Il Papa San Ġwanni Pawlu II Latin Papa Ġwanni Pawlu II264 Papa 16 Ottubru 1978 2 April 2005 Ġwanni Pawlu I Papa Beneditt
Papa Ġwanni Pawlu II

Il-Papa San Ġwanni Pawlu II (Latin.
Papa Ġwanni Pawlu II | |||||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
16 Ottubru 1978 - 2 April 2005 ← Ġwanni Pawlu I - Papa Benedittu XVI →
28 Ġunju 1967 - 2 April 2005
26 Ġunju 1967 - 2 April 2005
13 Jannar 1964 - 16 Ottubru 1978 ← Adam Stefan Sapieha (mul) - Franciszek Macharski (mul) → Dioceses: Arċidjoċesi Kattolika Rumana ta' Krakovja
31 Awwissu 1958 - 13 Jannar 1964 ← James Johnston Navagh (en) - António de Castro Xavier Monteiro (en) → Dioceses: Ombi (en)
4 Lulju 1958 - 13 Jannar 1964 Dioceses: Arċidjoċesi Kattolika Rumana ta' Krakovja
4 Lulju 1958 - 31 Awwissu 1958 Dioceses: Diocese of Antigonia (en) | |||||||||||||||
Ħajja | |||||||||||||||
Isem propju | Karol Józef Wojtyła | ||||||||||||||
Twelid | , 18 Mejju 1920 | ||||||||||||||
Nazzjonalità | Polonja Stat tal-Belt tal-Vatikan | ||||||||||||||
Grupp etniku | |||||||||||||||
L-ewwel lingwa | Pollakk | ||||||||||||||
Mewt | Rumau , 2 April 2005 | ||||||||||||||
Post tad-dfin | (en) | ||||||||||||||
Kawża tal-mewt | kawżi naturali ( ) | ||||||||||||||
Familja | |||||||||||||||
Missier | |||||||||||||||
Omm | |||||||||||||||
Konjuga/i | Not married | ||||||||||||||
Aħwa | uri
| ||||||||||||||
Edukazzjoni | |||||||||||||||
Alma mater | Università Kattolika ta' Lublin Università Pontificia San Tommaso d'Aquino (26 Novembru 1946 - Lulju 1947) Licentiate of Sacred Theology (en) Theology faculty of the Jagiellonian University (en) (1953 - 1954) Doctor of Sacred Theology (en) | ||||||||||||||
Livell tal-edukazzjoni | |||||||||||||||
Teżi | Doctrina de fide apud S. Ioannem a Cruce | ||||||||||||||
Direttur tat-teżi | (en) | ||||||||||||||
Lingwi | Pollakk Esperanto Taljan Spanjol Franċiż Ġermaniż Latin Portugiż Ingliż Ukren Russu | ||||||||||||||
Okkupazzjoni | |||||||||||||||
Okkupazzjoni | poeta politiku kittieb | ||||||||||||||
Parteċipant
| |||||||||||||||
Post tax-xogħol | (en) (en) (en) Krakovja Ruma Stat tal-Belt tal-Vatikan | ||||||||||||||
Impjegaturi | Università Jagiellonjana Università Kattolika ta' Lublin | ||||||||||||||
Premjijiet | List
| ||||||||||||||
Sħubija | (en) (en) | ||||||||||||||
Psewdonomu | Andrzej Jawień, Stanisław Andrzej Grudau Piotr Jasień | ||||||||||||||
Festa | |||||||||||||||
Servizz militari | |||||||||||||||
Fergħa militari | (en) |
: Ioannes Paulus PP. II; Taljan: Giovanni Paolo II; Pollakk: Jan Pawel II), imwieled Karol Józef Wojtyła (18 ta' Mejju 1920 – 2 ta' April 2005), kien il-264 papa fl-istorja tal-Knisja Kattolika mis-16 ta' Ottubru 1978 sa mewtu. Kien it-tieni l-iktar Papa li kellu pontifikat twil, wara li dam sitt snin iktar minnu. Huwa l-uniku Papa Slav u Pollakk s'issa. Kien l-ewwel Papa mhux Taljan wara iktar minn erba' sekli ta' Papiet Taljan, sa minn Papa Adrijanu VI mill-1522. Kien l-iktar mexxej dinji li żar pajjiżi: 129 pajjiż. Iddikjara 483 qaddis u 1340 beatu, iktar mill-Papiet l-oħra kollha f'daqqa. Fl-1 ta' Mejju 2011 hu nnifsu kien iddikjarat Beatu fi Pjazza San Pietru mis-suċċessur tiegħu Papa Benedittu XVI. Fis-27 ta’ April 2014, dakinhar ukoll Festa tal-Ħniena Divina, kien iddikjarat qaddis fi Pjazza San Pietru minn Papa Franġisku.
Tfulija
Karol Wojtyla twieled nhar it-18 ta’ Mejju 1920, f’Vadovize (Wadowice) fin-nofsinhar tal-Polonja, viċin tal-fruntiera maċ-Ċekoslovakkja, 50 kilometru minn Krakovja u 30 kilometru minn Auschwitz. Dakinhar li twieled kien hemm l-eklissi tax-xemx bħal dakinhar tal-funeral tiegħu 85 sena wara. Dakinhar li twieled ukoll, Marshal Jozef Pilsudski daħal trijonfalment Varsavja wara li l-forzi Pollakki għamlu l-akbar rebħa fuq l-Armata l-ħamra: il-konkwista tal-belt Ukrajna ta’ Kiev. Dakinhar, eluf ta’ Pollakki imlew it-toroq biex jilqgħu lir-rebbieħ ta’ Kiev. Riedu jgħaddu kważi sittin sena oħra biex il-Polonja terġa’ tesperjenza ferħ u tama bħal dik, meta t-tarbija li kienet qed titwieled dakinhar kellha tirritorna trijonfalment f’Varsavja, bħala Mexxej tal-Knisja fl-1979.
Il-Mewt ta' Ommu
Ommu Emilia, imwielda Kaczorowska,ta' dixxindenza Litwana, kellha 36 sena meta kella lilu. Kienet "l-isbaħ mara u l-iktar waħda eleganti ta' Vadovize" iżda saħħitha kienet dgħajfa. Sitt snin qabel kienet tilfet it-tifla tagħha, Olga. Semmietu Karol għal missieru, iżda kienet issejjaħlu Lolek.
Nhar l-20 ta' Ġunju tgħammed fil-Knisja tal-Preżentazzjoni tal-Beata Verġni Marija, f'Vadovize, mill-kappillan militari Franciszek Zak. Kienu jgħixu fl-ewwel sular fi triq Rynek 3, ħdejn familja Lhud. Mit-tieqa wieħed jista' jinnota arloġġ tax-xemx bil-kliem: "Il-ħin jgħaddi, l-eternità tistenna."
Kien fuq tiegħu, jixbah ħafna lil ommu. Bit-tifel il-kbir l-iskola, Emilia kienet tgħaddi l-ħin liberu tagħha kollu mat-tarbija, tilgħab miegħu, taqralu u tirrakkuntalu stejjer tal-Bibbja. Meta Lolek beda jmur l-iskola ta’ sitt snin, is-saħħa ta’ ommu bdiet sejra għall-agħar. Uġigħ kbir f’daharha u sturdamenti kienu jitfgħuha fis-sodda. Fl-iskola primarja Karol kien tifel diliġenti u kien iġib riżultati tajbin: “tajjeb ħafna” fir- reliġjon, fil-kondotta, fid-disinn, fil-kant u fil-ġinnastika. “Tajjeb” fis-suġġetti l-oħra kollha.
Missieru Karol, Pollakk etniku, kien suldat fl-eżerċtu Awstro-Ungariku u kien magħruf bħala "il-Kaptan", iżda meta twieled Karol, huwa kien maġenb martu għax kien kbir fl-età biex imur għall-gwerra. Matul it-tqala ta’ martu kien jieħu ħsieb lil binhom il-kbir Edmund li kellu 13-il sena. Fl-1930 Karol ħa lil ibnu Krakovja biex jara lil ħuh jiggradwa tabib. Il-familja kienet qed tgħix bil-pensjoni modesta tal-missier. Il-gradwazzjoni ta’ Edmund kellha toffri futur aħjar għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-familja ta’ Karol.
Karol kien dilettant kbir tal-futbol u kien ukoll tajjeb ħafna fl-iskola. Bħall-ġenituri tiegħu kien Nisrani tajjeb. Mill-bidunett, Emilia xtaqet li binha jsir qassis, ħolma li kienet taqsamha mal-ġirien. Meta Emilia ttieħdet l-isptar, Karol ta’ 9 snin kien l-iskola. Dakinhar l-għalliema ta’ Karol, li kienet ukoll ġara tagħhom, iltaqgħet miegħu hekk kif wasal id-dar mill-iskola. “Ommok mietet,” qaltlu. Kien t-13 ta' April 1929, u kien għad kellha biss 45 sena. Il-mewt t’ommu serqet dak il-ferħ tat-tfal li qabel kellu Karol. L-għalliema tiegħu nnutat din il-bidla fih. Beda jingħalaq fih innifsu u jsib kenn fil-kotba u fit-talb.
Nhar il-25 ta' Mejju 1929, Karol għamel l-Ewwel Tqarbina wara r-riformi fit-tnaqqis tal-età tal-Papa San Piju fl-1910.
Ħdejh fil-bank tal-iskola kien hemm bil-qiegħda tifel Lhudi, Jerzy Kluger, iben il-president tal-komunità Ebrajka. Kluger kien sar jaf li hu u Karol għaddew għall-ġinnasju statali “Marcin Wadowita”, u mar biex itih l-aħbar. Billi ma kienx id-dar mar ifittxu l-knisja fejn Karol kien iservi ta' abbati. Mara fil-Knisja stkerrhitu għax Lhudi iżda Karol, tifel ta' għaxar snin, qallu: "In-nies ma jafux li aħna ulied tal-istess Alla." Fil-Polonja dak iż-żmien kien hemm 3 miljun Lhudi. Wara l-ġenoċidju Nażista li ġie ftit snin wara, kien baqa' biss 30,000.
Il-Mewt ta' ħuh, Edmund
Dak iż-żmien ħuh Edmund, imlaqqam “Mundek” kien qed jistudja għal tabib fl-università ta’ Krakovja. Kien żagħżugħ sabiħ, intelliġenti u sportiv. Minn wara l-mewt t’ommu Edmund sar idolu għal Karol. Edmund, li issa kellu 23 sena, kien tennista u futboler tajjeb. Kellu mħabba bla tarf għal ħuh. Kont tarahom iqassmu l-ballun lil xulxin fit-triq. Edmund kien jerfa’ lil ħuh iż-żgħir fuq spallejh meta kienu jkunu għaddejjin minn xi għalqa. Għal Karol, Edmund kien kenn mid-dwejjaq. Meta kien ikun ma’ ħuh, kien iħossu ferħan mill-ġdid. Iżda 3 snin wara l-mewt ta’ ommu, ħuh miet ukoll. Miet waħdu l-isptar wara erbat ijiem f’agunija għax ġie infettat minn epidemija tal-iskarlattina, inqas minn sentejn wara li sar tabib. Dakinhar ġara qalba tajba sabet lil Karol waħdu ċċassat. “Ħadtu f’idejja u għannaqtu miegħi,” irrakkuntat il-ġara. “Lolek, tlift lil ħuk,” qaltlu. B’wiċċ serju, it-tifel ħares lejha u qallha sempliċiment, “Hekk ried Alla.” Sal-lum, f’wieħed mill-kxaxen tal-iskrivanija tiegħu fil-Vatikan, il-Papa għadu jżomm rigal għażiż ħafna għalih li rċieva mill-istaff tal-isptar fejn kien jaħdem ħuh: l-istetoskopju tat-tabib Edmund Wojtyla.
Lejn il-vokazzjoni saċerdotali
Wara l-mewt ta’ ommu u ħuh, missieru kien determinat li jagħti lill-uniku iben li kien għad baqagħlu l-imħabba kollha li seta’ jagħtih. Il-missier u l-iben kienu jitolbu flimkien - kienu jmorru l-quddiesa kuljum - u jilagħbu flimkien. Spiss kien jieħu lil uliedu fis-Santwarju ta' Ċestokova. Il-Papa jgħid hekk dwar missieru: “Ġieli stenbaħt bil-lejl u kont insibu għarkubbtejh jitlob, l-istess kif kont narah għarkubbtejh fil-knisja. Bejnietna qatt ma tkellimna dwar vokazzjoni għas-saċerdozju, iżda l-eżempju tiegħu b’xi mod kien għalija l-ewwel seminarju, seminarju fid-dar.”
Karol beda jiffrekwenta l-Karmelitani fil-monasteru tagħhom f'Vadovize u sar devot tal-labtu tal-Karmnu, li nkiteb fih meta kellu 12-il sena. Dak il-labtu kellu jiċċappas bid-demm, tant snin wara fl-attentat fuq ħajtu.
Meta beda jikber u kien il-Liċeo, Karol beda jiddedika l-ħin liberu tiegħu kollu għal passatemp ġdid tiegħu: id-drama. Sħabu ma kellhomx dubju li kien se jsir attur. Malajr sar star. Kien attur u awtur tat-teatru rapsodiku. Daħal fi “Studio 38”, ċirkolu teatrali mwaqqaf minn Tadeusz Kudliński. Kienu snin sbieħ għalih. Il-ġirien spiss kienu jisimgħuh nieżel it-taraġ ikanta hu u sejjer għar-rehearsals. Kien ħabib b'mod speċjali ta' tfajla attriċi miegħu, Ginka.
Ta' ħmistax-il sena ntlaqat minn drama oħra ta' natura differenti: il-liturġija tat-Tridu tal-Għid, li sa ma miet baqa' għalih "esperjenza skonvolġenti".
Nhar it-3 ta' Mejju 1938, l-Isqof ta’ Krakovja Adam Sapieha ta s-sagrament tal-Griżma lil Karol, waqt żjara pastorali f’Vadovika. Billi Karol kien kelliem tajjeb, ġie magħżul biex jagħmel diskors ta’ merħba, li kitbu hu stess. L-Isqof baqa’ mpressjonat mid-diskors ħiereġ mill-qalb ta’ student ta’ 18-il sena. Wara ċ-ċerimonja qal lis-surmast tal-liċeo: “Dat-tifel jista’ jkun qassis mill-aqwa. X’jidhirlek?” Iżda s-surmast wieġbu li f’moħħu t-tifel kellu li jsir attur. L-Isqof iddispjàih: “ħasra! Kif narah jien, kien ikun tajjeb għal qassis.” L-Isqof ma kienx ra ħażin. Tmien snin wara kien l-istess isqof li ordna lil Karol Wojtyla qassis.
II Gwerra Dinjija
Sadanittant id-dinja ta’ madwaru kienet qed tinbidel. Kien fil-katidral antik ta’ Vavel meta l-bombi Ġermaniżi laqtu l-belt fl-1 ta’ Settembru 1939. Hekk kif bdew jinstemgħu l-isplużjonijiet u s-sireni jwerżqu, it-truppi Ġermaniżi avvanzaw lejn Krakovja. Kien mar biex iqerr, kif kien jagħmel f'kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar u kien sab katidral vojt. Huwa baqa' hemm jitlob b'wiċċu mal-art u b'idejh miftħin f'forma ta' salib jitlob. "Kienet l-aħħar darba li stajt nidħol liberament f'dak it-tempju." Il-waqgħa ta’ Polonja ma damitx ma seħħet. Sa ħamest ijiem wara Krakovja kienet okkupata. Wara erba’ ġimgħat Varsavja ċediet, u għal Karol Wojtyla, il-ħajja f’Polonja okkupata kienet bdiet.
Karol u missieru ppruvaw jaħarbu lejn il-Lvant bil-ħsieb li jidħlu fl-eżerċtu li kien qed jirriorganizza ruħu biex iwieġeb għall-invażjoni Nażista. Diġà kienu bdew jaslu l-ewwel aħbarijiet ta' persekuzzjonijiet fuq il-Lid. Fis-17 ta' Settembru r-Russi nvadew il-Lvant tal-Polonja, wara l-Patt Hitler-Stalin, u ħafna Pollakki fosthom Karol u missieru kellhom jerġgħu lura lejn Krakovja, wara mixja ta' 400 kilometru. Wojtyla iktar tard kiteb "Il-Polonja hija l-vera martri tal-Ewropa." Il-parroċċa fejn kien Karol kienet immexxija mis-Sależjani li uħud minnhom kienu jaqbżu għal-Lhud u l-persegwitati. Dawn kollha ġew deportati min-Nażisti ħlief qassis wieħed anzjan. Fil-Kastell ta' Vavel fi Krakovja kien insejda ruħu Hans Frank, il-gvernatur ġenerali Nażista tal-Polonja.
Fil-Barriera
Kull min ma kellux xogħol approvat mill-Ġermaniżi kien qed jirriskja li jispiċċa deportat fil-Ġermanja. L-universitajiet għalqu u Karol kellu jieqaf mill-istudji fil-Letteratura Pollakka li kien għadu kif beda ftit iktar minn sena qabel fl-Università ta’ Krakovja. Karol kien sema' d-diskors vjolenti, antislav ta' Frank li kien laqqa' l-lekċerers kollha tal-Università ta' Krakovja biex imbagħad arrestahom u iddeportahom. In-Nażisti mhux biss riedu jeqirdu l-pajjiż, iżda ukoll l-għeruq tiegħu, il-kultura u l-ilsien Pollakk.
Fil-ħarifa tal-1940, Karol beda jaħdem f’barriera immexxija mill-fabbrika Ġermaniża Solvay. Għal tmien sigħat sħaħ kuljum kien sfurzat jaħdem barra f’temperaturi li kienu jinżlu sa 22 grad taħt iż-żero. Darba Karol ra wieħed minn sħabu jmut waqt ix-xogħol wara li waqgħet fuqu biċċa blata. Ħass l-uġigħ u r-rabja tal-ħaddiema l-oħra u l-agunija tal-armla tal-ħaddiem mejjet. Dakinhar Wojtyla kien ħażżeż dawn il-versi:
Ma kienx waħdu
il-muskoli tiegħu kibru u laħħmu l-folla
imlew b’enerġija l-polz
sakemm żammew il-martell,
sakemm saqajh ħassew l-art.
U ġebla faqgħetlu nagħsu
u nifditlu l-fond ta’ qalbu.
Huma middewh, dahru fuq liżar ta’ żrar.
ġiet martu, mikula bl-inkwiet; ġie ibnu lura mill-iskola
ħadu ġismu u mxew f’filliera siekta.
Il-ġebel jiċċaqlaq għal darb’oħra: karrettun kollu fjuri.
Għal darb’oħra l-kurrent jaqta’ fil-fond fil-ħitan.
Imma l-bniedem ħa miegħu l-ġewwieni tad-dinja,
fejn ikbar mhi l-korla, ogħla hi l-isplużjoni tal-imħabba.
Il-ħaddiema l-oħra kienu jsejħulu “l-istudent”. Darba ħallihom iċċassati meta rawh ġej abjad karti u jterter bil-bard għax kien ta l-ġakketta tiegħu lil wieħed fqir li ltaqa’ miegħu fit-triq. Ix-xogħol fil-barriera biddlu lil Karol. Wiċċu sar irqiq u mgħaddam. Kien jitħatteb meta jimxi. Ftit li xejn kien qed isib x’jiekol. Biex tagħqad. Iż-żagħżugħ Karol kellu missier marid gravament.
Il-mewt ta' missieru
Nhar it-18 ta’ Frar 1941, wara ġurnata ta’ kesħa kbira, Karol ħa ftit ikel u mediċini u telaq id-dar flimkien ma’ oħt ħabibu. Daħal fil-kamra ta’ missieru, iżda malajr reġa’ ħareġ jibki. Missieru kien miet b'attakk f'qalbu. Jgħannaq lit-tifla miegħu, wiċċu maħsul bid-dmugħ, beka: “Ma kontx hemm meta mietet ommi, ma kontx hemm meta miet ħija, ma kontx hemm meta miet missieri.” It-tifel baqa’ ħdejn il-ġisem ta’ missieru l-lejl kollu, jaħseb dwar il-futur tiegħu. Iżjed tard il-Papa qal hekk dwar dan iż-żmien: “Ta’ għoxrin sena kont diġà tlift in-nies kollha li kont inħobb.” Fix-xhur ta’ wara, it-tbatija ġegħlitu jintrabat iktar mal-fidi.
Saċerdot
Darba waqt li kien qed jaħrab minn raid tal-SS, Karol sar jaf lil Jan Tiranovski, ħajjat, iżda wkoll mistiku li fehem it-taqbida li kien hemm f'ruħ Karol u qabbdu t-triq għall-vokazzjoni. Fi kliem Karol, id-deċiżjoni tiegħu li jsir saċerdot immaturat ruħha bis-sehem tiegħu fit-tbatija, fit-teatru tal-biża' ta' dak iż-żmien, fis-sagrifiċċju ta' tant żgħażagħ tal-ġenerazzjoni tiegħu u fil-qari tal-kitbiet ta' , li l-ħajjat kien laqqgħu magħhom. L-iskop tas-saċerdozju tiegħu u allura ta' ħajtu, kellu jkun li jsir bniedem għall-oħrajn, li jiddefendi d-dinjità ta' kull bniedem, hu min hu u jinsab fejn jinsab.
F’Ottubru 1942, Karol ħabbat il-bieb biex jidħol fis-seminarju klandestin ta’ Krakovja. Karol baqa’ jaħdem fil-fabbrika, u fil-ħin liberu kien jistudja. F’Awissu 1945 f’Varsavja qamet rewwixta tal-Pollakki kontra n-Nażisti li fiha eluf ta’ Pollakki sfaw mejta. Biex ma jiġrix hekk fi Krakovja wkoll il- bdew jiġbru l-irġiel kollha taħt il-ħamsin sena. L-Isqof biex iħares lis-seminaristi ġabarhom kollha fil-Palazz tiegħu. Karol issa kien deċiż li jsir saċerdot. L-Isqof libbishom is-suttana biex jekk jinterrogawh ikun jista’ jgħid li kienu qassisin. Karol kien imfittex mill-Uffiċju tax-Xogħol. Kien l-Isqof stess li mar biex jingassa lil Karol mill-fabbrika Solvay.
Filwaqt li r-Russi kienu fuq l-għatba ta' Krakovja, u n-Nażi fil-ħarba, nhar l-1 ta’ Novembru 1946, l-Isqof Sapieha ordna saċerdot lil Karol fil-kappella privata tiegħu. L-għada qaddes l-ewwel quddiesa fil-kripta tal-Katidral ta’ Krakovja. Fost il-mistidnin kien hemm sħabu l-ħaddiema tal-barriera.
Taħt il-Komunisti
Wara sena u nofs ta’ studju f’Ruma fl-Angelicum tad-Dumnikani fejn kien bagħtu l-Isqof u fejn qara lil San Tumas t'Akwinu u San Ġwann tas-Salib, Dun Karol wasal lura l-Polonja. (Fit-8 ta' April 1948 Wojtyla fil-vaganzi tal-Għid mar Assisi, u wara San Giovanni Rotondo fejn assista quddiesa ta' Padre Pio ta' Pietrelcina. Reġa' mar San Giovanni Rotondo fl-1 ta' Novembru 1974). Mill-ewwel beda jduq il-ħakma ġdida Komunista.
Is-Sovjetiċi u l-gvern Pollakk bdew jimponu l-Istaliniżmu fil-pajjiż, bil-vjolenza bla ebda rispett tal-libertà. Il-Kardinal Stefan Wyszynski, Primat tal-Polonja, ġie arrestat. It-Tygodnik Powszechny, pubblikazzjoni Kattolika li fiha kien jikteb ukoll Wojtyla, tingħalaq. Saċerdoti u attivisti oħra Kattoliċi ġew arrestati u uħud minnhom kundannati għall-mewt.
F’Marzu 1949 l-Isqof Sapieha, li issa kien sar Kardinal, bagħat lil Karol jaħdem fil-parroċċa ta’ San Florjan fejn seta’ jiżviluppa l-kariżma kbira li kellu maż-żgħażagħ. Kien jieħu l-“boys and girls”, kif kien isejħilhom, mixjiet qalb il-muntanji u l-għadajjar. Kien jibdielhom il-ġurnata b’quddiesa. Ġieli bħala artal uża kayak maqlub wiċċu 'l isfel. Biex ma jurix li hu qassis kien jilbes poloshirt u shorts. Il-komunisti ma kinux iħallu lill-qassisin imexxu gruppi ta’ żgħażagħ barra l-knisja. Iż-żgħażagħ kienu jsejħulu “ziju” - kemm b’kunfidenza, kif ukoll biex jevitaw is-suspetti. Iż-żgħażagħ kienu jiftħu qalbhom miegħu u jiddiskutu anke l-imħabbiet tagħhom. Kienu jintlaqtu mill-ġabra assoluta li kien ikun fiha waqt it-talb.
Sitt snin wara beda jgħallem l-Etika fl-Università Kattolika, l-unika università Kattolika tollerata mir-reġim Komunista. Sa minn dak iż-żmien kien hemm min installa mikrospiji biex jikkontrollaw id-diskorsi tiegħu u saħansitra l-qrar tiegħu. Intant Karol kien qed itella' ġenerazzjoni ta' studenti fil-kult tal-libertà, tal-verità u tar-rispett tad-dinjità umana.
Isqof
Il-Komunisti kienu jibżgħu minn Wyszynski imma lil Wojtyla ma kinux jarawh perikoluż, għax ma kinux iqisuh bħala bniedem tal-politika, imma sempliċiment studjuż b'tendenzi mistiċi u b'passjoni għat-tagħlim u l-kultura. Fl-aħħar għaxar snin Wyszynski kien sar is-simbolu tal-Knisja Pollakka, difensur tat-tradizzjoni Kattolika tal-pajjiż kontra r-reġim Komunista. Bejn l-1953 u l-1956 kien intefa’ l-ħabs iżda meta ħareġ irnexxielu jġib ħelsien għall-Knisja li fl-ebda pajjiż ieħor Komunista ma kellha.
Nhar l-4 ta’ Lulju 1958, Dun Karol issejjaħ f’Varsavja mill-Kardinal . Dak il-ħin Wojtyla kien għall-vaganzi f'għadira fit-tramuntana tal-Polonja, fuq il-kayak. Il-Kardinal kellu idea li dan il-qassis sportiv ta’ 38 sena ma kienx aktarx biżżejjed fil-konfront tar-reġim Komunist, u lanqas biss proponieh bħala kandidat għall-episkopat. Iżda l-Vatikan għażel lilu. Meta wasal, Wyszynski refa’ karta minn fuq l-iskrivanija u qallu, “Din hija ittra interessanti li rċevejna mingħand il-Papa,” beda. “Isma, jekk jogħġbok: ‘Qed naħtar lil Dun Karol Wojtyla isqof awżiljarju ta’ Krakovja; esprimi l-approvazzjoni tiegħek għal din il-ħatra.” Il-kardinal ħares lejn Wojtyla. “Taċċetta?” staqsieh. Wojtyla wieġeb iva, u hekk sar l-Awżiljarju tal-Arċisqof Eugeniusz Baziak, u kien ordnat isqof fit-28 ta' Settembru 1958. Kien l-iżgħar isqof fil-Polonja. Erba' snin wara, Baziak miet u Wojtyła nħatar amministratur temporanju tad-djoċesi.
Fl-1978, meta Wojtyla sar Papa u l-kardinali ġew wieħed wara l-ieħor biex jagħtuh qima, Wojtyla niżel għarkubbtejh hu quddiem Wyszynski. Nhar il-31 ta’ Mejju 1981, fl-ewwel diskors tiegħu wara l-attentat fuq ħajtu, il-Papa sellem lill-Kardinal Wyszynski li miet waqt li l-Papa kien l-isptar. Għalih kienet telfa kbira.
Minn Ottubru 1962, l-Isqof Wojtyła beda jieħu sehem fil-(1962–1965), fejn ta kontribut għal żewġ digrieti mill-iktar importanti, id-Digriet fuq il-Libertà Reliġjuża (bil-Latin, Dignitatis Humanae) u l-Kostituzzjoni fuq il-Knisja fid-Dinja tal-Lum(Gaudium et Spes).
Nhar it-13 ta' Jannar 1964, Papa Pawlu VI ħatru Arċisqof ta' Krakovja. Fi żmien l-arċiveskovat ta' Wojtyla kien hemm il-kwistjoni ta' Nowa Huta li kellha tkun belt mudell tal-Komuniżmu fi Krakovja. Ma kienx maħsub li tinbena knisja f’din il-belt Komunista iżda Wojtyla mill-bidu, hekk kif sar isqof ħadem kemm felaħ biex iġib permess ħa jibni knisja. Meta ra li l-Komunisti ma jridux jafu, mar fuq is-sit fejn kellha tinbena l-Knisja u ċċelebra l-Quddies ta’ Nofs il-Lejl tal-Milied barra fis-silġ f’temperaturi taħt iż-żero. U fl-1977 il-knisja nbniet u ssemmiet l-Arka tal-Mulej. Lill-awtoritajiet Komunisti kien jibgħatilhom ruxxmata petizzjonijiet biex jinbnew seminarji ġodda, knejjes ġodda u biex isiru l-purċissjonijiet. U meta l-gvern ipprova jwaqqaf milli jiġi mgħallem il-katekiżmu lit-tfal, Wojtyla rreżista bil-qawwa kollha. Pawlu VI sejjaħ lil Wojtyla “un uomo coraggioso e magnifico”. Fl-1976 kien għażel lilu biex jipprietkalu fl-Eżerċizzji tar-Randan.
Fl-1962 Wojtyla kien bagħat ittra lil Patri Piju ta' Pietrelcina, fejn fiha talbu jitlob għal waħda omm żagħżugħa Pollakka li kienet kważi fl-aħħar għax kellha tumur fi griżmejha. Għaddew biss ftit ġranet u Woytla reġa’ kitiblu biex jirringrazzjah għax il-mara kienet qalgħet il-grazzja.
Papa
Il-Papa Pawlu VI ħatar lill-Isqof Wojtyla Kardinal fl-1967. Kienu saru ħbieb kbar, u kien għenu f’numru ta’ enċikliki u dokumenti. Nhar is-6 t’Awissu 1978 il-Papa Pawlu VI miet fl-età ta’ 81 sena. Kien ilu Papa 15-il sena, mill-1963. Sentejn qabel in-New York Times, ġurnal Amerikan kien semma’ lil Wojtyla fost l-għaxar kardinali li jistgħu jsiru Papa. Dakinhar tal-mewt tal-Papa, Wojtyla qaddes għalih f’monasteru Franġiskan f’Kalvarja (Polonja), post għall-qalbu ħafna, fejn kienu jieħu gruppi jagħmlu l-Via Sagra. Il-patrijiet rawh inkwetat. Wara Pawlu VI, ntgħażel l-Isqof ta’ Venezja Albino Luciani li ħa l-isem ta’ , l-ewwel Papa b’żewġ ismijiet: il-Papa tat-Tbissima u ħabib tal-foqra. Iżda Ġwanni Pawlu I miet b’attakk f’qalbu, nhar id-29 ta’ Settembru 1978, wara biss 33 jum. Wojtyla reġa’ qaddes f’Kalvarja quddiem l-altar iddedikat lil . Talab biex il-kardinali jagħmlu għażla għaqlija. Qabel ma telaq għal Ruma qal lil sħabu: “Ħbieb tiegħi, itolbu għalija.” Qabel miet, Luciani qal lis-segretarju tiegħu: “Seta’ jintgħażel bniedem aħjar minni. Pawlu VI diġà kien wera min kellu jkun is-suċċessur tiegħu: kien bil-qiegħda quddiemi fil-Kappella Sistina. Hu jrid jiġi, għax jien se nitlaq.” Bil-qiegħda quddiemu kien hemm il-Kardinal Wojtyla. Meta x-xufier ta’ Wojtyla sema’ minn fuq ir-radju bl-aħbar tal-mewt ta’ Luciani u qalha lill-Kardinal, Woytla kesaħ u bjad. Kien jaf x’kien hemm lest għalih.
Wojtyla kien laħaq sar popolari u rispettat ħafna fost il-kardinali. Fis-16 ta’ Ottubru 1978, fis-6.15 p.m. ħareġ duħħan abjad miċ-ċumnija tal-Kappella Sistina. Nofs siegħa wara l-Kardinal Felici ħareġ fil-gallarija ċentrali ta’ Pjazza San Pietru u qal “Habemus Papam.” L-isem kien stramb u ħawwad lill-folla preżenti: Karolum Wojtyla li kien għażel l-isem ta’ ġwanni Pawlu II. Kien l-ewwel Papa mhux Taljan wara 456 sena. (L-aħħar Papa mhux Taljan kien Adrijanu VI, Olandiż li kien sar Papa fl-1522.) Wojtyla kien ġej minn pajjiż Nisrani ħafna, il-Polonja, immexxija minn gvern ateu Komunista. L-ewwel Papa minn pajjiż tal-Lvant. Relattivament kien għadu żgħir: 58 sena.
Il-folla kienet qed tistenna l-barka tradizzjonali Urbi et Orbi iżda qabel il-Papa għamel xi ħaġa mhux tas-soltu. Tkellem mal-folla b’mod familjari, b’Taljan b’aċċent Pollakk: Carissimi fratelli e sorelle, għadna mnikkta bil-mewt tal-maħbub tagħna l-Papa ġwanni Pawlu I, u għalhekk il-Kardinali sejħu Isqof ġdid ta’ Ruma. Sejħulu minn pajjiż ‘il bogħod, ‘il bogħod iżda qrib, minħabba l-għaqda tagħna fit-tradizzjonijiet tal-Knisja. Kont imbeżża’ li naċċetta din ir-responsabbiltà, iżda qed nagħmel dan fi spirtu ta’ ubbidjenza lejn il-Mulej u b’fiduċja sħiħa f’Marija, Ommna l-iktar qaddisa.” Il-folla diġà kien ħakimha, iżda ssokta: “Ma nafx jekk nistax nesprimi lili nnifsi fil-lingwa tagħkom - le, fil-lingwa tagħna, it-Taljan. Jekk nagħmel l-iżbalji, tridu tikkoreġuni.”
Malli sar Papa, mill-ewwel wera kemm ried kuntatt dirett man-nies. Ma kinitx ħaġa tas-soltu li min ikun għadu kif intgħażel Papa jħalli l-Vatikan qabel il-quddiesa tal-inawgurazzjoni. Iżda ġwanni Pawlu II, l-għada li ntgħażel ħareġ mill-Vatikan u mar fl-Isptar Gemelli biex jara lil ħabib tiegħu Pollakk, Mons. Andrea Deskur. U la kien hemm ma rax biss lil ħabibu. Sab il-ħin ukoll biex jiltaqa’ mal-ħaddiema tal-isptar. Meta kien se jitlaq xi ħadd fakkru li ma kienx berikhom. Il-Papa bi tbissima fuq fommu qallhom: “Għax għad irrid nitgħallem inġib ruħi ta’ Papa.” Fl-ewwel quddiesa tiegħu bħala Papa, reġa’ kiser it-tradizzjoni meta fl-aħħar innu beda riesaq lejn in-nies miġburin fi Pjazza San Pietru. Jgħannaq grupp ta’ ħandikappati fuq is-siġġu tar-roti, jieħu b’idejn in-nies u jbus it-trabi. Imbagħad b’ħarstu fissa fuq il-folla entużjasta, għolla l-kurċifiss b’idejh it-tnejn u ta l-barka. Jibqa’ magħruf il-kliem tiegħu f’dik l-ewwel quddiesa: “Ħuti, tibżgħux tilqgħu lil Kristu u taċċettaw is-setgħa tiegħu. Għinu lill-Papa u lil dawk kollha li jixtiequ jaqdu lil Kristu u bis-setgħa tiegħu jaqdu lill-persuna umana u lill-umanità kollha. La tibżgħux. Iftħu beraħ il-bibien għal Kristu, għas-setgħa tiegħu li tifdi. Iftħu l-ħitan tal-Istati, tas-sistemi ekonomiċi u politiċi, tal-oqsma vasti tal-kultura, taċ-ċiviltà u tal-iżvilupp. La tibżgħux. Kristu jaf ‘x’hemm fil-bniedem'. Hu waħdu jaf”.
L-Attentat fuq ħajtu
Ftit iktar minn sentejn wara l-ħatra tiegħu, il-Knisja kienet se terġa’ titlef il-mexxej spiritwali tagħha. Nhar it-13 ta’ Mejju 1981, fil-5pm, il-Papa ħareġ għall-appuntament tiegħu ta’ kull ġimgħa biex jiltaqa’ mal-poplu fi Pjazza San Pietru. Kif kien qed idur fil-popemobile miftuħa, instema’ ħoss li jtarrax. Il-ħamiem kollu tal-pjazza tar. Il-Papa waqa’ fuq is-segretarju tiegħu, fdaqa. Is-segretarju nduna li l-Papa ntlaqat iżda ma kien jidher l-ebda sinjal ta’ demm jew feriti. Staqsieh fejn laqtuh. Il-Papa wieġbu, ‘F’żaqqi.’ Il-Papa kien intlaqat f’żaqqu, minkbu tal-lemin u subgħu l-werrej ta’ idu x-xellugija. Tqiegħed f’ambulanza li ħaditu malajr lejn l-isptar.
“Marija, omm tiegħi! Marija, omm tiegħi!”. Hekk irrepeta l-Papa huma u jwassluh sa l-isptar. Għajnejh kienu magħluqin, u kien qed iħoss uġigħ kbir. Fl-Isptar Gemelli, il-kundizzjoni tiegħu kienet kritika. Kien tilef ħafna demm. Tawh l-aħħar sagramenti. L-operazzjoni damet kważi ħames sigħat u nofs. L-ebda organu vitali ma kien intmiss mill-bullet sparat. Iktar tard il-Papa qal, “Id waħda sparat u id oħra mexxiet il-bullet.”
Min sparalu nqabad mill-ewwel. Kien terrorista Tork, bl-isem ta’ . Sentejn qabel, kien ħarab minn ħabs fit-Turkija fejn kien intefa’ għax qatel editur ta’ gazzetta. Meta ħarab bagħat ittra lil din il-gazzetta li kienet tgħid “L-uniku skop li kelli meta ħrabt kien biex noqtol lill-Papa.” Dan ġara fiż-żmien meta l-Papa kien qed jagħmel żjara fit-Turkija. Disat ijiem qabel l-attentat, il-gvern Tork wissa lill-pulizija Taljana li Agca kien qiegħed fl-Italja b’passaport falz. Imma l-pulizija ma laħqux sabuh qabel ġara l-attentat. Iżda r-raġuni vera wara l-attentat fuq il-ħajja tal-Papa saret wieħed mill-ikbar misteri mhux solvuti tas-sekli għoxrin. ħafna kienu konvinti li s-Sovjetiċi jew l-alleati Komunisti tagħhom kienu l-moħħ wara dan l-attentat. Li hu żgur hu li l-Papa kien skomdu ħafna għall-Komunisti u huma xtaqu jeħilsu minnu. Fl-1984, qorti Taljana akkużat lis-servizzi sigriet Bulgari li riedu jeħilsu mill-Papa biex iwaqqfu l-moviment tal-ħaddiema fil-Polonja.
Malli l-Papa ġie f’sensih, mill-ewwel ħafer lil min sparalu. Iżda nhar is-27 ta’ Diċembru 1983 ried jagħmel ġest mill-isbaħ li jibqa’ jsemmi fl-istorja. Ali Agca jinżel għarkubbtejh fiċ-ċella tiegħu tal-ħabs quddiem il-Papa u jbus l-id tal-bniedem li hu prova joqtol. Waqt il-laqgħa emozzjonanti ta’ bejniethom, Agca talab maħfra u l-Papa, li kien qed jagħmel żjara tal-Milied fil-ħabs Ruman ta’ Rebibbia, ħafirlu b’qalbu kollha. Meta ħareġ miċ-ċella, il-Papa li kien jidher kommoss ħafna, qal: “Tkellimt ma’ wieħed minn ħuna li fih għandi fiduċja sħiħa. Dak li għedna lil xulxin huwa sigriet bejnietna.” F’ġunju ta’ sentejn qabel Agca kien intbagħat għomru l-ħabs minn qorti Taljana.
Il-Papa jgħid li kienet il-Madonna ta’ li salvatu minn dak l-attentat. Fil-fatt kien fit-13 ta’ Mejju ta’ 64 sena qabel (1917) li l-Madonna dehret lil tliet itfal u qaltilhom tliet sigrieti, fosthom li “Ir-Russja għad tikkonverti, fl-aħħar tirbaħ il-qalb tiegħi.” Il-Papa jgħid li “ma setgħux kienu huma li vvintaw din it-tħabbira. La kienu jafu l-istorja u lanqas il-ġeografija, u wisq anqas kellhom tagħrif dwar movimenti soċjali u żvilupp ta’ ideoloġiji. U b’danakollu seħħ kulma kienu ħabbru.” Il-Papa żar is-santwarju ta’ Fatima darbtejn: L-ewwel darba fl-1982 biex jirringrazzja l-Madonna li salvatu eżattament sena qabel. Il-bullet li t-tobba qalgħu mill-ġisem tal-Papa tpoġġa mad-djamanti tal-kuruna li titqiegħed fuq ras il-Madonna f’okkażjonijiet speċjali. F’din iż-żjara, raġel b’sikkina prova joqtlu. Reġa’ mar fl-1991 wara li spiċċa l-Komuniżmu fl-Ewropa tal-Lvant u kkonsagra d-dinja kollha lill-Verġni Marija.
Ħajja Spiritwali
Penitenzi
Papa Ġwanni Pawlu II kien iqatta’ ljieli mixħut minn tulu għall-qiegħa tal-art, kien isum qabel l-ordinazzjoni saċerdotali u episkopali u kien jiflaġella lilu nnifsu. Dan iddikjarah il-promutur tal-kawża tal-kanonizzazzjoni tiegħu Mons Slawomir Oder. Meta kien qed jindirizza lill-ġurnalisti fit-tnedija tal-ktieb WHY HE’S A SAINT: THE REAL JOHN PAUL II ACCORDING TO THE POSTULATOR OF HIS BEATIFICATION CAUSE, Mons Oder qal li l-Papa Ġwanni Pawlu II kien juża l-mortifikazzjoni fuqu nnifsu fost affarijiet oħra biex jimxi iktar 'il quddiem fil-ħajja tal-perfezzjoni.
Il-Kult Marjan
L-unika ħaġa li l-Papa żied meta daħal fl-appartament tiegħu fil-Vatikan kienet xbieha tal-Madonna s-Sewda ta’ Ċestekova. Il-Papa jgħid hekk: “Il-Verġni ta’ Jasna Gora ilha mijiet ta’ snin meqjuma bħala s-Sultana tal-Polonja. Dan hu s-Santwarju tan-nazzjon kollu kemm hu. Mis-Sidt u s-Sultana tagħha, il-Polonja, tul mijiet ta’ snin, fittxet u għadha tfittex għajnuna u qawwa għal twelid spiritwali ġdid.” Il-motto li kien għażel meta sar isqof kien Totus Tuus (Kollni tiegħek) indirizzat lil Marija. Devot kbir tal-Madonna, il-Papa ddedika l-1987 bħala s-sena Marjana bi thejjija għall-millenju l-ġdid: bħalma Marija hejjiet għal ġesù f’ġufha, hekk issa tistenna magħna l-elfejn anniversarju tat-twelid ta’ binha. Fl-istess sena ħareġ l-enċiklika sabiħa tiegħu, Redemptoris Mater (Omm il-Feddej, 1987).
Il-Ġlieda kontra l-Komuniżmu
Għalkemm il-Papa Ġwanni Pawlu II baqa' msemmi fl-istorja bħala wieħed minn dawk li għen biex jispiċċa l-Komuniżmu fl-Ewropa tal-Lvant, hu jgħid: “Ma kontx jien li għamilt dan. Is-siġra kienet diġà mħassra. Jiena tajt skoss tajjeb, u t-tuffieħ imħassar waqa’.”
, kien mexxej ta’ Solidarnosc (Solidarjetà) għaqda Pollakka tal-ħaddiema li sfidat ir-reġim Komunista tal-Polonja. Mill-bidu nett tal-ġlieda tiegħu, Walesa kellu l-appoġġ sħiħ tal-Papa li ltaqa’ miegħu kemm -il darba kemm f’Ruma kif ukoll fil-Polonja. Meta mar Ruma f’Jannar 1981, Walesa qal,“L-iben ġie jara lil missieru.” F’Mejju seħħ l-attentat fuq il-Papa. F’Diċembru r-reġim Pollakk daħħal il-liġi marzjali għax kien qed jibża’ minn gwerra ċivili. Walesa ntefa’ l-ħabs fejn dam kważi sena. Wara 8 snin Walesa rnexxielu jġib elezzjonijiet demokratiċi li waqqgħu l-gvern Komunista u ħolqu demokrazija Pollakka ġdida fl-1989.
Fl-1 ta’ Diċembru 1989, fil-Vatikan, seħħet il-laqgħa storika bejn Mikhail Gorbachev, il-mexxej tal-Unjoni Sovjetika u l-Papa. Laqgħa “mhejjija mill-Providenza” li temmet sebgħin sena ta’ nuqqas ta’ fiduċja bejn il-Knisja u l-eqdem stat ateu fid-dinja. Gorbachev wiegħed li jdaħħal liġijiet dwar il-libertà sħiħa reliġjuża liċ-ċittadini Sovjetiċi, wegħda li saret realtà f’inqas minn sena. Il-Papa bierek ir-riformi li kien qed iwettaq Gorbachev f’pajjiżu. Jumejn wara, saret f’Malta l-laqgħa storika bejn Gorbachev u , il-President Amerikan. Iżda iktar ma għadda żmien, Gorbachev ikter beda jitlef il-popolarità tiegħu, u Boris Yeltsin beda jsib appoġġ ikbar. Dan kompla kiber f’Awissu 1991 meta sar kolp ta’ stat kontra Gorbachev li ġie fi tmiemu bis-saħħa ta’ Yeltsin. Waqt li Gorbachev kien arrestat, il-Papa appella għall-ħelsien tiegħu. F’Diċembru l-Unjoni Sovjetika spiċċat, Gorbachev irriżenja u Yeltsin sar President. Fl-ewwel tas-sena 1996 Yeltsin u l-Papa bagħtu messaġġi ta’ awguri lil xulxin fejn assiguraw lil xulxin li kienu rkupraw, wara li matul dik is-sena it-tnejn li huma kellhom interventi mediċi.
Kontra l-Gwerra
Nhar it-2 t’Awissu 1990 l-Iraq okkupa l-Kuwajt, pajjiż żgħir iżda sinjur għax produttur taż-żejt. Il-Papa mill-ewwel ikkundanna din l-okkupazzjoni għax kull nazzjon għandu d-dritt għall-eżistenza ħielsa tiegħu. Iżda meta l-Amerika flimkien ma’ pajjiżi bdew jippreparaw għal gwerra kontra l-Iraq, il-Papa tkellem ċar u tond kontra l-gwerra għax “Alla jikkundanna l-gwerra” li hi mewt u vjolenza. Il-Papa ħass id-dulur ta’ dawk kollha li sofrew matul il-gwerra li seħħet f”Jannar 1991: in-nies tal-Kuwajt, is-suldati joqtlu lil xulxin, il-vittmi innoċenti tal-eħrex bumbardamenti li qatt rat l-istorja tal-bniedem. Wara din il-gwerra l-ġnus Magħquda mponiet embargo fuq l-Iraq. Il-Papa kkundanna dan l-embargo, li fih il-poplu Iraqi safa nieqes mill-iktar ħwejjeġ essenzjali, bħal ikel u mediċini.
Id-Dinjità tal-Bniedem
Wara l-waqgħa tal-Komuniżmu, il-Papa nsista li jridu jsiru sforzi ġodda biex jiġu mgħejjuna l-foqra. Il-flus li jintefqu għall-armamenti ikun aħjar jekk jintefqu fi żvilupp u għajnuna lill-pajjiżi foqra. “Il-waqgħa tal-ħitan li kienu jifirdu l-Lvant mill-Punent ħarġu fil-beraħ il-ħitan tal-faqar, vjolenza u inġustizzja politika li għadhom jifirdu parti kbira mill-umanità.” Fil-bosta vjaġġi li għamel f’pajjiżi foqra fl-Afrika, fl-Amerika Latina u fl-inħawi l-iktar iżolati tad-dinja, dejjem saħaq li l-bniedem għandu jiġi rrispettat fid-dinjità kollha tiegħu. Il-faqar, fil-forom kollha tiegħu, imur kontra d-dinjità tal-bniedem. Il-Knisja “tkompli tgħolli l-vuċi tagħha, tikkundanna l-inġustizzji, il-ħruxija kontra l-aktar fqar u sempliċi, mhux f’isem xi ideoloġija, hi liema hi, imma f’isem Kristu, l-Evanġelju Tiegħu, il-messaġġ tiegħu ta’ mħabba u pài, ta’ ġustizzja, verità, u libertà.”
Il-Lhud
Il-Papa minn dejjem ħass il-bżonn li jkun djalogu bejn il-Lhud u l-Insara. Fit-13 t’April 1986 għamel l-ewwel żjara li qatt għamel Papa f’sinagoga, wara San Pietru. Huwa żar is-sinagoga ta’ Ruma, komunità eqdem mill-eqdem knisja Nisranija f’Ruma. Meta u San Pawl waslu Ruma, sabu li hemm hekk diġà kien hemm komunità Lhudija. Waqt li kien qed jitkellem fis-sinagoga, il-Papa, li sejjaħ lill-Lhud “ħutna l-kbar” kien kważi se jibki. Meta kien żgħir il-Papa tilef bosta ħbieb (Lhud Pollakki) li ttieħdu fil-kampijiet ta’ Auschwitz. Darba, meta kien żgħir, kien mar f’sinagoga fir-raħal tiegħu ma’ missieru biex jisma’ kantur magħruf. Issa kien bilqiegħda jisma’ kor ikanta “Ani Maamin” (Jiena nemmen) li kienet titkanta mil-Lhud ikkundannati fil-kampijiet Nażisti fi triqthom lejn il-kmamar tal-gass. Il-Papa kkundanna kemm -il darba l-anti-semitiżmu u talab maħfra għal dawk il-membri tal-Knisja li matul l-istorja baqgħu passivi quddiem ġrajjiet li ħallew miljuni ta’ Lhud mejta.
Ekumeniżmu
L-għada li ġie elett Papa, Ġwanni Pawlu kkometta ruħu kollu kemm hu għall-għaqda tal-Insara. Huwa wera t-tama tiegħu li bi sforzi komuni “nistgħu naslu għal għaqda sħiħa”. Waħda mill-ewwel żjarat tiegħu kienet fit-Turkija, fl-1979, meta għall-ewwel darba Papa qaddes mal-Patrijarka ta’ Kostantinopli, il-mexxej tal-Knejjes Ortodossi. Ix-xewqa tal-Papa għadha tidher ‘il bogħod għax id-differenzi f’ċerti każi kibru flok naqsu bħall-ordinazzjoni tal-qassisin nisa fil-Knejjes Protestanti. Fl-enċiklika tiegħu Ut Unum Sint (Li Jkunu ħaġa Waħda, 1995) il-Papa jitkellem dwar il-kwistjonijiet li għadhom jifirdu l-knejjes Insara bħall-Ewkaristija, l-irwol tal-Verġni Marija, u r- relazzjoni bejn l-Iskrittura u t-tradizzjoni. Fl-istampa jidher, l-Arċisqof ta’ Canterbury Robert Runcie, mexxej tal-Knisja Anglikana, li bejn l-1980 u l-1989 iltaqa’ mal-Papa ħames darbiet u saru ħbieb kbar.
Vjaġġi Papali
Żgur li dan il-Papa ma setax jissejjaħ “priġunier tal-Vatikan”. Ma kienx l-ewwel Papa li ħareġ mill-Vatikan. Iżda żgur kien l-aktar Papa li vjaġġa, iktar minn tmenin vjaġġ. Jagħmel dan għax “Il-missjoni ta’ Pietru hija li nkun pastoralment responsabbli tal-Knisja kollha” u “Nimxi t-toroq tad-dinja kollha biex insir naf il-bżonnijiet tal-bnedmin.” X’jistenna l-Papa mill-vjaġġi? Il-Papa jgħid li l-iktar importanti fil-ministeru tiegħu huwa li “niftaħ it-triq għall-Ispirtu s-Santu.”
Malta
Fl-1990. F’Mejju 1990 il-Papa għamel żjara ta’ tlett ijiem f’Malta. Il-Papa baqa’ impressjonat b’din iż-żjara. Meta wasal lura fil-Vatikan, il-Papa qal li fil-kuntatt dirett li kellu mal-poplu Malti seta’ jara kemm il-Maltin huma nies kburin u nobbli. Qal li l-laqgħa kordjali li rċieva f’Malta għadha ħajja f’qalbu. Il-Papa qal li minkejja ċ-ċokon tagħha, Malta għandha importanza kbira internazzjonali waqt li fakkar li għandha vokazzjoni speċjali biex tagħmilha ta’ medjatriċi bejn il-popli li jgħixu fuq ix-xtut tal-Mediterran. Il-Papa awgura li Malta ma twarrab qatt il-wirt prezzjuż tal-valuri miġbura mill-ġenerazzjonijiet l-imgħoddija. Folol enormi ta’ Maltin u Għawdxin kienu tawh merħba mimlija entużjażmu matul il-Konċelebrazzjoni Solenni li saret fuq il-Fosos tal-Floriana. Għal dan l-avveniment, kienu attendew aktar minn 120,000 ruħ, u ħadu sehem iżjed minn 800 saċerdot. Is-sostitut segretarju tal-Istat tal-Vatikan Mons Giovanni Battista kien qal li “l-akkoljenza li l-Papa ngħata f’Malta ftit li xejn rajt bħalha.” Tmien snin wara, meta kien qed jitkellem man-Nunzju għal Malta, Mons. Josè Sebastian Laboa, huwa qallu li għandu impressjoni straordinarja dwar Malta u li għalih, mill-pajjiżi kollha li żar fil-Mediterran, Malta kienet qisha ħolma.
Fl-1 ta’ Settembru 1990, il-Papa għamel waqfa ta’ siegha u ftit minuti f'Malta, sakemm l-ajruplan li kien fuqu fi triqtu lejn it-Tanżanija ngħata l-fuel. Bosta nies kienu nġabru fil-gallarija tal-ajruport filwaqt li d-diversi ħaddiema tal-Air Malta inġabru madwar l-ajruplan tal-Papa. Dakinhar, il-Papa ma niżilx l-art, iżda ħareġ biss mill-ajruplan, sellem u bierek lill-poplu Malti.
Huwa reġa' żar Malta f'Mejju 2001 biex ibbeatifika l-ewwel tliet beati Maltin, Dun Ġorġ Preca, u .
Mard u Mewt
Fl-aħħar tlettax -il sena ta' ħajtu Karol Woutyla ,li meta sar Papa fl-1978 kien bniedem sportiv u enerġetiku, kellu jċedi għat-tbatijiet tal-marda . Minkejja t-tbatijiet imqanqla minn din il-marda, huwa kompla bil-vjaġġi tieghu. Kemm -il darba alluda għat-tbatijiet tiegħu fil-metafora Kristjana tas-salib. Xbieha li kompliet toħroġ tul l-aħħar jiem.
Il-mewt ta’ Ġwanni Pawlu II tħabbret fid-9.37pm tas-Sibt 2 ta' April 2005, wara li fil-bulettin mediku tas-7.00 pm, il-kundizzjoni ta’ saħħtu kienet deskritta bħala li qalbet għall-agħar. Żdiedlu id-deni, u l-perjodi li fihom ma jkunx konxju komplew isiru aktar spissi. Sorsi kkwotati minn mezzi tax-xandir Taljani qalu li l-Papa qabad it-triq tal-mewt: “Diġà qiegħed imiss lill-Kristu.” L-aħbar tal-mewt kienet ikkonfermata mill-Vatikan madwar l-9.50pm. Sa mill-Ġimgħa, l-1 ta' April madwar 70,000 ruħ kienu nġabru fi Pjazza San Pietru, f’Ruma, biex jitolbu, ikantaw u jimmeditaw l-aħħar sigħat ta’ Ġwanni Pawlu II. Fid-dinja kollha sar talb fil-knejjes, anke fiċ-Ċina, fejn il-gvern ma jagħrafx l-awtorità tal-Vatikan fuq il-qassisin tal-pajjiż. Sar talb għall-Papa kemm f’komunitajiet Ortodossi, kif ukoll dawk Iżlamiċi. F’Kuba, il-Prelat tal-pajjiż tħalla iwassal il-kundizzjoni tal-Papa lill-poplu minn fuq ir-radju, f’konċessjoni unika mogħtija mill-gvern Komunista. F’messagg li għadda lill-ġurnalisti, il-portavuċi Navarro Valls qal li l-Papa ipprova jitkellem meta kien mgħarraf bin-numru ta’ nies li kien hemm jitlobu għalih fi pjazza San Pietru. Skond Navarro Valls, il-Papa tenna l-kliem: “Jiena ġejt għandkom, u issa ġejtu intom għandi... Grazzi...”
Reazzjonijiet għall-aħbar ta' mewtu
Waqt konferenza stampa li saret fil-White House, il-President Amerikan George W. Bush qal li l-“Knisja Kattolika tilfet lir-ragħaj tagħha. Id-dinja tilfet paladin tal-ħelsien tal-bniedem... nirringrazzjaw lil Alla li bagħat persuna bħalu... eroj ta’ żminijietna”. Bħala sinjal ta’ rispett, Bush ordna li l-bnadar Amerikani kollha jittajru mezz’asta.
, is-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, qal li “l-Papa kien imħasseb ħafna dwar id-dinja li ngħixu fiha u bħali kien jemmen li fil-gwerer, kulħadd hu tellief”.
Lech Walesa, li mexxa l-moviment Solidarjetà fi żmien meta l-Polonja kienet qiegħda tiġġieled biex tneħħi r-reġim Komunista, qal li “mingħajru ma kienx ikun hemm tmiem il-Komuniżmu, jew inkella kieku seħħ iktar tard, it-tmiem kien ikun wieħed imdemmi”.
Mikhail Gorbachev, eks-mexxej tal-Unjoni Sovjetika, qal li “bħala bniedem kien in-numru wieħed. Ma kien hemm l-ebda konflitt li ħarab mill-attenzjoni tiegħu”.
Il-President Russu Vladimir Putin qal li “l-umanità se tibqa’ tgħożż il-wirt storiku u politiku li ħalla l-Papa Gwanni Pawlu II”.
Il-President Palestinjan iddeskriva lill-Papa bħala “figura reliġjuża kbira li ddedika ħajtu kollha biex jiddefendi l-valuri tal-paċi, ħelsien, ġustizzja u ugwaljanza għar-razez u r-reliġjonijiet kollha, kif ukoll id-dritt tal-poplu Palestinjan li jkollu l-istat indipendenti tiegħu”.
Ir-Rabbi Marvin Hier, il-fundatur taċ-Ċentru Simon Wiesenthal f’Los Angeles, qal li “l-ebda Papa m’għamel daqshekk ġdid mal-Lhud daqs Ġwanni Pawlu II“. Dwar iż-żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II fl-Art Imqaddsa f’Marzu tas-sena 2000, il-mexxej tal-Knisja Kattolika talab quddiem il-ħajt tal-Punent ta’ Ġerusalemm u talab maħfra ghad-dnubiet tal-Kattoliċi kontra l-Lhud. Il-Prim Ministru Iżraelit Ariel Sharon qal li “Ġwanni Pawlu II kien ħabib tal-poplu Lhudi u li d-dinja tilfet wieħed mill-aqwa mexxejja ta’ din il-ġenerazzjoni”.
Anki jekk il-Papa Ġwanni Pawlu II ma rnexxielux jirranġa l-qasma bejn il-Knisja Kattolika u dik Ortodossa Russa, il-Patrijarka Alexiy ammetta li l-“personalità u x-xogħol u l-ideat tiegħu ħallew impatt kbir fuq l-istorja tad-dinja”.
L-awtoritajiet Kubani ħallew lill-poplu juri s-sogħba tiegħu għall-mewt tal-Papa Ġwanni Pawlu II fil-waqt li ċ-Ċina esprimiet il-kondoljanzi tagħha għall-mewt tal-mexxej tal-Knisja Kattolika.
Il-Kattoliċi Afrikani wkoll urew is-sogħba tagħhom għall-mewt ta’ Papa li t-tagħlim tiegħu dejjem intlaqa’ pożittivament minnhom. Eluf ta’ Insara Niġerjani bkew waqt quddiesa li saret f’Onitsha fin-Niġerja. Mary Jovita Ezeani, soru ma’ l-ordni tal-Qalb Imqaddsa ta’ Marija, qalet li huma qegħdin jibku t-telfa tal-Papa minhabba li Ġwanni Pawlu II s’issa kien l-uniku mexxej tal-Knisja Kattolika li qatt żar ir-reġjun ta’ Onitsha, iċ-ċentru tal-komunità Nisranija Niġerjana.
Il-Prim Ministru Ingliż qal li “anki jekk ma jkollokx fidi reliġjuża, kulħadd seta’ jinnota li Ġwanni Pawlu II kien bniedem b’fidi spiritwali vera u profonda ħafna”.
Id-, il-mexxej spiritwali tal-Buddisti fit-, qal li hu kellu l-istess valuri tal-Papa: il-battaja kontra r-reġimi Komunisti, armonija bejn ir-reliġjonijiet u tħassib dwar il-fatt li l-valuri materjali kienu qegħdin jitpoġġew qabel dawk spiritwali.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, , qal li l-Papa Ġwanni Pawlu II se jibqa’ magħruf bħala bniedem li ħadem biex jerġa’ jġib l-għaqda fl-Ewropa u biex jinfirxu madwar l-istess kontinent il-ħelsien u d-demokrazija. “L-Ewropej m’huma se jinsew qatt il-ħidma tiegħu favur il-paċi u d-dinjità umana”, hu stqarr f’messaġġ li ħareġ bħala tislima għall-mewt tal-Mexxej tal-Knisja Kattolika. Minbarra l-kondoljanzi lill-Vatikan u lill-Knisja Kattolika, Barroso bagħat messaġġ ta’ solidarjetà lill-pajjiż li minnu ġej il-Papa, il-Polonja.
Beatifikazzjoni
L-investigazzjoni djoċesana tal-kawża ta’ beatifikazzjoni bdiet f’Ġunju 2005 u ntemmet f’April 2007. F’Diċembru 2009, Benedittu XVI awtorizza l-promulgazzjoni tad-digriet tal-virtujiet erojċi tal-predeċessur tiegħu. Il-Kongregazzjoni, eventwalment eżaminat il-każ ta’ fejqan mirakoluż bl-interċessjoni ta’ dan il-Papa; każ ta’ li fieqet mill-marda tal-Parkinson’s, l-istess marda li kien ibati minnha l-istess Papa Pollakk.
Ir-rapporti tal-periti legali u mediċi dwar dan il-fejqan ġew sottomessi lill-Kongregazzjoni għall-investigazzjoni xjentifika tagħha fil-21 ta’ Ottubru 2010. Eventwalment fl-14 ta’ Diċembru daħlu jistudjaw il-każ il-konsulturi teoloġiċi. Nhar it-Tlieta 11 ta’ Jannar 2011, unanimament, il-Kongregazzjoni qablet li l-fejqan ta’ Swor Marie Simon Pierre, "inkiseb minn Alla b’mod mhux xjentifikament possibbli wara l-interċessjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu II, li b’tama kien invokat mill-istess Swor Simon u bosta fidili oħra”.
Ġwanni Pawlu II kien ibbeatifikat fl-1 ta' Mejju 2011, Ħadd fuq l-Għid il-Kbir, jum li fih titfakkar il-festa tal-. Kien Ġwanni Pawlu II innifsu li istitwixxa din il-festa. Huwa kien miet fil-vġili tal-istess festa fl-2005. Il-komunikat maħruġ mill-Vatikan fakkar li l-kawża ta’ beatifikazzjoni ta’ Ġwanni Pawlu II bbenefikat minn dispensa pontifiċja li ppermettiet li l-kawża tibda qabel il-perijodu ta’ ħames snin mill-mewt tal-individwu li statutorjament huma neċessarji. Fl-istess ħin, saħaq l-istess komunikat, in-normi kanoniċi dwar il-kawża ta’ beatifikazzjoni u kanonizzazzjoni kienu osservati b’mod rigoruż.
Madwar miljun pellegrin ħonqu Pjazza San Pietru u t-toroq tal-madwar hekk kif il-Papa Benedittu XVI ibbeatifika lill-predeċessur tiegħu Ġwannu Pawlu II. Il-ġisem ta’ Ġwanni Pawlu II ittieħed mill-kripta għall-Bażilika ta’ San Pietru proprja, fejn skont it-tradizzjoni jitpoġġew l-iġsma tal-papiet beatifikati, traspożizzjoni li saret mingħajr eżumazzjoni, jiġifieri l-ġisem tal-papa Pollakk ma kienx jidher. Minflok, il-qabar kien magħluq b’irħama sempliċi bil-kitba Beatus Ioannes Paulus II. Il-ġisem ta’ Ġwanni Pawlu II tqiegħed fil-kappella ta’ San Sebastjan, li tinsab bejn il-kappella tal-Pietà u dik tas-Sagrament Imqaddes.
Din kienet l-ewwel darba fl-aħħar elf sena li Papa iddikjara beatu lill-predeċessur tiegħu. Għal din iċ-ċerimonja kien hemm 90 delegazzjoni uffiċjali minn diversi pajjiżi, fosthom membri ta’ ħames familji Rjali Ewropej u sittax –il Kap ta’ stat fosthom il-mexxej kontroversjali taż-Żimbabwe, .
Fl-omelija tiegħu, il-Papa Benedittu semma s-sofferenza u l-fidi qawwija u ġeneruża li dejjem wera Ġwanni Pawlu II, saħħa ta’ ġgant li kienet ġejja minn Alla sabiex biddel soċjetà, kulturi kif ukoll sistemi politiċi u ekonomiċi. Semma kif sitt snin ilu, malli tħabbret il-mewt tiegħu, diġa’ kienu bdew is-sejħiet għall-beatifikazzjoni tal-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni u qal li dan il-jum fl-aħħar wasal. Semma lill-Verġni Marija li Ġwanni Pawlu dejjem afda lilu nnifsu għal kollox f’idejha, u din kienet raġuni oħra għaliex intgħażel l-ewwel Ħadd tax-xahar Marjan barra għax il-Ħadd tal-Ħniena Divina.
Kanonizzazzjoni
Il-miraklu li wassal għall-kanonizzazzjoni kien dak ta’ Floribeth Mora, mara mill-Kosta Rika li fieqet minn anewriżma ċelebrali bl-interċessjoni ta’ Ġwanni Pawlu II ftit wara l-beatifikazzjoni tieħu. Dan kien approvat fit-2 ta’ Lulju 2013 u kkonfermat minn Papa Franġisku jumejn wara.
Il-Kanonizzazzjoni tiegħu flimkien ma' dik ta' Papa Ġwanni XXIII saret il-Ħadd 27 ta’ April 2014, dakinhar ukoll Festa tal-Ħniena Divina, fi Pjazza San Pietru.
Ħoloq Esterni
- L-ewwel diskors tiegħu bħala Papa ("Aprite le porte a Cristo")
- L-Ewwel Żjara tal-Papa f'Malta, f'Mejju 1990
- It-Tieni Żjara tal-Papa f'Malta, f'Mejju 2001
- L-Aħbar ta' mewtu, 2 ta' April 2005
- Dokumentarju mill-aqwa tar-RAI, mis-sensiela La Grande Storia, fuq il-ħajja tal-Papa Ġwanni Pawlu II
- Third pilgrimage of John Paul II to Poland, Institute of National Remembrance
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Papa Ġwanni Pawlu II, X'inhi Papa Ġwanni Pawlu II? Xi tfisser Papa Ġwanni Pawlu II?
Il Papa San Ġwanni Pawlu II Latin Papa Ġwanni Pawlu II264 Papa 16 Ottubru 1978 2 April 2005 Ġwanni Pawlu I Papa Benedittu XVI San Cesareo in Palatio 28 Ġunju 1967 2 April 2005 kardinal 26 Ġunju 1967 2 April 2005 Arċisqof ta Krakovja 13 Jannar 1964 16 Ottubru 1978 Adam Stefan Sapieha mul Franciszek Macharski mul Dioceses Arċidjoċesi Kattolika Rumana ta Krakovja isqof titulari 31 Awwissu 1958 13 Jannar 1964 James Johnston Navagh en Antonio de Castro Xavier Monteiro en Dioceses Ombi en isqof awziljarju 4 Lulju 1958 13 Jannar 1964 Dioceses Arċidjoċesi Kattolika Rumana ta Krakovja isqof titulari 4 Lulju 1958 31 Awwissu 1958 Dioceses Diocese of Antigonia en ĦajjaIsem propju Karol Jozef WojtylaTwelid 18 Mejju 1920Nazzjonalita Polonja Stat tal Belt tal VatikanGrupp etnikuL ewwel lingwa PollakkMewt Rumau 2 April 2005Post tad dfin en Kawza tal mewt kawzi naturali FamiljaMissierOmmKonjuga i Not marriedAħwa uri mul EdukazzjoniAlma mater Universita Kattolika ta Lublin Universita Pontificia San Tommaso d Aquino 26 Novembru 1946 Lulju 1947 Licentiate of Sacred Theology en Theology faculty of the Jagiellonian University en 1953 1954 Doctor of Sacred Theology en Livell tal edukazzjoniTezi Doctrina de fide apud S Ioannem a CruceDirettur tat tezi en Lingwi Pollakk Esperanto Taljan Spanjol Franċiz Ġermaniz Latin Portugiz Ingliz Ukren RussuOkkupazzjoniOkkupazzjoni poeta politiku kittiebParteċipant Pope John Paul II s visit to the United Kingdom en October 1978 papal conclave en August 1978 papal conclave en Second Vatican Council en attempted assassination of Pope John Paul II en Q9386425 World Youth Day 1985 en World Youth Day 1991 en World Youth Day 1995 en Pope John Paul II visit in Israel en Q9132314 Q9136660 Q65175176 Q86687266Post tax xogħol en en en Krakovja Ruma Stat tal Belt tal VatikanImpjegaturi Universita Jagiellonjana Universita Kattolika ta LublinPremjijiet List 1979 1981 1992 3 Mejju 1993 1994 22 Marzu 2000 27 Lulju 2000 2004 24 Marzu 2004 George W Bush 4 Ġunju 2004 2005 2005 2014 mul 2024 Sħubija en en Psewdonomu Andrzej Jawien Stanislaw Andrzej Grudau Piotr JasienFestaServizz militariFergħa militari en Kollha tuus ego sum Maria Jien kollu tiegħek Marie Ioannes Paulus PP II Taljan Giovanni Paolo II Pollakk Jan Pawel II imwieled Karol Jozef Wojtyla 18 ta Mejju 1920 2 ta April 2005 kien il 264 papa fl istorja tal Knisja Kattolika mis 16 ta Ottubru 1978 sa mewtu Kien it tieni l iktar Papa li kellu pontifikat twil wara li dam sitt snin iktar minnu Huwa l uniku Papa Slav u Pollakk s issa Kien l ewwel Papa mhux Taljan wara iktar minn erba sekli ta Papiet Taljan sa minn Papa Adrijanu VI mill 1522 Kien l iktar mexxej dinji li zar pajjizi 129 pajjiz Iddikjara 483 qaddis u 1340 beatu iktar mill Papiet l oħra kollha f daqqa Fl 1 ta Mejju 2011 hu nnifsu kien iddikjarat Beatu fi Pjazza San Pietru mis suċċessur tiegħu Papa Benedittu XVI Fis 27 ta April 2014 dakinhar ukoll Festa tal Ħniena Divina kien iddikjarat qaddis fi Pjazza San Pietru minn Papa Franġisku TfulijaKarol Wojtyla twieled nhar it 18 ta Mejju 1920 f Vadovize Wadowice fin nofsinhar tal Polonja viċin tal fruntiera maċ Ċekoslovakkja 50 kilometru minn Krakovja u 30 kilometru minn Auschwitz Dakinhar li twieled kien hemm l eklissi tax xemx bħal dakinhar tal funeral tiegħu 85 sena wara Dakinhar li twieled ukoll Marshal Jozef Pilsudski daħal trijonfalment Varsavja wara li l forzi Pollakki għamlu l akbar rebħa fuq l Armata l ħamra il konkwista tal belt Ukrajna ta Kiev Dakinhar eluf ta Pollakki imlew it toroq biex jilqgħu lir rebbieħ ta Kiev Riedu jgħaddu kwazi sittin sena oħra biex il Polonja terġa tesperjenza ferħ u tama bħal dik meta t tarbija li kienet qed titwieled dakinhar kellha tirritorna trijonfalment f Varsavja bħala Mexxej tal Knisja fl 1979 Il Mewt ta OmmuOmmu Emilia imwielda Kaczorowska ta dixxindenza Litwana kellha 36 sena meta kella lilu Kienet l isbaħ mara u l iktar waħda eleganti ta Vadovize izda saħħitha kienet dgħajfa Sitt snin qabel kienet tilfet it tifla tagħha Olga Semmietu Karol għal missieru izda kienet issejjaħlu Lolek Nhar l 20 ta Ġunju tgħammed fil Knisja tal Prezentazzjoni tal Beata Verġni Marija f Vadovize mill kappillan militari Franciszek Zak Kienu jgħixu fl ewwel sular fi triq Rynek 3 ħdejn familja Lhud Mit tieqa wieħed jista jinnota arloġġ tax xemx bil kliem Il ħin jgħaddi l eternita tistenna Kien fuq tiegħu jixbah ħafna lil ommu Bit tifel il kbir l iskola Emilia kienet tgħaddi l ħin liberu tagħha kollu mat tarbija tilgħab miegħu taqralu u tirrakkuntalu stejjer tal Bibbja Meta Lolek beda jmur l iskola ta sitt snin is saħħa ta ommu bdiet sejra għall agħar Uġigħ kbir f daharha u sturdamenti kienu jitfgħuha fis sodda Fl iskola primarja Karol kien tifel diliġenti u kien iġib rizultati tajbin tajjeb ħafna fir reliġjon fil kondotta fid disinn fil kant u fil ġinnastika Tajjeb fis suġġetti l oħra kollha Missieru Karol Pollakk etniku kien suldat fl ezerċtu Awstro Ungariku u kien magħruf bħala il Kaptan izda meta twieled Karol huwa kien maġenb martu għax kien kbir fl eta biex imur għall gwerra Matul it tqala ta martu kien jieħu ħsieb lil binhom il kbir Edmund li kellu 13 il sena Fl 1930 Karol ħa lil ibnu Krakovja biex jara lil ħuh jiggradwa tabib Il familja kienet qed tgħix bil pensjoni modesta tal missier Il gradwazzjoni ta Edmund kellha toffri futur aħjar għas sitwazzjoni finanzjarja tal familja ta Karol Karol kien dilettant kbir tal futbol u kien ukoll tajjeb ħafna fl iskola Bħall ġenituri tiegħu kien Nisrani tajjeb Mill bidunett Emilia xtaqet li binha jsir qassis ħolma li kienet taqsamha mal ġirien Meta Emilia ttieħdet l isptar Karol ta 9 snin kien l iskola Dakinhar l għalliema ta Karol li kienet ukoll ġara tagħhom iltaqgħet miegħu hekk kif wasal id dar mill iskola Ommok mietet qaltlu Kien t 13 ta April 1929 u kien għad kellha biss 45 sena Il mewt t ommu serqet dak il ferħ tat tfal li qabel kellu Karol L għalliema tiegħu nnutat din il bidla fih Beda jingħalaq fih innifsu u jsib kenn fil kotba u fit talb Nhar il 25 ta Mejju 1929 Karol għamel l Ewwel Tqarbina wara r riformi fit tnaqqis tal eta tal Papa San Piju fl 1910 Ħdejh fil bank tal iskola kien hemm bil qiegħda tifel Lhudi Jerzy Kluger iben il president tal komunita Ebrajka Kluger kien sar jaf li hu u Karol għaddew għall ġinnasju statali Marcin Wadowita u mar biex itih l aħbar Billi ma kienx id dar mar ifittxu l knisja fejn Karol kien iservi ta abbati Mara fil Knisja stkerrhitu għax Lhudi izda Karol tifel ta għaxar snin qallu In nies ma jafux li aħna ulied tal istess Alla Fil Polonja dak iz zmien kien hemm 3 miljun Lhudi Wara l ġenoċidju Nazista li ġie ftit snin wara kien baqa biss 30 000 Il Mewt ta ħuh Edmund Dak iz zmien ħuh Edmund imlaqqam Mundek kien qed jistudja għal tabib fl universita ta Krakovja Kien zagħzugħ sabiħ intelliġenti u sportiv Minn wara l mewt t ommu Edmund sar idolu għal Karol Edmund li issa kellu 23 sena kien tennista u futboler tajjeb Kellu mħabba bla tarf għal ħuh Kont tarahom iqassmu l ballun lil xulxin fit triq Edmund kien jerfa lil ħuh iz zgħir fuq spallejh meta kienu jkunu għaddejjin minn xi għalqa Għal Karol Edmund kien kenn mid dwejjaq Meta kien ikun ma ħuh kien iħossu ferħan mill ġdid Izda 3 snin wara l mewt ta ommu ħuh miet ukoll Miet waħdu l isptar wara erbat ijiem f agunija għax ġie infettat minn epidemija tal iskarlattina inqas minn sentejn wara li sar tabib Dakinhar ġara qalba tajba sabet lil Karol waħdu ċċassat Ħadtu f idejja u għannaqtu miegħi irrakkuntat il ġara Lolek tlift lil ħuk qaltlu B wiċċ serju it tifel ħares lejha u qallha sempliċiment Hekk ried Alla Sal lum f wieħed mill kxaxen tal iskrivanija tiegħu fil Vatikan il Papa għadu jzomm rigal għaziz ħafna għalih li rċieva mill istaff tal isptar fejn kien jaħdem ħuh l istetoskopju tat tabib Edmund Wojtyla Lejn il vokazzjoni saċerdotali Wara l mewt ta ommu u ħuh missieru kien determinat li jagħti lill uniku iben li kien għad baqagħlu l imħabba kollha li seta jagħtih Il missier u l iben kienu jitolbu flimkien kienu jmorru l quddiesa kuljum u jilagħbu flimkien Spiss kien jieħu lil uliedu fis Santwarju ta Ċestokova Il Papa jgħid hekk dwar missieru Ġieli stenbaħt bil lejl u kont insibu għarkubbtejh jitlob l istess kif kont narah għarkubbtejh fil knisja Bejnietna qatt ma tkellimna dwar vokazzjoni għas saċerdozju izda l ezempju tiegħu b xi mod kien għalija l ewwel seminarju seminarju fid dar Karol beda jiffrekwenta l Karmelitani fil monasteru tagħhom f Vadovize u sar devot tal labtu tal Karmnu li nkiteb fih meta kellu 12 il sena Dak il labtu kellu jiċċappas bid demm tant snin wara fl attentat fuq ħajtu Meta beda jikber u kien il Liċeo Karol beda jiddedika l ħin liberu tiegħu kollu għal passatemp ġdid tiegħu id drama Sħabu ma kellhomx dubju li kien se jsir attur Malajr sar star Kien attur u awtur tat teatru rapsodiku Daħal fi Studio 38 ċirkolu teatrali mwaqqaf minn Tadeusz Kudlinski Kienu snin sbieħ għalih Il ġirien spiss kienu jisimgħuh niezel it taraġ ikanta hu u sejjer għar rehearsals Kien ħabib b mod speċjali ta tfajla attriċi miegħu Ginka Ta ħmistax il sena ntlaqat minn drama oħra ta natura differenti il liturġija tat Tridu tal Għid li sa ma miet baqa għalih esperjenza skonvolġenti Nhar it 3 ta Mejju 1938 l Isqof ta Krakovja Adam Sapieha ta s sagrament tal Grizma lil Karol waqt zjara pastorali f Vadovika Billi Karol kien kelliem tajjeb ġie magħzul biex jagħmel diskors ta merħba li kitbu hu stess L Isqof baqa mpressjonat mid diskors ħiereġ mill qalb ta student ta 18 il sena Wara ċ ċerimonja qal lis surmast tal liċeo Dat tifel jista jkun qassis mill aqwa X jidhirlek Izda s surmast wieġbu li f moħħu t tifel kellu li jsir attur L Isqof iddispjaih ħasra Kif narah jien kien ikun tajjeb għal qassis L Isqof ma kienx ra ħazin Tmien snin wara kien l istess isqof li ordna lil Karol Wojtyla qassis II Gwerra DinjijaSadanittant id dinja ta madwaru kienet qed tinbidel Kien fil katidral antik ta Vavel meta l bombi Ġermanizi laqtu l belt fl 1 ta Settembru 1939 Hekk kif bdew jinstemgħu l ispluzjonijiet u s sireni jwerzqu it truppi Ġermanizi avvanzaw lejn Krakovja Kien mar biex iqerr kif kien jagħmel f kull l ewwel Ġimgħa tax xahar u kien sab katidral vojt Huwa baqa hemm jitlob b wiċċu mal art u b idejh miftħin f forma ta salib jitlob Kienet l aħħar darba li stajt nidħol liberament f dak it tempju Il waqgħa ta Polonja ma damitx ma seħħet Sa ħamest ijiem wara Krakovja kienet okkupata Wara erba ġimgħat Varsavja ċediet u għal Karol Wojtyla il ħajja f Polonja okkupata kienet bdiet Karol u missieru ppruvaw jaħarbu lejn il Lvant bil ħsieb li jidħlu fl ezerċtu li kien qed jirriorganizza ruħu biex iwieġeb għall invazjoni Nazista Diġa kienu bdew jaslu l ewwel aħbarijiet ta persekuzzjonijiet fuq il Lid Fis 17 ta Settembru r Russi nvadew il Lvant tal Polonja wara l Patt Hitler Stalin u ħafna Pollakki fosthom Karol u missieru kellhom jerġgħu lura lejn Krakovja wara mixja ta 400 kilometru Wojtyla iktar tard kiteb Il Polonja hija l vera martri tal Ewropa Il parroċċa fejn kien Karol kienet immexxija mis Salezjani li uħud minnhom kienu jaqbzu għal Lhud u l persegwitati Dawn kollha ġew deportati min Nazisti ħlief qassis wieħed anzjan Fil Kastell ta Vavel fi Krakovja kien insejda ruħu Hans Frank il gvernatur ġenerali Nazista tal Polonja Fil Barriera Kull min ma kellux xogħol approvat mill Ġermanizi kien qed jirriskja li jispiċċa deportat fil Ġermanja L universitajiet għalqu u Karol kellu jieqaf mill istudji fil Letteratura Pollakka li kien għadu kif beda ftit iktar minn sena qabel fl Universita ta Krakovja Karol kien sema d diskors vjolenti antislav ta Frank li kien laqqa l lekċerers kollha tal Universita ta Krakovja biex imbagħad arrestahom u iddeportahom In Nazisti mhux biss riedu jeqirdu l pajjiz izda ukoll l għeruq tiegħu il kultura u l ilsien Pollakk Fil ħarifa tal 1940 Karol beda jaħdem f barriera immexxija mill fabbrika Ġermaniza Solvay Għal tmien sigħat sħaħ kuljum kien sfurzat jaħdem barra f temperaturi li kienu jinzlu sa 22 grad taħt iz zero Darba Karol ra wieħed minn sħabu jmut waqt ix xogħol wara li waqgħet fuqu biċċa blata Ħass l uġigħ u r rabja tal ħaddiema l oħra u l agunija tal armla tal ħaddiem mejjet Dakinhar Wojtyla kien ħazzez dawn il versi Ma kienx waħdu il muskoli tiegħu kibru u laħħmu l folla imlew b enerġija l polz sakemm zammew il martell sakemm saqajh ħassew l art U ġebla faqgħetlu nagħsu u nifditlu l fond ta qalbu Huma middewh dahru fuq lizar ta zrar ġiet martu mikula bl inkwiet ġie ibnu lura mill iskola ħadu ġismu u mxew f filliera siekta Il ġebel jiċċaqlaq għal darb oħra karrettun kollu fjuri Għal darb oħra l kurrent jaqta fil fond fil ħitan Imma l bniedem ħa miegħu l ġewwieni tad dinja fejn ikbar mhi l korla ogħla hi l ispluzjoni tal imħabba Il ħaddiema l oħra kienu jsejħulu l istudent Darba ħallihom iċċassati meta rawh ġej abjad karti u jterter bil bard għax kien ta l ġakketta tiegħu lil wieħed fqir li ltaqa miegħu fit triq Ix xogħol fil barriera biddlu lil Karol Wiċċu sar irqiq u mgħaddam Kien jitħatteb meta jimxi Ftit li xejn kien qed isib x jiekol Biex tagħqad Iz zagħzugħ Karol kellu missier marid gravament Il mewt ta missieru Nhar it 18 ta Frar 1941 wara ġurnata ta kesħa kbira Karol ħa ftit ikel u mediċini u telaq id dar flimkien ma oħt ħabibu Daħal fil kamra ta missieru izda malajr reġa ħareġ jibki Missieru kien miet b attakk f qalbu Jgħannaq lit tifla miegħu wiċċu maħsul bid dmugħ beka Ma kontx hemm meta mietet ommi ma kontx hemm meta miet ħija ma kontx hemm meta miet missieri It tifel baqa ħdejn il ġisem ta missieru l lejl kollu jaħseb dwar il futur tiegħu Izjed tard il Papa qal hekk dwar dan iz zmien Ta għoxrin sena kont diġa tlift in nies kollha li kont inħobb Fix xhur ta wara it tbatija ġegħlitu jintrabat iktar mal fidi SaċerdotDarba waqt li kien qed jaħrab minn raid tal SS Karol sar jaf lil Jan Tiranovski ħajjat izda wkoll mistiku li fehem it taqbida li kien hemm f ruħ Karol u qabbdu t triq għall vokazzjoni Fi kliem Karol id deċizjoni tiegħu li jsir saċerdot immaturat ruħha bis sehem tiegħu fit tbatija fit teatru tal biza ta dak iz zmien fis sagrifiċċju ta tant zgħazagħ tal ġenerazzjoni tiegħu u fil qari tal kitbiet ta li l ħajjat kien laqqgħu magħhom L iskop tas saċerdozju tiegħu u allura ta ħajtu kellu jkun li jsir bniedem għall oħrajn li jiddefendi d dinjita ta kull bniedem hu min hu u jinsab fejn jinsab F Ottubru 1942 Karol ħabbat il bieb biex jidħol fis seminarju klandestin ta Krakovja Karol baqa jaħdem fil fabbrika u fil ħin liberu kien jistudja F Awissu 1945 f Varsavja qamet rewwixta tal Pollakki kontra n Nazisti li fiha eluf ta Pollakki sfaw mejta Biex ma jiġrix hekk fi Krakovja wkoll il bdew jiġbru l irġiel kollha taħt il ħamsin sena L Isqof biex iħares lis seminaristi ġabarhom kollha fil Palazz tiegħu Karol issa kien deċiz li jsir saċerdot L Isqof libbishom is suttana biex jekk jinterrogawh ikun jista jgħid li kienu qassisin Karol kien imfittex mill Uffiċju tax Xogħol Kien l Isqof stess li mar biex jingassa lil Karol mill fabbrika Solvay Filwaqt li r Russi kienu fuq l għatba ta Krakovja u n Nazi fil ħarba nhar l 1 ta Novembru 1946 l Isqof Sapieha ordna saċerdot lil Karol fil kappella privata tiegħu L għada qaddes l ewwel quddiesa fil kripta tal Katidral ta Krakovja Fost il mistidnin kien hemm sħabu l ħaddiema tal barriera Taħt il Komunisti Wara sena u nofs ta studju f Ruma fl Angelicum tad Dumnikani fejn kien bagħtu l Isqof u fejn qara lil San Tumas t Akwinu u San Ġwann tas Salib Dun Karol wasal lura l Polonja Fit 8 ta April 1948 Wojtyla fil vaganzi tal Għid mar Assisi u wara San Giovanni Rotondo fejn assista quddiesa ta Padre Pio ta Pietrelcina Reġa mar San Giovanni Rotondo fl 1 ta Novembru 1974 Mill ewwel beda jduq il ħakma ġdida Komunista Is Sovjetiċi u l gvern Pollakk bdew jimponu l Istalinizmu fil pajjiz bil vjolenza bla ebda rispett tal liberta Il Kardinal Stefan Wyszynski Primat tal Polonja ġie arrestat It Tygodnik Powszechny pubblikazzjoni Kattolika li fiha kien jikteb ukoll Wojtyla tingħalaq Saċerdoti u attivisti oħra Kattoliċi ġew arrestati u uħud minnhom kundannati għall mewt F Marzu 1949 l Isqof Sapieha li issa kien sar Kardinal bagħat lil Karol jaħdem fil parroċċa ta San Florjan fejn seta jizviluppa l karizma kbira li kellu maz zgħazagħ Kien jieħu l boys and girls kif kien isejħilhom mixjiet qalb il muntanji u l għadajjar Kien jibdielhom il ġurnata b quddiesa Ġieli bħala artal uza kayak maqlub wiċċu l isfel Biex ma jurix li hu qassis kien jilbes poloshirt u shorts Il komunisti ma kinux iħallu lill qassisin imexxu gruppi ta zgħazagħ barra l knisja Iz zgħazagħ kienu jsejħulu ziju kemm b kunfidenza kif ukoll biex jevitaw is suspetti Iz zgħazagħ kienu jiftħu qalbhom miegħu u jiddiskutu anke l imħabbiet tagħhom Kienu jintlaqtu mill ġabra assoluta li kien ikun fiha waqt it talb Sitt snin wara beda jgħallem l Etika fl Universita Kattolika l unika universita Kattolika tollerata mir reġim Komunista Sa minn dak iz zmien kien hemm min installa mikrospiji biex jikkontrollaw id diskorsi tiegħu u saħansitra l qrar tiegħu Intant Karol kien qed itella ġenerazzjoni ta studenti fil kult tal liberta tal verita u tar rispett tad dinjita umana IsqofIl Komunisti kienu jibzgħu minn Wyszynski imma lil Wojtyla ma kinux jarawh perikoluz għax ma kinux iqisuh bħala bniedem tal politika imma sempliċiment studjuz b tendenzi mistiċi u b passjoni għat tagħlim u l kultura Fl aħħar għaxar snin Wyszynski kien sar is simbolu tal Knisja Pollakka difensur tat tradizzjoni Kattolika tal pajjiz kontra r reġim Komunista Bejn l 1953 u l 1956 kien intefa l ħabs izda meta ħareġ irnexxielu jġib ħelsien għall Knisja li fl ebda pajjiz ieħor Komunista ma kellha Nhar l 4 ta Lulju 1958 Dun Karol issejjaħ f Varsavja mill Kardinal Dak il ħin Wojtyla kien għall vaganzi f għadira fit tramuntana tal Polonja fuq il kayak Il Kardinal kellu idea li dan il qassis sportiv ta 38 sena ma kienx aktarx bizzejjed fil konfront tar reġim Komunist u lanqas biss proponieh bħala kandidat għall episkopat Izda l Vatikan għazel lilu Meta wasal Wyszynski refa karta minn fuq l iskrivanija u qallu Din hija ittra interessanti li rċevejna mingħand il Papa beda Isma jekk jogħġbok Qed naħtar lil Dun Karol Wojtyla isqof awziljarju ta Krakovja esprimi l approvazzjoni tiegħek għal din il ħatra Il kardinal ħares lejn Wojtyla Taċċetta staqsieh Wojtyla wieġeb iva u hekk sar l Awziljarju tal Arċisqof Eugeniusz Baziak u kien ordnat isqof fit 28 ta Settembru 1958 Kien l izgħar isqof fil Polonja Erba snin wara Baziak miet u Wojtyla nħatar amministratur temporanju tad djoċesi Fl 1978 meta Wojtyla sar Papa u l kardinali ġew wieħed wara l ieħor biex jagħtuh qima Wojtyla nizel għarkubbtejh hu quddiem Wyszynski Nhar il 31 ta Mejju 1981 fl ewwel diskors tiegħu wara l attentat fuq ħajtu il Papa sellem lill Kardinal Wyszynski li miet waqt li l Papa kien l isptar Għalih kienet telfa kbira Minn Ottubru 1962 l Isqof Wojtyla beda jieħu sehem fil 1962 1965 fejn ta kontribut għal zewġ digrieti mill iktar importanti id Digriet fuq il Liberta Reliġjuza bil Latin Dignitatis Humanae u l Kostituzzjoni fuq il Knisja fid Dinja tal Lum Gaudium et Spes Nhar it 13 ta Jannar 1964 Papa Pawlu VI ħatru Arċisqof ta Krakovja Fi zmien l arċiveskovat ta Wojtyla kien hemm il kwistjoni ta Nowa Huta li kellha tkun belt mudell tal Komunizmu fi Krakovja Ma kienx maħsub li tinbena knisja f din il belt Komunista izda Wojtyla mill bidu hekk kif sar isqof ħadem kemm felaħ biex iġib permess ħa jibni knisja Meta ra li l Komunisti ma jridux jafu mar fuq is sit fejn kellha tinbena l Knisja u ċċelebra l Quddies ta Nofs il Lejl tal Milied barra fis silġ f temperaturi taħt iz zero U fl 1977 il knisja nbniet u ssemmiet l Arka tal Mulej Lill awtoritajiet Komunisti kien jibgħatilhom ruxxmata petizzjonijiet biex jinbnew seminarji ġodda knejjes ġodda u biex isiru l purċissjonijiet U meta l gvern ipprova jwaqqaf milli jiġi mgħallem il katekizmu lit tfal Wojtyla rrezista bil qawwa kollha Pawlu VI sejjaħ lil Wojtyla un uomo coraggioso e magnifico Fl 1976 kien għazel lilu biex jipprietkalu fl Ezerċizzji tar Randan Fl 1962 Wojtyla kien bagħat ittra lil Patri Piju ta Pietrelcina fejn fiha talbu jitlob għal waħda omm zagħzugħa Pollakka li kienet kwazi fl aħħar għax kellha tumur fi grizmejha Għaddew biss ftit ġranet u Woytla reġa kitiblu biex jirringrazzjah għax il mara kienet qalgħet il grazzja PapaIl Papa Pawlu VI ħatar lill Isqof Wojtyla Kardinal fl 1967 Kienu saru ħbieb kbar u kien għenu f numru ta enċikliki u dokumenti Nhar is 6 t Awissu 1978 il Papa Pawlu VI miet fl eta ta 81 sena Kien ilu Papa 15 il sena mill 1963 Sentejn qabel in New York Times ġurnal Amerikan kien semma lil Wojtyla fost l għaxar kardinali li jistgħu jsiru Papa Dakinhar tal mewt tal Papa Wojtyla qaddes għalih f monasteru Franġiskan f Kalvarja Polonja post għall qalbu ħafna fejn kienu jieħu gruppi jagħmlu l Via Sagra Il patrijiet rawh inkwetat Wara Pawlu VI ntgħazel l Isqof ta Venezja Albino Luciani li ħa l isem ta l ewwel Papa b zewġ ismijiet il Papa tat Tbissima u ħabib tal foqra Izda Ġwanni Pawlu I miet b attakk f qalbu nhar id 29 ta Settembru 1978 wara biss 33 jum Wojtyla reġa qaddes f Kalvarja quddiem l altar iddedikat lil Talab biex il kardinali jagħmlu għazla għaqlija Qabel ma telaq għal Ruma qal lil sħabu Ħbieb tiegħi itolbu għalija Qabel miet Luciani qal lis segretarju tiegħu Seta jintgħazel bniedem aħjar minni Pawlu VI diġa kien wera min kellu jkun is suċċessur tiegħu kien bil qiegħda quddiemi fil Kappella Sistina Hu jrid jiġi għax jien se nitlaq Bil qiegħda quddiemu kien hemm il Kardinal Wojtyla Meta x xufier ta Wojtyla sema minn fuq ir radju bl aħbar tal mewt ta Luciani u qalha lill Kardinal Woytla kesaħ u bjad Kien jaf x kien hemm lest għalih Papa Ġwanni Pawlu II Wojtyla kien laħaq sar popolari u rispettat ħafna fost il kardinali Fis 16 ta Ottubru 1978 fis 6 15 p m ħareġ duħħan abjad miċ ċumnija tal Kappella Sistina Nofs siegħa wara l Kardinal Felici ħareġ fil gallarija ċentrali ta Pjazza San Pietru u qal Habemus Papam L isem kien stramb u ħawwad lill folla prezenti Karolum Wojtyla li kien għazel l isem ta ġwanni Pawlu II Kien l ewwel Papa mhux Taljan wara 456 sena L aħħar Papa mhux Taljan kien Adrijanu VI Olandiz li kien sar Papa fl 1522 Wojtyla kien ġej minn pajjiz Nisrani ħafna il Polonja immexxija minn gvern ateu Komunista L ewwel Papa minn pajjiz tal Lvant Relattivament kien għadu zgħir 58 sena Il folla kienet qed tistenna l barka tradizzjonali Urbi et Orbi izda qabel il Papa għamel xi ħaġa mhux tas soltu Tkellem mal folla b mod familjari b Taljan b aċċent Pollakk Carissimi fratelli e sorelle għadna mnikkta bil mewt tal maħbub tagħna l Papa ġwanni Pawlu I u għalhekk il Kardinali sejħu Isqof ġdid ta Ruma Sejħulu minn pajjiz il bogħod il bogħod izda qrib minħabba l għaqda tagħna fit tradizzjonijiet tal Knisja Kont imbezza li naċċetta din ir responsabbilta izda qed nagħmel dan fi spirtu ta ubbidjenza lejn il Mulej u b fiduċja sħiħa f Marija Ommna l iktar qaddisa Il folla diġa kien ħakimha izda ssokta Ma nafx jekk nistax nesprimi lili nnifsi fil lingwa tagħkom le fil lingwa tagħna it Taljan Jekk nagħmel l izbalji tridu tikkoreġuni Malli sar Papa mill ewwel wera kemm ried kuntatt dirett man nies Ma kinitx ħaġa tas soltu li min ikun għadu kif intgħazel Papa jħalli l Vatikan qabel il quddiesa tal inawgurazzjoni Izda ġwanni Pawlu II l għada li ntgħazel ħareġ mill Vatikan u mar fl Isptar Gemelli biex jara lil ħabib tiegħu Pollakk Mons Andrea Deskur U la kien hemm ma rax biss lil ħabibu Sab il ħin ukoll biex jiltaqa mal ħaddiema tal isptar Meta kien se jitlaq xi ħadd fakkru li ma kienx berikhom Il Papa bi tbissima fuq fommu qallhom Għax għad irrid nitgħallem inġib ruħi ta Papa Fl ewwel quddiesa tiegħu bħala Papa reġa kiser it tradizzjoni meta fl aħħar innu beda riesaq lejn in nies miġburin fi Pjazza San Pietru Jgħannaq grupp ta ħandikappati fuq is siġġu tar roti jieħu b idejn in nies u jbus it trabi Imbagħad b ħarstu fissa fuq il folla entuzjasta għolla l kurċifiss b idejh it tnejn u ta l barka Jibqa magħruf il kliem tiegħu f dik l ewwel quddiesa Ħuti tibzgħux tilqgħu lil Kristu u taċċettaw is setgħa tiegħu Għinu lill Papa u lil dawk kollha li jixtiequ jaqdu lil Kristu u bis setgħa tiegħu jaqdu lill persuna umana u lill umanita kollha La tibzgħux Iftħu beraħ il bibien għal Kristu għas setgħa tiegħu li tifdi Iftħu l ħitan tal Istati tas sistemi ekonomiċi u politiċi tal oqsma vasti tal kultura taċ ċivilta u tal izvilupp La tibzgħux Kristu jaf x hemm fil bniedem Hu waħdu jaf L Attentat fuq ħajtuFtit iktar minn sentejn wara l ħatra tiegħu il Knisja kienet se terġa titlef il mexxej spiritwali tagħha Nhar it 13 ta Mejju 1981 fil 5pm il Papa ħareġ għall appuntament tiegħu ta kull ġimgħa biex jiltaqa mal poplu fi Pjazza San Pietru Kif kien qed idur fil popemobile miftuħa instema ħoss li jtarrax Il ħamiem kollu tal pjazza tar Il Papa waqa fuq is segretarju tiegħu fdaqa Is segretarju nduna li l Papa ntlaqat izda ma kien jidher l ebda sinjal ta demm jew feriti Staqsieh fejn laqtuh Il Papa wieġbu F zaqqi Il Papa kien intlaqat f zaqqu minkbu tal lemin u subgħu l werrej ta idu x xellugija Tqiegħed f ambulanza li ħaditu malajr lejn l isptar Marija omm tiegħi Marija omm tiegħi Hekk irrepeta l Papa huma u jwassluh sa l isptar Għajnejh kienu magħluqin u kien qed iħoss uġigħ kbir Fl Isptar Gemelli il kundizzjoni tiegħu kienet kritika Kien tilef ħafna demm Tawh l aħħar sagramenti L operazzjoni damet kwazi ħames sigħat u nofs L ebda organu vitali ma kien intmiss mill bullet sparat Iktar tard il Papa qal Id waħda sparat u id oħra mexxiet il bullet Min sparalu nqabad mill ewwel Kien terrorista Tork bl isem ta Sentejn qabel kien ħarab minn ħabs fit Turkija fejn kien intefa għax qatel editur ta gazzetta Meta ħarab bagħat ittra lil din il gazzetta li kienet tgħid L uniku skop li kelli meta ħrabt kien biex noqtol lill Papa Dan ġara fiz zmien meta l Papa kien qed jagħmel zjara fit Turkija Disat ijiem qabel l attentat il gvern Tork wissa lill pulizija Taljana li Agca kien qiegħed fl Italja b passaport falz Imma l pulizija ma laħqux sabuh qabel ġara l attentat Izda r raġuni vera wara l attentat fuq il ħajja tal Papa saret wieħed mill ikbar misteri mhux solvuti tas sekli għoxrin ħafna kienu konvinti li s Sovjetiċi jew l alleati Komunisti tagħhom kienu l moħħ wara dan l attentat Li hu zgur hu li l Papa kien skomdu ħafna għall Komunisti u huma xtaqu jeħilsu minnu Fl 1984 qorti Taljana akkuzat lis servizzi sigriet Bulgari li riedu jeħilsu mill Papa biex iwaqqfu l moviment tal ħaddiema fil Polonja Malli l Papa ġie f sensih mill ewwel ħafer lil min sparalu Izda nhar is 27 ta Diċembru 1983 ried jagħmel ġest mill isbaħ li jibqa jsemmi fl istorja Ali Agca jinzel għarkubbtejh fiċ ċella tiegħu tal ħabs quddiem il Papa u jbus l id tal bniedem li hu prova joqtol Waqt il laqgħa emozzjonanti ta bejniethom Agca talab maħfra u l Papa li kien qed jagħmel zjara tal Milied fil ħabs Ruman ta Rebibbia ħafirlu b qalbu kollha Meta ħareġ miċ ċella il Papa li kien jidher kommoss ħafna qal Tkellimt ma wieħed minn ħuna li fih għandi fiduċja sħiħa Dak li għedna lil xulxin huwa sigriet bejnietna F ġunju ta sentejn qabel Agca kien intbagħat għomru l ħabs minn qorti Taljana Il Papa jgħid li kienet il Madonna ta li salvatu minn dak l attentat Fil fatt kien fit 13 ta Mejju ta 64 sena qabel 1917 li l Madonna dehret lil tliet itfal u qaltilhom tliet sigrieti fosthom li Ir Russja għad tikkonverti fl aħħar tirbaħ il qalb tiegħi Il Papa jgħid li ma setgħux kienu huma li vvintaw din it tħabbira La kienu jafu l istorja u lanqas il ġeografija u wisq anqas kellhom tagħrif dwar movimenti soċjali u zvilupp ta ideoloġiji U b danakollu seħħ kulma kienu ħabbru Il Papa zar is santwarju ta Fatima darbtejn L ewwel darba fl 1982 biex jirringrazzja l Madonna li salvatu ezattament sena qabel Il bullet li t tobba qalgħu mill ġisem tal Papa tpoġġa mad djamanti tal kuruna li titqiegħed fuq ras il Madonna f okkazjonijiet speċjali F din iz zjara raġel b sikkina prova joqtlu Reġa mar fl 1991 wara li spiċċa l Komunizmu fl Ewropa tal Lvant u kkonsagra d dinja kollha lill Verġni Marija Ħajja SpiritwaliPenitenzi Papa Ġwanni Pawlu II kien iqatta ljieli mixħut minn tulu għall qiegħa tal art kien isum qabel l ordinazzjoni saċerdotali u episkopali u kien jiflaġella lilu nnifsu Dan iddikjarah il promutur tal kawza tal kanonizzazzjoni tiegħu Mons Slawomir Oder Meta kien qed jindirizza lill ġurnalisti fit tnedija tal ktieb WHY HE S A SAINT THE REAL JOHN PAUL II ACCORDING TO THE POSTULATOR OF HIS BEATIFICATION CAUSE Mons Oder qal li l Papa Ġwanni Pawlu II kien juza l mortifikazzjoni fuqu nnifsu fost affarijiet oħra biex jimxi iktar il quddiem fil ħajja tal perfezzjoni Il Kult Marjan L unika ħaġa li l Papa zied meta daħal fl appartament tiegħu fil Vatikan kienet xbieha tal Madonna s Sewda ta Ċestekova Il Papa jgħid hekk Il Verġni ta Jasna Gora ilha mijiet ta snin meqjuma bħala s Sultana tal Polonja Dan hu s Santwarju tan nazzjon kollu kemm hu Mis Sidt u s Sultana tagħha il Polonja tul mijiet ta snin fittxet u għadha tfittex għajnuna u qawwa għal twelid spiritwali ġdid Il motto li kien għazel meta sar isqof kien Totus Tuus Kollni tiegħek indirizzat lil Marija Devot kbir tal Madonna il Papa ddedika l 1987 bħala s sena Marjana bi thejjija għall millenju l ġdid bħalma Marija hejjiet għal ġesu f ġufha hekk issa tistenna magħna l elfejn anniversarju tat twelid ta binha Fl istess sena ħareġ l enċiklika sabiħa tiegħu Redemptoris Mater Omm il Feddej 1987 Il Ġlieda kontra l KomunizmuGħalkemm il Papa Ġwanni Pawlu II baqa msemmi fl istorja bħala wieħed minn dawk li għen biex jispiċċa l Komunizmu fl Ewropa tal Lvant hu jgħid Ma kontx jien li għamilt dan Is siġra kienet diġa mħassra Jiena tajt skoss tajjeb u t tuffieħ imħassar waqa kien mexxej ta Solidarnosc Solidarjeta għaqda Pollakka tal ħaddiema li sfidat ir reġim Komunista tal Polonja Mill bidu nett tal ġlieda tiegħu Walesa kellu l appoġġ sħiħ tal Papa li ltaqa miegħu kemm il darba kemm f Ruma kif ukoll fil Polonja Meta mar Ruma f Jannar 1981 Walesa qal L iben ġie jara lil missieru F Mejju seħħ l attentat fuq il Papa F Diċembru r reġim Pollakk daħħal il liġi marzjali għax kien qed jibza minn gwerra ċivili Walesa ntefa l ħabs fejn dam kwazi sena Wara 8 snin Walesa rnexxielu jġib elezzjonijiet demokratiċi li waqqgħu l gvern Komunista u ħolqu demokrazija Pollakka ġdida fl 1989 Fl 1 ta Diċembru 1989 fil Vatikan seħħet il laqgħa storika bejn Mikhail Gorbachev il mexxej tal Unjoni Sovjetika u l Papa Laqgħa mhejjija mill Providenza li temmet sebgħin sena ta nuqqas ta fiduċja bejn il Knisja u l eqdem stat ateu fid dinja Gorbachev wiegħed li jdaħħal liġijiet dwar il liberta sħiħa reliġjuza liċ ċittadini Sovjetiċi wegħda li saret realta f inqas minn sena Il Papa bierek ir riformi li kien qed iwettaq Gorbachev f pajjizu Jumejn wara saret f Malta l laqgħa storika bejn Gorbachev u il President Amerikan Izda iktar ma għadda zmien Gorbachev ikter beda jitlef il popolarita tiegħu u Boris Yeltsin beda jsib appoġġ ikbar Dan kompla kiber f Awissu 1991 meta sar kolp ta stat kontra Gorbachev li ġie fi tmiemu bis saħħa ta Yeltsin Waqt li Gorbachev kien arrestat il Papa appella għall ħelsien tiegħu F Diċembru l Unjoni Sovjetika spiċċat Gorbachev irrizenja u Yeltsin sar President Fl ewwel tas sena 1996 Yeltsin u l Papa bagħtu messaġġi ta awguri lil xulxin fejn assiguraw lil xulxin li kienu rkupraw wara li matul dik is sena it tnejn li huma kellhom interventi mediċi Kontra l GwerraNhar it 2 t Awissu 1990 l Iraq okkupa l Kuwajt pajjiz zgħir izda sinjur għax produttur taz zejt Il Papa mill ewwel ikkundanna din l okkupazzjoni għax kull nazzjon għandu d dritt għall ezistenza ħielsa tiegħu Izda meta l Amerika flimkien ma pajjizi bdew jippreparaw għal gwerra kontra l Iraq il Papa tkellem ċar u tond kontra l gwerra għax Alla jikkundanna l gwerra li hi mewt u vjolenza Il Papa ħass id dulur ta dawk kollha li sofrew matul il gwerra li seħħet f Jannar 1991 in nies tal Kuwajt is suldati joqtlu lil xulxin il vittmi innoċenti tal eħrex bumbardamenti li qatt rat l istorja tal bniedem Wara din il gwerra l ġnus Magħquda mponiet embargo fuq l Iraq Il Papa kkundanna dan l embargo li fih il poplu Iraqi safa nieqes mill iktar ħwejjeġ essenzjali bħal ikel u mediċini Id Dinjita tal BniedemWara l waqgħa tal Komunizmu il Papa nsista li jridu jsiru sforzi ġodda biex jiġu mgħejjuna l foqra Il flus li jintefqu għall armamenti ikun aħjar jekk jintefqu fi zvilupp u għajnuna lill pajjizi foqra Il waqgħa tal ħitan li kienu jifirdu l Lvant mill Punent ħarġu fil beraħ il ħitan tal faqar vjolenza u inġustizzja politika li għadhom jifirdu parti kbira mill umanita Fil bosta vjaġġi li għamel f pajjizi foqra fl Afrika fl Amerika Latina u fl inħawi l iktar izolati tad dinja dejjem saħaq li l bniedem għandu jiġi rrispettat fid dinjita kollha tiegħu Il faqar fil forom kollha tiegħu imur kontra d dinjita tal bniedem Il Knisja tkompli tgħolli l vuċi tagħha tikkundanna l inġustizzji il ħruxija kontra l aktar fqar u sempliċi mhux f isem xi ideoloġija hi liema hi imma f isem Kristu l Evanġelju Tiegħu il messaġġ tiegħu ta mħabba u pai ta ġustizzja verita u liberta Il LhudIl Papa minn dejjem ħass il bzonn li jkun djalogu bejn il Lhud u l Insara Fit 13 t April 1986 għamel l ewwel zjara li qatt għamel Papa f sinagoga wara San Pietru Huwa zar is sinagoga ta Ruma komunita eqdem mill eqdem knisja Nisranija f Ruma Meta u San Pawl waslu Ruma sabu li hemm hekk diġa kien hemm komunita Lhudija Waqt li kien qed jitkellem fis sinagoga il Papa li sejjaħ lill Lhud ħutna l kbar kien kwazi se jibki Meta kien zgħir il Papa tilef bosta ħbieb Lhud Pollakki li ttieħdu fil kampijiet ta Auschwitz Darba meta kien zgħir kien mar f sinagoga fir raħal tiegħu ma missieru biex jisma kantur magħruf Issa kien bilqiegħda jisma kor ikanta Ani Maamin Jiena nemmen li kienet titkanta mil Lhud ikkundannati fil kampijiet Nazisti fi triqthom lejn il kmamar tal gass Il Papa kkundanna kemm il darba l anti semitizmu u talab maħfra għal dawk il membri tal Knisja li matul l istorja baqgħu passivi quddiem ġrajjiet li ħallew miljuni ta Lhud mejta EkumenizmuL għada li ġie elett Papa Ġwanni Pawlu kkometta ruħu kollu kemm hu għall għaqda tal Insara Huwa wera t tama tiegħu li bi sforzi komuni nistgħu naslu għal għaqda sħiħa Waħda mill ewwel zjarat tiegħu kienet fit Turkija fl 1979 meta għall ewwel darba Papa qaddes mal Patrijarka ta Kostantinopli il mexxej tal Knejjes Ortodossi Ix xewqa tal Papa għadha tidher il bogħod għax id differenzi f ċerti kazi kibru flok naqsu bħall ordinazzjoni tal qassisin nisa fil Knejjes Protestanti Fl enċiklika tiegħu Ut Unum Sint Li Jkunu ħaġa Waħda 1995 il Papa jitkellem dwar il kwistjonijiet li għadhom jifirdu l knejjes Insara bħall Ewkaristija l irwol tal Verġni Marija u r relazzjoni bejn l Iskrittura u t tradizzjoni Fl istampa jidher l Arċisqof ta Canterbury Robert Runcie mexxej tal Knisja Anglikana li bejn l 1980 u l 1989 iltaqa mal Papa ħames darbiet u saru ħbieb kbar Vjaġġi PapaliZgur li dan il Papa ma setax jissejjaħ priġunier tal Vatikan Ma kienx l ewwel Papa li ħareġ mill Vatikan Izda zgur kien l aktar Papa li vjaġġa iktar minn tmenin vjaġġ Jagħmel dan għax Il missjoni ta Pietru hija li nkun pastoralment responsabbli tal Knisja kollha u Nimxi t toroq tad dinja kollha biex insir naf il bzonnijiet tal bnedmin X jistenna l Papa mill vjaġġi Il Papa jgħid li l iktar importanti fil ministeru tiegħu huwa li niftaħ it triq għall Ispirtu s Santu Malta Fl 1990 F Mejju 1990 il Papa għamel zjara ta tlett ijiem f Malta Il Papa baqa impressjonat b din iz zjara Meta wasal lura fil Vatikan il Papa qal li fil kuntatt dirett li kellu mal poplu Malti seta jara kemm il Maltin huma nies kburin u nobbli Qal li l laqgħa kordjali li rċieva f Malta għadha ħajja f qalbu Il Papa qal li minkejja ċ ċokon tagħha Malta għandha importanza kbira internazzjonali waqt li fakkar li għandha vokazzjoni speċjali biex tagħmilha ta medjatriċi bejn il popli li jgħixu fuq ix xtut tal Mediterran Il Papa awgura li Malta ma twarrab qatt il wirt prezzjuz tal valuri miġbura mill ġenerazzjonijiet l imgħoddija Folol enormi ta Maltin u Għawdxin kienu tawh merħba mimlija entuzjazmu matul il Konċelebrazzjoni Solenni li saret fuq il Fosos tal Floriana Għal dan l avveniment kienu attendew aktar minn 120 000 ruħ u ħadu sehem izjed minn 800 saċerdot Is sostitut segretarju tal Istat tal Vatikan Mons Giovanni Battista kien qal li l akkoljenza li l Papa ngħata f Malta ftit li xejn rajt bħalha Tmien snin wara meta kien qed jitkellem man Nunzju għal Malta Mons Jose Sebastian Laboa huwa qallu li għandu impressjoni straordinarja dwar Malta u li għalih mill pajjizi kollha li zar fil Mediterran Malta kienet qisha ħolma Fl 1 ta Settembru 1990 il Papa għamel waqfa ta siegha u ftit minuti f Malta sakemm l ajruplan li kien fuqu fi triqtu lejn it Tanzanija ngħata l fuel Bosta nies kienu nġabru fil gallarija tal ajruport filwaqt li d diversi ħaddiema tal Air Malta inġabru madwar l ajruplan tal Papa Dakinhar il Papa ma nizilx l art izda ħareġ biss mill ajruplan sellem u bierek lill poplu Malti Huwa reġa zar Malta f Mejju 2001 biex ibbeatifika l ewwel tliet beati Maltin Dun Ġorġ Preca u Mard u MewtFl aħħar tlettax il sena ta ħajtu Karol Woutyla li meta sar Papa fl 1978 kien bniedem sportiv u enerġetiku kellu jċedi għat tbatijiet tal marda Minkejja t tbatijiet imqanqla minn din il marda huwa kompla bil vjaġġi tieghu Kemm il darba alluda għat tbatijiet tiegħu fil metafora Kristjana tas salib Xbieha li kompliet toħroġ tul l aħħar jiem Il mewt ta Ġwanni Pawlu II tħabbret fid 9 37pm tas Sibt 2 ta April 2005 wara li fil bulettin mediku tas 7 00 pm il kundizzjoni ta saħħtu kienet deskritta bħala li qalbet għall agħar Zdiedlu id deni u l perjodi li fihom ma jkunx konxju komplew isiru aktar spissi Sorsi kkwotati minn mezzi tax xandir Taljani qalu li l Papa qabad it triq tal mewt Diġa qiegħed imiss lill Kristu L aħbar tal mewt kienet ikkonfermata mill Vatikan madwar l 9 50pm Sa mill Ġimgħa l 1 ta April madwar 70 000 ruħ kienu nġabru fi Pjazza San Pietru f Ruma biex jitolbu ikantaw u jimmeditaw l aħħar sigħat ta Ġwanni Pawlu II Fid dinja kollha sar talb fil knejjes anke fiċ Ċina fejn il gvern ma jagħrafx l awtorita tal Vatikan fuq il qassisin tal pajjiz Sar talb għall Papa kemm f komunitajiet Ortodossi kif ukoll dawk Izlamiċi F Kuba il Prelat tal pajjiz tħalla iwassal il kundizzjoni tal Papa lill poplu minn fuq ir radju f konċessjoni unika mogħtija mill gvern Komunista F messagg li għadda lill ġurnalisti il portavuċi Navarro Valls qal li l Papa ipprova jitkellem meta kien mgħarraf bin numru ta nies li kien hemm jitlobu għalih fi pjazza San Pietru Skond Navarro Valls il Papa tenna l kliem Jiena ġejt għandkom u issa ġejtu intom għandi Grazzi Reazzjonijiet għall aħbar ta mewtu Waqt konferenza stampa li saret fil White House il President Amerikan George W Bush qal li l Knisja Kattolika tilfet lir ragħaj tagħha Id dinja tilfet paladin tal ħelsien tal bniedem nirringrazzjaw lil Alla li bagħat persuna bħalu eroj ta zminijietna Bħala sinjal ta rispett Bush ordna li l bnadar Amerikani kollha jittajru mezz asta is Segretarju Ġenerali tal Ġnus Magħquda qal li l Papa kien imħasseb ħafna dwar id dinja li ngħixu fiha u bħali kien jemmen li fil gwerer kulħadd hu tellief Lech Walesa li mexxa l moviment Solidarjeta fi zmien meta l Polonja kienet qiegħda tiġġieled biex tneħħi r reġim Komunista qal li mingħajru ma kienx ikun hemm tmiem il Komunizmu jew inkella kieku seħħ iktar tard it tmiem kien ikun wieħed imdemmi Mikhail Gorbachev eks mexxej tal Unjoni Sovjetika qal li bħala bniedem kien in numru wieħed Ma kien hemm l ebda konflitt li ħarab mill attenzjoni tiegħu Il President Russu Vladimir Putin qal li l umanita se tibqa tgħozz il wirt storiku u politiku li ħalla l Papa Gwanni Pawlu II Il President Palestinjan iddeskriva lill Papa bħala figura reliġjuza kbira li ddedika ħajtu kollha biex jiddefendi l valuri tal paċi ħelsien ġustizzja u ugwaljanza għar razez u r reliġjonijiet kollha kif ukoll id dritt tal poplu Palestinjan li jkollu l istat indipendenti tiegħu Ir Rabbi Marvin Hier il fundatur taċ Ċentru Simon Wiesenthal f Los Angeles qal li l ebda Papa m għamel daqshekk ġdid mal Lhud daqs Ġwanni Pawlu II Dwar iz zjara tal Papa Ġwanni Pawlu II fl Art Imqaddsa f Marzu tas sena 2000 il mexxej tal Knisja Kattolika talab quddiem il ħajt tal Punent ta Ġerusalemm u talab maħfra ghad dnubiet tal Kattoliċi kontra l Lhud Il Prim Ministru Izraelit Ariel Sharon qal li Ġwanni Pawlu II kien ħabib tal poplu Lhudi u li d dinja tilfet wieħed mill aqwa mexxejja ta din il ġenerazzjoni Anki jekk il Papa Ġwanni Pawlu II ma rnexxielux jirranġa l qasma bejn il Knisja Kattolika u dik Ortodossa Russa il Patrijarka Alexiy ammetta li l personalita u x xogħol u l ideat tiegħu ħallew impatt kbir fuq l istorja tad dinja L awtoritajiet Kubani ħallew lill poplu juri s sogħba tiegħu għall mewt tal Papa Ġwanni Pawlu II fil waqt li ċ Ċina esprimiet il kondoljanzi tagħha għall mewt tal mexxej tal Knisja Kattolika Il Kattoliċi Afrikani wkoll urew is sogħba tagħhom għall mewt ta Papa li t tagħlim tiegħu dejjem intlaqa pozittivament minnhom Eluf ta Insara Niġerjani bkew waqt quddiesa li saret f Onitsha fin Niġerja Mary Jovita Ezeani soru ma l ordni tal Qalb Imqaddsa ta Marija qalet li huma qegħdin jibku t telfa tal Papa minhabba li Ġwanni Pawlu II s issa kien l uniku mexxej tal Knisja Kattolika li qatt zar ir reġjun ta Onitsha iċ ċentru tal komunita Nisranija Niġerjana Il Prim Ministru Ingliz qal li anki jekk ma jkollokx fidi reliġjuza kulħadd seta jinnota li Ġwanni Pawlu II kien bniedem b fidi spiritwali vera u profonda ħafna Id il mexxej spiritwali tal Buddisti fit qal li hu kellu l istess valuri tal Papa il battaja kontra r reġimi Komunisti armonija bejn ir reliġjonijiet u tħassib dwar il fatt li l valuri materjali kienu qegħdin jitpoġġew qabel dawk spiritwali Il President tal Kummissjoni Ewropea qal li l Papa Ġwanni Pawlu II se jibqa magħruf bħala bniedem li ħadem biex jerġa jġib l għaqda fl Ewropa u biex jinfirxu madwar l istess kontinent il ħelsien u d demokrazija L Ewropej m huma se jinsew qatt il ħidma tiegħu favur il paċi u d dinjita umana hu stqarr f messaġġ li ħareġ bħala tislima għall mewt tal Mexxej tal Knisja Kattolika Minbarra l kondoljanzi lill Vatikan u lill Knisja Kattolika Barroso bagħat messaġġ ta solidarjeta lill pajjiz li minnu ġej il Papa il Polonja BeatifikazzjoniL investigazzjoni djoċesana tal kawza ta beatifikazzjoni bdiet f Ġunju 2005 u ntemmet f April 2007 F Diċembru 2009 Benedittu XVI awtorizza l promulgazzjoni tad digriet tal virtujiet erojċi tal predeċessur tiegħu Il Kongregazzjoni eventwalment ezaminat il kaz ta fejqan mirakoluz bl interċessjoni ta dan il Papa kaz ta li fieqet mill marda tal Parkinson s l istess marda li kien ibati minnha l istess Papa Pollakk Ir rapporti tal periti legali u mediċi dwar dan il fejqan ġew sottomessi lill Kongregazzjoni għall investigazzjoni xjentifika tagħha fil 21 ta Ottubru 2010 Eventwalment fl 14 ta Diċembru daħlu jistudjaw il kaz il konsulturi teoloġiċi Nhar it Tlieta 11 ta Jannar 2011 unanimament il Kongregazzjoni qablet li l fejqan ta Swor Marie Simon Pierre inkiseb minn Alla b mod mhux xjentifikament possibbli wara l interċessjoni tal Papa Ġwanni Pawlu II li b tama kien invokat mill istess Swor Simon u bosta fidili oħra Ġwanni Pawlu II kien ibbeatifikat fl 1 ta Mejju 2011 Ħadd fuq l Għid il Kbir jum li fih titfakkar il festa tal Kien Ġwanni Pawlu II innifsu li istitwixxa din il festa Huwa kien miet fil vġili tal istess festa fl 2005 Il komunikat maħruġ mill Vatikan fakkar li l kawza ta beatifikazzjoni ta Ġwanni Pawlu II bbenefikat minn dispensa pontifiċja li ppermettiet li l kawza tibda qabel il perijodu ta ħames snin mill mewt tal individwu li statutorjament huma neċessarji Fl istess ħin saħaq l istess komunikat in normi kanoniċi dwar il kawza ta beatifikazzjoni u kanonizzazzjoni kienu osservati b mod rigoruz Madwar miljun pellegrin ħonqu Pjazza San Pietru u t toroq tal madwar hekk kif il Papa Benedittu XVI ibbeatifika lill predeċessur tiegħu Ġwannu Pawlu II Il ġisem ta Ġwanni Pawlu II ittieħed mill kripta għall Bazilika ta San Pietru proprja fejn skont it tradizzjoni jitpoġġew l iġsma tal papiet beatifikati traspozizzjoni li saret mingħajr ezumazzjoni jiġifieri l ġisem tal papa Pollakk ma kienx jidher Minflok il qabar kien magħluq b irħama sempliċi bil kitba Beatus Ioannes Paulus II Il ġisem ta Ġwanni Pawlu II tqiegħed fil kappella ta San Sebastjan li tinsab bejn il kappella tal Pieta u dik tas Sagrament Imqaddes Din kienet l ewwel darba fl aħħar elf sena li Papa iddikjara beatu lill predeċessur tiegħu Għal din iċ ċerimonja kien hemm 90 delegazzjoni uffiċjali minn diversi pajjizi fosthom membri ta ħames familji Rjali Ewropej u sittax il Kap ta stat fosthom il mexxej kontroversjali taz Zimbabwe Fl omelija tiegħu il Papa Benedittu semma s sofferenza u l fidi qawwija u ġeneruza li dejjem wera Ġwanni Pawlu II saħħa ta ġgant li kienet ġejja minn Alla sabiex biddel soċjeta kulturi kif ukoll sistemi politiċi u ekonomiċi Semma kif sitt snin ilu malli tħabbret il mewt tiegħu diġa kienu bdew is sejħiet għall beatifikazzjoni tal Papa Ġwanni Pawlu t Tieni u qal li dan il jum fl aħħar wasal Semma lill Verġni Marija li Ġwanni Pawlu dejjem afda lilu nnifsu għal kollox f idejha u din kienet raġuni oħra għaliex intgħazel l ewwel Ħadd tax xahar Marjan barra għax il Ħadd tal Ħniena Divina KanonizzazzjoniIl miraklu li wassal għall kanonizzazzjoni kien dak ta Floribeth Mora mara mill Kosta Rika li fieqet minn anewrizma ċelebrali bl interċessjoni ta Ġwanni Pawlu II ftit wara l beatifikazzjoni tieħu Dan kien approvat fit 2 ta Lulju 2013 u kkonfermat minn Papa Franġisku jumejn wara Il Kanonizzazzjoni tiegħu flimkien ma dik ta Papa Ġwanni XXIII saret il Ħadd 27 ta April 2014 dakinhar ukoll Festa tal Ħniena Divina fi Pjazza San Pietru Ħoloq EsterniL ewwel diskors tiegħu bħala Papa Aprite le porte a Cristo L Ewwel Zjara tal Papa f Malta f Mejju 1990 It Tieni Zjara tal Papa f Malta f Mejju 2001 L Aħbar ta mewtu 2 ta April 2005 Dokumentarju mill aqwa tar RAI mis sensiela La Grande Storia fuq il ħajja tal Papa Ġwanni Pawlu II Third pilgrimage of John Paul II to Poland Institute of National Remembrance