Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

It Tieqa tad Dwejra jew it Tieqa Żerqa kienet arkata naturali fil gżira ta Għawdex Il ħnejja naturali li ffurmat tul is

Tieqa tad Dwejra

  • Paġna Ewlenija
  • Tieqa tad Dwejra
Tieqa tad Dwejra
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

It-Tieqa tad-Dwejra jew it-Tieqa Żerqa kienet arkata naturali fil-gżira ta' Għawdex. Il-ħnejja naturali li ffurmat tul is-sekli fil-Bajja tad-Dwejra qrib il-bajja interna tad-Dwejra u l-Ġebla tal-Ġeneral, kienet waħda mill-attrazzjonijiet turistiċi ewlenin qabel ma waqgħet il-baħar f'maltempata li ħakmet iż-żona fit-8 ta' Marzu 2017. Il-blata ż-żgħira li għad fadal 'il fuq mil-livell tal-baħar ma għadhiex aċċessibbli bil-mixi. It-Tieqa tad-Dwejra, flimkien ma' karatteristiċi naturali oħra tal-madwar, dehret f'għadd ta' films internazzjonali u produzzjonijiet medjatiċi.

Il-ħnejja naturali kienet tikkonsisti minn blata kbira ħierġa mill-baħar qisha pilastru li kienet magħquda mal-irdum permezz ta' blata orizzontali. It-Tieqa Żerqa nħolqot ħafna snin ilu wara li ċeda s-saqaf ta' għar naturali, x'aktarx matul is-seklu 19. Iċ-ċediment finali tat-Tieqa fil-baħar ġie wara seklu ta' erożjoni naturali li bil-mod il-mod kien qiegħed inawwar biċċiet kbar tal-blat tal-franka.

Storja

Formazzjoni

It-Tieqa tad-Dwejra żviluppat permezz tal-erożjoni tal-irdumijiet mill-qawwa tal-baħar. Kollox jibda minn xaqq żgħir li jirriżulta mill-azzjoni tal-mewġ iħabbat mal-blat. Dan l-ispazju mingħajr blat jikkawża stress tensili diversi drabi li jwasslu għall-formazzjoni ta' ġontura vertikali li testendi 'l fuq mix-xaqq. Din il-ġontura kulma jmur titwessa', u l-ewwel tifforma għar u mbagħad eventwalment tifforma arkata. It-tmiem taċ-ċiklu tal-ħajja tal-arkata jintlaħaq meta l-erożjoni tant tkun kielet mill-formazzjoni, li l-artkata tiġi itqal mill-pilastri li jkunu qed jifilħuha u ċċedi. Mhux magħruf eżattament meta l-ħnejja kienet iffurmat, iżda l-proċess kollu x'aktarx li dam madwar 500 sena.

It-Tieqa tad-Dwejra ma tissemmiex fid-deskrizzjonijiet tas-sekli 17 u 18 taż-żona tad-Dwejra, li diġà kienet famuża minħabba l-Ġebla tal-Ġeneral viċin tagħha, allura x'aktarx li ma kinitx teżisti dak iż-żmien. Il-ktieb ta' Giovanni Francesco Abela Della Descrizione di Malta tal-1647 u l-manuskritt ta' Il Gozo Antico-Moderno e Sacro-Profano tal-1746, it-tnejn li huma jsemmu Tieqa Żerqa (miktuba bl-ortografija arkajka Tieka Szerka) jew Għar iż-Żerqa, iżda x'aktarx li kienu qed jirreferu għad-daħla tal-għar fil-baħar intern tad-Dwejra. Għalhekk, x'aktarx li meta ffurmat it-Tieqa tad-Dwejra, wirtet isem l-għar l-ieħor tal-baħar intern li għadu hemm sa llum.

L-iktar dokumentazzjoni antika tat-Tieqa tad-Dwejra hi illustrazzjoni tal-1824 tat-Torri tad-Dwejra. Madankollu, tidher fl-isfond tal-illustrazzjoni, u mhux ċar jekk kinitx għadha għar jew jekk kinitx diġà żviluppat f'arkata. Tpinġija bil-lapes tal-Logotenent Kurunell tat-Tieqa tad-Dwejra ffurmata għalkollox x'aktarx li saret fl-1830. Fl-1866, l-artist żar id-Dwejra u fil-ġurnal tiegħu ddikjara li “ix-xenarju tal-kosta mhuwiex daqshekk sabiħ daqs ix-xenarju ta' Malta”. L-ewwel ritratti antiki tal-arkata naturali probabbilment ittieħdu minn , u jinsabu f'album li jappartjeni lil bid-data tas-26 ta' Lulju 1879. Ir-ritratt li kien ħa Ellis ġie ppubblikat fi ktieb fl-2011, u juri differenza li tispikka meta mqabbel mar-ritratti tas-sekli 20 u 21.

Matul is-sekli 20 u 21, l-arkata kienet waħda mill-attrazzjonijiet turistiċi ewlenin tal-Gżejjer Maltin, u kienet sfond popolari fir-ritratti ta' ħafna turisti kif ukoll Maltin u Għawdxin stess. Kienet inkluża f'Żona Speċjali ta' Konservazzjoni, u fl-1998 ġiet inkluża fil-lista indikattiva ta' Malta tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, flimkien mal-bqija tal-Bajja tad-Dwejra.

Deterjorament u ċedimenti parzjali

Bejn is-snin 80 tas-seklu 20 u s-sena 2000, xi partijiet mill-blata orizzontali ta' fuq tal-arkata ċedew u waqgħu l-baħar, u b'hekk l-arkata twessgħet sew. F'April 2012, biċċa blata kbira fin-naħa ta' barra tal-arkata waqgħet u l-arkata kompliet tikber. F'Marzu 2013, waqgħu xi biċċiet oħra tat-Tieqa u erba' xhur wara tħejja rapport ġeoloġiku u ġeotekniku mill-konsulent , li kien jirrappreżenta d-ditta lokali Geoscience Consulting Ltd. Ir-rapport iddetermina li l-arkata kienet “relattivament stabbli u kienet se tibqa' hekk għal għadd ta' snin oħra”, u li ma kien hemm l-ebda riskju “imminenti” ta' ċediment, għalkemm wissa li xi biċċiet oħra setgħu jaqgħu minnha u għaldaqstant setgħet tkun perikoluża għan-nies li joqorbu ħdejn l-arkata.

Fis-snin ta' wara komplew jaqgħu iktar biċċiet u jiżviluppaw iktar xquq. Is-sajjieda bdew jevitaw li jmorru viċin wisq tal-arkata bid-dgħajjes tagħhom, u tpoġġew sinjali ta' periklu biex inaffru lin-nies milli jimxu fuqha. Madankollu, ħafna nies xorta baqgħu jmorru jimxu fuq it-Tieqa tad-Dwejra regolarment, u sal-aħħar jiem baqgħu jittellgħu filmati fuq YouTube ta' nies jaqbżu l-baħar mit-Tieqa għal isfel.

F'Marzu 2016, Gatt wissa li l-użu illegali ta' splussivi fil-baħar intern tad-Dwejra seta' jkollu effett fuq it-Tieqa tad-Dwejra li diġà kienet dgħajfa kif inhi. Gatt ressaq il-kummenti tiegħu fid-dawl ta' investigazzjoni mill-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar ta' Malta li żvelat li “probabbilment kien qed jintuża” materjal splussiv biex jinqata' l-blat fid-daħla li tagħti għall-baħar intern tad-Dwejra. Kien hemm suspetti li dan il-qtugħ illegali kien qed isir bit-tir li d-daħla titwessa' sabiex ikunu jistgħu jidħlu dgħajjes ikbar.

F'Diċembru 2016, ġiet ippubblikata ordni ta' emerġenza li tipprojbixxi lin-nies milli jmorru fuq it-Tieqa tad-Dwejra, u li jiġu mħarrka b'multa ta' €1,500 jekk ma jirrispettawhiex. Madankollu, din qatt ma ġiet infurzata, u sa Marzu 2017 meta waqgħet, xorta kien hemm min kien baqa' jmur jimxi fuq l-arkata.

Ċediment finali

L-arkata ċediet għall-ħabta tal-09:40 fit-8 ta' Marzu 2017 wara perjodu ta' maltempati qawwija, u ma baqa' jidher xejn fuq wiċċ il-baħar. L-ewwel ma ċeda kien il-“pilastru”, u dan wassal biex il-parti ta' fuq tal-arkata ċċedi wkoll miegħu. Il-pilastru xxaqqaq f'biċċiet kbar tal-blat li issa jinsabu f'qiegħ il-baħar. Jingħad li ċ-ċediment kien inevitabbli.

Iċ-ċediment ġie rrapportat kemm fuq il-mezzi tax-xandir lokali kif ukoll fuq dawk internazzjonali. Il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien Joseph Muscat u l- ta' dak iż-żmien Simon Busuttil, it-tnejn li huma kitbu fuq dwar il-waqgħa tat-Tieqa tad-Dwejra. Barra minn hekk, saru ħafna meme fuq il-internet u fil-midja soċjali lokali proprju fuq dan iċ-ċediment. L-Awtorità tal-Ambjent u tar-Riżorsi stqarret li l-waqgħa tat-Tieqa tad-Dwejra kienet telfa kbira għall-wirt naturali tal-Gżejjer Maltin. Il-Kummissjoni Ambjentali tal-Knisja ddikjarat li l-waqgħa kellha twassal biex il-poplu Malti u Għawdxi jirrifletti fuq il-wirt naturali tiegħu. Il-kunsill lokali ta' San Lawrenz ħeġġeġ lill-gvern biex jistabbilixxi pjan ta' ġestjoni għaż-żona kollha tad-Dwejra, li tinkludi diversi karatteristiċi notevoli oħra minkejja t-telfa tat-Tieqa tad-Dwejra.

Dakinhar taċ-ċediment, il-pulizija appellat biex il-pubbliku ma jżurx iż-żona. L-għadis fiż-żona ġie pprojbit temporanjament, minkejja li dan ma ġiex infurzat u ftit jiem wara tfaċċa filmat tal-fdalijiet tal-arkata f'qiegħ il-baħar. Il-fdalijiet tal-arkata ffurmaw għadd ta' karatteristiċi li ssejħu bħala “ġenna għall-bugħaddasa”, għalkemm l-Awtorità tat-Trasport u l-Awtorità tal-Ambjent u tar-Riżorsi xorta waħda baqgħu jappellaw biex il-pubbliku ma jersaqx lejn iż-żona qabel jintemmu l-ispezzjonijiet u l-istħarriġ meħtieġa.

Wara ċ-ċediment tal-arkata, Gatt sostna li wara li fassal ir-rapport tiegħu, hu kien talab biex ikun hemm monitoraġġ tal-arkata u tal-pilastru għal perjodu ta' żmien, sabiex iż-żona tiġi studjata u jiġi stabbilit jekk il-pilastru li kien qed jirfed l-arkata kienx qed jiċċaqlaq, “madankollu ma kien hemm l-ebda segwitu u l-kundizzjoni tal-pilastru baqgħet mhux magħrufa”.

Wara ċ-ċediment finali

Fid-9 ta' Marzu 2017, il-gvern ħabbar li kien se jniedi inizjattiva internazzjonali dwar il-futur tad-Dwejra. L-opzjonijiet li kienu qed jitqiesu kienu jinkludu li s-sit jitħalla kif inhu, li l-fdalijiet tat-Tieqa jitneħħew minn qiegħ il-baħar u jiġu esposti xi mkien, li tinħoloq rikostruzzjoni artifiċjali jew bir-, li jiġi stabbilit ċentru ta' interpretazzjoni jew li tinħoloq xi installazzjoni artistika fis-sit. Il-gvern iddikjara li l-arkata ma kinitx se tinbena mill-ġdid. L-uniku rispons għal din is-sejħa internazzjonali kien tal-iżviluppatur Għawdxi , li ppropona l-kostruzzjoni ta' lukanda f'barriera qrib il-post fejn kien hemm it-Tieqa tad-Dwejra. Il-proġett kien jinkludi żona ta' interpretazzjoni, ċentru tal-għadis, mużew interattiv, ċentru ta' osservazzjoni mill-għoli u faċilitajiet tat-trasport. F'Awwissu 2018 ġie mħabbar li l-gvern ma kienx qed jippjana li jissokta bil-proposta.

Fl-aħħar tal-2018, l-arkitett Russu ta' Hoteì Russia, b'kollaborazzjoni ma' , ħabbar proposta ta' kostruzzjoni ta' struttura tal- fis-sit fejn kien hemm it-Tieqa tad-Dwejra. Il-proġett jismu The Heart of Malta (Il-Qalb ta' Malta) u jikkonsisti minn struttura b'uċuħ poligonali riflessi tal-azzar, bid-daqs u bil-proporzjonijiet ibbażati fuq dawk tal-arkata naturali li waqgħet. L-istruttura suppost se tinkludi ħames sulari b'erja ta' iktar minn 5,000 m2 ta' spazju għall-eżibizzjonijiet, b'kull sular jirrappreżenta perjodu differenti mill-istorja ta' Malta. Spirali ċentrali tikkollega s-sulari flimkien. Din il-proposta ntlaqgħet minn reazzjonijiet favur u kontra mill-pubbliku. Il-biċċa l-kbira ta' dawk li wieġbu l-istħarriġ li sar online kienu favur. Madankollu, il-proġett ġie kkritikat ukoll peress li ż-żona park tal-baħar u l-proġett kieku jeqred il-fdalijiet tat-Tieqa tad-Dwejra f'qiegħ il-baħar. Barra minn hekk, il-pedamenti jkollhom ikunu fil-baħar f'fond ta' iktar minn 50 metru, u s-sit jinsab f'żona fejn spiss ikun hemm maltempata qawwija.

F'Awwissu 2019, triq ġdida fir-raħal ta' San Lawrenz ġiet imsemmija Triq it-Tieqa tad-Dwejra biex tfakkar is-sit naturali li ċeda.

Ġeoloġija

It-Tieqa tad-Dwejra kienet arkata naturali għolja xi 28 metru u wiesgħa 25 metru. Kienet tinsab f'xifer irdum magħruf bħala l-Irdumijiet tad-Dwejra. L-arkata kienet tal-franka, blata sedimentarja li tinsab kważi kullimkien fil-Gżejjer Maltin u li ġiet depożitata fl-Epoka Oligoċene. L-arkata kienet maqsuma f'żewġ partijiet ewlenin, il-Parti A u l-Parti B. Il-Parti A ffurmat il-bażi u l-pilastri tal-arkata, u l-Parti B iffurmat il-biċċa l-kbira tal-biċċa ta' fuq mhux mirfuda tal-arkata.

Il-Parti A kellha ħxuna ta' xi 20 metru, kienet magħmula l-iktar minn fossili ta' algi ħomor ikkumpattati f'taħlita ta' franka u kalċite. Fejn kienet tifforma l-arkata, kellha erba' uċuħ, imsejħa minn A-1 sa A-4, u l-A-2 kien l-eħxen wiċċ. Dawn is-sedimenti ġew iddepożitati bil-mod u l-proċess seħħ taħt il-baħar f'fond ta' >30 metru b'kurrenti moderati.

Il-Parti B kellha ħxuna ta' xi 10 metru u kienet tinkludi ħames uċuħ, imsejħa minn B-1 sa B-5. Il-wiċċ B-1 kien jifforma saff irqiq ta' franka bajda bejn il-Parti A u l-kumplament tal-Parti B li kien pjuttost artab u għalhekk kien jitnawwar iktar faċilment bl-erożjoni. Għalhekk ifforma depressjoni madwar it-Tieqa. Ġie ddepożitat f'ilma baxx bl-azzjoni ta' ħafna mewġ. L-uċuħ B-2 u B-3 kienu jiffurmaw saff orizzontali oħxon seba' metri ta' ġebel u blat imrammel flimkien, li kien poruż u inqas ikkumpattjat. Il-wiċċ B-5 kien jifforma saff oħxon erba' metri tal-franka u bil-ġebel u l-blat b'konsistenza mtajna mnixxfa biż-żmien, u kien jifforma l-parti mhux mirfuda tal-arkata. L-uċuħ tal-Parti B kien fihom għadd ta' fossili, fosthom Scutella, Pecten, xewk kbir tar- u algi bentiċi kbar. Is-saffi kollha tal-Parti B kienu ġew penetrati minn żewġ ġonturi. Fuq il-wiċċ B-5 kien hemm ukoll saff ibridu tal-franka li kien ittiekel ferm bl-erożjoni.

Ritratt panoramiku tat-Tieqa tad-Dwejra u l-madwar fl-2012

L-arkata kienet tinsab viċin il-baħar intern tad-Dwejra, kavità ċirkolari kbira bi ħnejja żgħira fuqha li żviluppat tul ġontura fil-blat. Il-Ġebla tal-Ġeneral, gżejra li ffurmat meta l-pont ta' arkata naturali waqa', tinsab fil-qrib ukoll. Fiż-żona hemm ukoll it-Torri tad-Dwejra, torri kostali tal-għassa tas-seklu 17 li nbena mill-Ordni ta' San Ġwann. Fil-Grigal tad-Dwejra, xi 3.7 km 'il bogħod, hemm ukoll arkata naturali oħra msejħa t-Tieqa ta' Wied il-Mielaħ, li mhix magħrufa daqs it-Tieqa tad-Dwejra.

Dehriet fil-mezzi tax-xandir

It-Tieqa tad-Dwejra dehret f'għadd ta' films, fosthom Clash of the Titans (1981), The Count of Monte Cristo (2002) u l-film Indjan bit- Vinnaithaandi Varuvaaya. Dehret ukoll fil-minisensiela tat-televiżjoni The Odyssey (1997). Intużat bħala post fejn inġibdet ix-xena tat-tieġ tad-Dothraki fl-ewwel staġun tas-sensiela televiżiva tal-HBO Game of Thrones. Meta nġibed Game of Thrones inqalgħet kontroversja sħiħa minħabba li ekosistema protetta ġiet danneġġata minn sottokuntrattur. F'filmat tar-reklami tad-ditta Hugo Boss tal-2017, David Colturi jidher jaqbeż mit-Tieqa tad-Dwejra u minn dik tal-Wied il-Mielaħ.

Referenzi

  1. ^ a b ċ d e f ġ "Geoscience Consulting (July 2013). Geological and geotechnical report on the Azure Window, Gozo: Rock assessment and recommendations on preservation and conservation (PDF) (Report). Ministry for Sustainable Development, the Environment and Climate Change. Arkivjat 08-03-2017" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-03-08. Miġbur 2021-02-19.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "Martin, Ivan (19 July 2013). "The Azure Window is still safe... for now". Times of Malta". Miġbur 2021-02-19.
  3. ^ a b ċ d "Dwejra – A Coastal Nature Park (PDF). Life Project (Report). European Commission. pp. 1–8" (PDF). Miġbur 2021-02-19.
  4. ^ "Ciantar, Giovannantonio (1772). Malta illustrata ovvero descrizione di Malta isola del Mare Siciliano e Adriatico (in Italian). Malta. p. 353". Miġbur 2021-02-19.
  5. ^ "Carabott, Sarah (14 March 2017). "Azure Window probably inherited name from nearby less-popular crevice". Times of Malta". Miġbur 2021-02-19.
  6. ^ "Carabott, Sarah (2 January 2019). "Dwejra's Azure Window was '50 years older' than thought". Times of Malta". Miġbur 2021-02-19.
  7. ^ "Carabott, Sarah (13 March 2017). "Was the Azure Window really just 140 years old?". Times of Malta". Miġbur 2021-02-19.
  8. ^ a b Ian Ellis, ed. (2011). Richard Ellis – The Photography Collection: Malta & Gozo. 4. p. 100. ISBN 978-99957-33-29-2.
  9. ^ ""Qawra/Dwejra" - UNESCO". Miġbur 2021-02-19.
  10. ^ "Meschini, Maria Celeste (2016). Valentina Diaconale (ed.). "La Finestra Azzurra" (PDF). The Trip (Malta)" (PDF). Miġbur 2021-02-19.
  11. ^ ""Part of Dwejra 'Azure window' collapses". Times of Malta". Miġbur 2021-02-19.
  12. ^ ""A huge part of the Dwejra Window rock collapsed". TVM". Miġbur 2021-02-19.
  13. ^ ""Dwejra Azure Window fissure grows, collapse may be close". The Malta Independent". Miġbur 2021-02-19.
  14. ^ ""Iconic Azure Window in Dwejra loses another chunk (but people are still walking on it)". The Malta Independent". Miġbur 2021-02-19.
  15. ^ "Mizzi, Daniel (27 November 2016). "Rocks fall off picturesque Azure Window after cliff jumper dive". Malta Today". Miġbur 2021-02-19.
  16. ^ ""Watch: Rocks fall as man jumps off the Azure Window". Times of Malta". Miġbur 2021-02-19.
  17. ^ "Ltd, Allied Newspapers. "Expert warns of explosives' impact on Azure Window". Times of Malta". Miġbur 2021-02-19.
  18. ^ ""€1,500 fine if you step on Azure Window from now on". Times of Malta". Miġbur 2021-02-19.
  19. ^ ""Dozens trespass across Azure Window without a care in the world". Times of Malta". Miġbur 2021-02-19.
  20. ^ a b "Morris, Hugh. "Malta's famous Azure Window arch collapses into the sea". The Daily Telegraph". Miġbur 2021-02-19.
  21. ^ ""Dwejra Window collapses; geologist says pillar gave way". The Malta Independent". Miġbur 2021-02-19.
  22. ^ "Schicluna, Chris; Balmer, Crispian (8 March 2017). "Malta's 'Azure Window' rock formation collapses into the sea". Reuters". Miġbur 2021-02-19.
  23. ^ "Caruana, Claire (11 March 2017). "Pillar likely broke into pieces when Azure Window fell". Times of Malta". Miġbur 2021-02-19.
  24. ^ a b "Grech, Herman (12 March 2017). "Mariners, divers urged to stay clear of Azure Window site, underwater and aerial footage emerges". Times of Malta". Miġbur 2021-02-19.
  25. ^ ""Malta's Azure Window collapses into the sea". BBC News Online". Miġbur 2021-02-19.
  26. ^ ""The Azure Window: lost and gone forever". Times of Malta". Miġbur 2021-02-19.
  27. ^ ""The Azure Window: humour takes over". Times of Malta". Miġbur 2021-02-19.
  28. ^ "Grech Urpani, David (8 March 2017). "13 Brutally Hilarious Memes of the Azure Window Collapse". Lovin Malta. Arkivjat 08-03-2017". Arkivjat minn l-oriġinal fl-8 March 2017. Miġbur 2021-02-19.
  29. ^ ""Loss of Azure Window should make us reflect on heritage damage – Church". Times of Malta". Miġbur 2021-02-19.
  30. ^ ""Police appeal to public not to approach Dwejra Window area". TVM". Miġbur 2021-02-19.
  31. ^ ""New video shows shattered Azure Window is now divers' paradise". Times of Malta". Miġbur 2021-02-19.
  32. ^ ""Updated (2) – Watch: Dwejra Window collapses; geologist says pillar gave way". The Malta Independent". Miġbur 2021-02-19.
  33. ^ "Schembri, Gabriel (9 March 2017). "Azure Window collapse – government considering retrieving rock pieces, exhibiting them". The Malta Independent". Miġbur 2021-02-19.
  34. ^ "Diacono, Tim (9 March 2017). "Government moots 3D augmented reality reconstruction of Gozo's Azure Window". Malta Today". Miġbur 2021-02-19.
  35. ^ ""Dwejra rock will not be rebuilt, but government paves way for 'ideas'". Times of Malta". Miġbur 2021-02-19.
  36. ^ "Agius, Monique (19 August 2018). "Only one proposal made to Muscat's "international call" – a hotel for Dwejra". Newsbook". Miġbur 2021-02-19.
  37. ^ ""Hotel in Dwejra: Will the proposal be accepted?". Newsbook". Miġbur 2021-02-19.
  38. ^ ""The Heart of Malta / Project by Svetozar Andreev Studio". Hotei Russia". Miġbur 2021-02-19.
  39. ^ "Baldwin, Eric (1 January 2019). "Svetozar Andreev Reimagines Iconic Azure Window as a Metallic Arch". ArchDaily". Miġbur 2021-02-19.
  40. ^ "Vella, Matthew (12 December 2018). "Dwejra's Azure Window reimagined into steel structure by Russian". Malta Today". Miġbur 2021-02-19.
  41. ^ "Sann, Wong Yoon (31 December 2018). "Malta's famous Azure Window, which was featured in 'Game of Thrones,' collapsed into the ocean, but it could be replaced by a quirky steel structure"". Miġbur 2021-02-19.
  42. ^ a b "Cilia, Daniel (22 December 2018). "Dwejra steel structure". Times of Malta". Miġbur 2021-02-19.
  43. ^ ""Azure Window gets posthumous accolade". The Malta Independent". Miġbur 2021-02-19.
  44. ^ ""Dwejra Tower" (PDF). National Inventory of the Cultural Property of the Maltese Islands. Arkivjat 09-01-2018" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-01-09. Miġbur 2021-02-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  45. ^ Malta – Guide Verdi Europa (in Italian). Touring Editore. 2007. p. 143. ISBN 9788836533176.
  46. ^ "Khomami, Nadia. "'It's heartbreaking': Maltese mourn collapse of Azure Window arch". The Guardian". Miġbur 2021-02-20.
  47. ^ "Andrews, Travis M. "'That sad day arrived': Malta's Azure Window, as seen on 'Game of Thrones,' collapses into sea". The Washington Post". Miġbur 2021-02-20.
  48. ^ "Macphail, Cameron. "Malta's Azure Window: Everything you need to know about Gozo's lost arch". The Daily Telegraph". Miġbur 2021-02-20.
  49. ^ "Roberts, Josh. "Where HBO's hit Game of Thrones was filmed". USA Today. Arkivjat 01-04-2012". Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-04-01. Miġbur 2021-02-20.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  50. ^ "Peregin, Christian (17 November 2010). "'Total elimination of ecosystem' at Dwejra". Times of Malta". Miġbur 2021-02-20.
  51. ^ ""La "finestra azzurra" dell'isola di Gozo non-c'è più". AGI". Miġbur 2021-02-20.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 29 Ġun, 2025 / 05:09

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Tieqa tad Dwejra, X'inhi Tieqa tad Dwejra? Xi tfisser Tieqa tad Dwejra?

It Tieqa tad Dwejra jew it Tieqa Zerqa kienet arkata naturali fil gzira ta Għawdex Il ħnejja naturali li ffurmat tul is sekli fil Bajja tad Dwejra qrib il bajja interna tad Dwejra u l Ġebla tal Ġeneral kienet waħda mill attrazzjonijiet turistiċi ewlenin qabel ma waqgħet il baħar f maltempata li ħakmet iz zona fit 8 ta Marzu 2017 Il blata z zgħira li għad fadal il fuq mil livell tal baħar ma għadhiex aċċessibbli bil mixi It Tieqa tad Dwejra flimkien ma karatteristiċi naturali oħra tal madwar dehret f għadd ta films internazzjonali u produzzjonijiet medjatiċi It Tieqa tad Dwejra fl 2009 Il ħnejja naturali kienet tikkonsisti minn blata kbira ħierġa mill baħar qisha pilastru li kienet magħquda mal irdum permezz ta blata orizzontali It Tieqa Zerqa nħolqot ħafna snin ilu wara li ċeda s saqaf ta għar naturali x aktarx matul is seklu 19 Iċ ċediment finali tat Tieqa fil baħar ġie wara seklu ta erozjoni naturali li bil mod il mod kien qiegħed inawwar biċċiet kbar tal blat tal franka StorjaFormazzjoni Wieħed mill ewwel ritratti tat Tieqa tad Dwejra li ħa Richard Ellis lejn l 1890 It Tieqa tad Dwejra zviluppat permezz tal erozjoni tal irdumijiet mill qawwa tal baħar Kollox jibda minn xaqq zgħir li jirrizulta mill azzjoni tal mewġ iħabbat mal blat Dan l ispazju mingħajr blat jikkawza stress tensili diversi drabi li jwasslu għall formazzjoni ta ġontura vertikali li testendi l fuq mix xaqq Din il ġontura kulma jmur titwessa u l ewwel tifforma għar u mbagħad eventwalment tifforma arkata It tmiem taċ ċiklu tal ħajja tal arkata jintlaħaq meta l erozjoni tant tkun kielet mill formazzjoni li l artkata tiġi itqal mill pilastri li jkunu qed jifilħuha u ċċedi Mhux magħruf ezattament meta l ħnejja kienet iffurmat izda l proċess kollu x aktarx li dam madwar 500 sena It Tieqa tad Dwejra ma tissemmiex fid deskrizzjonijiet tas sekli 17 u 18 taz zona tad Dwejra li diġa kienet famuza minħabba l Ġebla tal Ġeneral viċin tagħha allura x aktarx li ma kinitx tezisti dak iz zmien Il ktieb ta Giovanni Francesco Abela Della Descrizione di Malta tal 1647 u l manuskritt ta Il Gozo Antico Moderno e Sacro Profano tal 1746 it tnejn li huma jsemmu Tieqa Zerqa miktuba bl ortografija arkajka Tieka Szerka jew Għar iz Zerqa izda x aktarx li kienu qed jirreferu għad daħla tal għar fil baħar intern tad Dwejra Għalhekk x aktarx li meta ffurmat it Tieqa tad Dwejra wirtet isem l għar l ieħor tal baħar intern li għadu hemm sa llum Id daħla tal baħar intern tad Dwejra L iktar dokumentazzjoni antika tat Tieqa tad Dwejra hi illustrazzjoni tal 1824 tat Torri tad Dwejra Madankollu tidher fl isfond tal illustrazzjoni u mhux ċar jekk kinitx għadha għar jew jekk kinitx diġa zviluppat f arkata Tpinġija bil lapes tal Logotenent Kurunell tat Tieqa tad Dwejra ffurmata għalkollox x aktarx li saret fl 1830 Fl 1866 l artist zar id Dwejra u fil ġurnal tiegħu ddikjara li ix xenarju tal kosta mhuwiex daqshekk sabiħ daqs ix xenarju ta Malta L ewwel ritratti antiki tal arkata naturali probabbilment ittieħdu minn u jinsabu f album li jappartjeni lil bid data tas 26 ta Lulju 1879 Ir ritratt li kien ħa Ellis ġie ppubblikat fi ktieb fl 2011 u juri differenza li tispikka meta mqabbel mar ritratti tas sekli 20 u 21 Matul is sekli 20 u 21 l arkata kienet waħda mill attrazzjonijiet turistiċi ewlenin tal Gzejjer Maltin u kienet sfond popolari fir ritratti ta ħafna turisti kif ukoll Maltin u Għawdxin stess Kienet inkluza f Zona Speċjali ta Konservazzjoni u fl 1998 ġiet inkluza fil lista indikattiva ta Malta tas Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO flimkien mal bqija tal Bajja tad Dwejra Deterjorament u ċedimenti parzjali It Tieqa tad Dwejra fl 2006 Bejn is snin 80 tas seklu 20 u s sena 2000 xi partijiet mill blata orizzontali ta fuq tal arkata ċedew u waqgħu l baħar u b hekk l arkata twessgħet sew F April 2012 biċċa blata kbira fin naħa ta barra tal arkata waqgħet u l arkata kompliet tikber F Marzu 2013 waqgħu xi biċċiet oħra tat Tieqa u erba xhur wara tħejja rapport ġeoloġiku u ġeotekniku mill konsulent li kien jirrapprezenta d ditta lokali Geoscience Consulting Ltd Ir rapport iddetermina li l arkata kienet relattivament stabbli u kienet se tibqa hekk għal għadd ta snin oħra u li ma kien hemm l ebda riskju imminenti ta ċediment għalkemm wissa li xi biċċiet oħra setgħu jaqgħu minnha u għaldaqstant setgħet tkun perikoluza għan nies li joqorbu ħdejn l arkata It Tieqa fl 2013 wara ċ ċediment parzjali Fis snin ta wara komplew jaqgħu iktar biċċiet u jizviluppaw iktar xquq Is sajjieda bdew jevitaw li jmorru viċin wisq tal arkata bid dgħajjes tagħhom u tpoġġew sinjali ta periklu biex inaffru lin nies milli jimxu fuqha Madankollu ħafna nies xorta baqgħu jmorru jimxu fuq it Tieqa tad Dwejra regolarment u sal aħħar jiem baqgħu jittellgħu filmati fuq YouTube ta nies jaqbzu l baħar mit Tieqa għal isfel F Marzu 2016 Gatt wissa li l uzu illegali ta splussivi fil baħar intern tad Dwejra seta jkollu effett fuq it Tieqa tad Dwejra li diġa kienet dgħajfa kif inhi Gatt ressaq il kummenti tiegħu fid dawl ta investigazzjoni mill Awtorita tal Ambjent u l Ippjanar ta Malta li zvelat li probabbilment kien qed jintuza materjal splussiv biex jinqata l blat fid daħla li tagħti għall baħar intern tad Dwejra Kien hemm suspetti li dan il qtugħ illegali kien qed isir bit tir li d daħla titwessa sabiex ikunu jistgħu jidħlu dgħajjes ikbar F Diċembru 2016 ġiet ippubblikata ordni ta emerġenza li tipprojbixxi lin nies milli jmorru fuq it Tieqa tad Dwejra u li jiġu mħarrka b multa ta 1 500 jekk ma jirrispettawhiex Madankollu din qatt ma ġiet infurzata u sa Marzu 2017 meta waqgħet xorta kien hemm min kien baqa jmur jimxi fuq l arkata Ċediment finali L arkata ċediet għall ħabta tal 09 40 fit 8 ta Marzu 2017 wara perjodu ta maltempati qawwija u ma baqa jidher xejn fuq wiċċ il baħar L ewwel ma ċeda kien il pilastru u dan wassal biex il parti ta fuq tal arkata ċċedi wkoll miegħu Il pilastru xxaqqaq f biċċiet kbar tal blat li issa jinsabu f qiegħ il baħar Jingħad li ċ ċediment kien inevitabbli It Tieqa tad Dwejra qabel u wara ċ ċediment finali tal 2017 Iċ ċediment ġie rrapportat kemm fuq il mezzi tax xandir lokali kif ukoll fuq dawk internazzjonali Il Prim Ministru ta dak iz zmien Joseph Muscat u l ta dak iz zmien Simon Busuttil it tnejn li huma kitbu fuq dwar il waqgħa tat Tieqa tad Dwejra Barra minn hekk saru ħafna meme fuq il internet u fil midja soċjali lokali proprju fuq dan iċ ċediment L Awtorita tal Ambjent u tar Rizorsi stqarret li l waqgħa tat Tieqa tad Dwejra kienet telfa kbira għall wirt naturali tal Gzejjer Maltin Il Kummissjoni Ambjentali tal Knisja ddikjarat li l waqgħa kellha twassal biex il poplu Malti u Għawdxi jirrifletti fuq il wirt naturali tiegħu Il kunsill lokali ta San Lawrenz ħeġġeġ lill gvern biex jistabbilixxi pjan ta ġestjoni għaz zona kollha tad Dwejra li tinkludi diversi karatteristiċi notevoli oħra minkejja t telfa tat Tieqa tad Dwejra Dakinhar taċ ċediment il pulizija appellat biex il pubbliku ma jzurx iz zona L għadis fiz zona ġie pprojbit temporanjament minkejja li dan ma ġiex infurzat u ftit jiem wara tfaċċa filmat tal fdalijiet tal arkata f qiegħ il baħar Il fdalijiet tal arkata ffurmaw għadd ta karatteristiċi li ssejħu bħala ġenna għall bugħaddasa għalkemm l Awtorita tat Trasport u l Awtorita tal Ambjent u tar Rizorsi xorta waħda baqgħu jappellaw biex il pubbliku ma jersaqx lejn iz zona qabel jintemmu l ispezzjonijiet u l istħarriġ meħtieġa Wara ċ ċediment tal arkata Gatt sostna li wara li fassal ir rapport tiegħu hu kien talab biex ikun hemm monitoraġġ tal arkata u tal pilastru għal perjodu ta zmien sabiex iz zona tiġi studjata u jiġi stabbilit jekk il pilastru li kien qed jirfed l arkata kienx qed jiċċaqlaq madankollu ma kien hemm l ebda segwitu u l kundizzjoni tal pilastru baqgħet mhux magħrufa Wara ċ ċediment finali Fid 9 ta Marzu 2017 il gvern ħabbar li kien se jniedi inizjattiva internazzjonali dwar il futur tad Dwejra L opzjonijiet li kienu qed jitqiesu kienu jinkludu li s sit jitħalla kif inhu li l fdalijiet tat Tieqa jitneħħew minn qiegħ il baħar u jiġu esposti xi mkien li tinħoloq rikostruzzjoni artifiċjali jew bir li jiġi stabbilit ċentru ta interpretazzjoni jew li tinħoloq xi installazzjoni artistika fis sit Il gvern iddikjara li l arkata ma kinitx se tinbena mill ġdid L uniku rispons għal din is sejħa internazzjonali kien tal izviluppatur Għawdxi li ppropona l kostruzzjoni ta lukanda f barriera qrib il post fejn kien hemm it Tieqa tad Dwejra Il proġett kien jinkludi zona ta interpretazzjoni ċentru tal għadis muzew interattiv ċentru ta osservazzjoni mill għoli u faċilitajiet tat trasport F Awwissu 2018 ġie mħabbar li l gvern ma kienx qed jippjana li jissokta bil proposta Fl aħħar tal 2018 l arkitett Russu ta Hotei Russia b kollaborazzjoni ma ħabbar proposta ta kostruzzjoni ta struttura tal fis sit fejn kien hemm it Tieqa tad Dwejra Il proġett jismu The Heart of Malta Il Qalb ta Malta u jikkonsisti minn struttura b uċuħ poligonali riflessi tal azzar bid daqs u bil proporzjonijiet ibbazati fuq dawk tal arkata naturali li waqgħet L istruttura suppost se tinkludi ħames sulari b erja ta iktar minn 5 000 m2 ta spazju għall ezibizzjonijiet b kull sular jirrapprezenta perjodu differenti mill istorja ta Malta Spirali ċentrali tikkollega s sulari flimkien Din il proposta ntlaqgħet minn reazzjonijiet favur u kontra mill pubbliku Il biċċa l kbira ta dawk li wieġbu l istħarriġ li sar online kienu favur Madankollu il proġett ġie kkritikat ukoll peress li z zona park tal baħar u l proġett kieku jeqred il fdalijiet tat Tieqa tad Dwejra f qiegħ il baħar Barra minn hekk il pedamenti jkollhom ikunu fil baħar f fond ta iktar minn 50 metru u s sit jinsab f zona fejn spiss ikun hemm maltempata qawwija F Awwissu 2019 triq ġdida fir raħal ta San Lawrenz ġiet imsemmija Triq it Tieqa tad Dwejra biex tfakkar is sit naturali li ċeda ĠeoloġijaIt Tieqa tad Dwejra kienet arkata naturali għolja xi 28 metru u wiesgħa 25 metru Kienet tinsab f xifer irdum magħruf bħala l Irdumijiet tad Dwejra L arkata kienet tal franka blata sedimentarja li tinsab kwazi kullimkien fil Gzejjer Maltin u li ġiet depozitata fl Epoka Oligoċene L arkata kienet maqsuma f zewġ partijiet ewlenin il Parti A u l Parti B Il Parti A ffurmat il bazi u l pilastri tal arkata u l Parti B iffurmat il biċċa l kbira tal biċċa ta fuq mhux mirfuda tal arkata Il Parti A kellha ħxuna ta xi 20 metru kienet magħmula l iktar minn fossili ta algi ħomor ikkumpattati f taħlita ta franka u kalċite Fejn kienet tifforma l arkata kellha erba uċuħ imsejħa minn A 1 sa A 4 u l A 2 kien l eħxen wiċċ Dawn is sedimenti ġew iddepozitati bil mod u l proċess seħħ taħt il baħar f fond ta gt 30 metru b kurrenti moderati Il Parti B kellha ħxuna ta xi 10 metru u kienet tinkludi ħames uċuħ imsejħa minn B 1 sa B 5 Il wiċċ B 1 kien jifforma saff irqiq ta franka bajda bejn il Parti A u l kumplament tal Parti B li kien pjuttost artab u għalhekk kien jitnawwar iktar faċilment bl erozjoni Għalhekk ifforma depressjoni madwar it Tieqa Ġie ddepozitat f ilma baxx bl azzjoni ta ħafna mewġ L uċuħ B 2 u B 3 kienu jiffurmaw saff orizzontali oħxon seba metri ta ġebel u blat imrammel flimkien li kien poruz u inqas ikkumpattjat Il wiċċ B 5 kien jifforma saff oħxon erba metri tal franka u bil ġebel u l blat b konsistenza mtajna mnixxfa biz zmien u kien jifforma l parti mhux mirfuda tal arkata L uċuħ tal Parti B kien fihom għadd ta fossili fosthom Scutella Pecten xewk kbir tar u algi bentiċi kbar Is saffi kollha tal Parti B kienu ġew penetrati minn zewġ ġonturi Fuq il wiċċ B 5 kien hemm ukoll saff ibridu tal franka li kien ittiekel ferm bl erozjoni Ritratt panoramiku tat Tieqa tad Dwejra u l madwar fl 2012 L arkata kienet tinsab viċin il baħar intern tad Dwejra kavita ċirkolari kbira bi ħnejja zgħira fuqha li zviluppat tul ġontura fil blat Il Ġebla tal Ġeneral gzejra li ffurmat meta l pont ta arkata naturali waqa tinsab fil qrib ukoll Fiz zona hemm ukoll it Torri tad Dwejra torri kostali tal għassa tas seklu 17 li nbena mill Ordni ta San Ġwann Fil Grigal tad Dwejra xi 3 7 km il bogħod hemm ukoll arkata naturali oħra msejħa t Tieqa ta Wied il Mielaħ li mhix magħrufa daqs it Tieqa tad Dwejra Dehriet fil mezzi tax xandirIt Tieqa tad Dwejra dehret f għadd ta films fosthom Clash of the Titans 1981 The Count of Monte Cristo 2002 u l film Indjan bit Vinnaithaandi Varuvaaya Dehret ukoll fil minisensiela tat televizjoni The Odyssey 1997 Intuzat bħala post fejn inġibdet ix xena tat tieġ tad Dothraki fl ewwel staġun tas sensiela televiziva tal HBO Game of Thrones Meta nġibed Game of Thrones inqalgħet kontroversja sħiħa minħabba li ekosistema protetta ġiet danneġġata minn sottokuntrattur F filmat tar reklami tad ditta Hugo Boss tal 2017 David Colturi jidher jaqbez mit Tieqa tad Dwejra u minn dik tal Wied il Mielaħ Referenzi a b ċ d e f ġ Geoscience Consulting July 2013 Geological and geotechnical report on the Azure Window Gozo Rock assessment and recommendations on preservation and conservation PDF Report Ministry for Sustainable Development the Environment and Climate Change Arkivjat 08 03 2017 PDF Arkivjat mill oriġinal fl 2017 03 08 Miġbur 2021 02 19 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Martin Ivan 19 July 2013 The Azure Window is still safe for now Times of Malta Miġbur 2021 02 19 a b ċ d Dwejra A Coastal Nature Park PDF Life Project Report European Commission pp 1 8 PDF Miġbur 2021 02 19 Ciantar Giovannantonio 1772 Malta illustrata ovvero descrizione di Malta isola del Mare Siciliano e Adriatico in Italian Malta p 353 Miġbur 2021 02 19 Carabott Sarah 14 March 2017 Azure Window probably inherited name from nearby less popular crevice Times of Malta Miġbur 2021 02 19 Carabott Sarah 2 January 2019 Dwejra s Azure Window was 50 years older than thought Times of Malta Miġbur 2021 02 19 Carabott Sarah 13 March 2017 Was the Azure Window really just 140 years old Times of Malta Miġbur 2021 02 19 a b Ian Ellis ed 2011 Richard Ellis The Photography Collection Malta amp Gozo 4 p 100 ISBN 978 99957 33 29 2 Qawra Dwejra UNESCO Miġbur 2021 02 19 Meschini Maria Celeste 2016 Valentina Diaconale ed La Finestra Azzurra PDF The Trip Malta PDF Miġbur 2021 02 19 Part of Dwejra Azure window collapses Times of Malta Miġbur 2021 02 19 A huge part of the Dwejra Window rock collapsed TVM Miġbur 2021 02 19 Dwejra Azure Window fissure grows collapse may be close The Malta Independent Miġbur 2021 02 19 Iconic Azure Window in Dwejra loses another chunk but people are still walking on it The Malta Independent Miġbur 2021 02 19 Mizzi Daniel 27 November 2016 Rocks fall off picturesque Azure Window after cliff jumper dive Malta Today Miġbur 2021 02 19 Watch Rocks fall as man jumps off the Azure Window Times of Malta Miġbur 2021 02 19 Ltd Allied Newspapers Expert warns of explosives impact on Azure Window Times of Malta Miġbur 2021 02 19 1 500 fine if you step on Azure Window from now on Times of Malta Miġbur 2021 02 19 Dozens trespass across Azure Window without a care in the world Times of Malta Miġbur 2021 02 19 a b Morris Hugh Malta s famous Azure Window arch collapses into the sea The Daily Telegraph Miġbur 2021 02 19 Dwejra Window collapses geologist says pillar gave way The Malta Independent Miġbur 2021 02 19 Schicluna Chris Balmer Crispian 8 March 2017 Malta s Azure Window rock formation collapses into the sea Reuters Miġbur 2021 02 19 Caruana Claire 11 March 2017 Pillar likely broke into pieces when Azure Window fell Times of Malta Miġbur 2021 02 19 a b Grech Herman 12 March 2017 Mariners divers urged to stay clear of Azure Window site underwater and aerial footage emerges Times of Malta Miġbur 2021 02 19 Malta s Azure Window collapses into the sea BBC News Online Miġbur 2021 02 19 The Azure Window lost and gone forever Times of Malta Miġbur 2021 02 19 The Azure Window humour takes over Times of Malta Miġbur 2021 02 19 Grech Urpani David 8 March 2017 13 Brutally Hilarious Memes of the Azure Window Collapse Lovin Malta Arkivjat 08 03 2017 Arkivjat minn l oriġinal fl 8 March 2017 Miġbur 2021 02 19 Loss of Azure Window should make us reflect on heritage damage Church Times of Malta Miġbur 2021 02 19 Police appeal to public not to approach Dwejra Window area TVM Miġbur 2021 02 19 New video shows shattered Azure Window is now divers paradise Times of Malta Miġbur 2021 02 19 Updated 2 Watch Dwejra Window collapses geologist says pillar gave way The Malta Independent Miġbur 2021 02 19 Schembri Gabriel 9 March 2017 Azure Window collapse government considering retrieving rock pieces exhibiting them The Malta Independent Miġbur 2021 02 19 Diacono Tim 9 March 2017 Government moots 3D augmented reality reconstruction of Gozo s Azure Window Malta Today Miġbur 2021 02 19 Dwejra rock will not be rebuilt but government paves way for ideas Times of Malta Miġbur 2021 02 19 Agius Monique 19 August 2018 Only one proposal made to Muscat s international call a hotel for Dwejra Newsbook Miġbur 2021 02 19 Hotel in Dwejra Will the proposal be accepted Newsbook Miġbur 2021 02 19 The Heart of Malta Project by Svetozar Andreev Studio Hotei Russia Miġbur 2021 02 19 Baldwin Eric 1 January 2019 Svetozar Andreev Reimagines Iconic Azure Window as a Metallic Arch ArchDaily Miġbur 2021 02 19 Vella Matthew 12 December 2018 Dwejra s Azure Window reimagined into steel structure by Russian Malta Today Miġbur 2021 02 19 Sann Wong Yoon 31 December 2018 Malta s famous Azure Window which was featured in Game of Thrones collapsed into the ocean but it could be replaced by a quirky steel structure Miġbur 2021 02 19 a b Cilia Daniel 22 December 2018 Dwejra steel structure Times of Malta Miġbur 2021 02 19 Azure Window gets posthumous accolade The Malta Independent Miġbur 2021 02 19 Dwejra Tower PDF National Inventory of the Cultural Property of the Maltese Islands Arkivjat 09 01 2018 PDF Arkivjat mill oriġinal fl 2018 01 09 Miġbur 2021 02 20 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Malta Guide Verdi Europa in Italian Touring Editore 2007 p 143 ISBN 9788836533176 Khomami Nadia It s heartbreaking Maltese mourn collapse of Azure Window arch The Guardian Miġbur 2021 02 20 Andrews Travis M That sad day arrived Malta s Azure Window as seen on Game of Thrones collapses into sea The Washington Post Miġbur 2021 02 20 Macphail Cameron Malta s Azure Window Everything you need to know about Gozo s lost arch The Daily Telegraph Miġbur 2021 02 20 Roberts Josh Where HBO s hit Game of Thrones was filmed USA Today Arkivjat 01 04 2012 Arkivjat mill oriġinal fl 2012 04 01 Miġbur 2021 02 20 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Peregin Christian 17 November 2010 Total elimination of ecosystem at Dwejra Times of Malta Miġbur 2021 02 20 La finestra azzurra dell isola di Gozo non c e piu AGI Miġbur 2021 02 20

L-aħħar artikli
  • Ġunju 27, 2025

    Tubulidentata

  • Ġunju 08, 2025

    Tuberkulożi

  • Ġunju 19, 2025

    Tuvalu

  • Ġunju 20, 2025

    Tutankhamun

  • Ġunju 28, 2025

    Tuta tal-għollieq

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq