Il Baċir tax Xogħol fil Minjieri ta Nord Pas de Calais huwa baċir tax xogħol fil minjieri fit Tramuntana ta Franza estiż
Baċir tax Xogħol fil Minjieri ta' Nord Pas de Calais

Il-Baċir tax-Xogħol fil-Minjieri ta' Nord-Pas de Calais huwa baċir tax-xogħol fil-minjieri fit-Tramuntana ta' Franza estiż tul id-dipartimenti ta' Nord u ta' Pas de Calais. Ir-reġjun huwa famuż għall-istorja twila tiegħu ta' estrazzjoni tal-faħam u jirrappreżenta perjodu sinifikanti fl-istorja tal-industrijalizzazzjoni fl-Ewropa, u minħabba f'hekk tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2012. Dawn l-inħawi ssawru permezz ta' tliet sekli ta' estrazzjoni tal-faħam mill-aħħar tas-seklu 17 sas-seklu 20, u juru l-evoluzzjoni tat-tekniki tal-estrazzjoni tal-faħam u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol matul dak iż-żmien.
Deskrizzjoni u storja
Il-Baċir tax-Xogħol fil-Minjieri ta' Nord-Pas de Calais huwa l-parti tal-Punent ta' baċir rikk bil-faħam fi Franza li jibqa' sejjer sal-fruntiera mal-Belġju u lil hinn. Fi Franza, il-baċir ikopri 1,200 kilometru kwadru, inkluż il-bliet ta' , , u . Minħabba l-istorja twila ta' xogħol fil-minjieri bħala l-industrija predominanti, l-arkitettura u l-pajsaġġ tar-reġjun huma uniċi.
Għalkemm il-faħam ġie skopert għall-ewwel darba fil-baċir fl-1660 u l-ewwel foss tħaffer għall-ħabta tal-1692, ma tantx kien hemm wisq estrazzjoni tal-faħam fit-Tramuntana ta' Franza sa nofs is-seklu 18. Madankollu, biż-żieda fl-iskarsezza tal-injam u l-waqgħa tal-Ewwel Imperu Franċiż fl-1815, il-fosos tal-faħam qrib Valenciennes tkabbru u l-kumpaniji tal-estrazzjoni bdew jiġu stabbiliti fir-reġjun. Fis-snin 40 tas-seklu 19, il-parti tal-Punent tal-baċir ġiet skoperta.
Mill-bidu tat-Tieni Imperu Franċiż fis-snin 50 tas-seklu 19, il-Baċir tax-Xogħol fil-Minjieri ta' Nord-Pas de Calais sar l-iżjed baċir importanti tax-xogħol fil-minjieri fi Franza. Sal-1880, l-estazzjoni mill-baċir laħqet kważi tmien miljun tunnellata, u fil-bidu tal-1900 kienet tirrappreżenta terz tal-estrazzjoni kollha tal-faħam fi Franza. Ir-rumanz famuż Germinal, miktub minn Émile Zola fl-1885, jiddeskrivi l-kundizzjonijiet iebsin u l-ħajja tax-xogħol diffiċli tal-minaturi matul it-tkabbir tal-estrazzjoni tal-faħam fir-reġjun. Id-diżastru fil-minjiera ta' seħħ fir-reġjun fl-1906, u wassal għall-mewt ta' 1,099 ruħ.
Matul l-Ewwel Gwerra Dinjija, il-Front tal-Punent qasam ir-reġjun fi tnejn, u l-parti tal-Lvant tal-baċir tax-xogħol fil-minjieri ġiet mgħerrqa bl-ilma. Madankollu, sal-1930, il-baċir kellu estrazzjoni li tlaħħaq il-35 miljun tunnellata, jiġifieri 60 % tal-produzzjoni nazzjonali tal-faħam fi Franza. B'kollox fil-baċir kienu impjegati madwar 75,000 ħaddiem. Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, il-produzzjoni bdiet tbatti, u l-minjieri kollha fl-inħawi essenzjalment ingħalqu sal-aħħar tas-snin 80 tas-seklu 20.
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Baċir tax-Xogħol fil-Minjieri ta' Nord-Pas de Calais ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2012.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".
Is-Sit ta' Wirt Dinji huwa magħmul minn 108 komponenti tal-minjieri tal-inħawi li fl-imgħoddi kienu tassew prolifiċi. Fis-sit jiġu ppreservati diversi strutturi tax-xogħol fil-minjieri, fosthom 17-il foss tax-xogħol fil-minjieri, 21 struttura tal-estrazzjoni (li kienu jintużaw bħala qafas għas-sistemi ta' olzar fuq il-minjieri), 51 għolja tal-iskart tal-estrazzjoni, l-infrastruttura tat-trasport tal-faħam (inkluż il-vetturi tax-xogħol fil-minjieri u l-istazzjonijiet ferrovjarji), il-proprjetajiet tal-ħaddiema, u l-villaġġi qrib il-minjieri. Fi ħdan il-villaġġi qrib il-minjieri, huma protetti wkoll l-iskejjel, il-binjiet reliġjużi, il-faċilitajiet tas-saħħa u tal-komunità, l-istabbilimenti tal-kumpaniji, id-djar tas-sidien u tal-maniġers, u l-muniċipji.
Gallerija
- Fosse De Sessevalle in the 1930s.
- Fosse #1 - 1 bis - 1 ter of Liévin colliery, ca. 1910.
- Fosse #2 of Marles colliery.
- Miners housing, or , Cité De Sessevalle.
- Slag heap #93, called "21 Nord de Courrières".
Referenzi
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Baċir tax Xogħol fil Minjieri ta' Nord Pas de Calais, X'inhi Baċir tax Xogħol fil Minjieri ta' Nord Pas de Calais? Xi tfisser Baċir tax Xogħol fil Minjieri ta' Nord Pas de Calais?
Il Baċir tax Xogħol fil Minjieri ta Nord Pas de Calais huwa baċir tax xogħol fil minjieri fit Tramuntana ta Franza estiz tul id dipartimenti ta Nord u ta Pas de Calais Ir reġjun huwa famuz għall istorja twila tiegħu ta estrazzjoni tal faħam u jirrapprezenta perjodu sinifikanti fl istorja tal industrijalizzazzjoni fl Ewropa u minħabba f hekk tnizzel fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2012 Dawn l inħawi ssawru permezz ta tliet sekli ta estrazzjoni tal faħam mill aħħar tas seklu 17 sas seklu 20 u juru l evoluzzjoni tat tekniki tal estrazzjoni tal faħam u tal kundizzjonijiet tax xogħol matul dak iz zmien Kartolina tal komponenti tas sit Deskrizzjoni u storjaMappa li turi l pozizzjoni tas sit Il Baċir tax Xogħol fil Minjieri ta Nord Pas de Calais huwa l parti tal Punent ta baċir rikk bil faħam fi Franza li jibqa sejjer sal fruntiera mal Belġju u lil hinn Fi Franza il baċir ikopri 1 200 kilometru kwadru inkluz il bliet ta u Minħabba l istorja twila ta xogħol fil minjieri bħala l industrija predominanti l arkitettura u l pajsaġġ tar reġjun huma uniċi Għalkemm il faħam ġie skopert għall ewwel darba fil baċir fl 1660 u l ewwel foss tħaffer għall ħabta tal 1692 ma tantx kien hemm wisq estrazzjoni tal faħam fit Tramuntana ta Franza sa nofs is seklu 18 Madankollu biz zieda fl iskarsezza tal injam u l waqgħa tal Ewwel Imperu Franċiz fl 1815 il fosos tal faħam qrib Valenciennes tkabbru u l kumpaniji tal estrazzjoni bdew jiġu stabbiliti fir reġjun Fis snin 40 tas seklu 19 il parti tal Punent tal baċir ġiet skoperta Mill bidu tat Tieni Imperu Franċiz fis snin 50 tas seklu 19 il Baċir tax Xogħol fil Minjieri ta Nord Pas de Calais sar l izjed baċir importanti tax xogħol fil minjieri fi Franza Sal 1880 l estazzjoni mill baċir laħqet kwazi tmien miljun tunnellata u fil bidu tal 1900 kienet tirrapprezenta terz tal estrazzjoni kollha tal faħam fi Franza Ir rumanz famuz Germinal miktub minn Emile Zola fl 1885 jiddeskrivi l kundizzjonijiet iebsin u l ħajja tax xogħol diffiċli tal minaturi matul it tkabbir tal estrazzjoni tal faħam fir reġjun Id dizastru fil minjiera ta seħħ fir reġjun fl 1906 u wassal għall mewt ta 1 099 ruħ Matul l Ewwel Gwerra Dinjija il Front tal Punent qasam ir reġjun fi tnejn u l parti tal Lvant tal baċir tax xogħol fil minjieri ġiet mgħerrqa bl ilma Madankollu sal 1930 il baċir kellu estrazzjoni li tlaħħaq il 35 miljun tunnellata jiġifieri 60 tal produzzjoni nazzjonali tal faħam fi Franza B kollox fil baċir kienu impjegati madwar 75 000 ħaddiem Wara t Tieni Gwerra Dinjija il produzzjoni bdiet tbatti u l minjieri kollha fl inħawi essenzjalment ingħalqu sal aħħar tas snin 80 tas seklu 20 Sit ta Wirt DinjiIl Baċir tax Xogħol fil Minjieri ta Nord Pas de Calais ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2012 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ il kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem u l kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju Is Sit ta Wirt Dinji huwa magħmul minn 108 komponenti tal minjieri tal inħawi li fl imgħoddi kienu tassew prolifiċi Fis sit jiġu ppreservati diversi strutturi tax xogħol fil minjieri fosthom 17 il foss tax xogħol fil minjieri 21 struttura tal estrazzjoni li kienu jintuzaw bħala qafas għas sistemi ta olzar fuq il minjieri 51 għolja tal iskart tal estrazzjoni l infrastruttura tat trasport tal faħam inkluz il vetturi tax xogħol fil minjieri u l istazzjonijiet ferrovjarji il proprjetajiet tal ħaddiema u l villaġġi qrib il minjieri Fi ħdan il villaġġi qrib il minjieri huma protetti wkoll l iskejjel il binjiet reliġjuzi il faċilitajiet tas saħħa u tal komunita l istabbilimenti tal kumpaniji id djar tas sidien u tal maniġers u l muniċipji GallerijaFosse De Sessevalle in the 1930s Fosse 1 1 bis 1 ter of Lievin colliery ca 1910 Fosse 2 of Marles colliery Miners housing or Cite De Sessevalle Slag heap 93 called 21 Nord de Courrieres Referenzi a b ċ d e f Centre UNESCO World Heritage Nord Pas de Calais Mining Basin UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 10 05 Nord Pas de Calais Mining Basin France Google Arts amp Culture bl Ingliz Miġbur 2022 10 05