Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Tipasa li xi kultant tiġi distinta bħala Tipasa fil Mawritanja kienet kolonja fil provinċja Rumana ta Mauretania Caesari

Tipasa

  • Paġna Ewlenija
  • Tipasa
Tipasa
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Tipasa, li xi kultant tiġi distinta bħala Tipasa fil-Mawritanja, kienet kolonja fil-provinċja Rumana ta' Mauretania Caesariensis, li llum il-ġurnata tissejjaħ Tipaza, u tinsab fin-naħa kostali tal-Alġerija ċentrali. Fl-1982 Tipasa tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Is-sit tniżżel fil-lista tas-siti fil-periklu fl-2002, iżda tneħħa mil-lista tas-siti fil-periklu fl-2006 wara li saru sforzi ta' konservazzjoni.

Storja

Ċentru kummerċjali Puniku

Inizjalment il-belt kienet ċentru kummerċjali Puniku żgħir u antik.

Kolonja Rumana

Wara li nħakmet minn Ruma tal-Qedem, Tipasa ġiet ikkonvertita f'kolonja militari mill-Imperatur għall-ħakma tar-renji tal-Mawritanja. Wara saret municipium imsejjaħ Colonia Aelia Augusta Tipasensium, u laħqet popolazzjoni ta' 20,000 abitant fis-seklu 4 W.K. skont l-istoriku .

Il-belt Rumana nbniet fuq tliet għoljiet żgħar li jħarsu fuq il-baħar, kważi 20 kilometru fil-Lvant ta' Caesarea (il-belt kapitali ta' Mauretania Caesariensis). Ma għad fadal l-ebda traċċa tad-djar, li l-biċċa l-kbira minnhom kienu nbnew fuq l-għolja ċentrali; iżda għad hemm il-fdalijiet ta' tliet knejjes — il-Bażilika l-Kbira u l-Bażilika ta' Alessandru fuq l-għolja tal-Punent, u l-Bażilika ta' Santa Salsa fuq l-għolja tal-Lvant, flimkien ma' żewġ ċimiterji, banjijiet, teatru, anfiteatru u nymphaeum. Il-linja fejn kien hemm is-swar tista' tiġi traċċata sew u taħt l-għolja tal-Lvant hemm il-fdalijiet tal-port l-antik.

Il-bażiliki huma mdawra minn ċimiterji, li huma mimlijin oqbra tal-ġebel miksija bil-mużajk. Il-Bażilika ta' Santa Salsa, li ġiet skavata minn Stéphane Gsell, tikkonsisti minn navata u żewġ korsiji, u għad hemm il-fdalijiet ta' mużajk. Il-Bażilika l-Kbira ntużat għal sekli sħaħ bħala barriera, iżda wieħed għadu jista' jara kif kienet il-pjanta tal-binja mill-pedamenti, maqsuma f'seba' korsiji. Taħt il-pedamenti tal-knisja hemm oqbra mħaffra fil-blat. Wieħed mill-oqbra għadnu għamla ċirkolari, b'dijametru ta' 18-il metru u bi spazju għal 24 tebut.

Taħt it-tmexxija tar-Rumani, il-belt kisbet importanza kummerċjali u militari ikbar minħabba l-port tagħha u l-pożizzjoni ċentrali fis-sistema ta' rotot kostali Rumani fit-Tramuntana tal-Afrika. Madwar il-belt inbena ħajt twil madwar 7,500 pied (2,300 metru) għad-difiża kontra t-tribujiet nomadiċi, u fi ħdan il-ħajt inbnew binjiet pubbliċi Rumani u distretti bid-djar. Tipasa saret ċentru importanti tal-Kristjaneżmu fis-seklu 3. L-ewwel tinqixa Kristjana f'Tipasa tmur lura għall-238, u fil-belt inbnew bosta binjiet reliġjużi Kristjani fl-aħħar tas-seklu 3 u fil-bidu tas-seklu 4... Għall-ħabta tat-372 Tipasa rreżistiet l-assedju ta' Firmus, il-mexxej ta' ribelljoni Berbera li kien ħakem il-bliet fil-qrib ta' Caesarea (illum il-ġurnata Cherchell) u Icosium (illum il-ġurnata l-Alġier). Tipasa mbagħad intużat bħala l-bażi għall-kontrattakk Ruman. Madankollu, il-fortifikazzjonijiet ta' Tipasa ma pprevjenewx li l-belt tinħakem mill- għall-ħabta tal-429, u din temmet il-prosperità li kellha l-belt matul żmien ir-Rumani. Fl-484, matul il-persegwitazzjoni tal-Knisja Kattolika mir-Re tal-Vandali Huneric, l-isqof Kattoliku ta' Tipasa tkeċċa u ġie sostitwit minn isqof Arjan — u dan wassal biex bosta abitanti tal-belt jaħarbu lejn Spanja. Fid-deċennji ta' wara l-belt ġiet mitluqa.

Kummerċjalment Tipasa kellha importanza konsiderevoli, iżda ma kinitx distinta fl-arti jew fit-tagħlim. Il-Kristjaneżmu ddaħħal minn żmien bikri, u fis-seklu 3 Tipasa kienet sede episkopali, li issa hija elenkata fil-lista ta' sedi titolari tal-Knisja Kattolika.

Il-biċċa l-kbira tal-abitanti ma sarux Kristjani sa meta, skont il-leġġenda, Salsa, xebba Kristjana, waddbet ras is-serp li kien l-idolu tagħhom fil-baħar, u l-popolin inkorlaw u ħaġġruha sal-mewt. Il-katavru, li b'miraklu ġie rkuprat mill-baħar, indifen fuq l-għolja ta' fuq il-port f'kappella żgħira li mbagħad minflokha nbniet il-Bażilika l-Kbira. Il-martirju ta' Salsa seħħ fis-seklu 4. Fl-484 ir-Re tal-Vandali Huneric (477‑484) bagħat isqof Arjan lejn Tipasa u bosta abitanti ħarbu lejn Spanja, filwaqt li l-kumplament ġew ippersegwitati b'mod krudili.

Deklin

Tipasa nqerdet parzjalment mill-Vandali fl-430, iżda ġiet rikostruwita mill-Biżantini seklu wara. Tipasa reġgħet ħadet ir-ruħ għal żmien qasir matul l-okkupazzjoni Biżantina fis-seklu 6 iżda ngħatat l-isem Għarbi, Tefassed, meta waslu l-Għarab hemmhekk. It-terminu jfisser "li ġarrbet ħsarat estensivi".

Fis-seklu 3 il-Kristjaneżmu kien ir-reliġjon tal-Berberi Rumanizzati u tal-kolonjalisti Rumani kollha ta' Tipasa. L-eqdem epitaffju Kristjan fl-Afrika Rumana ġej minn dan il-perjodu u jmur lura għas-17 ta' Ottubru 237. F'Tipasa nbnew l-ikbar bażiliki tal-Alġerija attwali: il-Bażilika ta' Alessandru u l-Bażilika ta' Santa Salsa.

Fl-aħħar tas-seklu 7 il-belt inqerdet mill-Għarab u tħalliet fi stat ta' fdalijiet.

Ġieħ lil Albert Camus

Fost il-fdalijiet Rumani, faċċata tal-baħar u l-Għolja ta' Chenoua, ittellgħet stele fl-1961 f'ġieħ bil-frażi bil-Franċiż, estratta mix-xogħol tiegħu Noces à Tipasa: "Hawnhekk nista' nifhem x'inhi l-glorja: id-dritt li tħobb mingħajr qies" (Je comprends ici ce qu'on appelle gloire : le droit d'aimer sans mesure).

Belt moderna

Fl-1857, l-inħawi ġew insedjati mill-ġdid bil-ħolqien tal-belt ta' Tipaza li issa għandha kważi 30,000 abitant. Ir-raħal u l-madwar tiegħu jospita l-ikbar grupp li jitkellem lingwa Berbera fil-Punent tal-Alġerija, il-poplu Chenoua.

Sit ta' Wirt Dinji

Tipasa ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1982.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".

Tibdil fil-Klima

Bħala wirt kostali, Tipasa hija vulnerabbli għaż-żieda fil-livell tal-baħar. Fl-2022, is-Sitt Rapport ta' Valutazzjoni tal-IPCC inkludiha fil-lista tas-siti kulturali Afrikani li se jkunu mhedda mill-għargħar u mill-erożjoni kostali sal-aħħar tas-seklu, jekk it-tibdil fil-klima jilħaq RCP 8.5, li huwa x-xenarju taż-żieda kbira u kontinwa ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra assoċjati mat-tisħin globali ta' iktar minn 4 °C, għalkemm din l-ipoteżi ma tantx għadha titqies bħala probabbli ħafna. Ix-xenarji l-oħra, iktar plawżibbli, jirriżultaw f'livelli iktar baxxi ta' tisħin globali u konsegwentement f'żieda iktar baxxa tal-livell tal-baħar: minkejja dan, il-livell tal-baħar mistenni jogħla għal madwar 10,000 sena fix-xenarji kollha. Anke jekk it-tisħin globali jiġi limitat għal żieda ta' 1.5 °C, iż-żieda globali tal-livell tal-baħar xorta waħda mistennija li taqbeż 2-3 metri (7-10 piedi) wara 2,000 sena (u livelli ogħla ta' tisħin globali jwasslu għal żidiet ikbar imbagħad), u konsegwentement il-livell tal-baħar fl-2100 jibqa' jogħla b'RCP 8.5 (~0.75 metru (2 piedi) u b'firxa ta' 0.5-1 metru (2-3 piedi)) ferm qabel is-sena 4000.

Gallerija

  • Il-fdalijiet ta' Tipasa.
  • Il-fdalijiet Rumani ta' Tipasa (il-bażilika).
  • Il-fdalijiet ta' knisja Kristjana.
  • Il-fdalijiet Rumani ta' Tipasa.
  • Il-fdalijiet ta' Tipasa.
  • Veduta panoramika ta' Tipasa.
  • Il-Qabar ta' Ġuba II u Kleopatra Selene II.
  • Il-fdalijiet u l-pedamenti ta' ħajt f'Tipasa.

Referenzi

  1. ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Tipasa". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-20.
  2. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Tipasa (Algeria) Added to List of World Heritage in Danger". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-20.
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "UNESCO World Heritage Centre - State of Conservation (SOC 2006) Tipasa (Algeria)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-20.
  4. ^ "Archivo de la Frontera | EL LIMES ROMANO DE ÁFRICA IX – AELIA AUGUSTA TIPASENSIUM (Tipasa – Argelia, 1982-84)" (bl-Ispanjol). Miġbur 2023-10-20.
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Tipasa". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-20.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 11 Lul, 2025 / 09:29

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Tipasa, X'inhi Tipasa? Xi tfisser Tipasa?

Tipasa li xi kultant tiġi distinta bħala Tipasa fil Mawritanja kienet kolonja fil provinċja Rumana ta Mauretania Caesariensis li llum il ġurnata tissejjaħ Tipaza u tinsab fin naħa kostali tal Alġerija ċentrali Fl 1982 Tipasa tnizzlet fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO Is sit tnizzel fil lista tas siti fil periklu fl 2002 izda tneħħa mil lista tas siti fil periklu fl 2006 wara li saru sforzi ta konservazzjoni Il fdalijiet ta arkati f Tipasa StorjaĊentru kummerċjali Puniku Inizjalment il belt kienet ċentru kummerċjali Puniku zgħir u antik Kolonja Rumana Wara li nħakmet minn Ruma tal Qedem Tipasa ġiet ikkonvertita f kolonja militari mill Imperatur għall ħakma tar renji tal Mawritanja Wara saret municipium imsejjaħ Colonia Aelia Augusta Tipasensium u laħqet popolazzjoni ta 20 000 abitant fis seklu 4 W K skont l istoriku Il fdalijiet Rumani ta Tipasa Il belt Rumana nbniet fuq tliet għoljiet zgħar li jħarsu fuq il baħar kwazi 20 kilometru fil Lvant ta Caesarea il belt kapitali ta Mauretania Caesariensis Ma għad fadal l ebda traċċa tad djar li l biċċa l kbira minnhom kienu nbnew fuq l għolja ċentrali izda għad hemm il fdalijiet ta tliet knejjes il Bazilika l Kbira u l Bazilika ta Alessandru fuq l għolja tal Punent u l Bazilika ta Santa Salsa fuq l għolja tal Lvant flimkien ma zewġ ċimiterji banjijiet teatru anfiteatru u nymphaeum Il linja fejn kien hemm is swar tista tiġi traċċata sew u taħt l għolja tal Lvant hemm il fdalijiet tal port l antik Qabar Kristjan mill bazilika Rumana ta Tipasa Il baziliki huma mdawra minn ċimiterji li huma mimlijin oqbra tal ġebel miksija bil muzajk Il Bazilika ta Santa Salsa li ġiet skavata minn Stephane Gsell tikkonsisti minn navata u zewġ korsiji u għad hemm il fdalijiet ta muzajk Il Bazilika l Kbira ntuzat għal sekli sħaħ bħala barriera izda wieħed għadu jista jara kif kienet il pjanta tal binja mill pedamenti maqsuma f seba korsiji Taħt il pedamenti tal knisja hemm oqbra mħaffra fil blat Wieħed mill oqbra għadnu għamla ċirkolari b dijametru ta 18 il metru u bi spazju għal 24 tebut Taħt it tmexxija tar Rumani il belt kisbet importanza kummerċjali u militari ikbar minħabba l port tagħha u l pozizzjoni ċentrali fis sistema ta rotot kostali Rumani fit Tramuntana tal Afrika Madwar il belt inbena ħajt twil madwar 7 500 pied 2 300 metru għad difiza kontra t tribujiet nomadiċi u fi ħdan il ħajt inbnew binjiet pubbliċi Rumani u distretti bid djar Tipasa saret ċentru importanti tal Kristjanezmu fis seklu 3 L ewwel tinqixa Kristjana f Tipasa tmur lura għall 238 u fil belt inbnew bosta binjiet reliġjuzi Kristjani fl aħħar tas seklu 3 u fil bidu tas seklu 4 Għall ħabta tat 372 Tipasa rrezistiet l assedju ta Firmus il mexxej ta ribelljoni Berbera li kien ħakem il bliet fil qrib ta Caesarea illum il ġurnata Cherchell u Icosium illum il ġurnata l Alġier Tipasa mbagħad intuzat bħala l bazi għall kontrattakk Ruman Madankollu il fortifikazzjonijiet ta Tipasa ma pprevjenewx li l belt tinħakem mill għall ħabta tal 429 u din temmet il prosperita li kellha l belt matul zmien ir Rumani Fl 484 matul il persegwitazzjoni tal Knisja Kattolika mir Re tal Vandali Huneric l isqof Kattoliku ta Tipasa tkeċċa u ġie sostitwit minn isqof Arjan u dan wassal biex bosta abitanti tal belt jaħarbu lejn Spanja Fid deċennji ta wara l belt ġiet mitluqa Kummerċjalment Tipasa kellha importanza konsiderevoli izda ma kinitx distinta fl arti jew fit tagħlim Il Kristjanezmu ddaħħal minn zmien bikri u fis seklu 3 Tipasa kienet sede episkopali li issa hija elenkata fil lista ta sedi titolari tal Knisja Kattolika Il biċċa l kbira tal abitanti ma sarux Kristjani sa meta skont il leġġenda Salsa xebba Kristjana waddbet ras is serp li kien l idolu tagħhom fil baħar u l popolin inkorlaw u ħaġġruha sal mewt Il katavru li b miraklu ġie rkuprat mill baħar indifen fuq l għolja ta fuq il port f kappella zgħira li mbagħad minflokha nbniet il Bazilika l Kbira Il martirju ta Salsa seħħ fis seklu 4 Fl 484 ir Re tal Vandali Huneric 477 484 bagħat isqof Arjan lejn Tipasa u bosta abitanti ħarbu lejn Spanja filwaqt li l kumplament ġew ippersegwitati b mod krudili Deklin Tipasa nqerdet parzjalment mill Vandali fl 430 izda ġiet rikostruwita mill Bizantini seklu wara Tipasa reġgħet ħadet ir ruħ għal zmien qasir matul l okkupazzjoni Bizantina fis seklu 6 izda ngħatat l isem Għarbi Tefassed meta waslu l Għarab hemmhekk It terminu jfisser li ġarrbet ħsarat estensivi Fis seklu 3 il Kristjanezmu kien ir reliġjon tal Berberi Rumanizzati u tal kolonjalisti Rumani kollha ta Tipasa L eqdem epitaffju Kristjan fl Afrika Rumana ġej minn dan il perjodu u jmur lura għas 17 ta Ottubru 237 F Tipasa nbnew l ikbar baziliki tal Alġerija attwali il Bazilika ta Alessandru u l Bazilika ta Santa Salsa Fl aħħar tas seklu 7 il belt inqerdet mill Għarab u tħalliet fi stat ta fdalijiet Ġieħ lil Albert Camus Fost il fdalijiet Rumani faċċata tal baħar u l Għolja ta Chenoua ittellgħet stele fl 1961 f ġieħ bil frazi bil Franċiz estratta mix xogħol tiegħu Noces a Tipasa Hawnhekk nista nifhem x inhi l glorja id dritt li tħobb mingħajr qies Je comprends ici ce qu on appelle gloire le droit d aimer sans mesure Belt moderna Fl 1857 l inħawi ġew insedjati mill ġdid bil ħolqien tal belt ta Tipaza li issa għandha kwazi 30 000 abitant Ir raħal u l madwar tiegħu jospita l ikbar grupp li jitkellem lingwa Berbera fil Punent tal Alġerija il poplu Chenoua Sit ta Wirt DinjiTipasa ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1982 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem Tibdil fil KlimaBħala wirt kostali Tipasa hija vulnerabbli għaz zieda fil livell tal baħar Fl 2022 is Sitt Rapport ta Valutazzjoni tal IPCC inkludiha fil lista tas siti kulturali Afrikani li se jkunu mhedda mill għargħar u mill erozjoni kostali sal aħħar tas seklu jekk it tibdil fil klima jilħaq RCP 8 5 li huwa x xenarju taz zieda kbira u kontinwa ta emissjonijiet ta gassijiet b effett ta serra assoċjati mat tisħin globali ta iktar minn 4 C għalkemm din l ipotezi ma tantx għadha titqies bħala probabbli ħafna Ix xenarji l oħra iktar plawzibbli jirrizultaw f livelli iktar baxxi ta tisħin globali u konsegwentement f zieda iktar baxxa tal livell tal baħar minkejja dan il livell tal baħar mistenni jogħla għal madwar 10 000 sena fix xenarji kollha Anke jekk it tisħin globali jiġi limitat għal zieda ta 1 5 C iz zieda globali tal livell tal baħar xorta waħda mistennija li taqbez 2 3 metri 7 10 piedi wara 2 000 sena u livelli ogħla ta tisħin globali jwasslu għal zidiet ikbar imbagħad u konsegwentement il livell tal baħar fl 2100 jibqa jogħla b RCP 8 5 0 75 metru 2 piedi u b firxa ta 0 5 1 metru 2 3 piedi ferm qabel is sena 4000 GallerijaIl fdalijiet ta Tipasa Il fdalijiet Rumani ta Tipasa il bazilika Il fdalijiet ta knisja Kristjana Il fdalijiet Rumani ta Tipasa Il fdalijiet ta Tipasa Veduta panoramika ta Tipasa Il Qabar ta Ġuba II u Kleopatra Selene II Il fdalijiet u l pedamenti ta ħajt f Tipasa Referenzi a b Centre UNESCO World Heritage Tipasa UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 10 20 Centre UNESCO World Heritage Tipasa Algeria Added to List of World Heritage in Danger UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 10 20 Centre UNESCO World Heritage UNESCO World Heritage Centre State of Conservation SOC 2006 Tipasa Algeria UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 10 20 Archivo de la Frontera EL LIMES ROMANO DE AFRICA IX AELIA AUGUSTA TIPASENSIUM Tipasa Argelia 1982 84 bl Ispanjol Miġbur 2023 10 20 Centre UNESCO World Heritage Tipasa UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 10 20

L-aħħar artikli
  • Lulju 11, 2025

    Opossum ġurdien irqiq ta' Dorothy

  • Lulju 10, 2025

    Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' Karimi

  • Lulju 10, 2025

    Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' Cinderella

  • Lulju 10, 2025

    Opossum ġurdien ta' denbu oħxon eleganti

  • Lulju 09, 2025

    Opossum ġurdien ta' denbu oħxon bellusi

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq