Il Kavallier ta San Ġakbu huwa fortifikazzjoni tas seklu 16 fil Belt Valletta li nbniet mill Kavallieri tal Ordni ta San
Kavallier ta’ San Ġakbu

Il-Kavallier ta' San Ġakbu huwa fortifikazzjoni tas-seklu 16 fil-Belt Valletta li nbniet mill-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann. It-terminu "kavallier" ifisser fortifikazzjoni mibnija fi ħdan fortifikazzjoni ikbar, u li tkun ogħla mill-istrutturi difensivi l-oħra. Il-Kavallier iħares fuq is-, sur kbir b'anglu ottuż li jifforma parti mis-Swar tal-Belt Valletta fil-. Huwa wieħed mid-disa' kavallieri li kienu ġew ippjanati biex jinbnew fil-Belt Valletta, għalkemm fl-aħħar mill-aħħar kienu nbnew tnejn biss, il-Kavallier ta' San Ġakbu tal-Belt Valletta u l-Kavallier ta' San Ġakbu tal-Birgu.
Il-Kavallier ta' San Ġakbu fil-Belt Valletta ġie ddisinjat mill- militari Taljan Francesco Laparelli, filwaqt li l-kostruzzjoni ġiet issorveljata mill-assistent Malti tiegħu Ġlormu Cassar. Dan il-kavallier qatt ma esperjenza xi kunflitt militari, iżda kellu rwol fir-Rewwixta tal-Qassisin fl-1775.
Il-Kavallier jinsab fi Pjazza Kastilja, qrib il-Berġa ta' Kastilja, il-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Parlament ta' Malta, il-Borża ta' Malta u l-uffiċċju postali f'. Bħala parti mill-Proġett tal-Millenju ta' Malta, il-Kavallier ta' San Ġakbu tal-Belt Valletta ġie rrestawrat u issa huwa ċentru kulturali magħruf bħala Spazju Kreattiv.
Storja
Żmien il-Kavallieri
Wara l-Assedju l-Kbir ta' Malta fl-1565, meta l-Imperu Ottoman ipprova jaħkem lil Malta mingħajr ma rnexxielu, il-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann iddeċidew li jibqgħu b'mod permanenti fuq il-Gżejjer Maltin. L-Ordni ddeċidiet li tibni belt iffortifikata ġdida bħala l-belt kapitali u sejħitha l-Belt Valletta wara l-Gran Mastru Jean Parisot de la Vallette. Sabiex iwettaq din id-deċiżjoni, il-Gran Mastru talab l-għajnuna finanzjarja ta' diversi mexxejja Ewropej. Il-Papa Piju V mhux biss għen finanzjarjament, iżda bagħat ukoll lill-inġinier militari Taljan Francesco Laparelli Malta biex jiddisinja l-fortifikazzjonijiet tal-belt kapitali l-ġdida. Il-kostruzzjoni tal-belt bdiet f'Marzu 1566, u x-xogħol kompla tul is-snin 70 tas-seklu 16. Wara li Laparelli telaq minn Malta u sussegwentement miet, il-kostruzzjoni tal-belt ġiet inkarigata lill-assistent Malti tiegħu, l-arkitetti u l-inġinier militari Ġlormu Cassar. Il-Kavallier ta' San Ġakbu tal-Belt Valletta, fl-ewwel snin li nbena, kien magħruf ukoll bħala t-Torri tal-Kavallier.
Il-Kavallier ta' San Ġakbu kien wieħed mill-ewwel binjiet li nbnew fil-Belt Valletta, flimkien mal-Knisja tal-Vitorja u l-bqija tal-fortifikazzjonijiet. Il-Kavallier inbena bħala pjattaforma olzata li fuqha kienu jitqiegħdu l-kanuni jew l-armi tan-nar biex jiddefendu l-belt mill-attakki mill-art, fin-naħa fejn imbagħad inbniet il-belt tal-Furjana. Apparti l-funzjoni ewlenija tal-Kavallier li ma jippermettix id-dħul fil-belt, kellu wkoll il-funzjoni li jservi ta' theddida għal dawk li b'xi mod jew ieħor jinzerta jirnexxielhom jgħaddu mill-ewwel għadd ta' sistemi difensivi tal-belt. Qabel kien hemm ukoll passaġġ taħt l-art li kien jagħti għas-Sur ta' San Ġakbu li issa ngħalaq.
Il-Kavallier kien jintuża wkoll bħala punt tas-sinjalar bl-. Tliet darbiet kuljum, ma' tlugħ ix-xemx, f'nofsinhar u ma' nżul ix-xemx, kienu jiġu sparati tliet munizzjonijiet. L-ewwel u l-aħħar munizzjonijiet kienu jimmarkaw il-ftuħ u l-għeluq tal-bibien tal-belt. Is-sinjalar bl-armi tan-nar baqa' jsir mill-Kavallier sa madwar is-sena 1800, meta mbagħad beda jsir mill-Batterija tas-Salut.
Fl-1686, waqt il-maġistratura ta' Gregorio Carafa, binja żgħira magħrufa bħala Dar Annona ġiet imġannta man-naħa tal-Lvant tal-Kavallier. Il-binja oriġinarjament kienet is-sede tal-Università dei Grani, u issa tintuża bħala uffiċċju postali.
Fit-8 ta' Settembru 1775, il-Kavallier ta' San Ġakbu għadda f'idejn ir-ribelli waqt ir-Rewwixta tal-Qassisin. Il-bandiera tal-Ordni tniżżlet u bandalora ta' San Pawl ittellgħet minlokha. Ir-ribelli rnexxielhom jieħdu l-kontroll ukoll tal-, iżda wara ftit tiri bl-armi tan-nar l-Ordni reġgħet ħaditu taħt il-kontroll tagħha. Ftit wara li ttieħed il-Forti Sant'Iermu, ir-ribelli fil-Kavallier ta' San Ġakbu ċedew mill-ewwel. Tlieta minnhom ġew ġustizzjati, filwaqt li l-oħrajn ġew eżiljati jew intefgħu l-ħabs. L-irjus tat-tliet irġiel li ġew ġustizzjati tħallew fil-beraħ fl-irkejjen tal-Kavallier, iżda tneħħew ftit wara li Emmanuel de Rohan-Polduc ġie elett Gran Mastru f'Novembru tal-istess sena.
Sekli 19 u 20
Wara li ħadu l-kontroll ta' Malta fil-bidu tas-seklu 19, il-Brittaniċi kkonvertew il-Kavallier ta' San Ġakbu f'post fejn l-uffiċjali kienu jiltaqgħu biex jieklu u jissoċjalizza. Dak iż-żmien saru xi modifiki fl-istruttura, fosthom is-sostituzzjoni tar-rampa li twassal sal-bejt b'taraġ, u ż-żieda fl-għadd ta' kmamar billi nbena saqaf bl-arkati fil-kamra fl-istess livell tat-triq, biex b'hekk jinħoloq it-tieni sular. Saru bidliet ukoll biex tonqos l-.
Iktar 'il quddiem, żewġ ċisterni tħaffru fi ħdan il-Kavallier biex jinħażen l-ilma li kien jiġi ppumpjat lejn il-Belt Valletta mill-. The cavalier stored water for the entire city.
Fl-1853, tressqet proposta biex il-Kavallier jiġi demolit biex jinbena , iżda l-proposta qatt ma twettqet.
Fit-Tieni Gwerra Dinjija, il-binja ntużat ukoll bħala kenni mill-bombi, filwaqt li s-sular ta' fuq tiegħu sar maħżen tal-ikel għall-Flotta Navali, għall-Armata u għall-Forza tal-Ajru.
Fis-snin 70 tas-seklu 20, l-Istamperija tal-Gvern tressqet mill-Palazz tal-Gran Mastru għall-Kavallier ta' San Ġakbu, u baqgħet hemmhekk sa meta nfetaħ l-istabbiliment ġdid fiż-żona industrijali tal-Marsa fl-1996.
Ċentru kulturali
Fis-snin 90 tas-seklu 20, il-Gvern ta' Malta kkummissjona Pjan Direzzjonali għar-riabilitazzjoni tal-Belt Valletta u l-madwar. Il-proġett kien jinkludi r-restawr tal-Kavallier ta' San Ġakbu biex jiġi kkonvertit għal skopijiet kulturali. Ir-restawr twettaq mill-arkitett Malti Richard England.
Matul ix-xogħlijiet ta' tiġdid, il-Kavallier ta' San Ġakbu ġie ttrasformat minn binja maħsuba għall-projbizzjoni tad-dħul għal waħda li tilqa' l-viżitaturi. England iddeskriva l-kompitu li jwettaq din il-bidla bħala li "għamel ħiltu biex il-binja takkomoda l-ħtiġijiet ġodda b'tali mod li, filwaqt li tirrispetta l-imgħoddi, iżda bla biża' ta' xejn taċċetta l-kunċett tal-bidla". Madankollu, inqalgħet kontroversja sħiħa minħabba dawn ix-xogħlijiet u meta tlestew ħafna Maltin qalu li xejn ma kienu sodisfatti, Dan parzjalment wassal biex proġetti oħra li kienu ppjanati fil-Belt Valletta jitwaqqfu minnufih, u ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu inkarigati arkitetti rinomati, fosthom . Il-proġett l-oħra bdew fl-2008, meta bdew ix-xogħlijiet fuq Bieb il-Belt, it-, il-binja l-ġdida tal-Parlament ta' Malta u l-kumplament taż-żona madwar id-daħla tal-Belt Valletta.
Waħda mill-ikbar sfidi li kellu jiffaċċja England kienet li jara kif se jżid l-aċċessibbiltà f'binja li kienet inbniet proprju biex ma tħallix lill-invażuri potenzjali jidħlu. Għalhekk, kien meħtieġ intervent strutturali kbir u kellhom jittieħdu deċiżjonijiet iebsin ħafna dwar liema partijiet tal-binja kellu jsirilhom dan l-intervent tant drastiku.
Dan il-kompitu twettaq flimkien mal-konverżjoni taż-żewġ ċisterni tal-ilma, waħda fl-ispazju teatrali spettakolari tal-Kavallier ta' San Ġakbu u l-oħra fl-atriju. B'hekk kollox ġie amalgamat fi spazju magħluq li jagħti aċċess għall-galleriji ta' fuq. Madankollu, id-disinn inkorpora pannelli tal-ħġieġ u għarfien spazjali mill-aqwa li jippermettu lill-viżitatur japprezza l-istorja narrattiva taċ-ċisterni.
Ix-xogħol twettaq b'kollaborazzjoni mal-espert tar-restawr . Saret enfasi biex kemm jista' jkun ma jintużawx repliki jew imitazzjonijiet. Għalhekk, dak kollu li jidher antik u tas-seklu 16, huwa tassew tas-seklu 16, u dak li jidher kontemporanju, huwa tassew kontemporanju. L-organizzazzjoni tal-wirt nazzjonali pprotestat kontra t-tneħħija ta' xelter kenni rari mill-gass tat-Tieni Gwerra Dinjija u xi fdalijiet storiċi oħra minn żmien il-Brittaniċi f'Malta.
Din it-tema hija partikolarment evidenti fis-sular li qiegħed livell mat-triq. Fil-Kamra tal-Mużika, is-saqaf li kienu għamlu l-Brittanniċi tneħħa, u l-kamra reġgħet lura għal kif kienet oriġinarjament. Il-ħanut tal-Ispazju Kreattiv, min-naħa l-oħra, huwa maqsum fi tnejn. Fi swali oħra, it-tneħħija parzjali tas-saqaf ippermettiet li jiġu rrappreżentati ż-żewġ perjodi f'interpretazzjoni moderna ta' binja daqstant storika.
Ir-restawr tal-Kavallier tlesta sal-aħħar tas-sajf tas-sena 2000, u fetaħ għall-pubbliku bħala Ċentru għall-Kreattività fit-22 ta' Settembru ta' dik is-sena, b'wirja bit-titlu "L-Arti f'Malta Llum". Issa l-Kavallier fih teatru żgħir, ċinema, kmamar tal-mużika u galleriji tal-arti. Diversi wirjiet u avvenimenti kulturali oħra jsiru regolarment hemmhekk għalkemm l-għan ewlieni taċ-Ċentru kien il-kreattività inġenerali. Minn mindu nfetaħ laqa' iktar minn miljun viżitatur. F'Awwissu 2015, iċ-Ċentru ngħata l-isem ġdid Spazju Kreattiv, immexxi mid-direttur Toni Sant sal-2020.
Il-Kavallier ta' San Ġakbu huwa skedat bħala monument nazzjonali tal-ewwel livell, u huwa elenkat ukoll fl-Inventarju Nazzjonali tal-Proprjetà Kulturali tal-Gżejjer Maltin.
Arkitettura
Il-Kavallier ta' San Ġakbu huwa pjattaforma ffortifikata kbira tal-artillerija bi pjanta pentagonali. L-istruttura ma ġietx iddisinjata bi ħsieb estetiku, iżda l-enfasi kienet fuq il-funzjoni tal-post li kienet purament ta' utilità militari. Minkejja l-impressjoni tal-kobor minħabba l-aspett estern tal-binja, nofs l-istruttura kienet ġiet mimlija b'ħamrija kkumpattata u l-bqija tal-binja tikkonsisti minn sensiela ta' kmamar jew kompartimenti sparsi u rampa li permezz tagħha l-kanuni setgħu jittellgħu sa fuq nett.
Il-Kavallier jokkupa n-naħa ta' wara tas-Sur ta' San Ġakbu, u kien maħsub biex minnu jkunu jistgħu jiġu sparati balal tal-kanuni jew tiri tal-armi tan-nar 'il fuq mill-parapett prinċipali tas-sur, mingħajr ma jkun hemm interferenza mal-isparar mis-sur innifsu. Għadd ta' mħażen tal-porvli kienu jinsabu fin-naħa ta' wara tal-istruttura.
Għal iktar tagħrif
- St James Cavalier; Centre for Creativity in Malta (bl-Ingliż). Book Distributors Limited. 2005. ISBN 88-87202-67-2.
- Rix, Juliet (2015). Malta and Gozo (bl-Ingliż). Bradt Travel Guides. pp. 120–121. ISBN 9781784770259.
Referenzi
- ^ "City of Valletta - History of Valletta". City of Valletta. 2015-09-07. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-09-07. Miġbur 2021-02-25.
- ^ a b Borg Muscat, David (2002). "Reassessing the September 1775 Rebellion: a Case of Lay Participation or a 'Rising of the Priests'?" (bl-Ingliż) (13 ed.). Melita Historica. pp. 239–252. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-06-12.
- ^ a b ċ d ""St James – A Short History". St James Cavalier. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2004-10-13. Miġbur 2021-05-25.
- ^ Micallef, Martin. "St John's Cavalier". Maltese Association of the SMOM. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-10-06. Miġbur 2021-02-25.
- ^ ""A Brief History". salutingbattery.com. Fondazzjoni Wirt Artna. Arkivjat 02-04-2015". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-04-02. Miġbur 2021-02-25.
- ^ "One World - Protecting the most significant buildings, monuments and features of Valletta (44)" . Times of Malta. Miġbur 2021-02-25.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
- ^ "MaltaPost p.l.c. - Outlets > Post Offices Opening Hours". MaltaPost. Miġbur 2021-02-25.
- ^ Sciberras, Sandro. "Maltese History – E. The Decline of the Order of St John In the 18th Century" (PDF) (bl-Ingliż). St Benedict College. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2014-10-06. Miġbur 2021-02-25.
- ^ a b ċ d "About St James Cavalier" . Miġbur 2021-02-25.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
- ^ "British Military Hospitals of the Malta Garrison". www.maltaramc.com. Miġbur 2021-02-25.
- ^ Cordina, John (2013-04-19). "Government Printing Press to be strengthened" (bl-Ingliż). The Malta Independent. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-05-12. Miġbur 2021-02-25.
- ^ "St.James Cavalier Theatre Overview in Valletta, Malta". islandofgozo.org. Miġbur 2021-02-25.
- ^ "New phase for St James Cavalier rebranding process" (bl-Ingliż). Times of Malta. Miġbur 2021-02-25.
- ^ "New artistic directors announced". Miġbur 2021-02-25.
- ^ Sant, Toni. "Ringing in the changes" (bl-Ingliż). MaltaToday. Miġbur 2021-02-25.
- ^ a b "St James Cavalier – Valletta" (PDF) (bl-Ingliż). National Inventory of the Cultural Property of the Maltese Islands. 2013-06-28. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2015-07-13. Miġbur 2021-02-25.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Kavallier ta’ San Ġakbu, X'inhi Kavallier ta’ San Ġakbu? Xi tfisser Kavallier ta’ San Ġakbu?
Il Kavallier ta San Ġakbu huwa fortifikazzjoni tas seklu 16 fil Belt Valletta li nbniet mill Kavallieri tal Ordni ta San Ġwann It terminu kavallier ifisser fortifikazzjoni mibnija fi ħdan fortifikazzjoni ikbar u li tkun ogħla mill istrutturi difensivi l oħra Il Kavallier iħares fuq is sur kbir b anglu ottuz li jifforma parti mis Swar tal Belt Valletta fil Huwa wieħed mid disa kavallieri li kienu ġew ippjanati biex jinbnew fil Belt Valletta għalkemm fl aħħar mill aħħar kienu nbnew tnejn biss il Kavallier ta San Ġakbu tal Belt Valletta u l Kavallier ta San Ġakbu tal Birgu Il Kavallier ta San Ġakbu tal Belt Valletta Pjanta tas Sur ta San Ġakbu li turi l pozizzjoni tal Kavallier Il Kavallier ta San Ġakbu fil Belt Valletta ġie ddisinjat mill militari Taljan Francesco Laparelli filwaqt li l kostruzzjoni ġiet issorveljata mill assistent Malti tiegħu Ġlormu Cassar Dan il kavallier qatt ma esperjenza xi kunflitt militari izda kellu rwol fir Rewwixta tal Qassisin fl 1775 Il Kavallier jinsab fi Pjazza Kastilja qrib il Berġa ta Kastilja il Bank Ċentrali ta Malta il Parlament ta Malta il Borza ta Malta u l uffiċċju postali f Bħala parti mill Proġett tal Millenju ta Malta il Kavallier ta San Ġakbu tal Belt Valletta ġie rrestawrat u issa huwa ċentru kulturali magħruf bħala Spazju Kreattiv StorjaZmien il Kavallieri Wara l Assedju l Kbir ta Malta fl 1565 meta l Imperu Ottoman ipprova jaħkem lil Malta mingħajr ma rnexxielu il Kavallieri tal Ordni ta San Ġwann iddeċidew li jibqgħu b mod permanenti fuq il Gzejjer Maltin L Ordni ddeċidiet li tibni belt iffortifikata ġdida bħala l belt kapitali u sejħitha l Belt Valletta wara l Gran Mastru Jean Parisot de la Vallette Sabiex iwettaq din id deċizjoni il Gran Mastru talab l għajnuna finanzjarja ta diversi mexxejja Ewropej Il Papa Piju V mhux biss għen finanzjarjament izda bagħat ukoll lill inġinier militari Taljan Francesco Laparelli Malta biex jiddisinja l fortifikazzjonijiet tal belt kapitali l ġdida Il kostruzzjoni tal belt bdiet f Marzu 1566 u x xogħol kompla tul is snin 70 tas seklu 16 Wara li Laparelli telaq minn Malta u sussegwentement miet il kostruzzjoni tal belt ġiet inkarigata lill assistent Malti tiegħu l arkitetti u l inġinier militari Ġlormu Cassar Il Kavallier ta San Ġakbu tal Belt Valletta fl ewwel snin li nbena kien magħruf ukoll bħala t Torri tal Kavallier Il Kavallier minn anglu ieħor Il Kavallier ta San Ġakbu kien wieħed mill ewwel binjiet li nbnew fil Belt Valletta flimkien mal Knisja tal Vitorja u l bqija tal fortifikazzjonijiet Il Kavallier inbena bħala pjattaforma olzata li fuqha kienu jitqiegħdu l kanuni jew l armi tan nar biex jiddefendu l belt mill attakki mill art fin naħa fejn imbagħad inbniet il belt tal Furjana Apparti l funzjoni ewlenija tal Kavallier li ma jippermettix id dħul fil belt kellu wkoll il funzjoni li jservi ta theddida għal dawk li b xi mod jew ieħor jinzerta jirnexxielhom jgħaddu mill ewwel għadd ta sistemi difensivi tal belt Qabel kien hemm ukoll passaġġ taħt l art li kien jagħti għas Sur ta San Ġakbu li issa ngħalaq Il Kavallier kien jintuza wkoll bħala punt tas sinjalar bl Tliet darbiet kuljum ma tlugħ ix xemx f nofsinhar u ma nzul ix xemx kienu jiġu sparati tliet munizzjonijiet L ewwel u l aħħar munizzjonijiet kienu jimmarkaw il ftuħ u l għeluq tal bibien tal belt Is sinjalar bl armi tan nar baqa jsir mill Kavallier sa madwar is sena 1800 meta mbagħad beda jsir mill Batterija tas Salut Fl 1686 waqt il maġistratura ta Gregorio Carafa binja zgħira magħrufa bħala Dar Annona ġiet imġannta man naħa tal Lvant tal Kavallier Il binja oriġinarjament kienet is sede tal Universita dei Grani u issa tintuza bħala uffiċċju postali Fit 8 ta Settembru 1775 il Kavallier ta San Ġakbu għadda f idejn ir ribelli waqt ir Rewwixta tal Qassisin Il bandiera tal Ordni tnizzlet u bandalora ta San Pawl ittellgħet minlokha Ir ribelli rnexxielhom jieħdu l kontroll ukoll tal izda wara ftit tiri bl armi tan nar l Ordni reġgħet ħaditu taħt il kontroll tagħha Ftit wara li ttieħed il Forti Sant Iermu ir ribelli fil Kavallier ta San Ġakbu ċedew mill ewwel Tlieta minnhom ġew ġustizzjati filwaqt li l oħrajn ġew eziljati jew intefgħu l ħabs L irjus tat tliet irġiel li ġew ġustizzjati tħallew fil beraħ fl irkejjen tal Kavallier izda tneħħew ftit wara li Emmanuel de Rohan Polduc ġie elett Gran Mastru f Novembru tal istess sena Sekli 19 u 20 Veduta tal Kavallier ta San Ġakbu minn Pjazza Kastilja u Dar Annona fuq il lemin Wara li ħadu l kontroll ta Malta fil bidu tas seklu 19 il Brittaniċi kkonvertew il Kavallier ta San Ġakbu f post fejn l uffiċjali kienu jiltaqgħu biex jieklu u jissoċjalizza Dak iz zmien saru xi modifiki fl istruttura fosthom is sostituzzjoni tar rampa li twassal sal bejt b taraġ u z zieda fl għadd ta kmamar billi nbena saqaf bl arkati fil kamra fl istess livell tat triq biex b hekk jinħoloq it tieni sular Saru bidliet ukoll biex tonqos l Iktar il quddiem zewġ ċisterni tħaffru fi ħdan il Kavallier biex jinħazen l ilma li kien jiġi ppumpjat lejn il Belt Valletta mill The cavalier stored water for the entire city Fl 1853 tressqet proposta biex il Kavallier jiġi demolit biex jinbena izda l proposta qatt ma twettqet Fit Tieni Gwerra Dinjija il binja ntuzat ukoll bħala kenni mill bombi filwaqt li s sular ta fuq tiegħu sar maħzen tal ikel għall Flotta Navali għall Armata u għall Forza tal Ajru Fis snin 70 tas seklu 20 l Istamperija tal Gvern tressqet mill Palazz tal Gran Mastru għall Kavallier ta San Ġakbu u baqgħet hemmhekk sa meta nfetaħ l istabbiliment ġdid fiz zona industrijali tal Marsa fl 1996 Ċentru kulturali Ritratt tal Kavallier minn ġewwa Fis snin 90 tas seklu 20 il Gvern ta Malta kkummissjona Pjan Direzzjonali għar riabilitazzjoni tal Belt Valletta u l madwar Il proġett kien jinkludi r restawr tal Kavallier ta San Ġakbu biex jiġi kkonvertit għal skopijiet kulturali Ir restawr twettaq mill arkitett Malti Richard England Matul ix xogħlijiet ta tiġdid il Kavallier ta San Ġakbu ġie ttrasformat minn binja maħsuba għall projbizzjoni tad dħul għal waħda li tilqa l vizitaturi England iddeskriva l kompitu li jwettaq din il bidla bħala li għamel ħiltu biex il binja takkomoda l ħtiġijiet ġodda b tali mod li filwaqt li tirrispetta l imgħoddi izda bla biza ta xejn taċċetta l kunċett tal bidla Madankollu inqalgħet kontroversja sħiħa minħabba dawn ix xogħlijiet u meta tlestew ħafna Maltin qalu li xejn ma kienu sodisfatti Dan parzjalment wassal biex proġetti oħra li kienu ppjanati fil Belt Valletta jitwaqqfu minnufih u ttieħdet id deċizjoni li jiġu inkarigati arkitetti rinomati fosthom Il proġett l oħra bdew fl 2008 meta bdew ix xogħlijiet fuq Bieb il Belt it il binja l ġdida tal Parlament ta Malta u l kumplament taz zona madwar id daħla tal Belt Valletta Il logo tal Ispazju Kreattiv Waħda mill ikbar sfidi li kellu jiffaċċja England kienet li jara kif se jzid l aċċessibbilta f binja li kienet inbniet proprju biex ma tħallix lill invazuri potenzjali jidħlu Għalhekk kien meħtieġ intervent strutturali kbir u kellhom jittieħdu deċizjonijiet iebsin ħafna dwar liema partijiet tal binja kellu jsirilhom dan l intervent tant drastiku Dan il kompitu twettaq flimkien mal konverzjoni taz zewġ ċisterni tal ilma waħda fl ispazju teatrali spettakolari tal Kavallier ta San Ġakbu u l oħra fl atriju B hekk kollox ġie amalgamat fi spazju magħluq li jagħti aċċess għall galleriji ta fuq Madankollu id disinn inkorpora pannelli tal ħġieġ u għarfien spazjali mill aqwa li jippermettu lill vizitatur japprezza l istorja narrattiva taċ ċisterni Ix xogħol twettaq b kollaborazzjoni mal espert tar restawr Saret enfasi biex kemm jista jkun ma jintuzawx repliki jew imitazzjonijiet Għalhekk dak kollu li jidher antik u tas seklu 16 huwa tassew tas seklu 16 u dak li jidher kontemporanju huwa tassew kontemporanju L organizzazzjoni tal wirt nazzjonali pprotestat kontra t tneħħija ta xelter kenni rari mill gass tat Tieni Gwerra Dinjija u xi fdalijiet storiċi oħra minn zmien il Brittaniċi f Malta Veduta tal Kavallier billejl Din it tema hija partikolarment evidenti fis sular li qiegħed livell mat triq Fil Kamra tal Muzika is saqaf li kienu għamlu l Brittanniċi tneħħa u l kamra reġgħet lura għal kif kienet oriġinarjament Il ħanut tal Ispazju Kreattiv min naħa l oħra huwa maqsum fi tnejn Fi swali oħra it tneħħija parzjali tas saqaf ippermettiet li jiġu rrapprezentati z zewġ perjodi f interpretazzjoni moderna ta binja daqstant storika Ir restawr tal Kavallier tlesta sal aħħar tas sajf tas sena 2000 u fetaħ għall pubbliku bħala Ċentru għall Kreattivita fit 22 ta Settembru ta dik is sena b wirja bit titlu L Arti f Malta Llum Issa l Kavallier fih teatru zgħir ċinema kmamar tal muzika u galleriji tal arti Diversi wirjiet u avvenimenti kulturali oħra jsiru regolarment hemmhekk għalkemm l għan ewlieni taċ Ċentru kien il kreattivita inġenerali Minn mindu nfetaħ laqa iktar minn miljun vizitatur F Awwissu 2015 iċ Ċentru ngħata l isem ġdid Spazju Kreattiv immexxi mid direttur Toni Sant sal 2020 Il Kavallier ta San Ġakbu huwa skedat bħala monument nazzjonali tal ewwel livell u huwa elenkat ukoll fl Inventarju Nazzjonali tal Proprjeta Kulturali tal Gzejjer Maltin ArkitetturaIl Kavallier ta San Ġakbu huwa pjattaforma ffortifikata kbira tal artillerija bi pjanta pentagonali L istruttura ma ġietx iddisinjata bi ħsieb estetiku izda l enfasi kienet fuq il funzjoni tal post li kienet purament ta utilita militari Minkejja l impressjoni tal kobor minħabba l aspett estern tal binja nofs l istruttura kienet ġiet mimlija b ħamrija kkumpattata u l bqija tal binja tikkonsisti minn sensiela ta kmamar jew kompartimenti sparsi u rampa li permezz tagħha l kanuni setgħu jittellgħu sa fuq nett Il Kavallier jokkupa n naħa ta wara tas Sur ta San Ġakbu u kien maħsub biex minnu jkunu jistgħu jiġu sparati balal tal kanuni jew tiri tal armi tan nar il fuq mill parapett prinċipali tas sur mingħajr ma jkun hemm interferenza mal isparar mis sur innifsu Għadd ta mħazen tal porvli kienu jinsabu fin naħa ta wara tal istruttura Għal iktar tagħrifSt James Cavalier Centre for Creativity in Malta bl Ingliz Book Distributors Limited 2005 ISBN 88 87202 67 2 Rix Juliet 2015 Malta and Gozo bl Ingliz Bradt Travel Guides pp 120 121 ISBN 9781784770259 Referenzi City of Valletta History of Valletta City of Valletta 2015 09 07 Arkivjat minn l oriġinal fl 2015 09 07 Miġbur 2021 02 25 a b Borg Muscat David 2002 Reassessing the September 1775 Rebellion a Case of Lay Participation or a Rising of the Priests bl Ingliz 13 ed Melita Historica pp 239 252 Arkivjat minn l oriġinal fl 2015 06 12 a b ċ d St James A Short History St James Cavalier Arkivjat minn l oriġinal fl 2004 10 13 Miġbur 2021 05 25 Micallef Martin St John s Cavalier Maltese Association of the SMOM Arkivjat minn l oriġinal fl 2014 10 06 Miġbur 2021 02 25 A Brief History salutingbattery com Fondazzjoni Wirt Artna Arkivjat 02 04 2015 Arkivjat minn l oriġinal fl 2015 04 02 Miġbur 2021 02 25 One World Protecting the most significant buildings monuments and features of Valletta 44 Times of Malta Miġbur 2021 02 25 Manutenzjoni CS1 lingwa mhix magħrufa link MaltaPost p l c Outlets gt Post Offices Opening Hours MaltaPost Miġbur 2021 02 25 Sciberras Sandro Maltese History E The Decline of the Order of St John In the 18th Century PDF bl Ingliz St Benedict College Arkivjat minn l oriġinal PDF fl 2014 10 06 Miġbur 2021 02 25 a b ċ d About St James Cavalier Miġbur 2021 02 25 Manutenzjoni CS1 lingwa mhix magħrufa link British Military Hospitals of the Malta Garrison www maltaramc com Miġbur 2021 02 25 Cordina John 2013 04 19 Government Printing Press to be strengthened bl Ingliz The Malta Independent Arkivjat minn l oriġinal fl 2013 05 12 Miġbur 2021 02 25 St James Cavalier Theatre Overview in Valletta Malta islandofgozo org Miġbur 2021 02 25 New phase for St James Cavalier rebranding process bl Ingliz Times of Malta Miġbur 2021 02 25 New artistic directors announced Miġbur 2021 02 25 Sant Toni Ringing in the changes bl Ingliz MaltaToday Miġbur 2021 02 25 a b St James Cavalier Valletta PDF bl Ingliz National Inventory of the Cultural Property of the Maltese Islands 2013 06 28 Arkivjat minn l oriġinal PDF fl 2015 07 13 Miġbur 2021 02 25