L Akkwedott ta Wignacourt hu proġett ta kanalizzazzjoni mibni mill Ordni ta San Ġwann biex iwassal l ilma min naħa tal w
Akkwedott ta' Wignacourt

L-Akkwedott ta' Wignacourt hu proġett ta' kanalizzazzjoni mibni mill-Ordni ta' San Ġwann biex iwassal l-ilma min-naħa tal-widien ta' taħt ir-Rabat u Ħad-Dingli sal-Belt Valletta. Inbena bejn l-1610 u l-1615 u baqa' jintuża sal-1912. Hu proġett apprezzat għall-inġinerija li ntużat fis-seklu sbatax.
Akkwadott ta' Wignacourt | |
---|---|
Jibda | Ħad-Dingli u Ir-Rabat |
Tispiċċa | Valletta |
Tul totali | 26.5 km |
Kapaċità | 1,400 m3 |
Bidu tal-kostruzzjoni | 19 ta' Ottubru 1596 (l-ewwel tentattiv) 9 ta' Jannar 1610 (it-tieni tentattiv) |
Miftuħ | 21 ta' April 1615 |
Magħluq | Seklu 20 |
Storja
Meta nbniet il-Belt Valletta, l-ilma għax-xorb kien jikkonsisti minn dak li jinġabar fil-bjar mill-bjut tad-djar u mill-ġibjuni kbar tal-komunità li l-Ordni ta' San Ġwann kien ħaffer f'diversi nħawi tal-Belt Valletta. Sal-1600, il-popolazzjoni tal-Belt kienet kibret u saret tlaħħaq mal-10,000 ruħ. L-ilma li kien maħżun fil-Belt ma baqax biżżejjed.
Fl-1610, il-Gran Mastru Alof de Wignacourt ried li jibda jaħdem biex din il-problema tkun solvuta. Il-flus biex jinbena dan l-akkwedott bdew ġejjin minn taxxa imposta fuq il-qamħ li kien jinbiegħ lill-furnara u li minnha nġabret is-somma ta’ 40,000 skud. Din is-somma ċertament ma kinitx biżżejjed. Kien hemm bżonn ħafna aktar minn hekk u xi Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann ikkontribwew xi flus għal dan il-proġett. Biss l-ikbar ammont ta’ flus ġie minn but il-Gran Mastru nnfisu.
Ġie kkommissjonat ċertu Patri , Ġiżwita u inġinier biex ifassal proġett li bih l-ilma jinġarr min-naħa tar-Rabat u l-Imdina biex jaqdi l-bżonnijiet tan-nies tal-Belt. Il-proġett kien mexa ġmielu biss sab l-intoppi meta x-xogħol kien wasal Ħ'Attard għax hemm l-art titbaxxa konsiderevolment u wara terġa' togħla, u l-ilma ma setax ikompli jaqleb u jimxi lejn il-Belt. Problema oħra kienet illi l-knaten u t-tikħil li kien jorbot il-kanal tal-ilma flimkien bdew jinfaqgħu bil-pressa. Fl-1612, dan l-inġinier qata' qalbu u waqaf mix-xogħol. Minfloku ġie msejjaħ biex jaħdem fuq dan il-proġett , inġinier minn Bologna.
Bontadini uża tip ta’ siment li jissejjaħ pozzolana (għax inġab minn , li huwa post viċin Napli) u dan il-materjal seta' jgħaqqad il-ġonot bejn il-ġebel aħjar. Il-kanal tal-akkwedott inbena kemm taħt l-art kif ukoll fuq arkati biex iżomm il-livell u l-qawwa tal-ilma ġiri . Mill-akkwedott jintgħarfu biss is-serje ta’ arkati viċin Ħ’Attard li mbagħad jerġgħu jfiġġu f’Santa Venera. Fi Fleur De Lys, fejn hemm ir-rawndebawt illum, kien hemm arkata taqsam it-triq, u l-arkati tal-akkwedott ikomplu minn hemm biex jagħtu 'l isfel lejn il-Ħamrun. Fuq l-arkata ta’ Santa Venera twaħħlet l-arma tal-Gran Mastru Wignacourt. Din l-arkata twaqqgħet matul it-Tieni Gwerra Dinjija u qatt ma reġgħet inbniet għall-iskop tagħha. Illum naraw kopja li ġieet mibnija mill-Kunsill ta' Santa Venera biex din tfakkar l-arkata oriġinali.
Mill-Ħamrun imbagħad l-ilma kien kkanalizzat sal-Furjana, sa ħdejn il-knisja ta' Sarria. Hemm naraw torri b'ħawt tax-xorb għall-bhejjem, minn fejn l-ilma kien ikompli jiġi kkanalizzat fejn il-Belt. Hemm imbagħad kellu jkompli jinfirex għal ġo ċisterni u funtani ġewwa l-Belt Valletta. Ġol-Belt l-ewwel ma kien joħroġ kien l-ilma għall-użu tal-pubbliku minn ġo funtana li kienet qrib id-daħla tal-Belt. Din illum tinsab mal-ħajt tal-Kavallier ta’ San Ġakbu. L-ilma mbagħad kien ifiġġ ukoll minn funtana majjestuża ġewwa Pjazza San Ġorg, quddiem il-Palazz. Din il-funtana llum qiegħda fil-Ġnien San Filippu, taħt l-Argotti, il-Furjana. Funtana oħra li kienet isservi tajjeb ħafna lill-bejjiegħa kienet dik ta’ ħdejn il-knisja ta’ Liesse. F’nofs din il-funtana wara tqiegħdet statwa ta’ Nettunu (magħrufa bħala tal-Ġgant) li llum tinsab ġewwa l-Palazz tal-Gran Mastru. L-akkwedott kien dam jinbena ħames snin u sewa aktar minn 400,000 skud. Fuq dan il-proġett kienu ħadmu mas-600 ruħ. L-akwedott ġie inawgurat fil-21 ta’ April 1615 u baqa' jintuża sal-1912 meta mbagħad l-ilma beda jiġi kkanalizzat minn katusi tal-ħadid imqiegħda taħt l-art fit-toroq apposta.
Biblijografija
- Guillaumier Alfie, Bliet u Rħula Maltin. Klabb Kotba Maltin. Vol. 2, p. 948.
- Grima Joseph F. 'Construction and Inauguration of Wignacourt's Aqueduct, 1610 -1615', ta' , il-21 ta' April 2019.
- Ellul Michael, "Wignacourt aqueduct". Times of Malta, it-3 ta' Frar 2007.
- Zammit, Vincent (1979). "Wignacourt's Aqueduct". Heritage: An Encyclopedia of Maltese Culture and Civilization. Midsea Books Ltd.
- "A Tour of the aqueduct". The Malta Independent, id-9 ta' April 2006.
- "Green light for Fleur-de-Lys arch rebuilding". Times of Malta, it-23 ta' Ottubru 2012.
- "Wignacourt fountain 'going to ruin'". Times of Malta, is-6 ta' Diċembru 2011.
- "Restoration work on Floriana's Wignacourt Tower". TVM, l-14 ta' Awwissu 2015.
- 'Incredible remains revealed during works near 17th century Aqueduct'. https://www.guidememalta.com/en/incredible-remains-revealed-during-works-near-17th-century-wignacourt-aqueduct
- Grima Joseph F. 'It happened this month: Construction and inauguration of Wignacourt Aqueduct, 1610 - 1615'. https://timesofmalta.com/articles/view/it-happened-this-month-construction-and-inauguration-of-wignacourts.707800
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Akkwedott ta' Wignacourt, X'inhi Akkwedott ta' Wignacourt? Xi tfisser Akkwedott ta' Wignacourt?
L Akkwedott ta Wignacourt hu proġett ta kanalizzazzjoni mibni mill Ordni ta San Ġwann biex iwassal l ilma min naħa tal widien ta taħt ir Rabat u Ħad Dingli sal Belt Valletta Inbena bejn l 1610 u l 1615 u baqa jintuza sal 1912 Hu proġett apprezzat għall inġinerija li ntuzat fis seklu sbatax Akkwadott ta Wignacourt Parti mill akwedott ta Birkirkara Jibda Ħad Dingli u Ir Rabat Tispiċċa Valletta Karatteristiċi Tul totali 26 5 km Kapaċita 1 400 m3 Storja Bidu tal kostruzzjoni 19 ta Ottubru 1596 l ewwel tentattiv 9 ta Jannar 1610 it tieni tentattiv Miftuħ 21 ta April 1615 Magħluq Seklu 20StorjaMeta nbniet il Belt Valletta l ilma għax xorb kien jikkonsisti minn dak li jinġabar fil bjar mill bjut tad djar u mill ġibjuni kbar tal komunita li l Ordni ta San Ġwann kien ħaffer f diversi nħawi tal Belt Valletta Sal 1600 il popolazzjoni tal Belt kienet kibret u saret tlaħħaq mal 10 000 ruħ L ilma li kien maħzun fil Belt ma baqax bizzejjed L Arkata ta Wignacourt Fleur De Lys Santa Venera Fl 1610 il Gran Mastru Alof de Wignacourt ried li jibda jaħdem biex din il problema tkun solvuta Il flus biex jinbena dan l akkwedott bdew ġejjin minn taxxa imposta fuq il qamħ li kien jinbiegħ lill furnara u li minnha nġabret is somma ta 40 000 skud Din is somma ċertament ma kinitx bizzejjed Kien hemm bzonn ħafna aktar minn hekk u xi Kavallieri tal Ordni ta San Ġwann ikkontribwew xi flus għal dan il proġett Biss l ikbar ammont ta flus ġie minn but il Gran Mastru nnfisu Ġie kkommissjonat ċertu Patri Ġizwita u inġinier biex ifassal proġett li bih l ilma jinġarr min naħa tar Rabat u l Imdina biex jaqdi l bzonnijiet tan nies tal Belt Il proġett kien mexa ġmielu biss sab l intoppi meta x xogħol kien wasal Ħ Attard għax hemm l art titbaxxa konsiderevolment u wara terġa togħla u l ilma ma setax ikompli jaqleb u jimxi lejn il Belt Problema oħra kienet illi l knaten u t tikħil li kien jorbot il kanal tal ilma flimkien bdew jinfaqgħu bil pressa Fl 1612 dan l inġinier qata qalbu u waqaf mix xogħol Minfloku ġie msejjaħ biex jaħdem fuq dan il proġett inġinier minn Bologna Bontadini uza tip ta siment li jissejjaħ pozzolana għax inġab minn li huwa post viċin Napli u dan il materjal seta jgħaqqad il ġonot bejn il ġebel aħjar Il kanal tal akkwedott inbena kemm taħt l art kif ukoll fuq arkati biex izomm il livell u l qawwa tal ilma ġiri Mill akkwedott jintgħarfu biss is serje ta arkati viċin Ħ Attard li mbagħad jerġgħu jfiġġu f Santa Venera Fi Fleur De Lys fejn hemm ir rawndebawt illum kien hemm arkata taqsam it triq u l arkati tal akkwedott ikomplu minn hemm biex jagħtu l isfel lejn il Ħamrun Fuq l arkata ta Santa Venera twaħħlet l arma tal Gran Mastru Wignacourt Din l arkata twaqqgħet matul it Tieni Gwerra Dinjija u qatt ma reġgħet inbniet għall iskop tagħha Illum naraw kopja li ġieet mibnija mill Kunsill ta Santa Venera biex din tfakkar l arkata oriġinali Mill Ħamrun imbagħad l ilma kien kkanalizzat sal Furjana sa ħdejn il knisja ta Sarria Hemm naraw torri b ħawt tax xorb għall bhejjem minn fejn l ilma kien ikompli jiġi kkanalizzat fejn il Belt Hemm imbagħad kellu jkompli jinfirex għal ġo ċisterni u funtani ġewwa l Belt Valletta Ġol Belt l ewwel ma kien joħroġ kien l ilma għall uzu tal pubbliku minn ġo funtana li kienet qrib id daħla tal Belt Din illum tinsab mal ħajt tal Kavallier ta San Ġakbu L ilma mbagħad kien ifiġġ ukoll minn funtana majjestuza ġewwa Pjazza San Ġorg quddiem il Palazz Din il funtana llum qiegħda fil Ġnien San Filippu taħt l Argotti il Furjana Funtana oħra li kienet isservi tajjeb ħafna lill bejjiegħa kienet dik ta ħdejn il knisja ta Liesse F nofs din il funtana wara tqiegħdet statwa ta Nettunu magħrufa bħala tal Ġgant li llum tinsab ġewwa l Palazz tal Gran Mastru L akkwedott kien dam jinbena ħames snin u sewa aktar minn 400 000 skud Fuq dan il proġett kienu ħadmu mas 600 ruħ L akwedott ġie inawgurat fil 21 ta April 1615 u baqa jintuza sal 1912 meta mbagħad l ilma beda jiġi kkanalizzat minn katusi tal ħadid imqiegħda taħt l art fit toroq apposta BiblijografijaGuillaumier Alfie Bliet u Rħula Maltin Klabb Kotba Maltin Vol 2 p 948 Grima Joseph F Construction and Inauguration of Wignacourt s Aqueduct 1610 1615 ta il 21 ta April 2019 Ellul Michael Wignacourt aqueduct Times of Malta it 3 ta Frar 2007 Zammit Vincent 1979 Wignacourt s Aqueduct Heritage An Encyclopedia of Maltese Culture and Civilization Midsea Books Ltd A Tour of the aqueduct The Malta Independent id 9 ta April 2006 Green light for Fleur de Lys arch rebuilding Times of Malta it 23 ta Ottubru 2012 Wignacourt fountain going to ruin Times of Malta is 6 ta Diċembru 2011 Restoration work on Floriana s Wignacourt Tower TVM l 14 ta Awwissu 2015 Incredible remains revealed during works near 17th century Aqueduct https www guidememalta com en incredible remains revealed during works near 17th century wignacourt aqueduct Grima Joseph F It happened this month Construction and inauguration of Wignacourt Aqueduct 1610 1615 https timesofmalta com articles view it happened this month construction and inauguration of wignacourts 707800