Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

L Università ta Malta hi l ogħla istutuzzjoni edukattiva pubblika fir Repubblika ta Malta u għandha l kampus tagħha l Im

Università ta' Malta

  • Paġna Ewlenija
  • Università ta' Malta
Università ta' Malta
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

L-Università ta' Malta hi l-ogħla istutuzzjoni edukattiva pubblika fir-Repubblika ta' Malta u għandha l-kampus tagħha l-Imsida. Hi membru tal-Assoċjazzjoni tal-Universitajiet tal-Commonwealth.

Università ta' Malta

Daħla prinċipali għall-Università
Motto Ut Fructificemus Deo
Tip Pubbliku
Stabbilit 12 ta' Novembru 1592 (1592-11-12) (432 sena)
Fundatur Manuel Pinto da Fonseca
Kanċillier David Attard
Rettur
Staff akkadiku 961 (2016)
Persunal amministrattiv 930 (2016)
Studenti ~11,500 (2023)
Post , Imsida ( Malta)
Websajt https://www.um.edu.mt

Stemma ta' l-Università ta' Malta

Storja

L-Università ta' Malta taf il-bidu tagħha lill-Collegium Melitense li twaqqaf b'intervenzjoni diretta mill-Papa fit-12 ta' Novembru 1592, Dan il-kulleġġ kien immexxi mill- fuq l-istess linji tal-kulleġġi li kellhom f'pajjiżi oħra magħrufin bħala Collegia Externorum, għall-edukazzjoni ta' dawk li ma kinux se jsiru Ġiżwiti. Bis-saħħa ta' bolla tal- tad-29 ta' Awwissu 1561, li iktar tard ġiet ikkonfermata b'bolla oħra ta' fid-9 ta' Mejju 1578, il-Ġiżwiti ngħataw l-awtorità li jikkonferixxu l-lawrji ta' Magister Philosophiae u Doctor Divinitatis. Però l-att li waqqaf il-kulleġġ speċifika li barra l-Filosofija u t-Teoloġija għandhom jiġu mgħallma wkoll suġġetti oħra bħall-Grammatika u l-istudji Umanistiċi. Il-Kulleġġ fetaħ fit-8 ta' Marzu 1593 f'dar fil-belt Valletta li kienet isservi ta' skola u reżidenza għal disa' Ġiwiti. Il-bini tal-"Collegium Melitense" beda fl-1595. Fi żmien sentejn il-Ġiżwiti kienu diġà marru f'dal-bini ġdid.

Wara li ntemmet il-pesta tal-1675, il-Gran Mastru Nicolas Cotoner ħatar lil Fra Dr Giuseppe Zammit bħala lettore fl-Anatomija u l-Kirurġija fis-Sacra Infermeria fid-19 ta' Ottobru 1676. Dan it-tentattiv biex jiġi formalizzat it-tagħlim tal-mediċina fl-isptar tal-Ordni, ħafna jqisuh bħala l-bidu tal-iskola medika. Zammit waqqaf l-ewwel bibljoteka medika fil-gżejjer kif ukoll ġnien ta' ħxejjex mediċinali fil-foss tal-.

Fl-1768 il-Gran Mastru Manuel Pinto da Fonseca keċċa l- minn Malta kif kien sar fir-, fi Franza, fl-Imperu Spanjol u f'. Wara t-tkeċċija tal-Ordni tal-Ġiżwiti, Pinto approprija d-dħul kollu mill-proprjetà tagħha fil-gżejjer bl-għan li jwaqqaf Pubblica Università di Studi Generali. Pinto ffirma d-digriet li waqqaf l-Università fit-22 ta' Novembru 1769 wara li kien awtorizzat li jagħmel hekk bil-, Sedula Romani Pontifici, li rċieva fl-20 ta' Ottubru 1769. L-universitá baqgħet tuża l-bini tal-kulleġġ tal-Ġiżwiti fi Triq San Pawl fil-belt Valletta. Fil-25 ta' Mejju 1771, twaqqaf Collegio Medico bħala wieħed mill-fakultajiet tal-Università. Meta twaqqfet l-università, il-Principe dell’Accademia dei Medici kien il-kirurgu li kellu wkoll il-katedra tal-Anatomija u Kirurġija flimkien fl-iskola medika, waqt li l-Professur tal-Mediċina kien Giorgio Locano.

L-ewwel rettur tal-università kien Dun Roberto Costaguti membru tal-Ordni tas-Serviti li fis-snin ta' qabel kien għamel fama bħala predikatur. Inġabu għadd ta' professuri barranin biex jgħinu fit-twaqqif tal-università u dawn ħadu l-ħatra tagħhom f'Ġunju tal-1771. Kienu joqogħdu kollha flimkien fil-kulleġġ tal-Ġiżwiti. Jidher li l-fakultà tal-mediċina biss kellha l-għalliema kollha minn Malta u din saret tradizzjoni li baqgħet tinżamm.

Ftit wara l-mewt ta' Pinto, is-suċċessur tiegħu il-Gran Mastru naqqas in-numru ta' katedri u keċċa l-għalliema barranin kollha bħala miżura ekonomika. Napuljun abolixxieha ħamest ijiem wara l-wasla tiegħu fit-18 ta' Ġunju 1798 u matul l-okkupazzjoni Franċiża l-unversità saret istituzzjoni tal-edukazzjoni fuq mudell repubblikan. Meta Malta saret protettorat Brittaniku fl-1800 Sir Alexander Ball reġa’ waqqaf l-Università u ħatar lill-Kanonku Francesco Saverio Caruana bħala Rettur fit-28 ta’ Ottubru 1800, bħala rikonoxximent tas-servizz li kien ta fil-qawmien kontra l-Franċiżi.

L-ewwel Rettur maħtur mill-Gvernatur Sir Thomas Maitland fil-bidu tal-ħakma Brittanika kien il-patri Dumnikan Gerolamo Inglott, Professur tal-Filosofija. Matul il-perjodu Ingliż, l-Università għaddiet minn sensiela ta’ bidliet fl-istatuti u r-regolamenti tagħha sabiex tiġi timxi bħall-universitajiet fir-Renju Unit. L-istemma attwali u l-motto 'Ut Fructificemus Deo' kienu proposti fl-1 ta’ Marzu 1923 mir-Rettur, il-Professur Sir Temistokle Zammit. Bejn l-1937 u meta Malta saret Repubblika fl-1974 l-Università kisbet id-dritt li tuża l-kelma 'Rjali' fit-titlu tagħha.

Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, issaħħu l-Librerija u l-istrutturi ta’ appoġġ. Fl-1959 infetħu l-Evans Laboratories biex jospitaw il-Fakultà tax-Xjenza ħdejn l-isptar il-qadim tal-Kavallieri fil-Belt Valletta, u fl-1968 infetaħ il-bini ta’ Skola Medika ġdida ħdejn l-Isptar San Luqa fi Gwardamanġa. Fl-istess żmien ġie inawgurat il-Kampus il-ġdid fl-Imsida.

Il-Fakultà tal-Inġinerija Mekkanika u Elettrika (illum il-Fakultà tal-Inġinerija) u l-Fakultà tal-Edukazzjoni ngħaqdu mal-Università meta dak li kien il-Polytechnic (magħruf ukoll bħala l-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija) ġie inkorporat magħha.

L-Università llum

L-istruttura attwali tal-Università twaqqfet permezz tal-Att dwar l-Edukazzjoni ta’ l-1988.

Bħalissa studenti hemm madwar 11,000, fosthom madwar 600 barranin/fuq skambju, u qed jattendu korsijiet full-time jew part-time għal Grad jew għal diploma, li ħafna minnhom jimxu bis-sistema tal-moduli jew kredti. Il-korsijiet li jwasslu għal Grad huma mfassla b’mod li jipproduċu professjonisti kkwalifikati ħafna, b’esperjenza fir-riċerka, li ’l quddiem jokkupaw karigi ewlenin fl-industrija, fil-kummerċ u fis-settur pubbliku in ġenerali. L-Università llum għandha erbatax-il fakultà u numru ta’ ċentri u istituti interdixxiplinarji.

  • Il-kampus illum
  • Campus Hub
  • Il-librerija

Fakultajiet

  • Fakultà tal-Arti
  • Fakultà tal-Ambjent mibni
  • Fakultà tad-Dentistrija
  • Fakultà tal-Ekonomija, Management u Accountancy
  • Fakultà tal-Edukazzjoni
  • Fakultà tal-Inġinerija
  • Fakultà tal-Liġi
  • Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija
  • Fakultà tax-Xjenzi tas-saħħa
  • Fakultà tax-Xjenza
  • Fakultà tat-Teoloġija
  • Facoltà tat-Teknoloġija tal-Informatika u l-Komunikazzjoni
  • Fakultà tal-Midja u tax-xjenzi tal-Għerf

Xi lawrjati magħrufin

  • (laurea ad honorem)
  • Ġorġ Borg Olivier, politiku
  • Dom Mintoff, perit u politiku
  • Edward de Bono, psikologu
  • Katrine Camilleri, avvocato
  • Eddie Fenech Adami, imħallef u politiku
  • Karmenu Mifsud Bonnici, imħallef u politiku
  • , saċerdot u
  • Guido de Marco, politiku
  • Lawrence Gonzi, politiku
  • George Abela, politiku u president ta' Malta
  • Alfred Sant, politiku
  • Keith Azzopardi, diplomatiku

Retturi tal-Università

Retturi Dati Osservazzjonijiet
Roberto Ranieri Costaguti 1771 - 1773
Francesco Bonnici 1773 - 1776 Prefett tal-istudji
Domenico A. Malarbi 1776 - 1780
Giuseppe Angelo Moncada 1780 - 1786
Prospero Xuereb 1787 - 1788
Maturino Francesco de Muller 1790 - 1797
Giovanni Villet Bellet 1798
--- --- Okkupazzjoni Franċiża
Francesco Saverio Caruana 1800 - 1822
Girolamo Saverio Inglott 1822 - 1833
Emmanuele Rossignaud 1834 - 1841
Thaddeus O'Malley 1841 - 1842
Pietro Paolo Psaila 1842 - 1843 Rettur proviżorju
William Henry Butt 1844 - 1854
Saverio Schembri 1854 - 1880
Sigismondo Savona 1880 - 1887
Antonio Annetto Caruana 1887 - 1896
Napoleone Tagliaferro 1897 - 1904
Eduardo Magro 1904 - 1920
Temistokle Zammit 1920 - 1926
Thomas Agius 1926 - 1934
Robert Victor Galea 1934 - 1948
Joseph Albert Manché 1948 - 1963
Edwin J. Borg Costanzi 1963 - 1980
Donald H. Walwyn-James 1980 - 1982
George P. Xuereb 1982 - 1987
Peter Serracino Inglott 1987 - 1988
Edwin J. Borg Costanzi 1988 - 1991
Peter Serracino Inglott 1991 - 1996
Roger Ellul-Micallef 1996 - 2006
Juanito Camilleri 2006 - 2016
Alfred J. Vella 2016 - Rettur attwali

Referenzi

  1. ^ University of Malta

Ħoloq esterni

Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Università ta' Malta (University of Malta)
  • Sit uffiċjali tal-Università ta' Malta

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 09 Ġun, 2025 / 19:40

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Università ta' Malta, X'inhi Università ta' Malta? Xi tfisser Università ta' Malta?

L Universita ta Malta hi l ogħla istutuzzjoni edukattiva pubblika fir Repubblika ta Malta u għandha l kampus tagħha l Imsida Hi membru tal Assoċjazzjoni tal Universitajiet tal Commonwealth Universita ta Malta Daħla prinċipali għall Universita Motto Ut Fructificemus Deo Tip Pubbliku Stabbilit 12 ta Novembru 1592 1592 11 12 432 sena Fundatur Manuel Pinto da Fonseca Kanċillier David Attard Rettur Staff akkadiku 961 2016 Persunal amministrattiv 930 2016 Studenti 11 500 2023 Post Imsida Malta Websajt https www um edu mt Stemma ta l Universita ta MaltaStorjaL Universita ta Malta taf il bidu tagħha lill Collegium Melitense li twaqqaf b intervenzjoni diretta mill Papa fit 12 ta Novembru 1592 Dan il kulleġġ kien immexxi mill fuq l istess linji tal kulleġġi li kellhom f pajjizi oħra magħrufin bħala Collegia Externorum għall edukazzjoni ta dawk li ma kinux se jsiru Ġizwiti Bis saħħa ta bolla tal tad 29 ta Awwissu 1561 li iktar tard ġiet ikkonfermata b bolla oħra ta fid 9 ta Mejju 1578 il Ġizwiti ngħataw l awtorita li jikkonferixxu l lawrji ta Magister Philosophiae u Doctor Divinitatis Pero l att li waqqaf il kulleġġ speċifika li barra l Filosofija u t Teoloġija għandhom jiġu mgħallma wkoll suġġetti oħra bħall Grammatika u l istudji Umanistiċi Il Kulleġġ fetaħ fit 8 ta Marzu 1593 f dar fil belt Valletta li kienet isservi ta skola u rezidenza għal disa Ġiwiti Il bini tal Collegium Melitense beda fl 1595 Fi zmien sentejn il Ġizwiti kienu diġa marru f dal bini ġdid Wara li ntemmet il pesta tal 1675 il Gran Mastru Nicolas Cotoner ħatar lil Fra Dr Giuseppe Zammit bħala lettore fl Anatomija u l Kirurġija fis Sacra Infermeria fid 19 ta Ottobru 1676 Dan it tentattiv biex jiġi formalizzat it tagħlim tal mediċina fl isptar tal Ordni ħafna jqisuh bħala l bidu tal iskola medika Zammit waqqaf l ewwel bibljoteka medika fil gzejjer kif ukoll ġnien ta ħxejjex mediċinali fil foss tal Fl 1768 il Gran Mastru Manuel Pinto da Fonseca keċċa l minn Malta kif kien sar fir fi Franza fl Imperu Spanjol u f Wara t tkeċċija tal Ordni tal Ġizwiti Pinto approprija d dħul kollu mill proprjeta tagħha fil gzejjer bl għan li jwaqqaf Pubblica Universita di Studi Generali Pinto ffirma d digriet li waqqaf l Universita fit 22 ta Novembru 1769 wara li kien awtorizzat li jagħmel hekk bil Sedula Romani Pontifici li rċieva fl 20 ta Ottubru 1769 L universita baqgħet tuza l bini tal kulleġġ tal Ġizwiti fi Triq San Pawl fil belt Valletta Fil 25 ta Mejju 1771 twaqqaf Collegio Medico bħala wieħed mill fakultajiet tal Universita Meta twaqqfet l universita il Principe dell Accademia dei Medici kien il kirurgu li kellu wkoll il katedra tal Anatomija u Kirurġija flimkien fl iskola medika waqt li l Professur tal Mediċina kien Giorgio Locano L ewwel rettur tal universita kien Dun Roberto Costaguti membru tal Ordni tas Serviti li fis snin ta qabel kien għamel fama bħala predikatur Inġabu għadd ta professuri barranin biex jgħinu fit twaqqif tal universita u dawn ħadu l ħatra tagħhom f Ġunju tal 1771 Kienu joqogħdu kollha flimkien fil kulleġġ tal Ġizwiti Jidher li l fakulta tal mediċina biss kellha l għalliema kollha minn Malta u din saret tradizzjoni li baqgħet tinzamm Ftit wara l mewt ta Pinto is suċċessur tiegħu il Gran Mastru naqqas in numru ta katedri u keċċa l għalliema barranin kollha bħala mizura ekonomika Napuljun abolixxieha ħamest ijiem wara l wasla tiegħu fit 18 ta Ġunju 1798 u matul l okkupazzjoni Franċiza l unversita saret istituzzjoni tal edukazzjoni fuq mudell repubblikan Meta Malta saret protettorat Brittaniku fl 1800 Sir Alexander Ball reġa waqqaf l Universita u ħatar lill Kanonku Francesco Saverio Caruana bħala Rettur fit 28 ta Ottubru 1800 bħala rikonoxximent tas servizz li kien ta fil qawmien kontra l Franċizi L ewwel Rettur maħtur mill Gvernatur Sir Thomas Maitland fil bidu tal ħakma Brittanika kien il patri Dumnikan Gerolamo Inglott Professur tal Filosofija Matul il perjodu Ingliz l Universita għaddiet minn sensiela ta bidliet fl istatuti u r regolamenti tagħha sabiex tiġi timxi bħall universitajiet fir Renju Unit L istemma attwali u l motto Ut Fructificemus Deo kienu proposti fl 1 ta Marzu 1923 mir Rettur il Professur Sir Temistokle Zammit Bejn l 1937 u meta Malta saret Repubblika fl 1974 l Universita kisbet id dritt li tuza l kelma Rjali fit titlu tagħha Wara t Tieni Gwerra Dinjija issaħħu l Librerija u l istrutturi ta appoġġ Fl 1959 infetħu l Evans Laboratories biex jospitaw il Fakulta tax Xjenza ħdejn l isptar il qadim tal Kavallieri fil Belt Valletta u fl 1968 infetaħ il bini ta Skola Medika ġdida ħdejn l Isptar San Luqa fi Gwardamanġa Fl istess zmien ġie inawgurat il Kampus il ġdid fl Imsida Il Fakulta tal Inġinerija Mekkanika u Elettrika illum il Fakulta tal Inġinerija u l Fakulta tal Edukazzjoni ngħaqdu mal Universita meta dak li kien il Polytechnic magħruf ukoll bħala l Kulleġġ Malti għall Arti ix Xjenza u t Teknoloġija ġie inkorporat magħha L Universita llumL istruttura attwali tal Universita twaqqfet permezz tal Att dwar l Edukazzjoni ta l 1988 Bħalissa studenti hemm madwar 11 000 fosthom madwar 600 barranin fuq skambju u qed jattendu korsijiet full time jew part time għal Grad jew għal diploma li ħafna minnhom jimxu bis sistema tal moduli jew kredti Il korsijiet li jwasslu għal Grad huma mfassla b mod li jipproduċu professjonisti kkwalifikati ħafna b esperjenza fir riċerka li l quddiem jokkupaw karigi ewlenin fl industrija fil kummerċ u fis settur pubbliku in ġenerali L Universita llum għandha erbatax il fakulta u numru ta ċentri u istituti interdixxiplinarji Il kampus illum Campus Hub Il librerijaFakultajietFakulta tal Arti Fakulta tal Ambjent mibni Fakulta tad Dentistrija Fakulta tal Ekonomija Management u Accountancy Fakulta tal Edukazzjoni Fakulta tal Inġinerija Fakulta tal Liġi Fakulta tal Mediċina u l Kirurġija Fakulta tax Xjenzi tas saħħa Fakulta tax Xjenza Fakulta tat Teoloġija Facolta tat Teknoloġija tal Informatika u l Komunikazzjoni Fakulta tal Midja u tax xjenzi tal GħerfXi lawrjati magħrufin laurea ad honorem Ġorġ Borg Olivier politiku Dom Mintoff perit u politiku Edward de Bono psikologu Katrine Camilleri avvocato Eddie Fenech Adami imħallef u politiku Karmenu Mifsud Bonnici imħallef u politiku saċerdot u Guido de Marco politiku Lawrence Gonzi politiku George Abela politiku u president ta Malta Alfred Sant politiku Keith Azzopardi diplomatikuRetturi tal UniversitaRetturi Dati Osservazzjonijiet Roberto Ranieri Costaguti 1771 1773 Francesco Bonnici 1773 1776 Prefett tal istudji Domenico A Malarbi 1776 1780 Giuseppe Angelo Moncada 1780 1786 Prospero Xuereb 1787 1788 Maturino Francesco de Muller 1790 1797 Giovanni Villet Bellet 1798 Okkupazzjoni Franċiza Francesco Saverio Caruana 1800 1822 Girolamo Saverio Inglott 1822 1833 Emmanuele Rossignaud 1834 1841 Thaddeus O Malley 1841 1842 Pietro Paolo Psaila 1842 1843 Rettur provizorju William Henry Butt 1844 1854 Saverio Schembri 1854 1880 Sigismondo Savona 1880 1887 Antonio Annetto Caruana 1887 1896 Napoleone Tagliaferro 1897 1904 Eduardo Magro 1904 1920 Temistokle Zammit 1920 1926 Thomas Agius 1926 1934 Robert Victor Galea 1934 1948 Joseph Albert Manche 1948 1963 Edwin J Borg Costanzi 1963 1980 Donald H Walwyn James 1980 1982 George P Xuereb 1982 1987 Peter Serracino Inglott 1987 1988 Edwin J Borg Costanzi 1988 1991 Peter Serracino Inglott 1991 1996 Roger Ellul Micallef 1996 2006 Juanito Camilleri 2006 2016 Alfred J Vella 2016 Rettur attwaliReferenzi University of MaltaĦoloq esterniWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Universita ta Malta University of Malta Sit uffiċjali tal Universita ta Malta

L-aħħar artikli
  • Ġunju 14, 2025

    Rwanda

  • Ġunju 09, 2025

    Rużar Briffa

  • Ġunju 13, 2025

    Russja

  • Ġunju 13, 2025

    Rumanija

  • Ġunju 10, 2025

    Riħ solari

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq