li sejħulha biex tagħti kontribut. Kienet tieħu sehem f’għadd kbir ta’ radio plays, u serje ta’ radju kummiedji, fosthom Fredu Frendo Zgendo. Fl-1969 rebħet ix-Shield tal-aħjar attriċi tar-radju. Ferħet ħafna meta ċemplilha Francis Ebejer biex tieħu sehem miegħu fid-drammi tiegħu. Irreċtat f’Menz u f’Boulevard fit teatru Manoel. Ħadet sehem ukoll ma ħafna kumpaniji diversi, u magħhom ukoll rebħet premjijiet tal-aħjar attriċi. Xi kumpaniji milli rreċtat magħhom huma l-Kaballeros ta’ Mro. Ciappara f’Ħal Qormi, Golden Rose tar-Rabat, Anici ta’ Ħal Qormi, Hit Paraders taż-Żurrieq, Unitas tal-Birgu, u kumpaniji oħrajn f’Haz Żabbar, Marsaxlokk, l-Imsida, l-Ħamrun u Għawdex. Hi u tliet atturi oħra magħrufa, , Johnny Navarro u Charles Thake, kienu ffurmaw kumpanija bejniethom (GUNT) u damu għal ħafna snin iduru Malta u Għawdex b’raprezentazzjonijiet brillanti fejn kienu ferrħu eluf ta’ nies fis-sebgħinijiet.
Barra li kienet attriċi, kienet ukoll ħajjata. Omm Vitorin, kienet magħrufa l-Isla bħala ħajjata tajba. Vitorin ħadet is-sengħa minn għandha. Xhieda ta’ dan huma l-kustumi numerużi li hietet għaliha u għall- atturi kollha ta’ xi operetta li kitbet. Kienet tħit il-kustumi li se tilbes f’kull reċta hi stess. Dawn il-kustumi għadhom għand bintha sal-lum, u tgħożżhom ħafna.
Il-hajja ta’ Vitorin ma kinitx ward biss. Kellha x-xewk ukoll. Kienet tilfet lil missierha ta' 14-il sena. Kienet batiet b’ħuha ta’ warajha meta kienet tifla, għax kien marad u kienet terfgħu hi fuq dahrha. Kienu batew il-ġuħ fil-gwerra, u mhux l-ewwel darba li kienet isseffaq wiċċha biex tiddobba x’jieklu. Kienet tieħu ħsieb żewġha li tilef id-dawl t’għajnejh fl-1983. Imma dan qatt ma qatgħalha qalbha. Vitorin kienet bniedma ta’ kuraġġ, b’qalb kbira u ħanina; kienet mara sempliċi u dħulija ma' kulħadd; il-gost tagħha kien li trawwem atturi ġodda fuq il-palk. Ħafna mill-atturi li għandna llum fuq it-TV kienu bdew id-debutt tagħhom magħha.
Ħoloq esterni
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Vitorin Galea (Vitorin Galea) |
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Vitorin Galea, X'inhi Vitorin Galea? Xi tfisser Vitorin Galea?
Dan l artiklu għandu bzonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal istandard tal Wikipedija B mod partikolari dan l artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il fatti u perspettivi dwar is suġġett Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l artiklu skont il konvenzjonijiet tal Wikipedija Vitorin Galea l Isla 31 ta Diċembru 1926 17 ta Marzu 1996 kienet attriċi Maltija waħda mill aqwa attriċi tat tieni nofs tas seklu 20 Kellha karriera ta 54 sena L aqwa tal karriera tagħha kien fis sebgħinijiet u t tmeninijiet Vitorin GaleaĦajjaTwelid L Isla 31 Diċembru 1926Nazzjonalita Kolonja ta Malta Stat ta Malta MaltaMewt 17 Marzu 1996Post tad dfin Ċimiterju tal AddolorataEdukazzjoniLingwi MaltiOkkupazzjoniOkkupazzjoniXogħlijiet importanti en BijografijaKienet it tifla ta Manwel Casha u Karmena mwielda Bonello Missierha imlaqqam Bronk taqsira ta isem ommu li kien jisimha Veronika kien kummidjant magħruf fil Kottonera Kienet tifla fuq tagħha kellha vuċi tajba u kienet titgħallem il vjolin għal ftit zmien Imma l gwerra bidlet kollox Ta 13 il sena marret mal familja toqgħod l Imdina biex jitbieghdu mill qilla tal attakki fuq il port L imħabba lejn il palk nibtet fiha t eta zgħira għax il familja kollha kienu jirreċtaw It tbatija tal gwerra għafset fuq il familja Casha u Vitorin tilfet lil missierha waqt il gwerra Ħuha l kbir Benny li f idejh kellu d direzzjoni tal kumpanija xorta ma qatax qalbu mill gwerra Baqgħu jtellgħu xogħlijiet fis sala tal Astoria r Rabat In nies kienet tattendi għax kulħadd kien jixtieq itajjar ftit id dwejjaq li ġġib magħha l gwerra B hekk il familja ta Vitorin baqgħu attivi jirreċtaw għalkemm b ċertu limitazzjonijiet L ewwel debutt serju ta Vitorin kien fl 1942 meta mardet il prim attriċi Ġuza Caruana f operetta li kienu se jtellgħu u Vitorin ħadet postha malajr malajr Bezgħet ħafna imma l parti qaxxritha u ħarġet bl unuri Minn dak iz zmien ħuha beda jagħti l partijiet ewlenin lilha Passatemp li kellha kien il qari Kienet tħobb taqra wisq Fix xogħol li kellha ta salesgirl ma Abela Lowinger fir Rabat kienet taqdi ħafna nisa tal Inglizi Dawn kienu jtuha ħafna magazines u kotba ta stejjer ta mħabba Dawn il kotba kienu ħeġġuha li tikteb xi sketches u aktar tard xi kummiedji wkoll Għax barra li kienet attriċi Vitorin kellha wkoll it talent tal pinna Ma jonqosx li fil hajja ta Vitorin tidhol l imħabba Hija zzewget lil Ġuzeppi Galea li kien magħruf bħala Ġuzeppi r Rabti meta nizlu joqgħodu l Isla Lil Ġuzeppi ltaqgħet miegħu fuq il palk ukoll għax ħuha kien ġabu bħala għalliem taz zfin għall operetti li kienu jtellgħu Lil Vitorin kien jizfen magħha hu fuq il palk u hemm nibtet l imħabba tagħhom Aktar tard Ġuzeppi kien jagħmilha ta suġġeritur mal kumpanija Kellhom tifla waħda Norma li minn eta zgħira trawwmet ukoll fid delizzju tat teatru Meta beda r Rediffusion Vitorin kienet minn tal ewwel li sejħulha biex tagħti kontribut Kienet tieħu sehem f għadd kbir ta radio plays u serje ta radju kummiedji fosthom Fredu Frendo Zgendo Fl 1969 rebħet ix Shield tal aħjar attriċi tar radju Ferħet ħafna meta ċemplilha Francis Ebejer biex tieħu sehem miegħu fid drammi tiegħu Irreċtat f Menz u f Boulevard fit teatru Manoel Ħadet sehem ukoll ma ħafna kumpaniji diversi u magħhom ukoll rebħet premjijiet tal aħjar attriċi Xi kumpaniji milli rreċtat magħhom huma l Kaballeros ta Mro Ciappara f Ħal Qormi Golden Rose tar Rabat Anici ta Ħal Qormi Hit Paraders taz Zurrieq Unitas tal Birgu u kumpaniji oħrajn f Haz Zabbar Marsaxlokk l Imsida l Ħamrun u Għawdex Hi u tliet atturi oħra magħrufa Johnny Navarro u Charles Thake kienu ffurmaw kumpanija bejniethom GUNT u damu għal ħafna snin iduru Malta u Għawdex b raprezentazzjonijiet brillanti fejn kienu ferrħu eluf ta nies fis sebgħinijiet Barra li kienet attriċi kienet ukoll ħajjata Omm Vitorin kienet magħrufa l Isla bħala ħajjata tajba Vitorin ħadet is sengħa minn għandha Xhieda ta dan huma l kustumi numeruzi li hietet għaliha u għall atturi kollha ta xi operetta li kitbet Kienet tħit il kustumi li se tilbes f kull reċta hi stess Dawn il kustumi għadhom għand bintha sal lum u tgħozzhom ħafna Il hajja ta Vitorin ma kinitx ward biss Kellha x xewk ukoll Kienet tilfet lil missierha ta 14 il sena Kienet batiet b ħuha ta warajha meta kienet tifla għax kien marad u kienet terfgħu hi fuq dahrha Kienu batew il ġuħ fil gwerra u mhux l ewwel darba li kienet isseffaq wiċċha biex tiddobba x jieklu Kienet tieħu ħsieb zewġha li tilef id dawl t għajnejh fl 1983 Imma dan qatt ma qatgħalha qalbha Vitorin kienet bniedma ta kuraġġ b qalb kbira u ħanina kienet mara sempliċi u dħulija ma kulħadd il gost tagħha kien li trawwem atturi ġodda fuq il palk Ħafna mill atturi li għandna llum fuq it TV kienu bdew id debutt tagħhom magħha Ħoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Vitorin Galea Vitorin Galea 1