Il Ġebla tal Ġeneral hija gżejra żgħira b massa ta art għolja 60 metru li xi kultant jingħad li għandha l għamla ta Il Ġ
Ġebla tal Ġeneral

Il-Ġebla tal-Ġeneral hija gżejra żgħira b’massa ta’ art għolja 60 metru li xi kultant jingħad li għandha l-għamla ta’ . Il-Ġebla tal-Ġeneral tinsab eżattament 36°02′45″N 14°11′27″E qrib id-daħla tal-baħar imsejħa Il-Port fid-Dwejra f’Għawdex, u qrib ukoll fejn qabel kien hemm it-Tieqa tad-Dwejra. Il-Ġebla tal-Ġeneral taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tar-raħal ta’ San Lawrenz.
Storja
Il-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann x’aktarx li skoprew il-pjanta bl-istess isem tal-Ġebla tal-Ġeneral bl-Ingliż (Fungus Rock/Plant), li tikber b’abbundanza fuq l-art ċatta ta’ fuq il-gżejra. Din il-pjanta li bil-Latin tissejjaħ Cynomorium coccineum; jew bi żball anke Fucus coccineus melitensis; mentri bil-Malti tissejjaħ . Il-pjanta, minkejja l-isem qarrieqi bl-Ingliż, la hi u lanqas hija endemika għal Malta imma tinsab fl-għaram tar-ramel tat-Tramuntana tal-Afrika kif ukoll fi Sqallija u f’. L-għerq il-ġeneral hi pjanta parassitika li tarmi l-fjuri minn April sa Ġunju, u għandha riħa tinten. Fi żmien il-Kavallieri, it-tobba kienu jaħsbu li għandha proprjetajiet mediċinali u l-Kavallieri kienu jużawha bħala duwa emostatika għall-ġrieħi u bħala kura għad-. Il-Kavallieri tant kienu jgħożżu din il-pjanta li spiss kienu jagħtuha bħala rigal lin-nies nobbli u lill-viżitaturi distinti tal-Gżejjer Maltin.
Fl-1746, il-Gran Mastru Pinto ħareġ digriet li jipprojbixxi l-aċċess għall-Ġebla tal-Ġeneral; min kien jinqabad jikser dan id-digriet seta’ jeħel sa tliet snin jaħdem bħala qaddief għall-Kavallieri. Il-Gran Mastru Pinto stazzjona għassies permanenti hemmhekk u saħansitra kienet tintuża qoffa prekarja marbuta bil-ħbula minn żewġ naħat biex wieħed jidħol fiha u jinġebed ’l hemm u ’l hawn għal xi 50 metru bejn il-gżejra u l-irdumijiet tad-Dwejra. Huwa ordna wkoll li l-blat tad-dawra tal-Ġebla tal-Ġeneral jiġi llixxat iktar biex wieħed ma jkunx jista’ jixxabbat mill-baħar.
Illum il-ġurnata, il-Ġebla tal-Ġeneral hija riżerva naturali. Madakollu, il-kosta ta’ Għawdex fil-qrib hija aċċessibbli għall-għawm u huwa post tajjeb ħafna biex tosserva l-ħajja fil-baħar b’maskra.
Il-Ġebla tal-Ġeneral hija post għal qalb id-dilettanti tal-fotografija, għaliex waranofsinhar wieħed jista’ jieħu ritratt tax-xemx nieżla eżatt minn fetħa f’nofs il-gżejra. Madankollu, dan jista’ jsir biss minn punt partikolari u fi żminijiet partikolari tas-sena biss meta x-xemx tinzerta tidher li nieżla eżatt minn hemm.
Referenzi
- ^ Ganado, Albert (2005). "Bibliographical notes on Melitensia - 3". Melita Historica: Journal of the Malta Historical Society (bl-Ingliż). 14 (2): 169–186. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-04-21. Miġbur 2021-02-21.
- ^ miklem (2019-11-21). "Id-Dwejra u l-inħawi ta' madwarha (II)". Il-Miklem (bl-Ingliż). Miġbur 2022-01-06.
- ^ "Maltese Mushroom and the Knights Hospitaller". Natural Remedies of Arabia (bl-Ingliż). 2012-03-15. Miġbur 2021-02-20.
- ^ Cleghorn, H. (1870). "Notes on the Botany and Agriculture of Malta and Sicily". Transactions and Proceedings of the Botanical Society of Edinburgh (bl-Ingliż). 10. Botanical Society of Edinburgh. p. 115.
- ^ Mifsud, Stephen. "Cynomorium coccineum (General's Root)". MaltaWildPlants.com - the online Flora of the Maltese Islands (bl-Ingliż). Miġbur 2021-02-20.
- ^ Dharmananda, Subhuti. "Cynomorium: Parasitic Plant Widely Used in Traditional Medicine". Institute for Traditional Medicine (bl-Ingliż). Miġbur 2021-02-20.
- ^ Borzesi, Giuseppe Pericciuoli (1830). The historical guide to the island of Malta and its dependencies (bl-Ingliż). p. 88.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Ġebla tal Ġeneral, X'inhi Ġebla tal Ġeneral? Xi tfisser Ġebla tal Ġeneral?
Il Ġebla tal Ġeneral hija gzejra zgħira b massa ta art għolja 60 metru li xi kultant jingħad li għandha l għamla ta Il Ġebla tal Ġeneral tinsab ezattament 36 02 45 N 14 11 27 E qrib id daħla tal baħar imsejħa Il Port fid Dwejra f Għawdex u qrib ukoll fejn qabel kien hemm it Tieqa tad Dwejra Il Ġebla tal Ġeneral taqa taħt il ġurisdizzjoni tar raħal ta San Lawrenz Il Ġebla tal ĠeneralStorjaGħerq il ġeneral Il Kavallieri tal Ordni ta San Ġwann x aktarx li skoprew il pjanta bl istess isem tal Ġebla tal Ġeneral bl Ingliz Fungus Rock Plant li tikber b abbundanza fuq l art ċatta ta fuq il gzejra Din il pjanta li bil Latin tissejjaħ Cynomorium coccineum jew bi zball anke Fucus coccineus melitensis mentri bil Malti tissejjaħ Il pjanta minkejja l isem qarrieqi bl Ingliz la hi u lanqas hija endemika għal Malta imma tinsab fl għaram tar ramel tat Tramuntana tal Afrika kif ukoll fi Sqallija u f L għerq il ġeneral hi pjanta parassitika li tarmi l fjuri minn April sa Ġunju u għandha riħa tinten Fi zmien il Kavallieri it tobba kienu jaħsbu li għandha proprjetajiet mediċinali u l Kavallieri kienu juzawha bħala duwa emostatika għall ġrieħi u bħala kura għad Il Kavallieri tant kienu jgħozzu din il pjanta li spiss kienu jagħtuha bħala rigal lin nies nobbli u lill vizitaturi distinti tal Gzejjer Maltin Il Ġebla tal Ġeneral mill baħar Fl 1746 il Gran Mastru Pinto ħareġ digriet li jipprojbixxi l aċċess għall Ġebla tal Ġeneral min kien jinqabad jikser dan id digriet seta jeħel sa tliet snin jaħdem bħala qaddief għall Kavallieri Il Gran Mastru Pinto stazzjona għassies permanenti hemmhekk u saħansitra kienet tintuza qoffa prekarja marbuta bil ħbula minn zewġ naħat biex wieħed jidħol fiha u jinġebed l hemm u l hawn għal xi 50 metru bejn il gzejra u l irdumijiet tad Dwejra Huwa ordna wkoll li l blat tad dawra tal Ġebla tal Ġeneral jiġi llixxat iktar biex wieħed ma jkunx jista jixxabbat mill baħar Illum il ġurnata il Ġebla tal Ġeneral hija rizerva naturali Madakollu il kosta ta Għawdex fil qrib hija aċċessibbli għall għawm u huwa post tajjeb ħafna biex tosserva l ħajja fil baħar b maskra Il Ġebla tal Ġeneral f inzul ix xemx Il Ġebla tal Ġeneral hija post għal qalb id dilettanti tal fotografija għaliex waranofsinhar wieħed jista jieħu ritratt tax xemx niezla ezatt minn fetħa f nofs il gzejra Madankollu dan jista jsir biss minn punt partikolari u fi zminijiet partikolari tas sena biss meta x xemx tinzerta tidher li niezla ezatt minn hemm Referenzi Ganado Albert 2005 Bibliographical notes on Melitensia 3 Melita Historica Journal of the Malta Historical Society bl Ingliz 14 2 169 186 Arkivjat minn l oriġinal fl 2014 04 21 Miġbur 2021 02 21 miklem 2019 11 21 Id Dwejra u l inħawi ta madwarha II Il Miklem bl Ingliz Miġbur 2022 01 06 Maltese Mushroom and the Knights Hospitaller Natural Remedies of Arabia bl Ingliz 2012 03 15 Miġbur 2021 02 20 Cleghorn H 1870 Notes on the Botany and Agriculture of Malta and Sicily Transactions and Proceedings of the Botanical Society of Edinburgh bl Ingliz 10 Botanical Society of Edinburgh p 115 Mifsud Stephen Cynomorium coccineum General s Root MaltaWildPlants com the online Flora of the Maltese Islands bl Ingliz Miġbur 2021 02 20 Dharmananda Subhuti Cynomorium Parasitic Plant Widely Used in Traditional Medicine Institute for Traditional Medicine bl Ingliz Miġbur 2021 02 20 Borzesi Giuseppe Pericciuoli 1830 The historical guide to the island of Malta and its dependencies bl Ingliz p 88