Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Þingvellir bl ˈθiŋkˌvɛtlɪr spelluta wkoll b mod Angliċizzat bħala Thingvellir kien is sit tal Alþing il parlament annwal

Park Nazzjonali ta' Þingvellir

  • Paġna Ewlenija
  • Park Nazzjonali ta' Þingvellir
Park Nazzjonali ta' Þingvellir
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Þingvellir (bl-: [ˈθiŋkˌvɛtlɪr̥], spelluta wkoll b'mod Angliċizzat bħala Thingvellir) kien is-sit tal-Alþing, il-parlament annwali tal-Iżlanda mid-930 W.K. sal-aħħar sessjoni li sar f'Þingvellir fl-1798. Mill-1881, il-parlament ġie ttrasferit fi ħdan Alþingishúsið f'Reykjavík.

Þingvellir issa huwa magħruf bħala l-Park Nazzjonali ta' Þingvellir, u jinsab fil-muniċipalità ta' Bláskógabyggð fil-Lbiċ tal-Iżlanda, madwar 40 km (25 mil) fil-Grigal tal-belt kapitali tal-Iżlanda, Reykjavík. Þingvellir huwa sit ta' importanza storika, kulturali u ġeoloġika, u huwa waħda mill-iżjed destinazzjonijiet turistiċi popolari fl-Iżlanda. Il-park nazzjonali jinsab f'wied tettoniku li jimmarka l-quċċata tal-Katina tal-Atlantiku Nofsani u l-konfini bejn il-plakek tettoniċi tal-Amerka ta' Fuq u tal-. Lejn in-Nofsinhar tal-park hemm Þingvallavatn, l-ikbar lag naturali fl-Iżlanda.

Il-Park Nazzjonali ta' Þingvellir (bl-Iżlandiż: þjóðgarðurinn á Þingvöllum [ˈθjouðˌkarðʏrɪn au ˈθiŋkˌvœtlʏm]) ġie stabbilit fl-1930, fl-1,000 anniversarju tal-Althing. Il-park iktar 'il quddiem twessa' sabiex jiġu protetti l-fenomeni diversi u naturali fl-inħawi tal-madwar, u tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2004.

Toponimija

L-isem Þingvellir oriġina mit-terminu antik Þingvǫllr (pronunzja bin-Norveġiż antik: [ˈθiŋɡˌwɔlːz̠]), minn þing ("thing, assemblea") u vǫllr ("għalqa"), jiġifieri "għelieqi tal-assemblej". Is-sit kiseb ismu mill-Alþing (Althing), il-parlament nazzjonali tal-Iżlanda, li ġie stabbilit f'Þingvellir fid-930 u kellu seduti hemmhekk sal-1798. Thing kien forma ta' assemblea ta' governanza li kienet tinstab fis-soċjetajiet Ġermaniċi, u tradizzjoni li għadha teżisti f'xi forma jew oħra fit-Tramuntana tal-Ewropa.

Għalkemm l-isem Þingvellir huwa fil-plural, il-forma antika Þingvǫllr hija fis-singular, u ġieli għadek tisma' l-forma moderna fis-singular Þingvöllur.

Spiss l-isem jiġi Angliċizzat bħala Thingvellir, u xi kultant jiġi spellut ukoll bħala Tingvellir, Thingvalla jew Tingvalla b'lingwi oħra. Ġieli jiġi spellut ukoll bħala Pingvellir, għalkemm l-ittra "p" ma tikkorrispondix mal-ittra "þ" (thorn) tal-Iżlandiż, li tiġi ppronunzjata [θ], bħat-th bl-Ingliż.

Dingwall u Tingwall fl-Iskozja, Thingwall fl-Ingilterra, Tynwald fl-, Dinklage fil-Ġermanja, u Tingvoll fin-Norveġja kollha huma ismijiet ta' postijiet bl-istess għerq u tifsira.

Storja

Þingvellir sar park nazzjonali bis-saħħa ta' leġiżlazzjoni li għaddiet fl-1928 għall-protezzjoni tal-fdalijiet tas-sit tal-parlament, li ħolqot l-ewwel park nazzjonali fl-Iżlanda. Il-park ġie meqjus bħala "santwarju nazzjonali protett għall-Iżlandiżi kollha, proprjetà perpetwa tan-nazzjon Iżlandiż, għall-preservazzjoni tal-parlament, li qatt ma għandu jinbigħ jew jiġi ipotekat".

Stabbiliment tal-parlament tal-Iżlanda

Skont il-Ktieb tal-Insedjamenti (Landnámabók), l-insedjament tal-Iżlanda beda fit-874, meta l-kap Norveġiż Ingólfr Arnarson sar l-ewwel insedjatur Norveġiż permanenti fuq il-gżira. Matul is-sekli ta' wara, nies ta' nisel Norveġiż u Ċeltiku insedjaw l-Iżlanda. Minn stadju bikri ġew iffurmati assemblej distrettwali, iżda meta l-popolazzjoni kibret, kien hemm ħtieġa għal assemblea ġenerali. Id-dixxendenti ta' Ingólfur li ddominaw ir-reġjun tal-Lbiċ tal-Iżlanda kienu saru l-iżjed familja setgħana fil-pajjiż, u kapijiet oħra ħassew il-ħtieġa għal assemblea ġenerali sabiex jillimitaw is-setgħa tagħhom.

ingħata r-rwol li jiġbor l-appoġġ u li jsib post adattat għall-assemblea. Għall-ħabta tal-istess żmien, is-sid ta' Bláskógar (l-isem kontemporanju għar-reġjun ta' Þingvellir) instab ħati ta' qtil. L-art tiegħu ġiet iddikjarata pubblika, u mbagħad bdiet tintuża għall-proċedimenti tal-assemblea, bdew jinbnew abitazzjonijiet temporanji, u l-foresta bdiet tintuża għall-ħatab u għar-ragħa taż-żwiemel. L-inħawi ta' Þingvellir intgħażlu għal din ir-raġuni u għall-aċċessibbiltà tal-post għall-iżjed reġjun popolat tat-Tramuntana, tan-Nofsinhar u tal-Punent. L-itwal vjaġġ li goði (kap) kellu jivvjaġġa kien ta' 17-il jum, mill-iżjed parti fil-Lvant tal-pajjiż fejn il-muntanji u x-xmajjar glaċjali kienu ostakli skabrużi.

L-istabbiliment tal-parlament Iżlandiż jingħad li kien l-istabbiliment tan-nazzjon tal-Iżlanda, u l-ewwel proċedimenti parlamentari fis-sajf tad-930 W.K. wittew it-triq għall-wirt kulturali u għall-identità nazzjonali komuni. Þingvellir kellu rwol ċentrali fl-istorja tal-pajjiż, u l-istorja tiegħu timxi kważi b'mod parallel mal-istorja tal-Commonwealth Iżlandiż.

Minn Commonwealth għal tmexxija barranija

L-Alþingi (assemblea) f'Þingvellir kienet l-awtorità leġiżlattiva u ġudizzjarja suprema tal-Iżlanda mill-istabbiliment tagħha fid-930 sal-1271. Il-Lögberg jew il-Blat tal-Liġi kienet il-punt ċentrali tal-Alþingi u pjattaforma naturali għad-diskorsi. Il-Kelliem tal-Liġi, dak iż-żmien elett għal tliet snin, kien jippresjedi l-assemblea u kien jiddikjara l-liġi lokali bil-fomm. Qabel ma l-liġi kienet tiġi miktuba, huwa kien mistenni jgħidha bl-amment bil-fomm fuq il-Lögberg matul tliet sjuf, flimkien mal-proċeduri sħaħ tal-assemblea ta' kull sajf. L-inawgurazzjoni u x-xoljiment tal-assemblea kienu jseħħu fil-Lögberg, fejn kienu jiġu mħabbra d-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill tal-Liġi, kien jiġi kkonfermat il-kalendarju, kienu jitressqu azzjonijiet legali u kienu jsiru tħabbiriet oħra li kienu jikkonċernaw in-nazzjon kollu. Kull min kien jattendi l-assemblea kien intitolat jippreżenta l-fehma tiegħu dwar kwistjonijiet importanti mil-Lögberg.

Il-Kunsill tal-Liġi kien iservi bħala parlament u bħala qorti suprema. Il-liġijiet kienu jgħaddu u jiġu approvati hemmhekk, u kienu jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet tad-dritt. Il-Kunsill tal-Liġi kien jaħtar lill-membri tal-Ħames Qorti (tip ta' qorti tal-appell) u lill-Kelliem tal-Liġi, u kien jieħu sehem fl-elezzjoni tal-isqof. Għad-differenza tal-Alþingi, il-Kunsill tal-Liġi kien korp magħluq fejn ftit nies biss kellhom drittijiet sħaħ: il-kapijiet (goði), il-Þingmen tagħhom u iktar 'il quddiem l-isqfijiet ukoll. Madankollu, kull min kien jattendi l-assemblea kien intitolat jara u jisma l-ħidma tal-Kunsill tal-Liġi.

Mill-iżjed żmien bikri sas-seklu 15, il-Kunsill tal-Liġi kien jiltaqa' f'Neðri-Vellir fix-xatt tal-Lvant tax-xmara , iżda meta x-xmara bidlet il-mogħdija tagħha għall-ħabta tal-1500, il-Kunsill tressaq lejn gżejra fix-xmara. Fl-1594, il-Kunsill tal-Liġi ġie rilokat taħt il-Blata antika tal-Liġi, u baqa' jopera hemmhekk sa meta l-Alþingi finalment ġiet ittrasferita fl-1798.

L-Alþingi kienet l-awtorità leġiżlattiva u ġudizzjarja ewlenija tal-Iżlanda għad-durata kollha tal-Commonwealth sal-1271. Is-setgħa eżekuttiva kienet f'idejn il-kapijiet u l-individwi li kienu jressqu l-fehmiet tagħhom. Dan kien arranġament pjuttost adegwat sakemm reġġa l-bilanċ tal-poter, iżda bdew ifeġġu xi dgħufijiet meta l-bilanċ ġie mfixfel.

Fl-aħħar deċennji tal-Commonwealth, kien hemm diżgwidi bejn il-familji tal-kapijiet, li rriżultaw biex l-Iżlanda taqa' taħt l-awtorità tal-Kuruna Norveġiża. Is-setgħa eżekuttiva ġiet imsaħħa taħt l-ordni l-ġdid, filwaqt li l-awtorità leġiżlattiva u ġudizzjarja għall-ewwel baqgħet f'idejn l-Alþingi, iżda gradwalment ġiet ittrasferita lill-mexxejja Norveġiżi u mbagħad lill-mexxejja Daniżi, sal-1662 meta r-Re tad-Danimarka sar il-monarka assolut tal-Iżlanda.

Ċentru soċjali

Þingvellir kien iċ-ċentru tal-kultura Iżlandiża. Kull sena matul il-perjodu tal-Commonwealth, in-nies kienu jinġabru f'Þingvellir mill-pajjiż kollu, u xi kultant kienu jlaħħqu l-eluf.

Kienu jarmaw abitazzjonijiet temporanji (búð [ˈpuːθ], pl. búðir [ˈpuːðɪr̥]) b'ħitan tat-turf u tal-blat u b'soqfa temporanji bid-drapp minsuġ bl-idejn, u kienu joqogħdu fihom għall-ġimagħtejn tal-assemblea. Ma kien hemm l-ebda binja permanenti f'Þingvellir apparti razzett u iktar 'il quddiem żewġ knejjes.

Għalkemm id-dmirijiet tal-assemblea kienu r-raġuni ewlenija għaliex wieħed kien imur fil-post, in-nies ordinarji kienu jinġabru f'Þingvellir għal varjetà ta' raġunijiet. Il-merkanti, dawk li kienu jsinnu x-xwabel, u l-kunziera kienu jbigħu l-merkanzija u s-servizzi tagħhom, l-intrattenituri kienu jagħmlu xi spettakli, u l-produtturi tal-birer kienu jlestu xi xarbiet għall-membri tal-assemblea. L-aħbarijiet kienu jingħataw minn postijiet 'il bogħod; u kienu jsiru logħbiet u festi. Iż-żgħażagħ kienu jiltaqgħu biex iħejju l-pjanijiet tagħhom, bl-istess mod bħall-figuri nazzjonali ewlenin u l-esperti tad-dritt. Kien hemm ukoll ħaddiema tal-irziezet li kienu jfittxu impjiegi kif ukoll xi tallaba. Þingvellir kien post fl-Iżlanda fejn kulħadd kien jiltaqa', u b'hekk witta t-triq għal-lingwa u għal-letteratura li kienu parti prominenti tal-ħajja tan-nies sa llum il-ġurnata.

Simbolu nazzjonalist

Matul is-seklu 19, Þingvellir sar jintuża bħala simbolu nazzjonalist. Skont ix-xjenzat politiku Iżlandiż , "Thingvellir jista' jitqies bħal knisja jew binja li kienet isservi bħala destinazzjoni ta' pellegrinaġġi u bħala sit għaċ-ċerimonji tar-ritwali tal-istat-nazzjon".

Sit ta' Wirt Dinji

Il-Park Nazzjonali ta' Þingvellir ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2004.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".

Ġeoloġija

Þingvellir huwa notevoli għall-ambjent tettoniku u vulkaniku mhux tas-soltu f'wied tettoniku.

Iċ-ċaqliq kontinentali bejn il-plakek tettoniċi tal-Amerka ta' Fuq u tal-Ewrasja joħroġ fid-dieher fix-xquq jew fil-fniedaq tar-reġjun, u l-ikbar wieħed, Almannagjá, huwa prattikament kanjon. Dan jikkawża wkoll id-diversi terremoti fl-inħawi, li l-qawwa tagħhom spiss tiġi mkejla.

Uħud mix-xquq tettoniċi huma mimlijin bl-ilma ċar. Wieħed minnhom, Nikulásargjá [ˈnɪːkʏˌlauːsarˌcauː], inbena pont fuqu għall-okkażjoni taż-żjara tar-Re tad-Danimarka fl-1907. F'din l-okkażjoni, il-viżitaturi bdew iwaddbu l-muniti mill-pont għal ġox-xaqq, tradizzjoni bbażata fuq leġġendi Ewropej. Il-qiegħ imtela muniti jleqqu, u x-xaqq fl-ilma issa huwa magħruf iktar bħala Peningagjá [ˈpɛːniŋkaˌcauː], jew "xaqq tal-muniti".

Þingvellir jinsab fix-xatt tat-Tramuntana ta' Þingvallavatn, l-ikbar lag naturali tal-Iżlanda. Ix-xmara Öxará tgħaddi minn nofs il-park nazzjonali u tifforma kaskata f'Almannagjá [ˈalˌmanːaˌcauː], imsejħa Öxarárfoss. Max-xatt tat-Tramuntana tal-lag, ix-xaqq ta' Silfra huwa post popolari għall-għadis u għall-isnorkelling.

Il-Park Nazzjonali ta' Þingvellir ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO abbażi ta' kriterji kulturali. Fil-ġejjieni jaf jikkwalifika abbażi ta' kriterji ġeoloġiċi, bis-saħħa ta' "nominazzjoni ta' sensiela transkonfinali" possibbli għall-Katina tal-Atlantiku Nofsani, li tinkludi siti oħra fl-Atlantiku bħall-Gżira ta' Pico.

Flimkien mal-kaskata ta' Gullfoss u l-geysers ta' Haukadalur, Þingvellir huwa parti minn grupp tal-iżjed attrazzjonijiet famużi tal-Iżlanda, magħruf bħala ċ-Ċirku tad-Deheb.

Arti

Minħabba l-ambjent naturali, Þingvellir kien is-suġġett fix-xogħlijiet ta' għadd ta' pitturi Iżlandiżi, inkluż u . Il-Gallerija Nazzjonali tal-Iżlanda għandha iktar minn 150 pittura ta' Ásgrímur Jónsson b'Þingvellir bħala s-suġġett ewlieni. Þingvellir sar popolari fost l-artisti iżda mhux biss għall-ambjent naturali tiegħu, iżda wkoll minħabba l-qrubija tiegħu mal-belt kapitali tal-Iżlanda, Reykjavík, u b'hekk l-ivvjaġġar sa hemmhekk u lura ma kienx jiswa wisq flus.

Turiżmu

Il-Park Nazzjonali ta' Þingvellir huwa popolari mat-turisti, u huwa wieħed mit-tliet attrazzjonijiet ewlenin fi ħdan iċ-Ċirku tad-Deheb. Hemm ukoll ċentru tal-viżitaturi, fejn il-viżitaturi jistgħu jiksbu interpretazzjoni tal-istorja u tan-natura tal-Park Nazzjonali ta' Þingvellir. Hemm ukoll ċentru ta' informazzjoni ħdejn is-sit tal-kampeġġ. Hemm mogħdijiet għall-mixi, fosthom Leggjabrjótur [ˈlɛcːaˌprjouːtʏr̥]. L-għadis sar popolari wkoll fis-Silfra peress li ċ-ċaqliq kontinentali bejn il-plakek tettoniċi wessgħet ix-xaqq tettoniku bżżejjed biex il-bugħaddasa jgawdu viżibbiltà mill-aqwa.

Postijiet relatati

Postijiet kulturalment relatati

Things (assemblej)

  • Gulating, waħda mill-ewwel assemblej leġiżlattivi Norveġiżi u llum il-ġurnata waħda mill-qrati tad-dritt tal-Punent tan-Norveġja.
  • Jamtamót, l-assemblea leġiżlattiva storika ta' Jämtland.
  • Løgting, il-parlament tal-Gżejjer Faroe u Tinganes, is-sit tal-gvern tal-Gżejjer Faroe.
  • Tynwald, il-leġiżlatura tal-Isle of Man. Tynwald għandha l-istess għerq u l-istess tifsira ta' Þingvellir.

Toponimi simili

  • Dingwall, distrett irjali fil-Highlands Skoċċiżi.
  • Thingwall, villaġġ f'Wirral, l-Ingilterra.
  • Tingwall, villaġġ f'Shetland.
  • Tingvoll, raħal fin-Norveġja.
  • Thingvalla, distrett fl-istat ta' North Dakota fl-Istati Uniti, wieħed mill-ewwel insedjamenti Iżlandiżi ta' dak l-istat, imsemmi f'ġieħ Þingvellir.

Postijiet ġeografikament relatati

  • Il-Gżejjer Gough u Inaċċessibbli fin-Nofsinhar tal-Atlantiku.
  • Il-Gżira ta' fl-.

Trivja

  • Il-Linja ta' Thingvalla, kumpanija Daniża tat-trasport marittimu bejn l-1879 u l-1898, issemmiet hekk għal Þingvellir. Fl-aqwa tagħha, il-kumpanija kellha għaxar vapuri fil-flotta tagħha, u wieħed minnhom kien jismu S/S Thingvalla, varat fl-1873. Il-kumpanija kienet topera erba' vapuri oħra b'ismijiet Iżlandiżi, S/S Geiser, S/S Island u żewġ bastimenti msejħa S/S Hekla.

Referenzi

  1. ^ "The Parliament House". Alþingi (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-22.
  2. ^ "Geology of Thingvellir". notendur.hi.is. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-07-22. Miġbur 2022-09-22.
  3. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Þingvellir National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-22.
  4. ^ Lagasafn. Lög um þjóðgarðinn á Þingvöllum, 2004 nr. 47 1. júní, 1.gr.
  5. ^ Tomasson, Richard F. (1980). Iceland, the first new society. University of Minnesota Press. ISBN 0-8166-0913-6.
  6. ^ Bergsteinn Jónsson, Björn Þorsteinsson. Íslands Saga til okkar daga. Reykjavík: Sögufélag, 1991.
  7. ^ Björnsson, Björn Th. Þingvellir. Reykjavík: Bókaútgáfa Menningarsjóðs, 1984.
  8. ^ Somerville, Angus A.; McDonald, Russell Andrew (2013). The Vikings and Their Age. University of Toronto Press. p. 55. ISBN 9781442605220.
  9. ^ Hermannsson 1963-, Birgir (2012). "Hjartastaðurinn : Þingvellir og íslensk þjóðernishyggja" (bl-Iżlandiż). Ċitazzjoni journal għandha bżonn |journal= (għajnuna)
  10. ^ Jón Karl Helgason (Fall 2017). "Hver skóp Þingvelli sem sögulegt minnismerki?". Saga.
  11. ^ "Geology of Thingvellir". notendur.hi.is. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-07-22. Miġbur 2022-09-22.
  12. ^ "Earthquakes - Iceland". hraun.vedur.is. Miġbur 2022-09-22.
  13. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "The Mid-Atlantic Ridge". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-22.
  14. ^ "Golden Circle Iceland tour with a stay in a bubble". www.buubble.com (bl-Ingliż). 2016-10-06. Miġbur 2022-09-22.
  15. ^ "The Execution Trail in Thingvellir National Park". wonderguide.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-09-22. Miġbur 2022-09-22.
  16. ^ Johnson, Sveinbjorn (1906). Libby, Orin Grant (ed.). The Icelandic Settlement of Pembina County. Collections of the State Historical Society of North Dakota. Vol. 1. Bismarck, ND: Tribune, State Printers and Binders. p. 109.
  17. ^ "Thingvalla History". web.archive.org. 2011-07-28. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-28. Miġbur 2022-09-22.
  18. ^ "The Thingvalla Line - Passenger lists and Emigrant ships from Norway-Heritage". www.norwayheritage.com. Miġbur 2022-09-22.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 25 Ġun, 2025 / 02:22

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Park Nazzjonali ta' Þingvellir, X'inhi Park Nazzjonali ta' Þingvellir? Xi tfisser Park Nazzjonali ta' Þingvellir?

THingvellir bl ˈ8iŋkˌvɛtlɪr spelluta wkoll b mod Angliċizzat bħala Thingvellir kien is sit tal Althing il parlament annwali tal Izlanda mid 930 W K sal aħħar sessjoni li sar f THingvellir fl 1798 Mill 1881 il parlament ġie ttrasferit fi ħdan Althingishusid f Reykjavik Veduta miċ ċentru tal informazzjoni tal park THingvellir issa huwa magħruf bħala l Park Nazzjonali ta THingvellir u jinsab fil muniċipalita ta Blaskogabyggd fil Lbiċ tal Izlanda madwar 40 km 25 mil fil Grigal tal belt kapitali tal Izlanda Reykjavik THingvellir huwa sit ta importanza storika kulturali u ġeoloġika u huwa waħda mill izjed destinazzjonijiet turistiċi popolari fl Izlanda Il park nazzjonali jinsab f wied tettoniku li jimmarka l quċċata tal Katina tal Atlantiku Nofsani u l konfini bejn il plakek tettoniċi tal Amerka ta Fuq u tal Lejn in Nofsinhar tal park hemm THingvallavatn l ikbar lag naturali fl Izlanda Il Park Nazzjonali ta THingvellir bl Izlandiz thjodgardurinn a THingvollum ˈ8joudˌkardʏrɪn au ˈ8iŋkˌvœtlʏm ġie stabbilit fl 1930 fl 1 000 anniversarju tal Althing Il park iktar il quddiem twessa sabiex jiġu protetti l fenomeni diversi u naturali fl inħawi tal madwar u tnizzel fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2004 ToponimijaVeduta panoramika mill ajru L isem THingvellir oriġina mit terminu antik THingvǫllr pronunzja bin Norveġiz antik ˈ8iŋɡˌwɔlːz minn thing thing assemblea u vǫllr għalqa jiġifieri għelieqi tal assemblej Is sit kiseb ismu mill Althing Althing il parlament nazzjonali tal Izlanda li ġie stabbilit f THingvellir fid 930 u kellu seduti hemmhekk sal 1798 Thing kien forma ta assemblea ta governanza li kienet tinstab fis soċjetajiet Ġermaniċi u tradizzjoni li għadha tezisti f xi forma jew oħra fit Tramuntana tal Ewropa Għalkemm l isem THingvellir huwa fil plural il forma antika THingvǫllr hija fis singular u ġieli għadek tisma l forma moderna fis singular THingvollur Spiss l isem jiġi Angliċizzat bħala Thingvellir u xi kultant jiġi spellut ukoll bħala Tingvellir Thingvalla jew Tingvalla b lingwi oħra Ġieli jiġi spellut ukoll bħala Pingvellir għalkemm l ittra p ma tikkorrispondix mal ittra th thorn tal Izlandiz li tiġi ppronunzjata 8 bħat th bl Ingliz Dingwall u Tingwall fl Iskozja Thingwall fl Ingilterra Tynwald fl Dinklage fil Ġermanja u Tingvoll fin Norveġja kollha huma ismijiet ta postijiet bl istess għerq u tifsira StorjaIs sit tal ewwel parlament Izlandiz THingvellir sar park nazzjonali bis saħħa ta leġizlazzjoni li għaddiet fl 1928 għall protezzjoni tal fdalijiet tas sit tal parlament li ħolqot l ewwel park nazzjonali fl Izlanda Il park ġie meqjus bħala santwarju nazzjonali protett għall Izlandizi kollha proprjeta perpetwa tan nazzjon Izlandiz għall preservazzjoni tal parlament li qatt ma għandu jinbigħ jew jiġi ipotekat Stabbiliment tal parlament tal Izlanda Oxararfoss Skont il Ktieb tal Insedjamenti Landnamabok l insedjament tal Izlanda beda fit 874 meta l kap Norveġiz Ingolfr Arnarson sar l ewwel insedjatur Norveġiz permanenti fuq il gzira Matul is sekli ta wara nies ta nisel Norveġiz u Ċeltiku insedjaw l Izlanda Minn stadju bikri ġew iffurmati assemblej distrettwali izda meta l popolazzjoni kibret kien hemm ħtieġa għal assemblea ġenerali Id dixxendenti ta Ingolfur li ddominaw ir reġjun tal Lbiċ tal Izlanda kienu saru l izjed familja setgħana fil pajjiz u kapijiet oħra ħassew il ħtieġa għal assemblea ġenerali sabiex jillimitaw is setgħa tagħhom ingħata r rwol li jiġbor l appoġġ u li jsib post adattat għall assemblea Għall ħabta tal istess zmien is sid ta Blaskogar l isem kontemporanju għar reġjun ta THingvellir instab ħati ta qtil L art tiegħu ġiet iddikjarata pubblika u mbagħad bdiet tintuza għall proċedimenti tal assemblea bdew jinbnew abitazzjonijiet temporanji u l foresta bdiet tintuza għall ħatab u għar ragħa taz zwiemel L inħawi ta THingvellir intgħazlu għal din ir raġuni u għall aċċessibbilta tal post għall izjed reġjun popolat tat Tramuntana tan Nofsinhar u tal Punent L itwal vjaġġ li godi kap kellu jivvjaġġa kien ta 17 il jum mill izjed parti fil Lvant tal pajjiz fejn il muntanji u x xmajjar glaċjali kienu ostakli skabruzi L istabbiliment tal parlament Izlandiz jingħad li kien l istabbiliment tan nazzjon tal Izlanda u l ewwel proċedimenti parlamentari fis sajf tad 930 W K wittew it triq għall wirt kulturali u għall identita nazzjonali komuni THingvellir kellu rwol ċentrali fl istorja tal pajjiz u l istorja tiegħu timxi kwazi b mod parallel mal istorja tal Commonwealth Izlandiz Minn Commonwealth għal tmexxija barranija L Althingi assemblea f THingvellir kienet l awtorita leġizlattiva u ġudizzjarja suprema tal Izlanda mill istabbiliment tagħha fid 930 sal 1271 Il Logberg jew il Blat tal Liġi kienet il punt ċentrali tal Althingi u pjattaforma naturali għad diskorsi Il Kelliem tal Liġi dak iz zmien elett għal tliet snin kien jippresjedi l assemblea u kien jiddikjara l liġi lokali bil fomm Qabel ma l liġi kienet tiġi miktuba huwa kien mistenni jgħidha bl amment bil fomm fuq il Logberg matul tliet sjuf flimkien mal proċeduri sħaħ tal assemblea ta kull sajf L inawgurazzjoni u x xoljiment tal assemblea kienu jseħħu fil Logberg fejn kienu jiġu mħabbra d deċizjonijiet meħuda mill Kunsill tal Liġi kien jiġi kkonfermat il kalendarju kienu jitressqu azzjonijiet legali u kienu jsiru tħabbiriet oħra li kienu jikkonċernaw in nazzjon kollu Kull min kien jattendi l assemblea kien intitolat jipprezenta l fehma tiegħu dwar kwistjonijiet importanti mil Logberg Il Kunsill tal Liġi kien iservi bħala parlament u bħala qorti suprema Il liġijiet kienu jgħaddu u jiġu approvati hemmhekk u kienu jittieħdu d deċizjonijiet dwar kwistjonijiet tad dritt Il Kunsill tal Liġi kien jaħtar lill membri tal Ħames Qorti tip ta qorti tal appell u lill Kelliem tal Liġi u kien jieħu sehem fl elezzjoni tal isqof Għad differenza tal Althingi il Kunsill tal Liġi kien korp magħluq fejn ftit nies biss kellhom drittijiet sħaħ il kapijiet godi il THingmen tagħhom u iktar il quddiem l isqfijiet ukoll Madankollu kull min kien jattendi l assemblea kien intitolat jara u jisma l ħidma tal Kunsill tal Liġi Mill izjed zmien bikri sas seklu 15 il Kunsill tal Liġi kien jiltaqa f Nedri Vellir fix xatt tal Lvant tax xmara izda meta x xmara bidlet il mogħdija tagħha għall ħabta tal 1500 il Kunsill tressaq lejn gzejra fix xmara Fl 1594 il Kunsill tal Liġi ġie rilokat taħt il Blata antika tal Liġi u baqa jopera hemmhekk sa meta l Althingi finalment ġiet ittrasferita fl 1798 L Althingi kienet l awtorita leġizlattiva u ġudizzjarja ewlenija tal Izlanda għad durata kollha tal Commonwealth sal 1271 Is setgħa ezekuttiva kienet f idejn il kapijiet u l individwi li kienu jressqu l fehmiet tagħhom Dan kien arranġament pjuttost adegwat sakemm reġġa l bilanċ tal poter izda bdew ifeġġu xi dgħufijiet meta l bilanċ ġie mfixfel Fl aħħar deċennji tal Commonwealth kien hemm dizgwidi bejn il familji tal kapijiet li rrizultaw biex l Izlanda taqa taħt l awtorita tal Kuruna Norveġiza Is setgħa ezekuttiva ġiet imsaħħa taħt l ordni l ġdid filwaqt li l awtorita leġizlattiva u ġudizzjarja għall ewwel baqgħet f idejn l Althingi izda gradwalment ġiet ittrasferita lill mexxejja Norveġizi u mbagħad lill mexxejja Danizi sal 1662 meta r Re tad Danimarka sar il monarka assolut tal Izlanda Ċentru soċjali Il kanjon ta Flosagja THingvellir kien iċ ċentru tal kultura Izlandiza Kull sena matul il perjodu tal Commonwealth in nies kienu jinġabru f THingvellir mill pajjiz kollu u xi kultant kienu jlaħħqu l eluf Kienu jarmaw abitazzjonijiet temporanji bud ˈpuː8 pl budir ˈpuːdɪr b ħitan tat turf u tal blat u b soqfa temporanji bid drapp minsuġ bl idejn u kienu joqogħdu fihom għall ġimagħtejn tal assemblea Ma kien hemm l ebda binja permanenti f THingvellir apparti razzett u iktar il quddiem zewġ knejjes Għalkemm id dmirijiet tal assemblea kienu r raġuni ewlenija għaliex wieħed kien imur fil post in nies ordinarji kienu jinġabru f THingvellir għal varjeta ta raġunijiet Il merkanti dawk li kienu jsinnu x xwabel u l kunziera kienu jbigħu l merkanzija u s servizzi tagħhom l intrattenituri kienu jagħmlu xi spettakli u l produtturi tal birer kienu jlestu xi xarbiet għall membri tal assemblea L aħbarijiet kienu jingħataw minn postijiet il bogħod u kienu jsiru logħbiet u festi Iz zgħazagħ kienu jiltaqgħu biex iħejju l pjanijiet tagħhom bl istess mod bħall figuri nazzjonali ewlenin u l esperti tad dritt Kien hemm ukoll ħaddiema tal irziezet li kienu jfittxu impjiegi kif ukoll xi tallaba THingvellir kien post fl Izlanda fejn kulħadd kien jiltaqa u b hekk witta t triq għal lingwa u għal letteratura li kienu parti prominenti tal ħajja tan nies sa llum il ġurnata Simbolu nazzjonalist Matul is seklu 19 THingvellir sar jintuza bħala simbolu nazzjonalist Skont ix xjenzat politiku Izlandiz Thingvellir jista jitqies bħal knisja jew binja li kienet isservi bħala destinazzjoni ta pellegrinaġġi u bħala sit għaċ ċerimonji tar ritwali tal istat nazzjon Sit ta Wirt DinjiIl Park Nazzjonali ta THingvellir ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2004 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet u l kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju ĠeoloġijaTHingvellir huwa notevoli għall ambjent tettoniku u vulkaniku mhux tas soltu f wied tettoniku Iċ ċaqliq kontinentali bejn il plakek tettoniċi tal Amerka ta Fuq u tal Ewrasja joħroġ fid dieher fix xquq jew fil fniedaq tar reġjun u l ikbar wieħed Almannagja huwa prattikament kanjon Dan jikkawza wkoll id diversi terremoti fl inħawi li l qawwa tagħhom spiss tiġi mkejla Bugħaddas fis Silfra Uħud mix xquq tettoniċi huma mimlijin bl ilma ċar Wieħed minnhom Nikulasargja ˈnɪːkʏˌlauːsarˌcauː inbena pont fuqu għall okkazjoni taz zjara tar Re tad Danimarka fl 1907 F din l okkazjoni il vizitaturi bdew iwaddbu l muniti mill pont għal ġox xaqq tradizzjoni bbazata fuq leġġendi Ewropej Il qiegħ imtela muniti jleqqu u x xaqq fl ilma issa huwa magħruf iktar bħala Peningagja ˈpɛːniŋkaˌcauː jew xaqq tal muniti THingvellir jinsab fix xatt tat Tramuntana ta THingvallavatn l ikbar lag naturali tal Izlanda Ix xmara Oxara tgħaddi minn nofs il park nazzjonali u tifforma kaskata f Almannagja ˈalˌmanːaˌcauː imsejħa Oxararfoss Max xatt tat Tramuntana tal lag ix xaqq ta Silfra huwa post popolari għall għadis u għall isnorkelling Il Park Nazzjonali ta THingvellir ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO abbazi ta kriterji kulturali Fil ġejjieni jaf jikkwalifika abbazi ta kriterji ġeoloġiċi bis saħħa ta nominazzjoni ta sensiela transkonfinali possibbli għall Katina tal Atlantiku Nofsani li tinkludi siti oħra fl Atlantiku bħall Gzira ta Pico Flimkien mal kaskata ta Gullfoss u l geysers ta Haukadalur THingvellir huwa parti minn grupp tal izjed attrazzjonijiet famuzi tal Izlanda magħruf bħala ċ Ċirku tad Deheb ArtiIl pittura minn From THingvellir tal pittur Izlandiz 1970 Minħabba l ambjent naturali THingvellir kien is suġġett fix xogħlijiet ta għadd ta pitturi Izlandizi inkluz u Il Gallerija Nazzjonali tal Izlanda għandha iktar minn 150 pittura ta Asgrimur Jonsson b THingvellir bħala s suġġett ewlieni THingvellir sar popolari fost l artisti izda mhux biss għall ambjent naturali tiegħu izda wkoll minħabba l qrubija tiegħu mal belt kapitali tal Izlanda Reykjavik u b hekk l ivvjaġġar sa hemmhekk u lura ma kienx jiswa wisq flus TurizmuIl Park Nazzjonali ta THingvellir huwa popolari mat turisti u huwa wieħed mit tliet attrazzjonijiet ewlenin fi ħdan iċ Ċirku tad Deheb Hemm ukoll ċentru tal vizitaturi fejn il vizitaturi jistgħu jiksbu interpretazzjoni tal istorja u tan natura tal Park Nazzjonali ta THingvellir Hemm ukoll ċentru ta informazzjoni ħdejn is sit tal kampeġġ Hemm mogħdijiet għall mixi fosthom Leggjabrjotur ˈlɛcːaˌprjouːtʏr L għadis sar popolari wkoll fis Silfra peress li ċ ċaqliq kontinentali bejn il plakek tettoniċi wessgħet ix xaqq tettoniku bzzejjed biex il bugħaddasa jgawdu vizibbilta mill aqwa Postijiet relatatiMappa li turi l kobor tal park Postijiet kulturalment relatati Things assemblej Gulating waħda mill ewwel assemblej leġizlattivi Norveġizi u llum il ġurnata waħda mill qrati tad dritt tal Punent tan Norveġja Jamtamot l assemblea leġizlattiva storika ta Jamtland Logting il parlament tal Gzejjer Faroe u Tinganes is sit tal gvern tal Gzejjer Faroe Tynwald il leġizlatura tal Isle of Man Tynwald għandha l istess għerq u l istess tifsira ta THingvellir Toponimi simili Dingwall distrett irjali fil Highlands Skoċċizi Thingwall villaġġ f Wirral l Ingilterra Tingwall villaġġ f Shetland Tingvoll raħal fin Norveġja Thingvalla distrett fl istat ta North Dakota fl Istati Uniti wieħed mill ewwel insedjamenti Izlandizi ta dak l istat imsemmi f ġieħ THingvellir Postijiet ġeografikament relatati Il Gzejjer Gough u Inaċċessibbli fin Nofsinhar tal Atlantiku Il Gzira ta fl TrivjaIl Linja ta Thingvalla kumpanija Daniza tat trasport marittimu bejn l 1879 u l 1898 issemmiet hekk għal THingvellir Fl aqwa tagħha il kumpanija kellha għaxar vapuri fil flotta tagħha u wieħed minnhom kien jismu S S Thingvalla varat fl 1873 Il kumpanija kienet topera erba vapuri oħra b ismijiet Izlandizi S S Geiser S S Island u zewġ bastimenti msejħa S S Hekla Referenzi The Parliament House Althingi bl Ingliz Miġbur 2022 09 22 Geology of Thingvellir notendur hi is Arkivjat minn l oriġinal fl 2016 07 22 Miġbur 2022 09 22 a b ċ Centre UNESCO World Heritage THingvellir National Park UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 09 22 Lagasafn Log um thjodgardinn a THingvollum 2004 nr 47 1 juni 1 gr Tomasson Richard F 1980 Iceland the first new society University of Minnesota Press ISBN 0 8166 0913 6 Bergsteinn Jonsson Bjorn THorsteinsson Islands Saga til okkar daga Reykjavik Sogufelag 1991 Bjornsson Bjorn Th THingvellir Reykjavik Bokautgafa Menningarsjods 1984 Somerville Angus A McDonald Russell Andrew 2013 The Vikings and Their Age University of Toronto Press p 55 ISBN 9781442605220 Hermannsson 1963 Birgir 2012 Hjartastadurinn THingvellir og islensk thjodernishyggja bl Izlandiz Ċitazzjoni journal għandha bzonn journal għajnuna Jon Karl Helgason Fall 2017 Hver skop THingvelli sem sogulegt minnismerki Saga Geology of Thingvellir notendur hi is Arkivjat minn l oriġinal fl 2016 07 22 Miġbur 2022 09 22 Earthquakes Iceland hraun vedur is Miġbur 2022 09 22 Centre UNESCO World Heritage The Mid Atlantic Ridge UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 09 22 Golden Circle Iceland tour with a stay in a bubble www buubble com bl Ingliz 2016 10 06 Miġbur 2022 09 22 The Execution Trail in Thingvellir National Park wonderguide com bl Ingliz Arkivjat minn l oriġinal fl 2022 09 22 Miġbur 2022 09 22 Johnson Sveinbjorn 1906 Libby Orin Grant ed The Icelandic Settlement of Pembina County Collections of the State Historical Society of North Dakota Vol 1 Bismarck ND Tribune State Printers and Binders p 109 Thingvalla History web archive org 2011 07 28 Arkivjat minn l oriġinal fl 2011 07 28 Miġbur 2022 09 22 The Thingvalla Line Passenger lists and Emigrant ships from Norway Heritage www norwayheritage com Miġbur 2022 09 22

L-aħħar artikli
  • Ġunju 08, 2025

    Lorenzo de' Medici

  • Ġunju 20, 2025

    Lorenzo Staelens

  • Ġunju 09, 2025

    Lorenzo Gafà

  • Ġunju 21, 2025

    Lordi

  • Ġunju 17, 2025

    Loranne Vella

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq