Azərbaycan  AzərbaycanMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  Türkiyə
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Dante Alighieri Durante degli Alighieri poeta politiku u kittieb Fjorentin twieled bejn l 14 ta Mejju u t 13 ta Ġunju 12

Dante Alighieri

  • Paġna Ewlenija
  • Dante Alighieri
Dante Alighieri
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Dante Alighieri (Durante degli Alighieri), poeta, politiku u kittieb Fjorentin (twieled bejn l-14 ta' Mejju u t-13 ta' Ġunju 1265 f'Firenze u miet fl-14 ta' Settembru 1321 f'Ravenna).

Dante Alighieri

Ritratt ta' Dante minn Sandro Botticelli
Ħajja
Isem propju Dante da Alaghiero degli Alaghieri
Twelid Firenze, c. 1265
Nazzjonalità
Residenza Firenze
Ruma
Ravenna
Bolonja
Verona

(en)
(en)
Lucca
Pariġi
Milan
Genova
L-ewwel lingwa Taljan
Mewt Ravenna, 14 Settembru 1321
Post tad-dfin
(en)
(en)
Kawża tal-mewt kawżi naturali (malarja)
Familja
Missier
Omm
Konjuga/i  (1285 (Gregorian) -
Ulied
uri
  • (en)
    (en)
    (en)
Aħwa
uri
  • (en)
Familja
uri
  • (en) (dixxendent)
Tribù
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Latin
Għalliema

Okkupazzjoni
Okkupazzjoni poeta
kittieb

politiku



Post tax-xogħol Firenze
Xogħlijiet importanti




(en)
(en)
(en)
(en)
(en)
Influwenzat minn Aristotile
Virġilju



Omeru
Sħubija
Moviment
Servizz militari
Iġġieldu

Dante kien l-ewwel poeta kbir tal-ilsien Taljan, u l-ktieb tiegħu hu meqjus bħala wieħed mill-kapulavuri tal-letteratura universali.

Iż-żgħożija

Nafu li l-familja tiegħu kienet familja importanti Fjorentina, li kienet iżżomm mal-partit tal- u li isimha — fil-forma tagħha oriġinali — kien Alaghieri. Missieru, Alighiero di Bellincione, kien , imma ma sofriex il-vendetta tal-, wara r-rebħa tagħhom fil-Battalja ta' Montaperti, u dan ta ċertu prestiġju lill-familja. Omm Dante kienet Bella degli Abati; Bella hu d-diminuttiv ta' Gabriella, imma jfisser ukoll "sabiħa". Mietet meta Dante kellu 13-il sena, fl-1278 (missieru miet 5 snin wara fl-1282). Alighiero kien jgħix għal xi żmien ma' Lapa di Chiarissimo Cialuffi (mhux ċert jekk kinux miżżewġin), u kellu żewġt ulied magħha, ħu Dante, Francesco, u oħtu, Tana (Gaetana).

Meta Dante kellu 12-il sena, fl-1277, ġie miftiehem iż-żwieġ tiegħu ma' Gemma, bint Messer Manetto Donati, u wara żżewwiġha. Iż-żwiġijiet miftehmin f'dawn l-etajiet baxxi ma kinux ħaġa rari u għalihom kienet issir ċerimonja importanti li teħtieġ kuntratti uffiċjali ffirmati quddiem in-nutar. Dante kellu tliet ulied minn Gemma: Jacopo, Pietro u Antonia. Antonia daħlet soru bl-isem ta' Sor Beatrice. Ieħor jismu, Giovanni, kien jgħid li kien bin Dante u akkompanjah fl-eżilju imma m'hemm l-ebda prova li kien ibnu.

Ftit nafu dwar l-edukazzjoni ta' Dante; wieħed jista' jippreżumi li studja d-dar. Għadda xi żmien Bolonja u f'Firenze tgħallem fl-iskola Franġiskana ta' , taħt Remiġju dei Girolami tal-iskola Dumnikana ta' u taħt . Iltaqa' ma' poeti u beda ħbiberija soda ma' . Huwa kważi ċert li studja l-poeżija Toskana, fil-mument meta l-iskola poetika Sqallija, grupp kulturali minn Sqallija, bdiet issir magħrufa fit-Toskana. Minħabba l-interessi tiegħu skopra l-, il-poeti u l-kultura Latina. Jidher ċar li kellu ammirazzjoni kbira lejn Virġilju "Inti l-imgħallem tiegħi u l-awtur tiegħi; inti dak biss li minnu ħadt l-istil sabiħ li għamilli unur.", kiteb fil- (L-Infern — Canto I).

Wieħed irid jenfasizza li fil-Medjuevu l-fdalijiet tal-Imperu Ruman kienu saru mifrudin għal kollox, u baqa' xi tużżana stati żgħar, b'mod li Sqallija kienet imbiegħda (kulturalment u politikament) mit-Toskana daqs li din kienet minn : ir-reġjuni ma kellhomx l-istess lingwa u l-komunikazzjoni kienet diffiċli.

Nistgħu nissoponu li Dante bħan-nies intellettwali ta' żmienu, kien raffinat u kellu bosta interessi biex ngħidu hekk "internazzjonali".

Beatrice u l-Vita Nuova

Kien fl-1274 li Dante ltaqa' għall-ewwel darba ma' Beatrice. Isimha veru kien Bice di Folco Portinari, iżżewġet lil Simone de Bardi u mietet fl-1290. Ftit nafu fuq l-istorja tal-imħabba tiegħu għal Beatrice, issublimata fil-Vita Nuova (miktuba bejn l-1292 u l-1294) li fiha ddeskriva l-ewwel laqgħa ma' Beatrice, li dak iż-żmien kellha biss disa' snin. Qabel it-tieni laqgħa għaddew disa' snin oħra (spjega iżjed tard it-tifsira simbolika tan-numru disa', in-numru ta' Beatrice). Fil-Vita Nuova Dante ddeskriva l-imħabba tiegħu u d-disperazzjoni li ħass meta mietet Beatrice. Irrakkonta l-kriżi profonda li qabditu, il-ġiri tiegħu 'l hemm u 'l hawn u l-avventura tiegħu ma' "sinjura nobbli" (bla dubju allegorija għall-filosofija), u fl-aħhar l-indima tiegħu. Għalkemm il-Vita Nuova hi x'aktarx ispirata mill-ħajja personali ta' Dante, bosta kritiċi għandhom dubju fuq l-eżistenza vera ta' Beatrice, jaraw fiha figura allegorika (xi wħud għadhom tal-fehma sal-lum li fil-Kummiedja Divina, Virġilju jirrappreżenta r-raġuni naturali, u Beatrice t-).

Ħolma li kellu Dante, u li daħħalha mal-ewwel poeżija fil-ktieb, tagħtina xi dawl: lil Dante jidhirlu l-alla Mħabba fi sħaba tan-nar u jġib miegħu lil Beatrice għarwiena mdawra b'liżar lewn id-demm. L-alla Mħabba jżomm f'idu l-qalb taqbad bin-nar ta' Dante u jagħtiha 'l Beatrice biex tikolha, imbagħad jitla' lejn is-sema magħha. Din il-ħolma turi r-rikkezza u l-qawwa evokatriċi tal-poeta fil-Vita Nuova, xogħol diffiċli biex ninterpretawh: it-tradizzjoni mistika (is-sħaba tan-nar pereżempju) imħabbla mat-tradizzjoni kortiża (l-istorja tal-qalb li tittikel), is-sejħiet lill-"fidili tal-imħabba" u l-laqgħat ta' dami jistiednu qari eżoteriku, waqt li l-viżjonijiet u l-ħolm enigmatiku jqiegħed ix-xogħol f'dimensjoni f'l-istess ħin eskatoloġika (il-mewt ta' Beatrice bħala orizzont) u misterjuża. Beatrice ġiet sikwit imxebbħa ma' qaddisa (b'referenza għall-aġjografija Franġiskana b'mod partikulari), u wieħed mill-aħjar manjieri li bihom nistgħu inħarsu lejn din il-figura ta' mara sovrana hi billi nistudjaw l-analoġiji notevoli ma' Kristu. Jekk inwarrbu fil-ġenb id-deskrizzjoni tal-virtujiet u r-rakkonti tal-mirakli li nsibu mferrxin mal-ħajja tal-qaddisin, bħalhom, il-Vita Nuova tiġbor fiha il-misterji ta' Beatrice.

Il-Vita Nuova, li kienet diġà differenti mill-istil ta' dak iż-żmien, id-"Dolce Stil Novo", hi magħmula minn xi tletin poeżija, il-biċċa l-kbira sunetti, jixgħelu bi fjamma ta' mħabba u mistiċiżmu fl-istess ħin. Tnejn u erbgħin kapitlu bil- jikkumentaw fuq il-versi wieħed wieħed. Dante jagħlaq dan ix-xogħol bi stqarrija qisha viżjoni mis-sema li daħħal wara l-aħħar sunett: Ħa jikteb xi ħaġa li ħadd qatt ma kiteb, biex jgħanni l-glorja tal-maħbuba. Forsi kien diġà ħaseb fil-kapulavur tiegħu, il- .

Fjorentin attiv


Dante kellu sehem attiv ħafna fil-ħajja politika ta' Firenze. Fil-ġlied li kien iħarbat l-Italja f'dak iż-żmien, Dante kien akanit: indaħal f'bosta espedizzjonijiet kontra l- ta' , ta' Bolonja u ta' , u kontribwixxa ħafna bil-qlubija tiegħu għar-rebħa ta' Campaldino (1289) kontra l-Gwelfi ta' Arezzo, kif ukoll tal-kastell ta' Caprona, kontra 'l Piżanin (1290).

Temm b'suċċess għadd kbir ta' missjonijiet politiċi u nħatar prijur ta' Firenze fl-1300, jiġifieri sar wieħed mill-maġistrati supremi tal-eżekuttiv. Imma l-Gwelfi , li kienu jiddominaw Firenze kienu maqsumin f'żewġ partiti: isSuwed, favur il-politika papali ta' , u l-Bojod, li riedu iżjed awtonomija għall-belt. Fl-1300, il-papa ried li l-komuni Toskani jkunu taħt il-ħakma imperjali ta' Ruma. Minn dak il-mument, Dante sar iżomm bil-qawwa man-naħa tal-Gwelfi bojjod, jiġifieri kontra l-indħil tal-papa. F'Ottubru tal-1301, bħala membru tal-Kunsill tal-mija, mar Ruma biex jipprova għall-aħħar darba biex issir konċiljazzjoni. Sadattant, Charles de Valois (1270-1325), jirrapreżenta 'l-papa, mar Firenze u ħataf il-belt bl-għajnuna tal-Gwelfi suwed trijunfanti. Bdew l-akkużi u s-sentenzi. Dante sar jaf fi triqtu lura li kien ikkundannat għal qliegħ illiċtu u insubordinazzjoni lejn il-papa u Charles de Valois. Irrifjuta li jidher quddiem il-qorti. Sentenza oħra li ħarġet fl-10 ta' Marzu 1302 mill- Cante Gabrielli ta' , ikkundannatu għall-ħruq. Ġidu kollu ġie kkonfiskat u hu ġie eżiljat ma' Gwelfi bojod oħra u qatt ma mar lura Firenze iżjed.

Eżilju prolifiku

Fil-bidu tal-eżilju, Dante kien jaħseb biex jassedja l-belt, flimkien ma' Gwelfi u Gibellini eżiljati oħra. Imma malajr abbandunah dan il-ħsieb u beda jiġri minn belt għal belt, jiġġieled kontra l-miżerja u jfittex il-protezzjoni fil-qortijiet tal-Italja ta' fuq: , Verona, Siena u għal darba oħra . Għadda xi żmien Pariġi fejn kien jattendi l-università u fl-aħħar spiċċa Ravenna għand Guido de Polenta, fejn miet bil-malarja fil-lejl tat-13 jew l-14 ta' Settembru 1321, wara li kien ipprova għal xejn imur lura pajjiżu.

Il-qabar veru tiegħu, ordnat mill-kardinal Gonzaga fl-1780, qiegħed Ravenna, fil-pjazza San Francesco, fiċ-ċentru storiku tal-belt. S'issa l-Fjorentini għadhom jixtiequ jieħdu lura l-fdalijiet tiegħu biex iqegħduhom f'sarkofagu fiċ-ċenotafju, mibni minn Luigi de Cambray Digny bl-istatwi ta' Stefano Ricci, li nistgħu naraw fin-navi tal-knisja ta' ta' Firenze, imma Ravenna baqgħet tirrifjuta li tagħti lura 'l din il-belt il-ġisem ta' persunaġġ li keċċiet.

It-trattati

De vulgari eloquentia

Is-snin tal-eżilju kienu għal Dante perjodu ta' attività intellettwali sfieqa. Fl-1303, ikkonċentra fuq il-kwistjoni tal-lingwa vulgari u kiteb fuqha trattat bil-Latin: . L-ewwel ktieb kien iddedikat għal-bidu tal-ilsna, u wara għall-analisi tad-djaletti differenti Taljani. Dante wasal għall-konklużjoni li l-ebda lingwa vulgari m'hi aħjar minn oħra. Għalhekk kien jittama li titwaqqaf lingwa vulgari waħda li setgħet tinfirex mal-peniżola Taljana kollha. Fit-tieni ktieb, Dante wera li lingwa vulgari imma kkurata tista' tintuża għas-suġgetti l-iżjed nobbli, u tista' tiġi applikata fl-istil traġiku.

Il Convivio

Deher li fl-1305 Dante waqaf mill-kitba ta' De vulgari eloquentia mingħajr ma' lestiha, meta kien kiteb biss żewġ kotba mill-erbgħa li kienu ppjanati fil-bidu. Issa beda jipprattika l-ideat tiegħu billi tefa' ruħu fuq ix-xogħol monumentali tiegħu bid-djalett Toskan: Il Convivio. Fih is-suġġetti li s-soltu kienu jiġu ttrattati bil-Latin bħal: il-ġerarkiji tal-anġli, it-tifħir tal-filosofija u x-xjenza bħala t-triq għall-iżvilupp tal-bniedem, l-eżaltazzjoni tan-nobbiltà bħala valur intellettwali u morali li jikseb l-individwu, etc. Qisu Dante ħa f'idejh il-missjoni li jiftaħ il-bibien tal-kultura u tax-xjenzi antiki u kontemporanji għal numru ikbar. Barra minn hekk, ċerti passaġġi tal-Convivio għandhom l-għan li jiddefendu l-awtur mill-akkużi miġjubin kontra tiegħu. Jgħid fuq l-imrar li kellu f'qalbu minħabba li tkeċċa minn Firenze, belt twelidu li rabbietu fi ħdanha qabel tefgħetu 'l barra. Il Convivio fil-bidu kellu jkun fih ħmistax-il trattat, imma l-ewwel erbgħa biss inkitbu.

De Monarchia

Dante reġa' dar għal-Latin biex jesprimi l-opinjonijiet politiċi tiegħu fit-trattat De Monarchia, miktub bejn l-1313 u l-1318. Forsi kienet il-mewt ta' Neriku VII fl-1313 li tagħtu l-idea li jikteb trattat ġdid. In fatti, mal-mewt tar-re għebet għal kollox kull tama li Dante xi jum jara l-awtorità imperjali terġa’ taħkem il-peniżola, għad-dannu tal-ħakma tal-papa. Fl-ewwel ktieb tat-trattat, Dante jfaħħar il-monarkija universali bħala sistema politika ideali biex tiggarantixxi l-paċi u, hekk l-hena tal-bnedmin. It-tieni ktieb jipprova juri li hu l-poplu Ruman li għandu jkollu l-awtorità suprema, għax hu bid-dritt l-eredi tal-Imperu Ruman, jiġifieri skont ir-rieda t'Alla, u mhux biss bil-forza. Fl-aħħar, it-tielet u l-aħħar ktieb jittratta r-relazzjonijiet bejn l-imperatur u l-papa, l-awtorità tat-tnejn ġejja minn Alla, imma kull wieħed għandu jeżerċitaha fil-qasam proprju tiegħu: il-qasam spiritwali għall-papa u l-qasam temporali għall-imperatur. It-trattat kien meqjus bħala eretiku u mqiegħed fuq l-indiċi tal-kotba projbiti fejn baqa' sal-1881.

Dante x'aktarx kien ukoll l-awtur ta' Quaestio de aqua et terra, trattat qasir li jipprova juri li l- tal-ilma u tal-art m'humiex konċentriċi.

Barra mit-trattati, wiritna żewġ bil-Latin mibnija fuq il-manjiera ta' Virġilju li minn żogħżitu kien jammira bil-qalb. Dawn kienu risposti ndirizzati lil Giovanni del Virgilio li kien jgħallem ir- fl-università ta' Bolonja u kien iċanfar lil Dante talli kien kiteb il- bit-Toskan minflok bil-Latin.

Esperiment poetiku oriġinali

Il-kollezzjoni ta' Le Rime li tiġbor fiha 54 biċċa hija tassew xogħol ta' sperimentazzjoni poetika. Minkejja li l-ġabra u l-organizzazzjoni ta' dawn il-kitbiet saru wara Dante, x'aktarx li hu kien l-awtur tal-parti l-kbira tal-poeżiji. Fost dawn il-kitbiet sperimentali, insibu r-rime petrose li tiġbor fiha żewġ għanjiet li jiddeskrivu ritratt ta' mara b'qalb tal-blat li ma jistgħux ma tjfakkruniex fil-poeżiji tal- Provenzali.

Il-kapulavur ta' ħajtu

Dante beda jikteb il-Kummiedja Divina mill-1306 u x'aktarx baqa' sejjer biha sa mewtu. Ix-xogħol fil-bidu kellu sempliċiment l-isem Commedia, imma wara, il-kummentaturi ewlenin tal-ktieb żiedu l-aġġettiv divina. Ix-xogħol jirrakkonta vjaġġ immaġinarju ta' narratur li jsib ruħu f'daqqa waħda ġo foresta mudlama. Hemm, jiltaqa' ma' Virġilju li jistiednu jidħol ġod-dinja ta' lil hemm. Dante jsegwiħ u jibda' d-dawra tiegħu b'żjara lill-infern u wara lill- u fl-aħħar lill-. Il-vjaġġ sħiħ lil Dante ħadlu l- kollha tas-sena 1300. Immexxi minn Virġilju, niżel id-disa' ċrieki tal-infern, imbagħad tela' s-seba' terrazzi tal-purgatorju sal-ġenna tal-art u fl-aħħar tela' fid-disa' sferi konċentriċi tal-ġenna. Virġilju qdieh bħala gwida sal-bieb tal-ġenna, imma ma setax jidħol ġewwa miegħu għax billi kien twieled qabel il-miġja ta' Kristu, ma setagħx jibbenefika mill-Passjoni tiegħu. Għalhekk kienet Beatrice li ħaditu f'idejha u mexxiet 'l Dante fl-. Fetħet il-bieb tas-salvazzjoni, imbagħad iggwida r-rakkontatur fil-Warda tal-Qaddisin sal-viżjoni suprema.

Ir-rakkont miktub fl-ewwel persuna, hu vjaġġ tassew innovattiv. Matulu, Dante jiltaqa' ma' xi mitt personalità, mill-figuri kbar mitiċi tal-antikità bħall-filosfi sal-personalitajiet lokali kontemporanji ta' Dante. Dan ix-xogħol monumentali nistgħu naqrawh f'bosta manjieri differenti, hu fl-istess ħin rakkont tal-vjaġġ personali ta' Dante, manwal teoloġiku nisrani li jiddeskrivi d-dinja ta' lil hemm, rumanz ta' valur etiku u morali u wkoll riflessjoni fuq it-tfittxija għas-salvazzjoni eterna. Parti mill-ġenju ta' Dante kien f'li kien jaf iħallat il-postijiet immaġinarji ma' esperjenzi konkreti. Minkejja li l-azzjoni ssir f'univers totalment metafiżiku, Dante kien jaf jiddeskrivi dawn l-imkejjen b'mod iddettaljat u jagħnihom b'ħafna realiżmu waqt li għammarhom b'dawn il-figuri kollha famużi u m'humiex. Fl-aħħar ta' vjaġġ għani imma iebes, is-salvazzjoni mogħtija lin-narratur hu messaġġ ta' tama għall-umanità kollha: il-wegħda tas-salvazzjoni għal kulħadd.

Dante fil-kultura moderna

I|l-ħajja u x-xogħol ta' Dante kellhom influwenza determinanti fuq it-tiswir tal-identità Taljana u b’mod ġenerali fuq il-kultura moderna. Hemm għadd kbir ta' kittieba u intellettwali li użaw u jkomplu jużaw il-Kummiedja u x-xogħlijiet l-oħra Danteski bħala għajn ta' ispirazzjoni tematika, lingwistika u espressiva. Hawn nagħtu ftit minhom.

Letteratura Taljana tas-seklu 20:

  • Fix-xogħol poetiku ta' Eugenio Montale jintużaw sikwit termini u formuli mill-poeżija u mill-Kummiedja ta' Dante.
  • Il-poeta uża bosta drabi it-temi Danteski u b'mod partikulari 'purgatorjali', pereżempju fil-poeżija La notte lava la mente.
  • F' "" ta' insibu bosta riferimenti għall-inżul Dantesk fl-Infern; barra minn hekk wieħed mill-kapitli hu strutturat bħala l-kontinwazzjoni tal-vjaġġ ta' fil-canto XXVI tal-Inferno.

Letteratura dinjija tas-seklu 20:

  • Il-poeta ħa ispirazzjoni minn Dante u fil-v. 63 tal-poeżija (L-art iddeżolata) jittraduċi letteralment il-versi 56-57 tat-tielet canto tal-Inferno: "i' non averei creduto / che morte tanta n'avesse disfatta". Il-passaġġ jiddeskrivi għodwa Londiniża fejn il-folla tan-nies sejrin ix-xogħol hi assoċjata max-xbieha Danteska tal-. Fl-istess "The waste land", f' "" jiċċita espliċitament il-v. 148 tal-canto XXVI tal-Purgatorio:"Poi s'ascose nel fuoco che gli affina". Barra minn hekk jagħti l-vs 61-66 tal-canto XXVII tal-Inferno fid-daħla tal-poeżija "The Love Song of J. Alfred Prufrock".
  • Fin-novella The Celestial Omnibus il-kittieb Ingliż introduċa persunaġġ misterjuż "ta' ġilda saffra, leħitu tal-biza' u għajnejh fil-ħofra", li "kien jismu Dan xiħadd" li kien imexxi vettura stramba biż-żwiemel, li fiha kien hemm miktub "Lasciate ogni baldanza voi ch'entrate"; imma wieħed mill-karattri, is-Sur Bons qal li kienet "lashy arty" jew xi ħaġa hekk u li baldanza kienet żball għal speranza.
    Fl-aħħar tad-dawra f'dinjiet abitati minn persunaġġi kbar tal-leġenda u tal-poeżija, it-tifel li temm il-vjaġġ "ħass weraq friski fuq ġbinu. Xi ħadd kien inkurunah."
  • Il-poeta kien jaf fil-fond il-poeżija Danteska u użaha f'xi passaġġi tax-xogħol ewlieni tiegħu, The Cantos.
  • Il-poeta Arġentin li kien wieħed mill-kittieba l-iżjed importanti tas-seklu 20 tant kien jammira 'l-Kummiedja ta' Dante li wasal biex jgħid li kienet l-aħjar xogħol letterarju ta' kull żmien, il-quċċata tal-letteraturi. Kien kiteb Disa' saġġi Danteski u ta ħafna taħdidiet fuq il-poeżija sagra. Fix-xogħol tiegħu bosta drabi ttraduċa xi passaġġi mill-Kummiedja li inserixxa fil-poeżiji tiegħu bħal perezempju fil-"Poema conjetural" fejn ikompli l-episodju ta' Bonconte fil-Purgatorio, V.

Noti u referenzi

  1. ^ Dante kkonferma hu stess fil-Kummiedja Divina, Par. XXII 112-117, li twieled taħt l-għelm Żodjakali tat-Tewmin:
    P. Pecoraro : Id-dati tat-twelied ta' Beatrice u Dante, fi Critica Letteraria, a. 13, vol. XLVI (1985), faxx. 1, pp. 3-18.
    Richard Kay : Il giorno della nascita di Dante e la dipartita di Beatrice, fi Studi americani su Dante, Milan, Angeli, 1989, pp. 243-265.
  2. ^ Għall-istess raġuni l-belt ta' Firenze tiċċelebra t-twelied ta' Dante fl-aħħar Sibt ta' Mejju.
  3. ^ "I had not thought / death had undone so many."
    "ma kontx ħsibt / li l-mewt xejnet tant nies."
  4. ^ L-ignavi huma kategorija ta' midinbin li jiltaqa' magħhom Dante fl-Antinfern, matul ir-rakkont tiegħu. Jiddeskrivhom bil-ħruxija fit-tielet Canto tal-Inferno. Dawn l-indannati huma dawk li matul ħajjithom qatt ma għamlu xejn la fit-tajjeb u lanqas fil-ħażin u ma qatt issugraw ikollhom idea waħda tagħhom, imma illimitaw ruħhom biss f'li jkunu komdi
  5. ^ "Imbagħad staħba fin-nar li rfinaħ."

Ħoloq esterni

Il-Wikisors għandu testi oriġinali li għandhom x'jaqsmu ma' dan l-artiklu: Dante Alighieri
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Dante Alighieri
Fil-Wikikwota hemm kollezzjoni ta' kwotazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma': Dante Alighieri
  • Dante online (Società Dantesca Italiana)
  • Dante Dartmouth Project
  • La Commedia online
  • Dante u Firenze ta' Marina Marietti, Professur fl-università ta' Pariġi III-Sorbonne Nouvelle.
  • [1] Dante u Beatrice (1883) — Pittura ta' Henry Holliday
  • Koch u Dante — Id-disinji ta' Koch tal-Kummiedja Divina
  • Ċentru Dantesk tal-Patrijiet Minuri Konventwali, Ravenna
  • Qari u kummenti bit-Taljan minn Vittorio Sermonti tal-ewwel Cantica ta' Dante
  • Qari u kummenti bit-Taljan minn Vittorio Sermonti tat-tieni Cantica ta' Dante
  • Qari u kummenti bit-Taljan minn Vittorio Sermonti tat-tielet Cantica ta' Dante
  • Ħajja ta' Dante bl-istampi
  • Stanford Encyclopedia of Philosophy: Il-filosofija fix-xogħol ta' Dante
  • The World of Dante multimedja, testi, mapep, gallerija, databażi, mużika, riżorsi għall-għalliema, kronoloġija
  • Multimedja
  • The Princeton Dante Project testi u multimedja
  • The Dartmouth Dante Project databażi ċerkabbli ta' kummentarji
  • [3] Il-proġett Gutenberg

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 07 Ġun, 2025 / 21:00

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Dante Alighieri, X'inhi Dante Alighieri? Xi tfisser Dante Alighieri?

Dante Alighieri Durante degli Alighieri poeta politiku u kittieb Fjorentin twieled bejn l 14 ta Mejju u t 13 ta Ġunju 1265 f Firenze u miet fl 14 ta Settembru 1321 f Ravenna Dante AlighieriRitratt ta Dante minn Sandro BotticelliĦajjaIsem propju Dante da Alaghiero degli AlaghieriTwelid Firenze c 1265NazzjonalitaResidenza Firenze Ruma Ravenna Bolonja Verona en en Lucca Pariġi Milan GenovaL ewwel lingwa TaljanMewt Ravenna 14 Settembru 1321Post tad dfin en en Kawza tal mewt kawzi naturali malarja FamiljaMissierOmmKonjuga i 1285 Gregorian Ulied uri en en en Aħwa uri en Familja uri en dixxendent TribuEdukazzjoniLingwi Taljan LatinGħalliemaOkkupazzjoniOkkupazzjoni poeta kittieb politikuPost tax xogħol FirenzeXogħlijiet importanti en en en en en Influwenzat minn Aristotile Virġilju OmeruSħubijaMovimentServizz militariIġġieldu Ir ritratt ta Dante l izjed antik li nafu bih dettal minn affresch fil kappella Bargello attribwit lil Dante kien l ewwel poeta kbir tal ilsien Taljan u l ktieb tiegħu hu meqjus bħala wieħed mill kapulavuri tal letteratura universali Iz zgħozijaPittura fuq l injam fil Firenze li tirraprezenta l Dante impittra minn fl 1450 Nafu li l familja tiegħu kienet familja importanti Fjorentina li kienet izzomm mal partit tal u li isimha fil forma tagħha oriġinali kien Alaghieri Missieru Alighiero di Bellincione kien imma ma sofriex il vendetta tal wara r rebħa tagħhom fil Battalja ta Montaperti u dan ta ċertu prestiġju lill familja Omm Dante kienet Bella degli Abati Bella hu d diminuttiv ta Gabriella imma jfisser ukoll sabiħa Mietet meta Dante kellu 13 il sena fl 1278 missieru miet 5 snin wara fl 1282 Alighiero kien jgħix għal xi zmien ma Lapa di Chiarissimo Cialuffi mhux ċert jekk kinux mizzewġin u kellu zewġt ulied magħha ħu Dante Francesco u oħtu Tana Gaetana Meta Dante kellu 12 il sena fl 1277 ġie miftiehem iz zwieġ tiegħu ma Gemma bint Messer Manetto Donati u wara zzewwiġha Iz zwiġijiet miftehmin f dawn l etajiet baxxi ma kinux ħaġa rari u għalihom kienet issir ċerimonja importanti li teħtieġ kuntratti uffiċjali ffirmati quddiem in nutar Dante kellu tliet ulied minn Gemma Jacopo Pietro u Antonia Antonia daħlet soru bl isem ta Sor Beatrice Ieħor jismu Giovanni kien jgħid li kien bin Dante u akkompanjah fl ezilju imma m hemm l ebda prova li kien ibnu Ftit nafu dwar l edukazzjoni ta Dante wieħed jista jipprezumi li studja d dar Għadda xi zmien Bolonja u f Firenze tgħallem fl iskola Franġiskana ta taħt Remiġju dei Girolami tal iskola Dumnikana ta u taħt Iltaqa ma poeti u beda ħbiberija soda ma Huwa kwazi ċert li studja l poezija Toskana fil mument meta l iskola poetika Sqallija grupp kulturali minn Sqallija bdiet issir magħrufa fit Toskana Minħabba l interessi tiegħu skopra l il poeti u l kultura Latina Jidher ċar li kellu ammirazzjoni kbira lejn Virġilju Inti l imgħallem tiegħi u l awtur tiegħi inti dak biss li minnu ħadt l istil sabiħ li għamilli unur kiteb fil L Infern Canto I Wieħed irid jenfasizza li fil Medjuevu l fdalijiet tal Imperu Ruman kienu saru mifrudin għal kollox u baqa xi tuzzana stati zgħar b mod li Sqallija kienet imbiegħda kulturalment u politikament mit Toskana daqs li din kienet minn ir reġjuni ma kellhomx l istess lingwa u l komunikazzjoni kienet diffiċli Nistgħu nissoponu li Dante bħan nies intellettwali ta zmienu kien raffinat u kellu bosta interessi biex ngħidu hekk internazzjonali Beatrice u l Vita Nuova Dante u Beatrice fil Ġenna ta 1832 1883 Kien fl 1274 li Dante ltaqa għall ewwel darba ma Beatrice Isimha veru kien Bice di Folco Portinari izzewġet lil Simone de Bardi u mietet fl 1290 Ftit nafu fuq l istorja tal imħabba tiegħu għal Beatrice issublimata fil Vita Nuova miktuba bejn l 1292 u l 1294 li fiha ddeskriva l ewwel laqgħa ma Beatrice li dak iz zmien kellha biss disa snin Qabel it tieni laqgħa għaddew disa snin oħra spjega izjed tard it tifsira simbolika tan numru disa in numru ta Beatrice Fil Vita Nuova Dante ddeskriva l imħabba tiegħu u d disperazzjoni li ħass meta mietet Beatrice Irrakkonta l krizi profonda li qabditu il ġiri tiegħu l hemm u l hawn u l avventura tiegħu ma sinjura nobbli bla dubju allegorija għall filosofija u fl aħhar l indima tiegħu Għalkemm il Vita Nuova hi x aktarx ispirata mill ħajja personali ta Dante bosta kritiċi għandhom dubju fuq l ezistenza vera ta Beatrice jaraw fiha figura allegorika xi wħud għadhom tal fehma sal lum li fil Kummiedja Divina Virġilju jirrapprezenta r raġuni naturali u Beatrice t Ħolma li kellu Dante u li daħħalha mal ewwel poezija fil ktieb tagħtina xi dawl lil Dante jidhirlu l alla Mħabba fi sħaba tan nar u jġib miegħu lil Beatrice għarwiena mdawra b lizar lewn id demm L alla Mħabba jzomm f idu l qalb taqbad bin nar ta Dante u jagħtiha l Beatrice biex tikolha imbagħad jitla lejn is sema magħha Din il ħolma turi r rikkezza u l qawwa evokatriċi tal poeta fil Vita Nuova xogħol diffiċli biex ninterpretawh it tradizzjoni mistika is sħaba tan nar perezempju imħabbla mat tradizzjoni kortiza l istorja tal qalb li tittikel is sejħiet lill fidili tal imħabba u l laqgħat ta dami jistiednu qari ezoteriku waqt li l vizjonijiet u l ħolm enigmatiku jqiegħed ix xogħol f dimensjoni f l istess ħin eskatoloġika il mewt ta Beatrice bħala orizzont u misterjuza Beatrice ġiet sikwit imxebbħa ma qaddisa b referenza għall aġjografija Franġiskana b mod partikulari u wieħed mill aħjar manjieri li bihom nistgħu inħarsu lejn din il figura ta mara sovrana hi billi nistudjaw l analoġiji notevoli ma Kristu Jekk inwarrbu fil ġenb id deskrizzjoni tal virtujiet u r rakkonti tal mirakli li nsibu mferrxin mal ħajja tal qaddisin bħalhom il Vita Nuova tiġbor fiha il misterji ta Beatrice Il Vita Nuova li kienet diġa differenti mill istil ta dak iz zmien id Dolce Stil Novo hi magħmula minn xi tletin poezija il biċċa l kbira sunetti jixgħelu bi fjamma ta mħabba u mistiċizmu fl istess ħin Tnejn u erbgħin kapitlu bil jikkumentaw fuq il versi wieħed wieħed Dante jagħlaq dan ix xogħol bi stqarrija qisha vizjoni mis sema li daħħal wara l aħħar sunett Ħa jikteb xi ħaġa li ħadd qatt ma kiteb biex jgħanni l glorja tal maħbuba Forsi kien diġa ħaseb fil kapulavur tiegħu il Fjorentin attivStatwa ta Dante fil Firenze Dante kellu sehem attiv ħafna fil ħajja politika ta Firenze Fil ġlied li kien iħarbat l Italja f dak iz zmien Dante kien akanit indaħal f bosta espedizzjonijiet kontra l ta ta Bolonja u ta u kontribwixxa ħafna bil qlubija tiegħu għar rebħa ta Campaldino 1289 kontra l Gwelfi ta Arezzo kif ukoll tal kastell ta Caprona kontra l Pizanin 1290 Temm b suċċess għadd kbir ta missjonijiet politiċi u nħatar prijur ta Firenze fl 1300 jiġifieri sar wieħed mill maġistrati supremi tal ezekuttiv Imma l Gwelfi li kienu jiddominaw Firenze kienu maqsumin f zewġ partiti isSuwed favur il politika papali ta u l Bojod li riedu izjed awtonomija għall belt Fl 1300 il papa ried li l komuni Toskani jkunu taħt il ħakma imperjali ta Ruma Minn dak il mument Dante sar izomm bil qawwa man naħa tal Gwelfi bojjod jiġifieri kontra l indħil tal papa F Ottubru tal 1301 bħala membru tal Kunsill tal mija mar Ruma biex jipprova għall aħħar darba biex issir konċiljazzjoni Sadattant Charles de Valois 1270 1325 jirraprezenta l papa mar Firenze u ħataf il belt bl għajnuna tal Gwelfi suwed trijunfanti Bdew l akkuzi u s sentenzi Dante sar jaf fi triqtu lura li kien ikkundannat għal qliegħ illiċtu u insubordinazzjoni lejn il papa u Charles de Valois Irrifjuta li jidher quddiem il qorti Sentenza oħra li ħarġet fl 10 ta Marzu 1302 mill Cante Gabrielli ta ikkundannatu għall ħruq Ġidu kollu ġie kkonfiskat u hu ġie eziljat ma Gwelfi bojod oħra u qatt ma mar lura Firenze izjed Ezilju prolifikuL Infern ta Dante spira ħafa xbihat din t hawn hi ta Giovanni Stradano Mappa tad daħla u d disa ċrieki tal infern Stampa ta de Giovanni Stradano Fil bidu tal ezilju Dante kien jaħseb biex jassedja l belt flimkien ma Gwelfi u Gibellini eziljati oħra Imma malajr abbandunah dan il ħsieb u beda jiġri minn belt għal belt jiġġieled kontra l mizerja u jfittex il protezzjoni fil qortijiet tal Italja ta fuq Verona Siena u għal darba oħra Għadda xi zmien Pariġi fejn kien jattendi l universita u fl aħħar spiċċa Ravenna għand Guido de Polenta fejn miet bil malarja fil lejl tat 13 jew l 14 ta Settembru 1321 wara li kien ipprova għal xejn imur lura pajjizu Il qabar veru tiegħu ordnat mill kardinal Gonzaga fl 1780 qiegħed Ravenna fil pjazza San Francesco fiċ ċentru storiku tal belt S issa l Fjorentini għadhom jixtiequ jieħdu lura l fdalijiet tiegħu biex iqegħduhom f sarkofagu fiċ ċenotafju mibni minn Luigi de Cambray Digny bl istatwi ta Stefano Ricci li nistgħu naraw fin navi tal knisja ta ta Firenze imma Ravenna baqgħet tirrifjuta li tagħti lura l din il belt il ġisem ta persunaġġ li keċċiet It trattati De vulgari eloquentia Is snin tal ezilju kienu għal Dante perjodu ta attivita intellettwali sfieqa Fl 1303 ikkonċentra fuq il kwistjoni tal lingwa vulgari u kiteb fuqha trattat bil Latin L ewwel ktieb kien iddedikat għal bidu tal ilsna u wara għall analisi tad djaletti differenti Taljani Dante wasal għall konkluzjoni li l ebda lingwa vulgari m hi aħjar minn oħra Għalhekk kien jittama li titwaqqaf lingwa vulgari waħda li setgħet tinfirex mal penizola Taljana kollha Fit tieni ktieb Dante wera li lingwa vulgari imma kkurata tista tintuza għas suġgetti l izjed nobbli u tista tiġi applikata fl istil traġiku Il Convivio Deher li fl 1305 Dante waqaf mill kitba ta De vulgari eloquentia mingħajr ma lestiha meta kien kiteb biss zewġ kotba mill erbgħa li kienu ppjanati fil bidu Issa beda jipprattika l ideat tiegħu billi tefa ruħu fuq ix xogħol monumentali tiegħu bid djalett Toskan Il Convivio Fih is suġġetti li s soltu kienu jiġu ttrattati bil Latin bħal il ġerarkiji tal anġli it tifħir tal filosofija u x xjenza bħala t triq għall izvilupp tal bniedem l ezaltazzjoni tan nobbilta bħala valur intellettwali u morali li jikseb l individwu etc Qisu Dante ħa f idejh il missjoni li jiftaħ il bibien tal kultura u tax xjenzi antiki u kontemporanji għal numru ikbar Barra minn hekk ċerti passaġġi tal Convivio għandhom l għan li jiddefendu l awtur mill akkuzi miġjubin kontra tiegħu Jgħid fuq l imrar li kellu f qalbu minħabba li tkeċċa minn Firenze belt twelidu li rabbietu fi ħdanha qabel tefgħetu l barra Il Convivio fil bidu kellu jkun fih ħmistax il trattat imma l ewwel erbgħa biss inkitbu De Monarchia Dante reġa dar għal Latin biex jesprimi l opinjonijiet politiċi tiegħu fit trattat De Monarchia miktub bejn l 1313 u l 1318 Forsi kienet il mewt ta Neriku VII fl 1313 li tagħtu l idea li jikteb trattat ġdid In fatti mal mewt tar re għebet għal kollox kull tama li Dante xi jum jara l awtorita imperjali terġa taħkem il penizola għad dannu tal ħakma tal papa Fl ewwel ktieb tat trattat Dante jfaħħar il monarkija universali bħala sistema politika ideali biex tiggarantixxi l paċi u hekk l hena tal bnedmin It tieni ktieb jipprova juri li hu l poplu Ruman li għandu jkollu l awtorita suprema għax hu bid dritt l eredi tal Imperu Ruman jiġifieri skont ir rieda t Alla u mhux biss bil forza Fl aħħar it tielet u l aħħar ktieb jittratta r relazzjonijiet bejn l imperatur u l papa l awtorita tat tnejn ġejja minn Alla imma kull wieħed għandu jezerċitaha fil qasam proprju tiegħu il qasam spiritwali għall papa u l qasam temporali għall imperatur It trattat kien meqjus bħala eretiku u mqiegħed fuq l indiċi tal kotba projbiti fejn baqa sal 1881 Dante x aktarx kien ukoll l awtur ta Quaestio de aqua et terra trattat qasir li jipprova juri li l tal ilma u tal art m humiex konċentriċi Barra mit trattati wiritna zewġ bil Latin mibnija fuq il manjiera ta Virġilju li minn zogħzitu kien jammira bil qalb Dawn kienu risposti ndirizzati lil Giovanni del Virgilio li kien jgħallem ir fl universita ta Bolonja u kien iċanfar lil Dante talli kien kiteb il bit Toskan minflok bil Latin Esperiment poetiku oriġinali Il kollezzjoni ta Le Rime li tiġbor fiha 54 biċċa hija tassew xogħol ta sperimentazzjoni poetika Minkejja li l ġabra u l organizzazzjoni ta dawn il kitbiet saru wara Dante x aktarx li hu kien l awtur tal parti l kbira tal poeziji Fost dawn il kitbiet sperimentali insibu r rime petrose li tiġbor fiha zewġ għanjiet li jiddeskrivu ritratt ta mara b qalb tal blat li ma jistgħux ma tjfakkruniex fil poeziji tal Provenzali Il kapulavur ta ħajtu Dante u Virġilju jzuru l Infern pittura ta Dante beda jikteb il Kummiedja Divina mill 1306 u x aktarx baqa sejjer biha sa mewtu Ix xogħol fil bidu kellu sempliċiment l isem Commedia imma wara il kummentaturi ewlenin tal ktieb ziedu l aġġettiv divina Ix xogħol jirrakkonta vjaġġ immaġinarju ta narratur li jsib ruħu f daqqa waħda ġo foresta mudlama Hemm jiltaqa ma Virġilju li jistiednu jidħol ġod dinja ta lil hemm Dante jsegwiħ u jibda d dawra tiegħu b zjara lill infern u wara lill u fl aħħar lill Il vjaġġ sħiħ lil Dante ħadlu l kollha tas sena 1300 Immexxi minn Virġilju nizel id disa ċrieki tal infern imbagħad tela s seba terrazzi tal purgatorju sal ġenna tal art u fl aħħar tela fid disa sferi konċentriċi tal ġenna Virġilju qdieh bħala gwida sal bieb tal ġenna imma ma setax jidħol ġewwa miegħu għax billi kien twieled qabel il miġja ta Kristu ma setagħx jibbenefika mill Passjoni tiegħu Għalhekk kienet Beatrice li ħaditu f idejha u mexxiet l Dante fl Fetħet il bieb tas salvazzjoni imbagħad iggwida r rakkontatur fil Warda tal Qaddisin sal vizjoni suprema Ir rakkont miktub fl ewwel persuna hu vjaġġ tassew innovattiv Matulu Dante jiltaqa ma xi mitt personalita mill figuri kbar mitiċi tal antikita bħall filosfi sal personalitajiet lokali kontemporanji ta Dante Dan ix xogħol monumentali nistgħu naqrawh f bosta manjieri differenti hu fl istess ħin rakkont tal vjaġġ personali ta Dante manwal teoloġiku nisrani li jiddeskrivi d dinja ta lil hemm rumanz ta valur etiku u morali u wkoll riflessjoni fuq it tfittxija għas salvazzjoni eterna Parti mill ġenju ta Dante kien f li kien jaf iħallat il postijiet immaġinarji ma esperjenzi konkreti Minkejja li l azzjoni ssir f univers totalment metafiziku Dante kien jaf jiddeskrivi dawn l imkejjen b mod iddettaljat u jagħnihom b ħafna realizmu waqt li għammarhom b dawn il figuri kollha famuzi u m humiex Fl aħħar ta vjaġġ għani imma iebes is salvazzjoni mogħtija lin narratur hu messaġġ ta tama għall umanita kollha il wegħda tas salvazzjoni għal kulħadd Dante fil kultura modernaDe vulgari eloquentia 1577 I l ħajja u x xogħol ta Dante kellhom influwenza determinanti fuq it tiswir tal identita Taljana u b mod ġenerali fuq il kultura moderna Hemm għadd kbir ta kittieba u intellettwali li uzaw u jkomplu juzaw il Kummiedja u x xogħlijiet l oħra Danteski bħala għajn ta ispirazzjoni tematika lingwistika u espressiva Hawn nagħtu ftit minhom Letteratura Taljana tas seklu 20 Fix xogħol poetiku ta Eugenio Montale jintuzaw sikwit termini u formuli mill poezija u mill Kummiedja ta Dante Il poeta uza bosta drabi it temi Danteski u b mod partikulari purgatorjali perezempju fil poezija La notte lava la mente F ta insibu bosta riferimenti għall inzul Dantesk fl Infern barra minn hekk wieħed mill kapitli hu strutturat bħala l kontinwazzjoni tal vjaġġ ta fil canto XXVI tal Inferno Letteratura dinjija tas seklu 20 Il poeta ħa ispirazzjoni minn Dante u fil v 63 tal poezija L art iddezolata jittraduċi letteralment il versi 56 57 tat tielet canto tal Inferno i non averei creduto che morte tanta n avesse disfatta Il passaġġ jiddeskrivi għodwa Londiniza fejn il folla tan nies sejrin ix xogħol hi assoċjata max xbieha Danteska tal Fl istess The waste land f jiċċita espliċitament il v 148 tal canto XXVI tal Purgatorio Poi s ascose nel fuoco che gli affina Barra minn hekk jagħti l vs 61 66 tal canto XXVII tal Inferno fid daħla tal poezija The Love Song of J Alfred Prufrock Fin novella The Celestial Omnibus il kittieb Ingliz introduċa persunaġġ misterjuz ta ġilda saffra leħitu tal biza u għajnejh fil ħofra li kien jismu Dan xiħadd li kien imexxi vettura stramba biz zwiemel li fiha kien hemm miktub Lasciate ogni baldanza voi ch entrate imma wieħed mill karattri is Sur Bons qal li kienet lashy arty jew xi ħaġa hekk u li baldanza kienet zball għal speranza Fl aħħar tad dawra f dinjiet abitati minn persunaġġi kbar tal leġenda u tal poezija it tifel li temm il vjaġġ ħass weraq friski fuq ġbinu Xi ħadd kien inkurunah Il poeta kien jaf fil fond il poezija Danteska u uzaha f xi passaġġi tax xogħol ewlieni tiegħu The Cantos Il poeta Arġentin li kien wieħed mill kittieba l izjed importanti tas seklu 20 tant kien jammira l Kummiedja ta Dante li wasal biex jgħid li kienet l aħjar xogħol letterarju ta kull zmien il quċċata tal letteraturi Kien kiteb Disa saġġi Danteski u ta ħafna taħdidiet fuq il poezija sagra Fix xogħol tiegħu bosta drabi ttraduċa xi passaġġi mill Kummiedja li inserixxa fil poeziji tiegħu bħal perezempju fil Poema conjetural fejn ikompli l episodju ta Bonconte fil Purgatorio V Noti u referenzi Dante kkonferma hu stess fil Kummiedja Divina Par XXII 112 117 li twieled taħt l għelm Zodjakali tat Tewmin P Pecoraro Id dati tat twelied ta Beatrice u Dante fi Critica Letteraria a 13 vol XLVI 1985 faxx 1 pp 3 18 Richard Kay Il giorno della nascita di Dante e la dipartita di Beatrice fi Studi americani su Dante Milan Angeli 1989 pp 243 265 Għall istess raġuni l belt ta Firenze tiċċelebra t twelied ta Dante fl aħħar Sibt ta Mejju I had not thought death had undone so many ma kontx ħsibt li l mewt xejnet tant nies L ignavi huma kategorija ta midinbin li jiltaqa magħhom Dante fl Antinfern matul ir rakkont tiegħu Jiddeskrivhom bil ħruxija fit tielet Canto tal Inferno Dawn l indannati huma dawk li matul ħajjithom qatt ma għamlu xejn la fit tajjeb u lanqas fil ħazin u ma qatt issugraw ikollhom idea waħda tagħhom imma illimitaw ruħhom biss f li jkunu komdi Imbagħad staħba fin nar li rfinaħ Ħoloq esterniIl Wikisors għandu testi oriġinali li għandhom x jaqsmu ma dan l artiklu Dante Alighieri Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x jaqsmu ma Dante Alighieri Fil Wikikwota hemm kollezzjoni ta kwotazzjonijiet li għandhom x jaqsmu ma Dante Alighieri Dante online Societa Dantesca Italiana Dante Dartmouth Project La Commedia online Dante u Firenze ta Marina Marietti Professur fl universita ta Pariġi III Sorbonne Nouvelle 1 Dante u Beatrice 1883 Pittura ta Henry Holliday Koch u Dante Id disinji ta Koch tal Kummiedja Divina Ċentru Dantesk tal Patrijiet Minuri Konventwali Ravenna Qari u kummenti bit Taljan minn Vittorio Sermonti tal ewwel Cantica ta Dante Qari u kummenti bit Taljan minn Vittorio Sermonti tat tieni Cantica ta Dante Qari u kummenti bit Taljan minn Vittorio Sermonti tat tielet Cantica ta Dante Ħajja ta Dante bl istampi Stanford Encyclopedia of Philosophy Il filosofija fix xogħol ta Dante The World of Dante multimedja testi mapep gallerija databazi muzika rizorsi għall għalliema kronoloġija Multimedja The Princeton Dante Project testi u multimedja The Dartmouth Dante Project databazi ċerkabbli ta kummentarji 3 Il proġett Gutenberg

L-aħħar artikli
  • Ġunju 07, 2025

    Reġjuni ta’ Malta

  • Ġunju 06, 2025

    Reġjun tal-Port, Malta

  • Ġunju 07, 2025

    Repubblika Rumana

  • Ġunju 07, 2025

    Repubblika Demokratika tal-Kongo

  • Ġunju 06, 2025

    Repubblika tal-Irlanda

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq