Yazd bil Persjan یزد jæzd li qabel kienet magħrufa bħala Yezd hija l belt kapitali tal Provinċja ta Yazd fl Iran Il belt
Yazd

Yazd (bil-Persjan: یزد [jæzd]), li qabel kienet magħrufa bħala Yezd, hija l-belt kapitali tal-Provinċja ta' Yazd, fl-Iran. Il-belt tinsab 270 kilometru (170 mil) fix-Xlokk ta' . Skont iċ-ċensiment tal-2016, il-popolazzjoni tal-belt kienet ta' 529,673 ruħ. Fl-2017 il-belt storika ta' Yazd tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.
Yazd | |
---|---|
Iran | |
Amministrazzjoni | |
Stat sovran | Iran |
Province of Iran | Provinċja ta' Yazd |
County of Iran | Kontea ta' Yazd |
District of Iran | Distrett Ċentrali |
Isem uffiċjali | یزد |
Ismijiet oriġinali | یزد |
Ġeografija | |
Koordinati | 31°53′50″N 54°22′03″E / 31.8972°N 54.3675°EKoordinati: 31°53′50″N 54°22′03″E / 31.8972°N 54.3675°E |
Yazd Yazd (Iran) | |
Għoli | 1,216 m |
Demografija | |
Popolazzjoni | 529,673 abitanti (2016) |
Informazzjoni oħra | |
Kodiċi tat-telefon | 0351 |
Żona tal-Ħin | |
bliet ġemellati | , , Ġakarta, , |
yazd.ir |
Minħabba ġenerazzjonijiet sħaħ ta' adattamenti fl-ambjent ta' deżert tal-madwar, Yazd għandha arkitettura Persjana unika. Hija mlaqqma bħala l-"Belt tat-Torrijiet tar-Riħ" (bil-Persjan: شهر بادگیرها, b'ittri Rumani: Shahr-e Badgirha) minħabba l-bosta eżempji ta' torrijiet tar-riħ fil-belt. Hija magħrufa sew ukoll għat-tempji tan-nar tagħha taż-Żoroastrijaniżmu, għall-ab anbars (ċisterni), għall-qanat (kanali taħt l-art), għall-yakhchal (postijiet tat-tkessiħ), għall-artiġjanat Persjan, għad-drappijiet minsuġa bl-idejn (termeh Persjan), għall-insiġ tal-ħarir, għall-ħelu Persjan qisu tajjar, u għad-dolċeriji antiki tagħha. Yazd hija magħrufa wkoll bħala l-Belt tar-Roti, minħabba l-istorja antka tagħha ta' ċiklisti, u l-ogħla għadd ta' roti per capita fl-Iran. Huwa rrapportat li l-kultura tar-roti fl-Iran oriġinat f'Yazd bħala riżultat tal-kuntatt mal-viżitaturi u mat-turisti Ewropej f'dan l-aħħar seklu.
Yazd tfisser "safja" u "sagra"; il-Belt ta' Yazd tfisser il-"Belt Sagra [jiġifieri ta' Alla]". Fl-imgħoddi l-belt kienet magħrufa wkoll bħala Kath jew Isatis.
Storja
L-evidenza arkeoloġika 12-il kilometru fit-Tramuntana ta' Yazd tissuġġerixxi li l-inħawi ilhom popolati minn żmien l-Imperu (550 Q.K.-330 Q.K.). Fl-Istorja Naturali tiegħu, (li miet fid-79 W.K.) isemmi raħal fl-Imperu (247 Q.K.-224 AD) jismu "Issatis", li x'aktarx kien marbut mal-isem ta' Asagarta/Istachae/Sagartjani. B'hekk, xi studjużi ssuġġerew li isem Yazd oriġina minn Issatis (trażlitterata wkoll bħala Isatichae, Ysatis jew Yasatis), u li dan l-isem tal-aħħar beda jintuża fi żmien il-Medjani jew l-Akemenidi.
Iż-żona li tinkludi lil Yazd bdiet tikseb prominenza għall-ewwel darba fl-Antikità Aħħarija, l-iktar taħt l-Imperu tas- (224-651). Taħt (li rrenja bejn it-399 u l-420), ġiet stabbilita zekka f'Yazd (bil-marka taz-zekka "YZ" fuq il-muniti), li turi kemm il-belt kienet kisbet importanza. Skont il-kronaka Persjana l-ġdida Tarikh-i Yazd ("L-Istorja ta' Yazd") tal-1441, Yazd ġiet stabbilita mill-ġdid minn "Yazdegerd, iben Bahram", jiġifieri (li rrenja fl-438-457). Il-kelma yazd tfisser Alla. Wara l-ħakma Musulmana tal-Persja, bosta Żoroastrijani wettqu migrazzjoni lejn Yazd mill-provinċji ġirien. Permezz tal-ħlas ta' imposta, Yazd tħalliet tibqa' Żoroastrijana anke wara l-ħakma, u l-Iżlam sar ir-reliġjon dominanti tal-belt maż-żmien biss.
Minħabba l-pożizzjoni remota tagħha fid-deżert u d-diffikultà tal-aċċess, Yazd fil-biċċa l-kbira ma ġietx affettwata minn battalji kbar u mill-qerda u t-tifrik tal-gwerra. Pereżempju, kienet post għall-kenn għal dawk li kienu jaħarbu mill-qerda f'partijiet oħra tal-Imperu Persjan matul l-invażjoni tal-Mongoli. Fl-1272 Marco Polo żar il-belt u enfasizza l-industrija tal-insiġ tal-ħarir fin tal-belt. Fil-ktieb Il-Vjaġġi ta' Marco Polo, huwa ddeskriva lil Yazd b'dan il-mod:
Hija belt twajba u nobbli, u għandha kummerċ kbir. Hawnhekk jinsġu kwantitajiet ta' tessut partikolari tal-ħarir magħruf bħala ta' Yazd, li l-merkanti jieħdu f'bosta kwartieri biex jiddisponu minnu. Meta tiġi biex titlaq minn din il-belt biex tkompli l-vjaġġ tiegħek, iddum tivvjaġġa għal sebat ijiem fil-pjanuri kbar, u ssib il-kenn jilqgħek fi tliet postijiet biss. F'din it-triq hemm ħafna boskijiet fini li jipproduċu t-tamal, pjuttost aċċessibbli; u fihom wieħed jista' jikkaċċja u jiddeverti bl-arti tal-falkunerija, peress li hemm bosta ħaġliet u summien, kif ukoll abbundanza ta' annimali tal-kaċċa; b'hekk il-merkanti li jgħaddu minn hemm jistgħu jgħaddu ż-żmien b'diversi modi. Hemm ukoll ħmir selvaġġi, ħlejqiet tassew ħelwin. U fl-aħħar, wara dawk is-sebat ijiem ta' vvjaġġar fil-pjanura, tasal f'renju fin imsejjaħ Kerman. (traduzzjoni mhux uffiċjali)
Għal żmien qasir, Yazd kienet il-belt kapitali tad-dinastija fis-seklu 14, u ġiet assedjata bla suċċess fl-1350-1351 mill- taħt . Il-Moskea tal-Ġimgħa (jew Kongregazzjonali), x'aktarx l-ikbar attrazzjoni arkitettonika tal-belt, kif ukoll binjiet importanti oħra, imorru lura għal dan il-perjodu. Matul id-dinastija Qajar (is-seklu 18), il-belt ġiet immexxija mill-Khan Bakhtiari.
Taħt it-tmexxija tas- (is-seklu 16), xi nies wettqu migrazzjoni minn Yazd u insedjaw żona li llum il-ġurnata tinsab fil-fruntiera bejn l-Iran u l-Afganistan. L-insedjament, imsejjaħ Yazdi, kien jinsab f'dik li issa hija magħrufa bħala l-belt ta' Farah fil-provinċja bl-istess isem fl-Afganistan. Sal-lum il-ġurnata, in-nies minn dawn l-inħawi jitkellmu b'aċċent li jixbah ħafna lil dak tal-poplu ta' Yazd.
Waħda mill-affarijiet notevoli dwar Yazd hi l-kultura tagħha ċċentrata fuq il-familja. Skont l-istatistika uffiċjali mill-Organizzazzjoni Nazzjonali għar-Reġistru Ċivili tal-Iran, Yazd hija fost it-tliet bliet bl-iżjed rata baxxa ta' divorzji fl-Iran.
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Belt Storika ta' Yazd ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2017.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".
Demografija
Lingwa u gruppi etniċi
Il-maġġoranza tan-nies f'Yazd huma Persjani. Jitkellmu bil-Persjan b'aċċent ta' Yazd, li huwa differenti mill-aċċent Persjan ta' Tehran.
Reliġjon
Il-biċċa l-kbira tan-nies f'Yazd huma Musulmani Xiiti. Yazd hija belt konservattiva, tradizzjonalista u tassew reliġjuża. Diversi tradizzjonijiet tal-belt huma marbuta ma' festi u okkażjonijiet Musulmani tal-ġemgħa, li b'mod prinċipali huma purċissjonijiet imsejħa azadari li jsiru biex ifakkru l-avvenimenti li esperjenzaw il-martri Iżlamiċi ewlenin u figuri importanti oħra. Dawn l-avvenimenti pubbliċi kbar ħolqu sensiela ta' spazji, li peress li l-biċċa l-kbira huma qrib monumenti urbani importanti, jintużaw fi żminijiet oħra bħala ċentri li minnhom il-viżitaturi jistgħu jesploraw l-attrazzjonijiet prinċipali tal-belt.
Fil-belt hemm popolazzjoni mdaqqsa ta' Żoroastrijani. Fl-2013, ġie elett fil-kunsill tal-belt ta' Yazd u sar l-ewwel kunsillier Żoroastrijan fl-Iran. Is-santwarju ta' Pir-e-Naraki huwa waħda mid-destinazzjonijiet importanti tal-pellegrinaġġi Żoroastrijani, fejn issir kongregazzjoni annwali u matul is-sena jsiru żjarat frekwenti; is-santwarju issa sar attrazzjoni turistika tal-belt ukoll. Il-ġrajja tal-aħħar prinċep Persjan li żar Yazd qabel il-wasla tal-Iżlam iżżid l-importanza tas-sit. Tali trasformazzjoni seħħet diversi drabi.
Fl-imgħoddi kien hemm ukoll komunità relattivament kbira ta' Lhud f'Yazd, madankollu, wara l-ħolqien ta' Iżrael, bosta marru jgħixu hemmhekk għal raġunijiet differenti. L-eks President ta' Iżrael huwa eżempju minnhom.
Popolazzjoni
Skont iċ-ċensiment tal-2006, il-popolazzjoni tal-belt ta' Yazd kienet ta' 423,006 ruħ f'114,716-il unità domestika. Skont iċ-ċensiment ta' wara, tal-2011, il-popolazzjoni tal-belt kienet ta' 486,152 ruħ f'141,572 unità domestika. Fiċ-ċensiment tal-2016, il-popolazzjoni żdiedet għal 529,673 ruħ f'158,368 unità domestika.
Fi żmien il-Qajar, parti kbira mit-tribù Kord-Qeshlaqi Kurda f'Piranshahr fil-Majjistral tal-Iran ġiet ittrasferita lejn il-bliet ta' Yazd u ta' Mehriz u l-kwartieri tagħhom imsejħa "Kordmahaleh" għadhom preżenti fil-partijiet l-iktar antiki taż-żewġ bliet.
Sena | Pop. | ±% p.a. |
---|---|---|
1986 | 230,483 | — |
1991 | 275,298 | +3.62% |
1996 | 326,776 | +3.49% |
2006 | 432,194 | +2.84% |
2011 | 486,152 | +2.38% |
2016 | 529,673 | +1.73% |
Sors: |
Siti storiċi
Yazd hija ċentru importanti tal-arkitettura Persjana. Minħabba l-klima tagħha, għandha wieħed mill-ikbar networks ta' qanat (sistemi tal-provvista tal-ilma taħt l-art) fid-dinja, u l-bennejja tal-qanat minn Yazd jitqiesu bħala dawk bl-ikbar ħiliet fl-Iran.
Sabiex jindirizzaw is-sjuf estremament sħan, bosta binjiet antiki f'Yazd għandhom torrijiet tar-riħ mill-isbaħ kif ukoll żoni kbar taħt l-art.
Il-belt fiha wkoll eżempji mill-aqwa ta' yakhchals, li kienu jintużaw għall-ħżin tas-silġ mill-glaċieri fil-muntanji fil-qrib. Yazd hija wkoll waħda mill-ikbar bliet li nbniet kważi għalkollox mit-tajn.
Il-wirt ta' Yazd bħala ċentru taż-Żoroastrijaniżmu huwa importanti wkoll. Fil-periferiji hemm Torri tas-Silenzju, u l-belt għandha ateshkadeh b'ħuġġieġa li jingħad li ilha mixgħula kontinwament mill-470 W.K. Iż-Żoroastrijani huma minoranza sinifikanti tal-popolazzjoni tal-belt, madwar 20,000-40,000 ruħ jew 5 sa 10 fil-mija.
Il-mawżolew tal-brikks tas-seklu 11 u s-santwarju ta' Davāzdah Imām huwa l-eqdem binja fil-belt.
Mibnija fis-seklu 12 u għadha tintuża, il-Moskea tal-Ġimgħa ta' Yazd hija eżempju tal-ifjen mużajk Persjan u ta' arkitettura eċċellenti. Il-minareti tagħha huma l-ogħla fil-pajjiż. Qrib il-moskea hemm ukoll il-Qabar ta' .
Ġeografija
Klima
Yazd għandha klima sħuna tad-deżert (BWh skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen). Hija l-iżjed belt kbira niexfa fl-Iran, b'preċipitazzjoni fis-sena ta' 60 millimetru (2.4 pulzieri) u 14-il jum biss bil-preċipitazzjoni. It-temperaturi tas-sajf spiss jaqbżu l-40 °C (104 °F) meta x-xemx tkun fl-aqwa tagħha, b'umdità baxxa. Anke billejl, it-temperaturi fis-sajf ikunu pjuttost għoljin. Fix-xitwa, il-jiem jibqgħu miti u xemxin, iżda filgħodu l-arja u s-sħab baxx jikkawżaw temperaturi kesħin li xi kultant jinżlu sew taħt iż-0 °C (32 °F).
Data klimatika għal Yazd (1951-2010, temp. normali u rekord fl-1951-2020) | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Xahar | Jan | Fra | Mar | Apr | Mej | Ġun | Lul | Aww | Set | Ott | Nov | Diċ | Sena |
Temp. għolja rekord f'°C (°F) | 27.0 (80.6) | 29.4 (84.9) | 35.2 (95.4) | 38.0 (100.4) | 41.0 (105.8) | 44.1 (111.4) | 45.6 (114.1) | 45.6 (114.1) | 42.0 (107.6) | 36.4 (97.5) | 30.8 (87.4) | 28.5 (83.3) | 45.6 (114.1) |
Temp. għolja medja ta' kuljum f'°C (°F) | 12.7 (54.9) | 16.0 (60.8) | 21.0 (69.8) | 26.9 (80.4) | 32.5 (90.5) | 38.1 (100.6) | 39.6 (103.3) | 38.0 (100.4) | 34.5 (94.1) | 27.8 (82.0) | 19.9 (67.8) | 14.5 (58.1) | 26.8 (80.2) |
Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) | 6.4 (43.5) | 9.3 (48.7) | 14.2 (57.6) | 19.9 (67.8) | 25.3 (77.5) | 30.5 (86.9) | 32.3 (90.1) | 30.2 (86.4) | 26.3 (79.3) | 19.9 (67.8) | 12.7 (54.9) | 7.8 (46.0) | 19.6 (67.2) |
Temp. baxxa medja f'°C (°F) | -0 (32) | 2.6 (36.7) | 7.4 (45.3) | 12.9 (55.2) | 18.0 (64.4) | 22.8 (73.0) | 24.9 (76.8) | 22.3 (72.1) | 18.1 (64.6) | 12.0 (53.6) | 5.5 (41.9) | 1.1 (34.0) | 12.3 (54.1) |
Temp. baxxa rekord f'°C (°F) | −14 (7) | −10.1 (13.8) | −7 (19) | 0.0 (32.0) | 2.0 (35.6) | 11.0 (51.8) | 16.0 (60.8) | 12.0 (53.6) | 2.0 (35.6) | −3 (27) | −10 (14) | −16 (3) | −16 (3) |
Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) | 12.2 (0.48) | 7.6 (0.30) | 12.5 (0.49) | 7.3 (0.29) | 3.6 (0.14) | 0.3 (0.01) | 0.2 (0.01) | 0.1 (0.00) | 0.1 (0.00) | 1.2 (0.05) | 4.1 (0.16) | 10.0 (0.39) | 59.2 (2.32) |
Medja ta' jiem bil-preċipitazzjoni | 4.8 | 3.5 | 4.8 | 4.3 | 2.2 | 0.3 | 0.2 | 0.1 | 0.1 | 0.8 | 2.2 | 3.7 | 27 |
Medja ta' jiem bil-borra | 2.1 | 0.8 | 0.2 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.0 | 0.1 | 0.8 | 4 |
Umdità relattiva medja (%) | 54 | 44 | 37 | 32 | 25 | 18 | 17 | 17 | 19 | 27 | 38 | 50 | 32 |
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar | 194.1 | 210.3 | 225.4 | 246.2 | 302.7 | 343.1 | 347.2 | 346.1 | 316.4 | 286.9 | 226.2 | 200.3 | 3,244.9 |
Sors 1: | |||||||||||||
Sors 2: |
Ekonomija
Yazd minn dejjem kienet magħrufa għall-kwalità tal-ħarir u tat-twapet tagħha u llum il-ġurnata l-belt hija waħda miċ-ċentri industrijali tal-Iran għall-produzzjoni tat-tessuti. Hemm ukoll industrija konsiderevoli taċ-ċeramika u tal-materjali tal-kostruzzjoni, kif ukoll tad-dolċeriji u tal-ġojjellerija. Parti sinifikanti mill-popolazzjoni tal-belt hija impjegata f'industriji oħra, inkluż l-agrikoltura, il-produzzjoni tal-prodotti tal-ħalib, il-metallurġija, u l-manifattura tal-makkinarju. Hemm għadd ta' kumpaniji involuti fl-industrija dejjem tikber tat-teknoloġija informatika, l-iktar fil-manifattura ta' materjali primarji bħal kejbils u konnetturi. Attwalment, Yazd tospita l-ikbar manifattur tal-fibra ottika fl-Iran.
Id-dolċeriji ta' Yazd huma magħrufa sew fl-Iran kollu u ilhom sors ta' turiżmu għall-belt. Il-ħwienet tad-dulċiera (khalifehs jew esperti) iżommu r-riċetti tagħhom sigrieti, u ħafna baqgħu jaħdmu f'negozju privat tal-familja għal bosta ġenerazzjonijiet. Il-, il- u l- huma l-iżjed ħelu popolari fil-belt.
Fis-sena 2000, infetaħ il-Mużew tal-Ilma ta' Yazd li għandu għall-wiri reċipjenti tal-ħżin tal-ilma u teknoloġiji storiċi marbuta mal-ilma.
Yazd wessgħet iż-żoni industrijali tagħha mis-snin 80 tas-seklu 20. Bis-saħħa ta' mill-inqas tliet żoni industrijali prinċipali, b'iktar minn 70 fabbrika f'kull waħda, Yazd saret waħda mill-iżjed bliet avvanzati teknoloġikament tal-Iran.
Trasport
Apparti li hija kkollegata mal-bliet Iranjani ewlenin permezz tal-Linji Ferrovjarji Iranjani, Yazd hija moqdija wkoll mill-Ajruport ta' Shahid Sadooghi.
Politika
Lista ta' sindki ta' Yazd
- Eskandar Aslani (għall-ħabta tal-1979);
- Muhammad-Ali Vahdati;
- Ali-Akbar Farshi;
- Muhammad-Hassan Khorshidnam;
- Hosseyn A'laii;
- Muhammad-Mahdi Sherafat;
- Ali-Akbar Aramun;
- Morteza Shayeq;
- Ali-Akbar Mirvakili;
- Mohammad Azim Zadeh (għall-ħabta tal-2017).
Residenti famużi
- Mohammad Khatami, eks President tal-Iran, li twieled f'Ardakan;
- Mohammad Ali Jafari, kmandant tal-Armata tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika tal-Iran;
- Mohammad Reza Aref, Viċi President tal-Iran mill-2001 sal-2005;
- Mirza Mohammad Farrokhi Yazdi, poeta u politiku;
- Vahshi Bafghi, poeta;
- Habibollah Bitaraf, eks Ministru għall-Enerġija;
- Moshe Katsav, eks President ta' Iżrael;
- Mohammad-Ali Eslami Nodooshan, awtur Iranjan;
- Mehdi Azar Yazdi, awtur tal-istejjer tat-tfal;
- Reza Amrollahi, Kap tal-Organizzazzjoni tal-Enerġija Atomika tal-Iran bejn l-1981 u l-1997;
- Iraj Afshar, biblijografu, storiku u figura ikonika fil-qasam tal-istudji Persjani;
- Ahmad Fardid, filosfu Iranjan prominenti u professur iddedikat u ta' ispirazzjoni;
- Sharaf ad-Din Ali Yazdi, storiku Persjan tas-seklu 15;
- Zia'eddin Tabatabaee, politiku Iranjan u Prim Ministru tal-Iran;
- Reza Ardakanian, professur, politiku u eks Ministru għall-Enerġija tal-Iran;
- Sems Kesmai, poeta;
- Ardeshir Jamshid Khosraviani, newrokirurgu Iranjan prominenti u tabib iddedikat u ta' ispirazzjoni.
Edukazzjoni
L-Università ta' Yazd ġiet stabbilita fl-1988. Għandha kulleġġ tal-arkitettura speċjalizzat fl-arti u fl-arkitettura Persjani tradizzjonali. Yazd u l-irħula tal-madwar fihom l-istituti tal-edukazzjoni għolja li ġejjin:
- l-Istitut tax-Xjenza u r-Riċerka ta' Yazd;
- l-Università ta' Yazd;
- l-Università Shahid Sadoughi tax-Xjenzi Mediċi u s-Servizzi tas-Saħħa;
- l-Università Payam e Nour ta' Yazd;
- l-Istitut tal-Edukazzjoni Għolja ta' Yazd (ACECR);
- l-Università Azad Iżlamika ta' Bafq;
- l-Università Azad Iżlamika ta' Maybod;
- l-Università Azad Iżlamika ta' Yazd;
- iċ-Ċentru ta' Informazzjoni Sampad ta' Yazd;
- il-Park tax-Xjenza u t-Teknoloġija ta' Yazd;
- l-Università tax-Xjenza Applikata ta' Yazd;
- il-Kulleġġ Universitarju tal-Imam Java;
- l-Iskola tal-Edukazzjoni Għolja ta' Barazande Muqadam (Tizhushan);
- l-Iskola tal-Edukazzjoni Għolja ta' Shahid Sadoughi (Tizhushan);
- l-Iskola Sekondarja ta' Shahid Sadoughi (Tizhushan);
- l-Iskola Sekondarja ta' Farzanegan (Tizhushan);
- l-Iskola tal-Edukazzjoni Għolja ta' Bahadori;
- l-Iskola tal-Edukazzjoni Għolja ta' Farzanegan (Tizhushan);
- l-Iskola tal-Edukazzjoni Għolja ta' Iranshahr.
Ġemellaġġ
Yazd hija ġemellata ma':
Gallerija
-
-
-
-
-
-
-
- Dad Hotel, Yazd, Iran
Referenzi
- ^ Yazd. Miġbur 2023-12-31.
- ^ Yezd (city). Volume 28. Miġbur 2023-12-31.
- ^ "Ċensiment tal-2016". web.archive.org. 2020-11-18. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-11-18. Miġbur 2023-12-31.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic City of Yazd". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-31.
- ^ "Historical City Of Yazd Inscribed As World Heritage Site - Iran Front Page". ifpnews.com (bl-Ingliż). 2017-07-09. Miġbur 2023-12-31.
- ^ "GhoolAbad \ Yazd Popular Articles \ شهر دوچرخه". ghoolabad.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-10-24. Miġbur 2023-12-31.
- ^ "معنی یزد در فرهنگ لغات ها (دهخدا،معین و ... ) + سایر منابع اطلاعاتی | جدول یاب". jadvalyab.ir (bil-Persjan). Miġbur 2023-12-31.
- ^ Choksy, Jamsheed K. (2020). "Yazd: a "Good and Noble City" and an "Abode of Worship"". In Durand-Guédy, David; Mottahedeh, Roy; Paul, Jürgen (eds.). Cities of Medieval Iran. Brill. p. 222. ISBN 978-90-04-43433-2.
- ^ Choksy, Jamsheed K. (2020). "Yazd: a "Good and Noble City" and an "Abode of Worship"". In Durand-Guédy, David; Mottahedeh, Roy; Paul, Jürgen (eds.). Cities of Medieval Iran. Brill. pp. 222-223. ISBN 978-90-04-43433-2.
- ^ Choksy, Jamsheed K. (2020). "Yazd: a "Good and Noble City" and an "Abode of Worship"". In Durand-Guédy, David; Mottahedeh, Roy; Paul, Jürgen (eds.). Cities of Medieval Iran. Brill. pp. 223. ISBN 978-90-04-43433-2.
- ^ Choksy, Jamsheed K. (2020). "Yazd: a "Good and Noble City" and an "Abode of Worship"". In Durand-Guédy, David; Mottahedeh, Roy; Paul, Jürgen (eds.). Cities of Medieval Iran. Brill. pp. 227. ISBN 978-90-04-43433-2.
- ^ Choksy, Jamsheed K. (2020). "Yazd: a "Good and Noble City" and an "Abode of Worship"". In Durand-Guédy, David; Mottahedeh, Roy; Paul, Jürgen (eds.). Cities of Medieval Iran. Brill. pp. 225. ISBN 978-90-04-43433-2.
- ^ Steingass, Francis Joseph. A Comprehensive Persian-English dictionary, including the Arabic words and phrases to be met with in Persian literature. Londra: Routledge & K. Paul, 1892.
- ^ Michael M. J. Fischer (2003). University of Wisconsin Press (ed.). Iran: From Religious Dispute to Revolution. p. XV. ISBN 9780299184735.
- ^ "آشنایی با برخی آئینهای عزاداری در استان یزد". همشهری آنلاین (bil-Persjan). 2012-11-24. Miġbur 2023-12-31.
- ^ "Pir-e Seti. Pir-e Naraki. Pilgrimage in Zoroastrianism". www.heritageinstitute.com. Miġbur 2023-12-31.
- ^ "Ċensiment tal-2006". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-09-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Ċensiment tal-2011". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2023-01-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Iran: Provinces, Major Cities & Towns - Population Statistics, Maps, Charts, Weather and Web Information". www.citypopulation.de. Miġbur 2023-12-31.
- ^ Anisi, Alireza (2009). "The Davāzdah Imām Mausoleum at Yazd: A Re-Examination". Iran. 47: 57–68.
- ^ "Climate & Weather Averages in Yazd, Iran". www.timeanddate.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-31.
- ^ "Yazd Annual Weather Averages". WorldWeatherOnline.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-31.
- ^ "Yazd Transportation – Taxi, Train, Bus, and Airport Tips". SmarterTravel (bl-Ingliż). 2017-02-23. Miġbur 2023-12-31.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Yazd, X'inhi Yazd? Xi tfisser Yazd?
Yazd bil Persjan یزد jaezd li qabel kienet magħrufa bħala Yezd hija l belt kapitali tal Provinċja ta Yazd fl Iran Il belt tinsab 270 kilometru 170 mil fix Xlokk ta Skont iċ ċensiment tal 2016 il popolazzjoni tal belt kienet ta 529 673 ruħ Fl 2017 il belt storika ta Yazd tnizzlet fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO Yazd IranAmministrazzjoniStat sovranIranProvince of IranProvinċja ta YazdCounty of IranKontea ta YazdDistrict of IranDistrett ĊentraliIsem uffiċjali یزدIsmijiet oriġinali یزدĠeografijaKoordinati 31 53 50 N 54 22 03 E 31 8972 N 54 3675 E 31 8972 54 3675 Koordinati 31 53 50 N 54 22 03 E 31 8972 N 54 3675 E 31 8972 54 3675YazdYazd Iran Għoli 1 216 mDemografijaPopolazzjoni 529 673 abitanti 2016 Informazzjoni oħraKodiċi tat telefon 0351Zona tal Ħinbliet ġemellati Ġakarta yazd ir Minħabba ġenerazzjonijiet sħaħ ta adattamenti fl ambjent ta dezert tal madwar Yazd għandha arkitettura Persjana unika Hija mlaqqma bħala l Belt tat Torrijiet tar Riħ bil Persjan شهر بادگیرها b ittri Rumani Shahr e Badgirha minħabba l bosta ezempji ta torrijiet tar riħ fil belt Hija magħrufa sew ukoll għat tempji tan nar tagħha taz Zoroastrijanizmu għall ab anbars ċisterni għall qanat kanali taħt l art għall yakhchal postijiet tat tkessiħ għall artiġjanat Persjan għad drappijiet minsuġa bl idejn termeh Persjan għall insiġ tal ħarir għall ħelu Persjan qisu tajjar u għad dolċeriji antiki tagħha Yazd hija magħrufa wkoll bħala l Belt tar Roti minħabba l istorja antka tagħha ta ċiklisti u l ogħla għadd ta roti per capita fl Iran Huwa rrapportat li l kultura tar roti fl Iran oriġinat f Yazd bħala rizultat tal kuntatt mal vizitaturi u mat turisti Ewropej f dan l aħħar seklu EtimoloġijaYazd tfisser safja u sagra il Belt ta Yazd tfisser il Belt Sagra jiġifieri ta Alla Fl imgħoddi l belt kienet magħrufa wkoll bħala Kath jew Isatis StorjaL evidenza arkeoloġika 12 il kilometru fit Tramuntana ta Yazd tissuġġerixxi li l inħawi ilhom popolati minn zmien l Imperu 550 Q K 330 Q K Fl Istorja Naturali tiegħu li miet fid 79 W K isemmi raħal fl Imperu 247 Q K 224 AD jismu Issatis li x aktarx kien marbut mal isem ta Asagarta Istachae Sagartjani B hekk xi studjuzi ssuġġerew li isem Yazd oriġina minn Issatis trazlitterata wkoll bħala Isatichae Ysatis jew Yasatis u li dan l isem tal aħħar beda jintuza fi zmien il Medjani jew l Akemenidi Iz zona li tinkludi lil Yazd bdiet tikseb prominenza għall ewwel darba fl Antikita Aħħarija l iktar taħt l Imperu tas 224 651 Taħt li rrenja bejn it 399 u l 420 ġiet stabbilita zekka f Yazd bil marka taz zekka YZ fuq il muniti li turi kemm il belt kienet kisbet importanza Skont il kronaka Persjana l ġdida Tarikh i Yazd L Istorja ta Yazd tal 1441 Yazd ġiet stabbilita mill ġdid minn Yazdegerd iben Bahram jiġifieri li rrenja fl 438 457 Il kelma yazd tfisser Alla Wara l ħakma Musulmana tal Persja bosta Zoroastrijani wettqu migrazzjoni lejn Yazd mill provinċji ġirien Permezz tal ħlas ta imposta Yazd tħalliet tibqa Zoroastrijana anke wara l ħakma u l Izlam sar ir reliġjon dominanti tal belt maz zmien biss Minħabba l pozizzjoni remota tagħha fid dezert u d diffikulta tal aċċess Yazd fil biċċa l kbira ma ġietx affettwata minn battalji kbar u mill qerda u t tifrik tal gwerra Perezempju kienet post għall kenn għal dawk li kienu jaħarbu mill qerda f partijiet oħra tal Imperu Persjan matul l invazjoni tal Mongoli Fl 1272 Marco Polo zar il belt u enfasizza l industrija tal insiġ tal ħarir fin tal belt Fil ktieb Il Vjaġġi ta Marco Polo huwa ddeskriva lil Yazd b dan il mod Hija belt twajba u nobbli u għandha kummerċ kbir Hawnhekk jinsġu kwantitajiet ta tessut partikolari tal ħarir magħruf bħala ta Yazd li l merkanti jieħdu f bosta kwartieri biex jiddisponu minnu Meta tiġi biex titlaq minn din il belt biex tkompli l vjaġġ tiegħek iddum tivvjaġġa għal sebat ijiem fil pjanuri kbar u ssib il kenn jilqgħek fi tliet postijiet biss F din it triq hemm ħafna boskijiet fini li jipproduċu t tamal pjuttost aċċessibbli u fihom wieħed jista jikkaċċja u jiddeverti bl arti tal falkunerija peress li hemm bosta ħaġliet u summien kif ukoll abbundanza ta annimali tal kaċċa b hekk il merkanti li jgħaddu minn hemm jistgħu jgħaddu z zmien b diversi modi Hemm ukoll ħmir selvaġġi ħlejqiet tassew ħelwin U fl aħħar wara dawk is sebat ijiem ta vvjaġġar fil pjanura tasal f renju fin imsejjaħ Kerman traduzzjoni mhux uffiċjali It Torri tas Silenzju ta Yazd Għal zmien qasir Yazd kienet il belt kapitali tad dinastija fis seklu 14 u ġiet assedjata bla suċċess fl 1350 1351 mill taħt Il Moskea tal Ġimgħa jew Kongregazzjonali x aktarx l ikbar attrazzjoni arkitettonika tal belt kif ukoll binjiet importanti oħra imorru lura għal dan il perjodu Matul id dinastija Qajar is seklu 18 il belt ġiet immexxija mill Khan Bakhtiari Taħt it tmexxija tas is seklu 16 xi nies wettqu migrazzjoni minn Yazd u insedjaw zona li llum il ġurnata tinsab fil fruntiera bejn l Iran u l Afganistan L insedjament imsejjaħ Yazdi kien jinsab f dik li issa hija magħrufa bħala l belt ta Farah fil provinċja bl istess isem fl Afganistan Sal lum il ġurnata in nies minn dawn l inħawi jitkellmu b aċċent li jixbah ħafna lil dak tal poplu ta Yazd Waħda mill affarijiet notevoli dwar Yazd hi l kultura tagħha ċċentrata fuq il familja Skont l istatistika uffiċjali mill Organizzazzjoni Nazzjonali għar Reġistru Ċivili tal Iran Yazd hija fost it tliet bliet bl izjed rata baxxa ta divorzji fl Iran Sit ta Wirt DinjiIl Belt Storika ta Yazd ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2017 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet u l kriterju v Ezempju straordinarju ta insedjament uman tradizzjonali ta uzu tal art jew ta uzu tal baħar li jirrapprezenta kultura jew kulturi jew interazzjoni umana mal ambjent speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l impatt ta bidla irreversibbli DemografijaAtash Behram Lingwa u gruppi etniċi Il maġġoranza tan nies f Yazd huma Persjani Jitkellmu bil Persjan b aċċent ta Yazd li huwa differenti mill aċċent Persjan ta Tehran Reliġjon Il biċċa l kbira tan nies f Yazd huma Musulmani Xiiti Yazd hija belt konservattiva tradizzjonalista u tassew reliġjuza Diversi tradizzjonijiet tal belt huma marbuta ma festi u okkazjonijiet Musulmani tal ġemgħa li b mod prinċipali huma purċissjonijiet imsejħa azadari li jsiru biex ifakkru l avvenimenti li esperjenzaw il martri Izlamiċi ewlenin u figuri importanti oħra Dawn l avvenimenti pubbliċi kbar ħolqu sensiela ta spazji li peress li l biċċa l kbira huma qrib monumenti urbani importanti jintuzaw fi zminijiet oħra bħala ċentri li minnhom il vizitaturi jistgħu jesploraw l attrazzjonijiet prinċipali tal belt Fil belt hemm popolazzjoni mdaqqsa ta Zoroastrijani Fl 2013 ġie elett fil kunsill tal belt ta Yazd u sar l ewwel kunsillier Zoroastrijan fl Iran Is santwarju ta Pir e Naraki huwa waħda mid destinazzjonijiet importanti tal pellegrinaġġi Zoroastrijani fejn issir kongregazzjoni annwali u matul is sena jsiru zjarat frekwenti is santwarju issa sar attrazzjoni turistika tal belt ukoll Il ġrajja tal aħħar prinċep Persjan li zar Yazd qabel il wasla tal Izlam izzid l importanza tas sit Tali trasformazzjoni seħħet diversi drabi Fl imgħoddi kien hemm ukoll komunita relattivament kbira ta Lhud f Yazd madankollu wara l ħolqien ta Izrael bosta marru jgħixu hemmhekk għal raġunijiet differenti L eks President ta Izrael huwa ezempju minnhom Popolazzjoni Skont iċ ċensiment tal 2006 il popolazzjoni tal belt ta Yazd kienet ta 423 006 ruħ f 114 716 il unita domestika Skont iċ ċensiment ta wara tal 2011 il popolazzjoni tal belt kienet ta 486 152 ruħ f 141 572 unita domestika Fiċ ċensiment tal 2016 il popolazzjoni zdiedet għal 529 673 ruħ f 158 368 unita domestika Fi zmien il Qajar parti kbira mit tribu Kord Qeshlaqi Kurda f Piranshahr fil Majjistral tal Iran ġiet ittrasferita lejn il bliet ta Yazd u ta Mehriz u l kwartieri tagħhom imsejħa Kordmahaleh għadhom prezenti fil partijiet l iktar antiki taz zewġ bliet Popolazzjoni storika Sena Pop p a 1986 230 483 1991 275 298 3 62 1996 326 776 3 49 2006 432 194 2 84 2011 486 152 2 38 2016 529 673 1 73 Sors Siti storiċiYazd hija ċentru importanti tal arkitettura Persjana Minħabba l klima tagħha għandha wieħed mill ikbar networks ta qanat sistemi tal provvista tal ilma taħt l art fid dinja u l bennejja tal qanat minn Yazd jitqiesu bħala dawk bl ikbar ħiliet fl Iran Sabiex jindirizzaw is sjuf estremament sħan bosta binjiet antiki f Yazd għandhom torrijiet tar riħ mill isbaħ kif ukoll zoni kbar taħt l art Il belt fiha wkoll ezempji mill aqwa ta yakhchals li kienu jintuzaw għall ħzin tas silġ mill glaċieri fil muntanji fil qrib Yazd hija wkoll waħda mill ikbar bliet li nbniet kwazi għalkollox mit tajn Il wirt ta Yazd bħala ċentru taz Zoroastrijanizmu huwa importanti wkoll Fil periferiji hemm Torri tas Silenzju u l belt għandha ateshkadeh b ħuġġieġa li jingħad li ilha mixgħula kontinwament mill 470 W K Iz Zoroastrijani huma minoranza sinifikanti tal popolazzjoni tal belt madwar 20 000 40 000 ruħ jew 5 sa 10 fil mija Il mawzolew tal brikks tas seklu 11 u s santwarju ta Davazdah Imam huwa l eqdem binja fil belt Mibnija fis seklu 12 u għadha tintuza il Moskea tal Ġimgħa ta Yazd hija ezempju tal ifjen muzajk Persjan u ta arkitettura eċċellenti Il minareti tagħha huma l ogħla fil pajjiz Qrib il moskea hemm ukoll il Qabar ta ĠeografijaKlima Yazd għandha klima sħuna tad dezert BWh skont il klassifikazzjoni klimatika ta Koppen Hija l izjed belt kbira niexfa fl Iran b preċipitazzjoni fis sena ta 60 millimetru 2 4 pulzieri u 14 il jum biss bil preċipitazzjoni It temperaturi tas sajf spiss jaqbzu l 40 C 104 F meta x xemx tkun fl aqwa tagħha b umdita baxxa Anke billejl it temperaturi fis sajf ikunu pjuttost għoljin Fix xitwa il jiem jibqgħu miti u xemxin izda filgħodu l arja u s sħab baxx jikkawzaw temperaturi kesħin li xi kultant jinzlu sew taħt iz 0 C 32 F Data klimatika għal Yazd 1951 2010 temp normali u rekord fl 1951 2020 Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena Temp għolja rekord f C F 27 0 80 6 29 4 84 9 35 2 95 4 38 0 100 4 41 0 105 8 44 1 111 4 45 6 114 1 45 6 114 1 42 0 107 6 36 4 97 5 30 8 87 4 28 5 83 3 45 6 114 1 Temp għolja medja ta kuljum f C F 12 7 54 9 16 0 60 8 21 0 69 8 26 9 80 4 32 5 90 5 38 1 100 6 39 6 103 3 38 0 100 4 34 5 94 1 27 8 82 0 19 9 67 8 14 5 58 1 26 8 80 2 Temp medja ta kuljum f C F 6 4 43 5 9 3 48 7 14 2 57 6 19 9 67 8 25 3 77 5 30 5 86 9 32 3 90 1 30 2 86 4 26 3 79 3 19 9 67 8 12 7 54 9 7 8 46 0 19 6 67 2 Temp baxxa medja f C F 0 32 2 6 36 7 7 4 45 3 12 9 55 2 18 0 64 4 22 8 73 0 24 9 76 8 22 3 72 1 18 1 64 6 12 0 53 6 5 5 41 9 1 1 34 0 12 3 54 1 Temp baxxa rekord f C F 14 7 10 1 13 8 7 19 0 0 32 0 2 0 35 6 11 0 51 8 16 0 60 8 12 0 53 6 2 0 35 6 3 27 10 14 16 3 16 3 Preċipitazzjoni medja f mm pulzieri 12 2 0 48 7 6 0 30 12 5 0 49 7 3 0 29 3 6 0 14 0 3 0 01 0 2 0 01 0 1 0 00 0 1 0 00 1 2 0 05 4 1 0 16 10 0 0 39 59 2 2 32 Medja ta jiem bil preċipitazzjoni 4 8 3 5 4 8 4 3 2 2 0 3 0 2 0 1 0 1 0 8 2 2 3 7 27 Medja ta jiem bil borra 2 1 0 8 0 2 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 1 0 8 4 Umdita relattiva medja 54 44 37 32 25 18 17 17 19 27 38 50 32 Medja ta sigħat ta xemx fix xahar 194 1 210 3 225 4 246 2 302 7 343 1 347 2 346 1 316 4 286 9 226 2 200 3 3 244 9 Sors 1 Sors 2 EkonomijaYazd minn dejjem kienet magħrufa għall kwalita tal ħarir u tat twapet tagħha u llum il ġurnata l belt hija waħda miċ ċentri industrijali tal Iran għall produzzjoni tat tessuti Hemm ukoll industrija konsiderevoli taċ ċeramika u tal materjali tal kostruzzjoni kif ukoll tad dolċeriji u tal ġojjellerija Parti sinifikanti mill popolazzjoni tal belt hija impjegata f industriji oħra inkluz l agrikoltura il produzzjoni tal prodotti tal ħalib il metallurġija u l manifattura tal makkinarju Hemm għadd ta kumpaniji involuti fl industrija dejjem tikber tat teknoloġija informatika l iktar fil manifattura ta materjali primarji bħal kejbils u konnetturi Attwalment Yazd tospita l ikbar manifattur tal fibra ottika fl Iran Id dolċeriji ta Yazd huma magħrufa sew fl Iran kollu u ilhom sors ta turizmu għall belt Il ħwienet tad dulċiera khalifehs jew esperti izommu r riċetti tagħhom sigrieti u ħafna baqgħu jaħdmu f negozju privat tal familja għal bosta ġenerazzjonijiet Il il u l huma l izjed ħelu popolari fil belt Fis sena 2000 infetaħ il Muzew tal Ilma ta Yazd li għandu għall wiri reċipjenti tal ħzin tal ilma u teknoloġiji storiċi marbuta mal ilma Yazd wessgħet iz zoni industrijali tagħha mis snin 80 tas seklu 20 Bis saħħa ta mill inqas tliet zoni industrijali prinċipali b iktar minn 70 fabbrika f kull waħda Yazd saret waħda mill izjed bliet avvanzati teknoloġikament tal Iran TrasportApparti li hija kkollegata mal bliet Iranjani ewlenin permezz tal Linji Ferrovjarji Iranjani Yazd hija moqdija wkoll mill Ajruport ta Shahid Sadooghi PolitikaLista ta sindki ta Yazd Eskandar Aslani għall ħabta tal 1979 Muhammad Ali Vahdati Ali Akbar Farshi Muhammad Hassan Khorshidnam Hosseyn A laii Muhammad Mahdi Sherafat Ali Akbar Aramun Morteza Shayeq Ali Akbar Mirvakili Mohammad Azim Zadeh għall ħabta tal 2017 Khatami Residenti famuziMohammad Khatami eks President tal Iran li twieled f Ardakan Mohammad Ali Jafari kmandant tal Armata tal Gwardjani tar Rivoluzzjoni Izlamika tal Iran Mohammad Reza Aref Viċi President tal Iran mill 2001 sal 2005 Mirza Mohammad Farrokhi Yazdi poeta u politiku Vahshi Bafghi poeta Habibollah Bitaraf eks Ministru għall Enerġija Moshe Katsav eks President ta Izrael Mohammad Ali Eslami Nodooshan awtur Iranjan Mehdi Azar Yazdi awtur tal istejjer tat tfal Reza Amrollahi Kap tal Organizzazzjoni tal Enerġija Atomika tal Iran bejn l 1981 u l 1997 Iraj Afshar biblijografu storiku u figura ikonika fil qasam tal istudji Persjani Ahmad Fardid filosfu Iranjan prominenti u professur iddedikat u ta ispirazzjoni Sharaf ad Din Ali Yazdi storiku Persjan tas seklu 15 Zia eddin Tabatabaee politiku Iranjan u Prim Ministru tal Iran Reza Ardakanian professur politiku u eks Ministru għall Enerġija tal Iran Sems Kesmai poeta Ardeshir Jamshid Khosraviani newrokirurgu Iranjan prominenti u tabib iddedikat u ta ispirazzjoni EdukazzjoniL Universita ta Yazd L Universita ta Yazd ġiet stabbilita fl 1988 Għandha kulleġġ tal arkitettura speċjalizzat fl arti u fl arkitettura Persjani tradizzjonali Yazd u l irħula tal madwar fihom l istituti tal edukazzjoni għolja li ġejjin l Istitut tax Xjenza u r Riċerka ta Yazd l Universita ta Yazd l Universita Shahid Sadoughi tax Xjenzi Mediċi u s Servizzi tas Saħħa l Universita Payam e Nour ta Yazd l Istitut tal Edukazzjoni Għolja ta Yazd ACECR l Universita Azad Izlamika ta Bafq l Universita Azad Izlamika ta Maybod l Universita Azad Izlamika ta Yazd iċ Ċentru ta Informazzjoni Sampad ta Yazd il Park tax Xjenza u t Teknoloġija ta Yazd l Universita tax Xjenza Applikata ta Yazd il Kulleġġ Universitarju tal Imam Java l Iskola tal Edukazzjoni Għolja ta Barazande Muqadam Tizhushan l Iskola tal Edukazzjoni Għolja ta Shahid Sadoughi Tizhushan l Iskola Sekondarja ta Shahid Sadoughi Tizhushan l Iskola Sekondarja ta Farzanegan Tizhushan l Iskola tal Edukazzjoni Għolja ta Bahadori l Iskola tal Edukazzjoni Għolja ta Farzanegan Tizhushan l Iskola tal Edukazzjoni Għolja ta Iranshahr ĠemellaġġYazd hija ġemellata ma Kuba is Sirja l Ungerija il Georgia GallerijaDad Hotel Yazd IranReferenzi Yazd Miġbur 2023 12 31 Yezd city Volume 28 Miġbur 2023 12 31 Ċensiment tal 2016 web archive org 2020 11 18 Arkivjat mill oriġinal fl 2020 11 18 Miġbur 2023 12 31 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link a b ċ Centre UNESCO World Heritage Historic City of Yazd UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 12 31 Historical City Of Yazd Inscribed As World Heritage Site Iran Front Page ifpnews com bl Ingliz 2017 07 09 Miġbur 2023 12 31 GhoolAbad Yazd Popular Articles شهر دوچرخه ghoolabad com Arkivjat minn l oriġinal fl 2020 10 24 Miġbur 2023 12 31 معنی یزد در فرهنگ لغات ها دهخدا معین و سایر منابع اطلاعاتی جدول یاب jadvalyab ir bil Persjan Miġbur 2023 12 31 Choksy Jamsheed K 2020 Yazd a Good and Noble City and an Abode of Worship In Durand Guedy David Mottahedeh Roy Paul Jurgen eds Cities of Medieval Iran Brill p 222 ISBN 978 90 04 43433 2 Choksy Jamsheed K 2020 Yazd a Good and Noble City and an Abode of Worship In Durand Guedy David Mottahedeh Roy Paul Jurgen eds Cities of Medieval Iran Brill pp 222 223 ISBN 978 90 04 43433 2 Choksy Jamsheed K 2020 Yazd a Good and Noble City and an Abode of Worship In Durand Guedy David Mottahedeh Roy Paul Jurgen eds Cities of Medieval Iran Brill pp 223 ISBN 978 90 04 43433 2 Choksy Jamsheed K 2020 Yazd a Good and Noble City and an Abode of Worship In Durand Guedy David Mottahedeh Roy Paul Jurgen eds Cities of Medieval Iran Brill pp 227 ISBN 978 90 04 43433 2 Choksy Jamsheed K 2020 Yazd a Good and Noble City and an Abode of Worship In Durand Guedy David Mottahedeh Roy Paul Jurgen eds Cities of Medieval Iran Brill pp 225 ISBN 978 90 04 43433 2 Steingass Francis Joseph A Comprehensive Persian English dictionary including the Arabic words and phrases to be met with in Persian literature Londra Routledge amp K Paul 1892 Michael M J Fischer 2003 University of Wisconsin Press ed Iran From Religious Dispute to Revolution p XV ISBN 9780299184735 آشنایی با برخی آئین های عزاداری در استان یزد همشهری آنلاین bil Persjan 2012 11 24 Miġbur 2023 12 31 Pir e Seti Pir e Naraki Pilgrimage in Zoroastrianism www heritageinstitute com Miġbur 2023 12 31 Ċensiment tal 2006 web archive org Arkivjat mill oriġinal fl 2011 09 20 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Ċensiment tal 2011 web archive org Arkivjat mill oriġinal fl 2023 01 20 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Iran Provinces Major Cities amp Towns Population Statistics Maps Charts Weather and Web Information www citypopulation de Miġbur 2023 12 31 Anisi Alireza 2009 The Davazdah Imam Mausoleum at Yazd A Re Examination Iran 47 57 68 Climate amp Weather Averages in Yazd Iran www timeanddate com bl Ingliz Miġbur 2023 12 31 Yazd Annual Weather Averages WorldWeatherOnline com bl Ingliz Miġbur 2023 12 31 Yazd Transportation Taxi Train Bus and Airport Tips SmarterTravel bl Ingliz 2017 02 23 Miġbur 2023 12 31