Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Wistin Abela Żejtun 2014 kien Deputat Prim Ministru tal Gvern Malti fis snin tmenin Kien Ministru tal Iżvilupp u iktar t

Wistin Abela

  • Paġna Ewlenija
  • Wistin Abela
Wistin Abela
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Wistin Abela (Żejtun, - 2014) kien Deputat Prim Ministru tal-Gvern Malti fis-snin tmenin. Kien Ministru tal-Iżvilupp u iktar tard tal-Finanzi.

Wistin Abela
7. Ministru tal-Finanzi ta' Malta

3 Settembru 1983 - 12 Mejju 1987
← Lino Spiteri - George Bonello Dupuis (en) →
Membru tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta

Ħajja
Twelid Żejtun, 19 Ottubru 1933
Nazzjonalità Malta
Mewt Żejtun, 20 Jannar 2014
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku

Bin Carmelo u Felicia, imwielda Abela, huwa studja fl-iskola primarja tal-Gvern. Wara kompla jieħu l-edukazzjoni tiegħu fil-Liċeo, fis-Seminarju u fl-Università ta' Malta.

G.W.U

L-ewwel impjieg ta' Abela kien bħala skrivan fit-Tarzna. F'dan il-perjodu Wistin Abela kien strumentali biex twaqqfet in-National Association for Clerical & Supervisory Staff (N.A.C.S.S), taqsima fi ħdan il-General Workers Union (GWU), li kellha l-għan li torganizza gradi klerikali, tekniċi u maniġerjali kemm għall-kumpaniji privati kif ukoll għal dawk l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Gvern. Aktar tard din it-taqsima ingħatat l-isem ta' Supervisor, Technical and Professional Staff Association (STPSA), imbagħad l-isem inbidel għal Professionals & Services Section (PSS) u mbagħad għal Services & Media Section (SMS). Ilum din it-taqsima għandha l-isem ta' Professionals, Finance and Services Section (PFS-GWU) li għandha l-għan li tkun il-vuċi tal-ħaddiema tal-industrija tas-servizzi f'Malta. Fl-istess perjodu, Wistin Abela inħatar President tal-N.A.C.S.S u membru tal-Kunsill tal-GWU.

Politika

Fl-1959, Wistin Abela beda jinvolvi ruħu fil-politika. L-ewwel involviment tiegħu fil-Partit Laburista, kien meta nħatar l-ewwel President tal-Għaqda Żgħażagħ Laburisti taż-Żejtun. Wara, Abela inħatar President tal-Kumitat Laburista tal-lokal, kariga li dam jokkupa sal-1967.

Għal xi żmien, Wistin Abela kien ukoll President tal-Kumitat distrettwali u Awditur tal-Partit Laburista.

Kien fl-1966, meta Wistin Abela ikkontesta għall-ewwel darba b'suċċess l-elezzjoni ġenerali mal-Partit Laburista. Dak iż-żmien, iż-Żejtun kien jifforma parti mill-ħames distrett elettorali. F'dik l-elezzjoni partikolari, il-kwota f'dak id-distrett kienet ta' 2,325 vot. L-elezzjoni tal-1966 kienet l-ewwel waħda wara li Malta kisbet l-Indipendenza f'Settembru tal-1964. Minkejja dan, f'din l-elezzjoni kienu għadu fis-seħħ id-dnub il-mejjet li l-Knisja immexxija mill-Arċisqof Mikiel Gonzi kienet imponiet fuq il-Partit Laburista. Wistin Abela ġab 1,644 vot tal-ewwel preferenza. Minn hemm hekk, Wistin Abela baqa jikkontesta l-elezzjonijiet ġenerali kollha sal-1992.

Ministru

Meta ġie elett Gvern Laburista fl-1971, il-Prim Ministru Dom Mintoff kien ħatar lil Wistin Abela bħala Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi u Dwana. Xahrejn wara, mar bl-istess kariga fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Madankollu fl-istess leġiżlatura, eżattament f'Ottubru tal-1974, Mintoff ħatar lil Wistin Abela Ministru għall-Iżvilupp.

Wara l-elezzjoni tal-1976, meta reġa ġie elett Gvern Laburista, Wistin Abela ġie maħtur Ministru tal-Iżvilupp, Enerġija, Port u Telekomunikazzjoni, ministeru vast u impenjattiv għall-aħħar. Infatti, f'dik il-leġiżlatura, il-ħidma tal-Ministeru ta' Abela kienet importanti biex jitwaqqfu numru ta' azjendi kbar bħal Air Malta, Sea Malta, TeleMalta li aktar tard inbidlet għal Maltacom, Enemalta, TugMalta, l-Malta Shipbuilding u Xandir Malta li illum sar PBS. Ta' min isemmi wkoll li f'dan il-perjodu, Xandir Malta beda jxandar bil-kulur.

Wara l-elezzjoni tal-1981, Wistin Abela inħatar bħala Ministru tal-Ippjanar Ekonomiku u l-Iżvilupp u Deputat Prim Ministru. Fl-1983, kien inbidillu l-Ministeru, u Abela ingħata l-kariga tal-Ministeru tal-Finanzi u d-Dwana. B'hekk ftit tax-xhur wara, Abela ippreżenta l-baġit għas-sena 1984.

F'Diċembru tal-1984, il-Prim Ministru Duminku Mintoff kien irreżenja mill-kariga tiegħu u postu ħadu Karmenu Mifsud Bonnici. B'hekk Wistin Abela, kompla jservi bħala Ministru tal-Finanzi u d-Dwana sal­-elezzjoni tal-1987, taħt il-Prim Ministru Mifsud Bonnici.

Wara l-elezzjoni tal-1987, Abela kien inħatar bħala Kelliem Ewlieni tal-Oppożizzjoni għall-Forzi Armati u t-Tiftix taż-Żejt. Huwa kkontesta l-aħħar elezzjoni ġenerali tal-1992. Abela għażel li ma jikkontestax l-elezzjoni ġenerali tal-1996, biex jagħmel wisa għal ibnu Marjohn.

Nhar it-13 ta' Diċembru 1997, Abela ingħata l-unur ta' Kumpann tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu, bħala rikonoxximent fil-qasam politiku.

Minkejja li fl-aħħar snin saħħtu kienet sejra lura, Wistin Abela xorta waħda baqa jżomm ruħu aġġornat b'dak li kien għaddej fil-Partit Laburista. Infatti, Wistin Abela baqa jattendi b'mod regolari għall-Konferenza Ġenerali Annwali. Fl-2012, Wistin Abela kien attenda għall-funeral tal-eks Prim Ministru Duminku Mintoff.

Ħajja personali

Abela kien miżżewweġ lil Katerina, u kellhom tlett itfal, Marjohn, Carmelina u Lycia.

Mewt u funeral

Wistin Abela miet fl-20 ta' Jannar 2014. Il-funeral sar jumejn wara fil-Knisja Arċipretali taż-Żejtun. Għalih kien hemm preżenti l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, fosthom l-Aġent President Dolores Cristina, il-Prim Ministru Joseph Muscat, l-ogħla uffiċjali tal-Partit Laburista u l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami. Kien hemm preżenti wkoll bosta eks-Ministri Laburisti, fosthom Ċensu Moran u Freddie Portelli, kif ukoll żewġ Presidenti Emeriti, Eddie Fenech Adami u Ugo Mifsud Bonnici. Il-Knisja kienet imballata ukoll b'nies komuni.

F'omelija li saret mill-Kanonku Joe Abela, li jiġi wkoll il-kuġin ta' Wistin Abela fakkar lill-kongregazzjoni preżenti kif Wistin Abela bena ħajtu madwar il-ħad­diem, il-batut u l-fqir. Kliem li dewa mal-Knisja kollha u li ġab miegħu n-niket ta' bosta li kienu preżenti u li kienu jiftakru lil Wistin Abela sew. Il-konċelebrant fakkar ukoll fil-kuraġġ li wera Abela tul ħajtu, kemm meta żamm 'il bogħod mill-korruzzjoni u r-rikkezzi li xi kultant iġġib magħha l-ħajja politika kif ukoll meta kellu taħt ir-res­ponsabbiltà tiegħu l-ħolqien tal-kumpanija nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta. Żied ifakkar kif Abela kien minn dejjem mdawwar bin-nies li kienu jitolbu l-għajnuna tiegħu u kif kien jagħti l-lezzjonijiet tal-Matematika b'xejn.

Il-Kanonku Abela tkellem dwar żewġ mumenti minn ħajjet Wistin Abela f'dawn l-aħħar xhur. L-ewwel meta għalkemm saħħtu kienet diġà marret lura qam mis-siġġu tar-roti biex ibus il-katavru ta' Dun Eric Overend, l-Arċipriet taż-Żejtun li miet is-sena l-oħra u meta anke fl-aħħar żmien ta' ħajtu baqa' qrib tat-tradizzjonijiet relatati mal-Ġimgħa l-Kbira li l-lokalità taż-Żejtun tant hija magħrufa għalihom. Fil-fatt lejn l-aħħar ta' ħajtu Abela baqa' jdawwar lilu nnifsu bil-vari żgħar tal-Ġimgħa l-Kbira li tant kien jgħożż.

Wara l-quddies saret id-difna fiċ-Ċimiterju ta' San Girgor, fiż-Żejtun stess.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 22 Ġun, 2025 / 09:39

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Wistin Abela, X'inhi Wistin Abela? Xi tfisser Wistin Abela?

Wistin Abela Zejtun 2014 kien Deputat Prim Ministru tal Gvern Malti fis snin tmenin Kien Ministru tal Izvilupp u iktar tard tal Finanzi Wistin Abela7 Ministru tal Finanzi ta Malta 3 Settembru 1983 12 Mejju 1987 Lino Spiteri George Bonello Dupuis en Membru tal Kamra tad Deputati ta MaltaĦajjaTwelid Zejtun 19 Ottubru 1933Nazzjonalita MaltaMewt Zejtun 20 Jannar 2014OkkupazzjoniOkkupazzjoni politiku Bin Carmelo u Felicia imwielda Abela huwa studja fl iskola primarja tal Gvern Wara kompla jieħu l edukazzjoni tiegħu fil Liċeo fis Seminarju u fl Universita ta Malta G W UL ewwel impjieg ta Abela kien bħala skrivan fit Tarzna F dan il perjodu Wistin Abela kien strumentali biex twaqqfet in National Association for Clerical amp Supervisory Staff N A C S S taqsima fi ħdan il General Workers Union GWU li kellha l għan li torganizza gradi klerikali tekniċi u maniġerjali kemm għall kumpaniji privati kif ukoll għal dawk l entitajiet li jaqgħu taħt il Gvern Aktar tard din it taqsima ingħatat l isem ta Supervisor Technical and Professional Staff Association STPSA imbagħad l isem inbidel għal Professionals amp Services Section PSS u mbagħad għal Services amp Media Section SMS Ilum din it taqsima għandha l isem ta Professionals Finance and Services Section PFS GWU li għandha l għan li tkun il vuċi tal ħaddiema tal industrija tas servizzi f Malta Fl istess perjodu Wistin Abela inħatar President tal N A C S S u membru tal Kunsill tal GWU PolitikaFl 1959 Wistin Abela beda jinvolvi ruħu fil politika L ewwel involviment tiegħu fil Partit Laburista kien meta nħatar l ewwel President tal Għaqda Zgħazagħ Laburisti taz Zejtun Wara Abela inħatar President tal Kumitat Laburista tal lokal kariga li dam jokkupa sal 1967 Għal xi zmien Wistin Abela kien ukoll President tal Kumitat distrettwali u Awditur tal Partit Laburista Kien fl 1966 meta Wistin Abela ikkontesta għall ewwel darba b suċċess l elezzjoni ġenerali mal Partit Laburista Dak iz zmien iz Zejtun kien jifforma parti mill ħames distrett elettorali F dik l elezzjoni partikolari il kwota f dak id distrett kienet ta 2 325 vot L elezzjoni tal 1966 kienet l ewwel waħda wara li Malta kisbet l Indipendenza f Settembru tal 1964 Minkejja dan f din l elezzjoni kienu għadu fis seħħ id dnub il mejjet li l Knisja immexxija mill Arċisqof Mikiel Gonzi kienet imponiet fuq il Partit Laburista Wistin Abela ġab 1 644 vot tal ewwel preferenza Minn hemm hekk Wistin Abela baqa jikkontesta l elezzjonijiet ġenerali kollha sal 1992 Ministru Meta ġie elett Gvern Laburista fl 1971 il Prim Ministru Dom Mintoff kien ħatar lil Wistin Abela bħala Segretarju Parlamentari fil Ministeru tal Finanzi u Dwana Xahrejn wara mar bl istess kariga fl Uffiċċju tal Prim Ministru Madankollu fl istess leġizlatura ezattament f Ottubru tal 1974 Mintoff ħatar lil Wistin Abela Ministru għall Izvilupp Wara l elezzjoni tal 1976 meta reġa ġie elett Gvern Laburista Wistin Abela ġie maħtur Ministru tal Izvilupp Enerġija Port u Telekomunikazzjoni ministeru vast u impenjattiv għall aħħar Infatti f dik il leġizlatura il ħidma tal Ministeru ta Abela kienet importanti biex jitwaqqfu numru ta azjendi kbar bħal Air Malta Sea Malta TeleMalta li aktar tard inbidlet għal Maltacom Enemalta TugMalta l Malta Shipbuilding u Xandir Malta li illum sar PBS Ta min isemmi wkoll li f dan il perjodu Xandir Malta beda jxandar bil kulur Wara l elezzjoni tal 1981 Wistin Abela inħatar bħala Ministru tal Ippjanar Ekonomiku u l Izvilupp u Deputat Prim Ministru Fl 1983 kien inbidillu l Ministeru u Abela ingħata l kariga tal Ministeru tal Finanzi u d Dwana B hekk ftit tax xhur wara Abela ipprezenta l baġit għas sena 1984 F Diċembru tal 1984 il Prim Ministru Duminku Mintoff kien irrezenja mill kariga tiegħu u postu ħadu Karmenu Mifsud Bonnici B hekk Wistin Abela kompla jservi bħala Ministru tal Finanzi u d Dwana sal elezzjoni tal 1987 taħt il Prim Ministru Mifsud Bonnici Wara l elezzjoni tal 1987 Abela kien inħatar bħala Kelliem Ewlieni tal Oppozizzjoni għall Forzi Armati u t Tiftix taz Zejt Huwa kkontesta l aħħar elezzjoni ġenerali tal 1992 Abela għazel li ma jikkontestax l elezzjoni ġenerali tal 1996 biex jagħmel wisa għal ibnu Marjohn Nhar it 13 ta Diċembru 1997 Abela ingħata l unur ta Kumpann tal Ordni Nazzjonali tal Mertu bħala rikonoxximent fil qasam politiku Minkejja li fl aħħar snin saħħtu kienet sejra lura Wistin Abela xorta waħda baqa jzomm ruħu aġġornat b dak li kien għaddej fil Partit Laburista Infatti Wistin Abela baqa jattendi b mod regolari għall Konferenza Ġenerali Annwali Fl 2012 Wistin Abela kien attenda għall funeral tal eks Prim Ministru Duminku Mintoff Ħajja personaliAbela kien mizzewweġ lil Katerina u kellhom tlett itfal Marjohn Carmelina u Lycia Mewt u funeral Wistin Abela miet fl 20 ta Jannar 2014 Il funeral sar jumejn wara fil Knisja Arċipretali taz Zejtun Għalih kien hemm prezenti l ogħla awtoritajiet tal pajjiz fosthom l Aġent President Dolores Cristina il Prim Ministru Joseph Muscat l ogħla uffiċjali tal Partit Laburista u l Viċi Kap tal Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami Kien hemm prezenti wkoll bosta eks Ministri Laburisti fosthom Ċensu Moran u Freddie Portelli kif ukoll zewġ Presidenti Emeriti Eddie Fenech Adami u Ugo Mifsud Bonnici Il Knisja kienet imballata ukoll b nies komuni F omelija li saret mill Kanonku Joe Abela li jiġi wkoll il kuġin ta Wistin Abela fakkar lill kongregazzjoni prezenti kif Wistin Abela bena ħajtu madwar il ħad diem il batut u l fqir Kliem li dewa mal Knisja kollha u li ġab miegħu n niket ta bosta li kienu prezenti u li kienu jiftakru lil Wistin Abela sew Il konċelebrant fakkar ukoll fil kuraġġ li wera Abela tul ħajtu kemm meta zamm il bogħod mill korruzzjoni u r rikkezzi li xi kultant iġġib magħha l ħajja politika kif ukoll meta kellu taħt ir res ponsabbilta tiegħu l ħolqien tal kumpanija nazzjonali tal ajru l Air Malta Zied ifakkar kif Abela kien minn dejjem mdawwar bin nies li kienu jitolbu l għajnuna tiegħu u kif kien jagħti l lezzjonijiet tal Matematika b xejn Il Kanonku Abela tkellem dwar zewġ mumenti minn ħajjet Wistin Abela f dawn l aħħar xhur L ewwel meta għalkemm saħħtu kienet diġa marret lura qam mis siġġu tar roti biex ibus il katavru ta Dun Eric Overend l Arċipriet taz Zejtun li miet is sena l oħra u meta anke fl aħħar zmien ta ħajtu baqa qrib tat tradizzjonijiet relatati mal Ġimgħa l Kbira li l lokalita taz Zejtun tant hija magħrufa għalihom Fil fatt lejn l aħħar ta ħajtu Abela baqa jdawwar lilu nnifsu bil vari zgħar tal Ġimgħa l Kbira li tant kien jgħozz Wara l quddies saret id difna fiċ Ċimiterju ta San Girgor fiz Zejtun stess

L-aħħar artikli
  • Ġunju 16, 2025

    Ċittadella Imperjali ta' Thăng Long

  • Ġunju 10, 2025

    Ċittadella

  • Ġunju 19, 2025

    Ċirkewwa

  • Ġunju 24, 2025

    Ċipru ta' Fuq

  • Ġunju 13, 2025

    Ċipru

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq