Azərbaycan  AzərbaycanMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  Türkiyə
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Ġlormu Cassar Taljan Girolamo Cassar c 1520 c 1592 kien perit u inġinier militari Malti li hu magħruf għall irwol tiegħu

Ġlormu Cassar

  • Paġna Ewlenija
  • Ġlormu Cassar
Ġlormu Cassar
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Ġlormu Cassar (Taljan: Girolamo Cassar, c. 1520 – c. 1592) kien perit u inġinier militari Malti li hu magħruf għall-irwol tiegħu fil-kostruzzjoni tal-Belt Valletta. Hu beda bħala assistent ta' Francesco Laparelli, u wara li dan telaq minn Malta Cassar ħa l-proġett f'idejh u ddiżinja ħafna bini pubbliku, reliġjuż u privat fil-belt kapitali l-ġdida, inkluż il-Knisja Konventwali (illum magħrufa bħala l-Kon-Katidral ta' San Ġwann), il-Palazz tal-Gran Mastru u l-bereġ. Hu sar l-inġinier residenti tal-Ordni ta' San Ġwann, u sar membru fl-Ordni fl-1569. Wieħed mit-tfal tiegħu, , ukoll sar perit u inġinier militari.

Bijografija

Id-data tat-twelid ta' Cassar mhix magħrufa, iżda hu maħsub li twieled madwar l-1520 fil-Birgu jew fil-Gudja. Il-familja Cassar probabbilment kienet toriġina minn Sqallija, u kienet ilha stabbilita f'Malta minn madwar l-1440. Cassar kellu żewġt aħwa jisimhom Andrea u Ians, u hu żżewweġ lil martu Mattea fil-bidu tas-snin 1560. Ġlormu u Mattea Cassar kellhom ħames itfal: żewġ subien, u Gabriele; u tliet tfajliet, Marietta, Battistina u Caterinella. Cassar kellu tifel ieħor jismu Gio Domenico minn relazzjoni extra-matrimonjali u ma riedx li dan ikollu parti mill-wirt tiegħu, u ironikament iġġustifika dan billi kiteb li ibnu kien diżubbidjenti.

Cassar beda l-karriera tiegħu bħala , u kien student ta' Evangelista Menga, l-inġinier residenti tal-Ordni ta' San Ġwann. Hu ħadem bħala inġinier militari waqt il- fl-1560 u fl-Assedju l-Kbir ta' Malta fl-1565. Matul l-aħħar assedju, huwa ħadem fuq it-tiswija ta' swar li ġarrbu ħsara mill-attakki Ottomani, xi drabi taħt riskju personali kbir.

Wara l-assedju, il-kavallieri ddeċidew li jibnu belt kapitali ġdida bl-isem ta' Valletta, u Cassar sar l-assistent ta' Francesco Laparelli inġinier militari Taljan li ntbagħat Malta biex jiddiżinja s-swar u l-pjanta ġenerali tal-belt. Fit-22 t'April 1569, Cassar sar membru tal-Ordni bħala rikonoxximent tal-merti tiegħu bħala perit u inġinier. Il-Gran Mastru ħariġlu passaport u Cassar qatta l-bqija tas-sena jdur diversi bliet Taljani, inkluż Napli, Ruma u Lucca. Waqt li kien l-Italja hu sar familjari mal-, u uża dan l-istil f'ħafna mill-bini li ddiżinja wara.

Cassar irritorna lejn Malta fl-aħħar tal-1569. Sadattant, ix-xogħol fuq is-swar kien kważi lest u wara li Laparelli telaq minn Malta hu ħa l-proġett f'idejh u sar il-perit u inġinier residenti tal-Ordni. Huwa ddiżinja ħafna bini pubbliku, reliġjuż u privat fil-belt kapitali l-ġdida, inkluż il-Knisja Konventwali (illum magħrufa bħala l-Kon-Katidral ta' San Ġwann), il-Palazz tal-Gran Mastru, is-seba' bereġ oriġinali u possibilment is-Sacra Infermeria. Cassar iddiżinja wkoll xi binjiet barra l-Belt, inkluż il-.

Id-data u ċ-ċirkostanzi tal-mewt ta' Cassar mhumhiex magħrufin. Hu għamel it-tieni testment tiegħu fid-9 ta' Jannar 1589, u maħsub li miet fil-Belt madwar is-sena 1592. Hu kien midfun fil-.

Bini attribwit lil Cassar

Din hi lista ta' binjiet li huma magħrufin li ġew iddiżinjati minn Cassar jew li huma attribwiti lejh:

Il-Belt Valletta
  • (1566 'il quddiem; ma Francesco Laparelli)
  • (1566–67)
  • Dar ta' Fra Eustachio del Monte (1569)
  • L-Ewwel Berġa ta' Franza (madwar 1570)
  • Knisja tal-Madonna tal-Karmnu (madwar 1570)
  • L-Ewwel Berġa tal-Italja (1570–71)
  • (1571)
  • (1571–75)
  • (madwar 1571–83)
  • (1571–75)
  • (1571)
  • (1571–96)
  • (1571–75)
  • Knisja Konventwali ta' San Ġwann (1572–77)
  • Berġa ta' Kastilja (1573–74)
  • (1574–79)
  • Palazz tal-Gran Mastru (1574)
  • (1574)
  • (1576)
  • Monasteru ta' Santa Katerina (1576)
  • Kunvent tal-Karmelitani (1576)
  • (1577–82)
  • (madwar 1584)
  • (madwar 1588)
  • Kappella Del Soccorso fil-
  • Mtieħen
Postijiet oħra madwar Malta
  • Rikostruzzjoni tal-Birgu u l-Isla wara l-Assedju l-Kbir
  • , Rabat (1571–88)
  • Palazz Verdala (1586)
  • Kunvent ta' Santu Wistin, Rabat (1588)
  • Kunvent ta' San Franġisk, Rabat (1588)
  • Kunvent tal-Kapuċċini, Floriana (1586)

Ħafna minn dawn il-binjiet twaqqgħu jew reġgħu nbnew mill-ġdid bejn is-sekli 17 u 20, u illum ftit binjiet għadhom jeżistu li għad għandhom id-disinn oriġinali ta' Cassar. Mill-bereġ tal-Belt, l-unika waħda li għadha bil-faċċata ta' Cassar hija l-, fejn l-unika alterazzjoni tikkonsisti f'portiku li kien miżjud mal-bieb prinċipali fis-seklu 19. Bini ieħor li jżomm id-disinn estern ta' Cassar jinkludi l-Kon-Katidral ta' San Ġwann u l- fir-Rabat, iżda minn ġewwa dawn inbidlu ukoll maż-żmien.

Referenzi

  1. ^ Mangion, Giovanni (1973). "Girolamo Cassar Architetto maltese del cinquecento". Melita Historica (bit-Taljan). Malta Historical Society. 6 (2): 192–200. Arkivjat mill-oriġinal fis-16 ta' Marzu 2016.
  2. ^ Abela, Joan (2007). "De uxore proxima futura magistri Hieroniymi Cassar: New light on Girolamo Cassar's immediate family". Melita Historica (bl-Ingliż). Malta Historical Society. XIV (4): 375–385. Arkivjat mill-oriġinal fis-17 ta' Mejju 2020.
  3. ^ a b ċ d e Schiavone, Michael J. (2009). Dictionary of Maltese Biographies Vol. 1 A–F (bl-Ingliż). Tal-Pietà: Pubblikazzjonijiet Indipendenza. p. 520–521. ISBN 9789993291329.
  4. ^ Ellul, Michael (2004). !In search of Girolamo Cassar: An unpublished manuscript at the State Archives of Lucca". Melita Historica (bl-Ingliż). XIV (1): 37. ISSN 1021-6952. Arkivjat mill-oriġinal fit-13 ta' Marzu 2016.
  5. ^ "Façade of church dedicated to St Mark in Rabat to be restored". The Malta Independent (bl-Ingliż). 30 ta' Ġunju 2016. Arkivjat mill-oriġinal fl-1 ta' Lulju 2016.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 09 Ġun, 2025 / 02:41

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Ġlormu Cassar, X'inhi Ġlormu Cassar? Xi tfisser Ġlormu Cassar?

Ġlormu Cassar Taljan Girolamo Cassar c 1520 c 1592 kien perit u inġinier militari Malti li hu magħruf għall irwol tiegħu fil kostruzzjoni tal Belt Valletta Hu beda bħala assistent ta Francesco Laparelli u wara li dan telaq minn Malta Cassar ħa l proġett f idejh u ddizinja ħafna bini pubbliku reliġjuz u privat fil belt kapitali l ġdida inkluz il Knisja Konventwali illum magħrufa bħala l Kon Katidral ta San Ġwann il Palazz tal Gran Mastru u l bereġ Hu sar l inġinier residenti tal Ordni ta San Ġwann u sar membru fl Ordni fl 1569 Wieħed mit tfal tiegħu ukoll sar perit u inġinier militari Faċċata tal Kon Katidral ta San ĠwannBijografijaId data tat twelid ta Cassar mhix magħrufa izda hu maħsub li twieled madwar l 1520 fil Birgu jew fil Gudja Il familja Cassar probabbilment kienet toriġina minn Sqallija u kienet ilha stabbilita f Malta minn madwar l 1440 Cassar kellu zewġt aħwa jisimhom Andrea u Ians u hu zzewweġ lil martu Mattea fil bidu tas snin 1560 Ġlormu u Mattea Cassar kellhom ħames itfal zewġ subien u Gabriele u tliet tfajliet Marietta Battistina u Caterinella Cassar kellu tifel ieħor jismu Gio Domenico minn relazzjoni extra matrimonjali u ma riedx li dan ikollu parti mill wirt tiegħu u ironikament iġġustifika dan billi kiteb li ibnu kien dizubbidjenti Cassar beda l karriera tiegħu bħala u kien student ta Evangelista Menga l inġinier residenti tal Ordni ta San Ġwann Hu ħadem bħala inġinier militari waqt il fl 1560 u fl Assedju l Kbir ta Malta fl 1565 Matul l aħħar assedju huwa ħadem fuq it tiswija ta swar li ġarrbu ħsara mill attakki Ottomani xi drabi taħt riskju personali kbir Wara l assedju il kavallieri ddeċidew li jibnu belt kapitali ġdida bl isem ta Valletta u Cassar sar l assistent ta Francesco Laparelli inġinier militari Taljan li ntbagħat Malta biex jiddizinja s swar u l pjanta ġenerali tal belt Fit 22 t April 1569 Cassar sar membru tal Ordni bħala rikonoxximent tal merti tiegħu bħala perit u inġinier Il Gran Mastru ħariġlu passaport u Cassar qatta l bqija tas sena jdur diversi bliet Taljani inkluz Napli Ruma u Lucca Waqt li kien l Italja hu sar familjari mal u uza dan l istil f ħafna mill bini li ddizinja wara Cassar irritorna lejn Malta fl aħħar tal 1569 Sadattant ix xogħol fuq is swar kien kwazi lest u wara li Laparelli telaq minn Malta hu ħa l proġett f idejh u sar il perit u inġinier residenti tal Ordni Huwa ddizinja ħafna bini pubbliku reliġjuz u privat fil belt kapitali l ġdida inkluz il Knisja Konventwali illum magħrufa bħala l Kon Katidral ta San Ġwann il Palazz tal Gran Mastru is seba bereġ oriġinali u possibilment is Sacra Infermeria Cassar iddizinja wkoll xi binjiet barra l Belt inkluz il Id data u ċ ċirkostanzi tal mewt ta Cassar mhumhiex magħrufin Hu għamel it tieni testment tiegħu fid 9 ta Jannar 1589 u maħsub li miet fil Belt madwar is sena 1592 Hu kien midfun fil Bini attribwit lil CassarIl li twaqqgħu fis seklu 20 Din hi lista ta binjiet li huma magħrufin li ġew iddizinjati minn Cassar jew li huma attribwiti lejh Il Belt Valletta 1566 il quddiem ma Francesco Laparelli 1566 67 Dar ta Fra Eustachio del Monte 1569 L Ewwel Berġa ta Franza madwar 1570 Knisja tal Madonna tal Karmnu madwar 1570 L Ewwel Berġa tal Italja 1570 71 1571 1571 75 madwar 1571 83 1571 75 1571 1571 96 1571 75 Knisja Konventwali ta San Ġwann 1572 77 Berġa ta Kastilja 1573 74 1574 79 Palazz tal Gran Mastru 1574 1574 1576 Monasteru ta Santa Katerina 1576 Kunvent tal Karmelitani 1576 1577 82 madwar 1584 madwar 1588 Kappella Del Soccorso fil Mtieħen Il Palazz Verdala Postijiet oħra madwar Malta Rikostruzzjoni tal Birgu u l Isla wara l Assedju l Kbir Rabat 1571 88 Palazz Verdala 1586 Kunvent ta Santu Wistin Rabat 1588 Kunvent ta San Franġisk Rabat 1588 Kunvent tal Kapuċċini Floriana 1586 Ħafna minn dawn il binjiet twaqqgħu jew reġgħu nbnew mill ġdid bejn is sekli 17 u 20 u illum ftit binjiet għadhom jezistu li għad għandhom id disinn oriġinali ta Cassar Mill bereġ tal Belt l unika waħda li għadha bil faċċata ta Cassar hija l fejn l unika alterazzjoni tikkonsisti f portiku li kien mizjud mal bieb prinċipali fis seklu 19 Bini ieħor li jzomm id disinn estern ta Cassar jinkludi l Kon Katidral ta San Ġwann u l fir Rabat izda minn ġewwa dawn inbidlu ukoll maz zmien Referenzi Mangion Giovanni 1973 Girolamo Cassar Architetto maltese del cinquecento Melita Historica bit Taljan Malta Historical Society 6 2 192 200 Arkivjat mill oriġinal fis 16 ta Marzu 2016 Abela Joan 2007 De uxore proxima futura magistri Hieroniymi Cassar New light on Girolamo Cassar s immediate family Melita Historica bl Ingliz Malta Historical Society XIV 4 375 385 Arkivjat mill oriġinal fis 17 ta Mejju 2020 a b ċ d e Schiavone Michael J 2009 Dictionary of Maltese Biographies Vol 1 A F bl Ingliz Tal Pieta Pubblikazzjonijiet Indipendenza p 520 521 ISBN 9789993291329 Ellul Michael 2004 In search of Girolamo Cassar An unpublished manuscript at the State Archives of Lucca Melita Historica bl Ingliz XIV 1 37 ISSN 1021 6952 Arkivjat mill oriġinal fit 13 ta Marzu 2016 Facade of church dedicated to St Mark in Rabat to be restored The Malta Independent bl Ingliz 30 ta Ġunju 2016 Arkivjat mill oriġinal fl 1 ta Lulju 2016

L-aħħar artikli
  • Ġunju 07, 2025

    Kuala Lumpur

  • Ġunju 08, 2025

    Kronoloġija tal-matematika

  • Ġunju 08, 2025

    Kristofru Kolombu

  • Ġunju 06, 2025

    Kristjaneżmu

  • Ġunju 08, 2025

    Krak des Chevaliers

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq