Bieb il Belt jinsab fid daħla tal Belt Valletta Malta Attwalment Bieb il Belt jixbah iktar fetħa jew daħla milli bieb pr
Bieb il Belt

Bieb il-Belt jinsab fid-daħla tal-Belt Valletta, Malta. Attwalment, Bieb il-Belt jixbah iktar fetħa jew daħla milli bieb proprja kif kien fl-ewwel verżjonijiet tal-imgħoddi. Id-daħla tal-Belt Valletta kif inhi llum inbniet bejn l-2011 u l-2014 skont id-disinni tal-arkitett Taljan .
L-ewwel verżjoni tal-bieb fid-daħla tal-belt kienet sempliċement bħal bieb żgħir li minnha seta' jgħaddi kaless u fuq il-bieb kien hemm torri tal-għassa. Dan il-bieb kien magħruf bħala Porta San Giorgio. Inbena bħala parti mill-fortifikazzjoni tal-belt fl-1569 skont id-disinni ta' Francesco Laparelli. Isem il-bieb inbidel għal Porta Reale (jew Putirjal) lejn l-1586. Id-daħla reġgħet inbniet fl-1633, skont id-disinn ta' . Waqt iż-żmien qasir tal-okkupazzjoni Franċiża fl-1798, il-bieb ingħata l-isem ta' Porte Nazionale. Biss dan qatt ma kien xi isem li l-Maltin kienu jużaw biex jirriferu għall-bieb. Fi żmien l-Brittaniċi xorta baqa' magħruf bħala Putirjal li tfisser il-Bieb/id-Daħla l-Kbira). L-istess Strada Rjali tfisser it-Triq Prinċipali. Fl-1853, il-bieb ġie mwaqqa' u floku sar ieħor ikbar fuq id-disinn tal-Kurunell Thompson tal-Inġiniera Rjali (bl-Ingliż: Royal Engineers). Kien matul żmien il-Brittaniċi li din id-daħla saret magħrufa wkoll bħala Kingsgate u Strada Rjali. Dawn l-ewwel daħliet dejjem kellhom l-iskop li jiddefendu l-belt u kienu dejjem jissakkru billejl.
Id-Daħla ta' Thompson twaqqgħet fl-1964 u minflokha ttellgħet daħla moderna fl-istil tagħha, verament stil arkitettoniku ispirat mir-, ta' żmien l-Għoxrinjiet u t-Tletinijiet tas-seklu 20 fl-Italja. Din id-daħla ġiet ddisinjata minn Alziro Bergonzo. Daqs ħamsin sena wara din id-daħla twaqqgħet ukoll, biex sar disinn b'kunċett ġdid mill-arkitett ta' fama internazzjonali, Renzo Piano. Ix-xogħol fuq din id-daħla tlesta fl-2014.
Pożizzjoni
Id-daħla tinsab f'nofs is-swar li nbnew biex jiddefendu l-Belt Valletta min-naħa tal-Punent, dik il-parti li tħares lejn il-Furjana, bejn il-Kavallier ta' San Ġakbu u l-. Biex wieħed jasal għal din id-daħla prinċipali tal-Belt min-naħa tal-Furjana hemm bżonn li wieħed jaqsam il-pont tal-ġebel li jaqqgħad il-ġewwieni tal-Belt mal-Furjana. Oriġinarjament, il-bieb kien protett b'couvre porte, foss avvanzat u lunetta (struttura arkitetturali ta' fortifikazzjoni b'għamla ta' nofs qamar) magħrufa bħala l-Lunetta ta' Santa Maddelena. Fi żmien l-Ingliżi, il-lunetta twaqqgħet u parti mill-foss avvanzat imtela bir-radam. Iktar 'il quddiem dawn l-akkwati ta' barra Bieb il-Belt intużaw bħala l-venda prinċipali għat-trasport pubbliku ta' Malta kollha. Il-Funtana tat-Trituni, xogħol l-iskultur Vincenzo Apap, tqiegħdet hawn fl-1955 Fejn kien hemm il-karozzi tal-linja, illum inbidel f'żona pedonali fejn wieħed jista' jieqaf, jistrieħ u jgawdi l-ambjent sabiħ ta' barra l-Belt.
Bieb il-Belt jagħti bidu għal Triq ir-Repubblika, it-triq prinċipali tal-Belt Valletta, li tibqa' sejra dritt sal-. Appena tidħol minn fuq il-pont, fuq kull naħa hemm turġien fil-wisa'. Dawn jagħtu għaż-żewġ naħat tas-swar li jħaddnu Bieb il-Belt minn kull naħa. Qrib id-daħla, fuq il-lemin hemm il-Parlament il-ġdid, bini modern li ddisinjah ukoll Renzo Piano. Fuq in-naħa tax-xellug hemm appartamenti u kumpless kummerċjali ta' ħwienet. Aktar lil hinn mill-Parlament hemm Pjazza Teatru Rjal.
Storja
L-ewwel bieb (1568-1633)
Dan inbena flimkien u fl-istess żmien tal-bqija tas-swar (1566 - 1571) u kien magħruf bħala Porta San Giorgio u triq prinċipali, Strada San Giorgio, skont il-pjanta ta' Francesco Laparelli. Id-disinn tad-daħla kien wieħed oster u magħmul biss biex iservi bħala parti mid-difiża tal-belt u għalhekk ma kellux ornamenti arkitettoniċi. Lanqas ma kienet daħla ta' importanza kbira, żgur mhux daqs id-daħla li tagħti minn ħdejn ta' Liesse, magħrufa bħala Porta del Monte. Dan għaliex l-aqwa komunikazzjonijiet mill-ibliet l-aktar popolati kienu n-naħa l-oħra tal-Port il-Kbir u l-aqwa komunikazzjoni mal-Belt kienet bil-baħar. Għalkemm id-daħla tinsab preċiżament f'nofs is-swar li jħarsu lejn l-intern u ċ-ċentru ta' Malta, meta nbniet din id-daħla kienet ikkunsidrata bħala waħda pjuttost sekondarja għax ftit kienu jidħlu nies minnha.
Oriġinarjament, il-pont tal-ġebel li jaqsam il-foss kien jasal sa distanza ta' ftit metri mid-daħla tal-Belt, imbagħad kien hemm pont tal-injam li jgħaqqad il-pont tal-ġebel mas-swar (drawbridge). Il-pont iserraħ fuq pilastri massiċċi tal-ġebla tal-franka li ġew kemm-il darba rrestawrati matul is-snin. Fuq il-bieb kien hemm torri.
Lejn l-1586, fi żmien il-Gran Mastru Hugues Loubenx de Verdalle, isem din id-daħla sar Porta Reale. Fl-aħħar tas-seklu 16, inbena bieb estern iżgħar u ġiet miżjuda arkata trionfali fuq il-bieb oriġinali.
It-tieni bieb (1633-1853)
It-tieni struttura ta' Bieb il-Belt nbniet fl-1633, fi żmien il-Gran Mastru Antoine de Paule. Dan il-bieb kien imżejjen aktar b'arkitettura ornamentali. Mal-bieb prinċipali issa żdiedu żewġ arkati laterali. Dan il-bieb kien iddisinjat mill-arkitett Malti Tommaso Dingli.
Meta Malta waqgħet taħt il-Franċiżi (1798 - 1800), id-daħla bdiet tissejjaħ, Porte Nationale (jew Bieb Nazzjonali). Imbagħad meta Malta saret kolonja Ingliża, b'konformità mal-Proklamazzjoni Nru VI tal-1814, li nħarġet mill-Gvernatur , fl-1815 tqiegħdet l-arma tal-monarkija Brittanika. L-istemma araldika hi xogħol l-iskultur .
Il-bieb ġie mmodifikat tul iż-żmien, u sal-aħħar tas-seklu 18 u l-bidu tas-seklu 19 kien hemm għadd ta' karatteristiċi li żdiedu u li ma kinux parti mid-disinn oriġinali ta' Tommaso Dingli. Il-bieb twaqqa' fl-1853 bi ħsieb li tinbena daħla akbar.
Biċċiet mill-pont tal-injam tas-seklu 17, li kien mekkanizzat biex jittella' u jitniżżel minn tulu sabiex jgħaqqad il-bieb mal-bqija tal-pont, huma eżibiti fiċ-Ċentru ta' Interpretazzjoni tal-Fortifikazzjonijiet (Biagio Steps) fi Triq San Mark.
It-tielet bieb (1853-1964)
It-tielet verżjoni ta' din id-daħla nbniet fl-1853, fi żmien l-Ingliżi. Minn Porta Reale issa bdew anki jsejħulha Kingsgate u t-triq prinċipali, Kingsway.
Il-bieb ġie ddisinjat mill- tar-Royal Engineers. Id-daħla issa kienet magħmula minn żewġ arkati flok waħda u tnejn oħra iżgħar fil-ġenb. Fuq kull naħa tal-bieb kien hemm niċċa u f'kull waħda minnhom statwa, dik ta' Philippe Villiers de L'Isle-Adam, l-ewwel Gran Mastru f'Malta, u l-oħra ta' Jean Parisot de Valette, il-fundatur tal-Belt Valletta. Fl-24 ta' Lulju 1892, fuq l-arkata lejn in-naħa ta' wara tal-bieb, ġie installat bust tal- tal-, li kien tant għen biex wara l-Assedju l-Kbir tinbena l-Belt Valletta.
Fil-bidu tas-seklu 20, il-bieb kien diġa' beda jitqies li kien żgħir biex ilaħħaq mat-traffiku tan-nies deħlin u ħerġin minnu kuljum f'kull ħin, aktar u aktar meta bdew deħlin il-karozzi privati. Mal-ewwel gvern awtonomu Malti, ġie bi proposti biex din il-problema tkun eliminata u jkun hemm karreġġata miftuħa. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija l-istruttura ta' Putirja ntlaqtet mill-attakki li saru mill-għadu fuq il-Belt, biss il-ħsarat kienu żgħar. L-istatwi ta' L'Isle-Adam u ta' de Valette kienu tfarrku.
Fis-snin 50 tas-seklu 20, kienu bdew xi pjanijiet mill-Prim Ministru Ġorġ Borg Olivier biex fl-1962 id-daħla tal-Belt tkun modernizzata. F'wirja tal-Fiera ta' Malta tal-1963, kien intwera l-mudell il-ġdid ta' Bieb il-Belt. Dak ta' Thompson twaqqa' f'Ġunju 1964 u l-bust tal-bronż ta' Papa Piju V ġie merfugħ. Fl-2005, il-bust tqiegħed f'Misraħ Assedju l-Kbir, qrib il-Kon-Katidral ta' San Ġwann u l-Qorti.
Ir-raba' bieb (1965-2011)
Ir-raba' struttura tad-daħla nbniet bejn Ġunju 1964 u Awwissu 1965 skont id-disinni tal-arkitett Alziro Bergonzo, bl-istil tar-Razzjonaliżmu Taljan. Il-bieb kien magħmul minn arkata kwadra prinċipali fin-nofs minn fejn kellu jgħaddi t-traffiku u tnejn oħra iżgħar fuq kull biex iservu bħala passaġġi pedonali għall-pubbliku. Id-disinn fuq din l-istruttura kien awster. Fuq dawn l-arkati kienet infetħet triq, li minnha kien jgħaddi t-traffiku li jagħti għal ġewwa l-Belt. It-triq issemmiet għal Papa Piju V.
Il-ħsieb wara dan il-proġett kien fl-ambitu li d-daħla tal-Belt Valletta tiġi żviluppata mill-ġdid flimkien mat-Teatru Rjal. F'Marzu 1965, meta l-kostruzzjoni tad-daħla kienet għadha għaddejja, il-Kamra tal-Periti kkritikat id-disinn bħala "fjask arkitettoniku". L-argumenti li tressqu favur il-bieb kienu li d-daħla kienet toffri veduta aħjar tas-swar, u li d-disinn sempliċi tiegħu kien jirrifletti l-awsterità tal-fortifikazzjonijiet.
Fid-deċennji ta' wara, il-kritika negattiva dwar dan id-disinn baqgħet. Fl-1988, l-arkitett Taljan Renzo Piano ġie avviċinat biex iħejji abbozz biex jiġi żviluppat kompletament l-ambjent qrib id-daħla tal-Belt Valletta fl-1988. Sal -1992 dan l-abbozz kien lest, biss, sab ħafna minn jikkritikah u spiċċa tħalla fuq l-ixkaffa. Fl-2008, il-Gvern reġa' dar fuq dan l-istess proġett u għal darb'oħra avviċina lil Renzo Piano biex il-proġett jibda'. Il-modifiki il-ġodda ta' Renzo Piano ġew żvelati fis-27 ta' Ġunju 2009. Id-daħla ta' Bergonzo twaqqgħet Mejju tal-2011.
Il-ħames bieb (2014)
Il-ħames daħla, dik attwali, inbniet bejn l-2011 u l-2014 skont id-disinn ta' Renzo Piano. Din id-daħla tikkonsisti minn fetħa fis-swar, bi blokok kbar tal-ġebel fuq kull naħa li huma separati mill-ħitan tas-swar b'materjal (sheets) tal-azzar. Din id-darba, flok daħla b'bieb li jgħalaq, jew arkata li tirrapreżenta rixtellu, hemm fetħa, bħallikieku issa s-swar ma għandhomx bżonn li jingħalqu, anzi għal kuntrarju is-swar qegħdin jilqgħu bir-rixtellu miftuħ biex in-nies jidħlu l-Belt b'kumdità aktar minn qatt qabel. Iż-żewġ arbli tal-metall, wieħed kull naħa tas-swar, jixbhu lil żewġ lanez jew stendardi, bħallikieku dawn huma miżmuma minn żewġ kavallieri li qed isellmu b'ċerta rispett u attenzjoni lil kull min ikun dieħel u ħiereġ mill-Belt.
Il-proġett ta' Bieb il-Belt jinkludi l-bini taż-żewġ turġien lussużi kif ukoll il-binja tal-Parlament il-ġdid. Ma' dawn ġie ukoll inkluż ir-riabilitazzjoni tat-Teatru Rjal wara li sarlu ammont ta' restawr u xi żidiet, bħala teatru għall-apert. Dan illum hu magħruf bħala Pjazza Teatru Rjal. Il-misraħ, li parti kbira minnu sal-2014 kienet tintuża l-aktar bħala parkeġġ, issa ġie jagħmel parti integrali mill-ambjent ta' Bieb il-Belt. Dan għadu magħruf bl-istess isem, Misraħ il-Ħelsien.
Kommemorazzjonijiet
F'Ottobru tal-2014, installazzjoni kontemporanja tal-arti msejħa Prospettiva ġiet inawgurata qrib Triq Ġlormu Cassar li tagħmel parti mill-venda tal-karozzi tal-linja. L-installazzjoni tinkorpora elementi mill-ħames bibien fid-daħla tal-belt tul iż-żmien, u ġiet iddisinjata mill-arkitett . L-installazzjoni tikkommemora l-Belt Valletta bħala l-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018.
Biblijografija
- De Giorgio Roger, A City By An Order, Progress Press. 1985.
- Wismayer J.M. 'Dingli Gate - An Entrance to a City' A Miscellanea of Historical Records.
- 'The City Gate Project'.
Referenzi
- ^ De Giorgio, Roger (1985). A City by an Order (bl-Ingliż). Vallettta: Progress Press. p. 112.
- ^ ""Porta Reale Curtain – Valletta" (PDF). National Inventory of the Cultural Property of the Maltese Islands. Arkivjat 13-7-2015" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-07-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ ""Advanced Ditch – Valletta" (PDF). National Inventory of the Cultural Property of the Maltese Islands. Arkivjat 13-07-2015" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-07-13. Miġbur 2021-03-06.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Valletta's entrance is to get a radical facelift". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-06.
- ^ a b "Valletta: The City Gates". Air Malta Blog (bl-Ingliż). 2014-02-13. Miġbur 2021-03-06.
- ^ "The Remains of the bridge of Porta San Giorgio/Porta Reale". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-06.
- ^ "Reviving Porta Reale in Valletta". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-06.
- ^ a b "The Many pasts of City Gate - The Malta Independent". www.independent.com.mt. Miġbur 2021-03-06.
- ^ Schiavone, Michael J. (2009). Dictionary of Maltese Biographies Vol. 1 A–F. Pietà: Pubblikazzjonijiet Indipendenza. p. 731. ISBN 9789993291329.
- ^ "Where the streets have four names". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-06.
- ^ "Ellul, Michael (1982). "Art and architecture in Malta in the early nineteenth century". Proceedings of History Week: 5, 17. Arkivjat 22-04-2016" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-04-22. Miġbur 2021-03-06.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Fortifications Interpretation Centre, a must-see in Valletta". Malta InsideOut (bl-Ingliż). 2013-12-15. Miġbur 2021-03-06.
- ^ "Frendo, Henry. "Intra-European Colonial Nationalism: The Case of Malta: 1922-1927" (PDF). Melita Historica. 11 (1): 86. Arkivjat 16-04-2016" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-04-16. Miġbur 2021-03-06.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ ""Swar, lukandi u x'naf jien", Leħen is-Sewwa, Mons. Prof. A. Bonnici. Aċċessat 06-03-2021" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-04-22. Miġbur 2021-03-06.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ a b "History of a bust". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-06.
- ^ a b ċ Muscat, Mark Geoffrey (2016). "The Fascist Interlude and Stile Littorio". Maltese Architecture 1900–1970: Progress and Innovations. Valletta: Fondazzjoni Patrimonju Malti. pp. 57–63. ISBN 9789990932065.
- ^ "Statues of grandmasters at City Gate (1)". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-06.
- ^ "The gate triumphant". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-06.
- ^ Thake, Conrad (2011). "A PROJECT FOR A 'CENTRO D'ITALIANITÀ' IN MALTA". Malta Historical Society. Melita Historica. XV (4): 445–447. ISSN 1021-6952.
- ^ ""€1.39m to demolish City Gate". di-ve.com".
- ^ "Renzo Piano resurrected for City Gate". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-06.
- ^ "Revealed: the new face of Valletta". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-06.
- ^ "City Gate bites the dust". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-06.
- ^ Rix, Juliet (2015). Malta and Gozo. Bradt Travel Guides. p. 118. ISBN 9781784770259.
- ^ "Valletta installation recalls city's gates and celebrates the city of culture". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-06.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Bieb il Belt, X'inhi Bieb il Belt? Xi tfisser Bieb il Belt?
Bieb il Belt jinsab fid daħla tal Belt Valletta Malta Attwalment Bieb il Belt jixbah iktar fetħa jew daħla milli bieb proprja kif kien fl ewwel verzjonijiet tal imgħoddi Id daħla tal Belt Valletta kif inhi llum inbniet bejn l 2011 u l 2014 skont id disinni tal arkitett Taljan Bieb il Belt fl 2019 L ewwel verzjoni tal bieb fid daħla tal belt kienet sempliċement bħal bieb zgħir li minnha seta jgħaddi kaless u fuq il bieb kien hemm torri tal għassa Dan il bieb kien magħruf bħala Porta San Giorgio Inbena bħala parti mill fortifikazzjoni tal belt fl 1569 skont id disinni ta Francesco Laparelli Isem il bieb inbidel għal Porta Reale jew Putirjal lejn l 1586 Id daħla reġgħet inbniet fl 1633 skont id disinn ta Waqt iz zmien qasir tal okkupazzjoni Franċiza fl 1798 il bieb ingħata l isem ta Porte Nazionale Biss dan qatt ma kien xi isem li l Maltin kienu juzaw biex jirriferu għall bieb Fi zmien l Brittaniċi xorta baqa magħruf bħala Putirjal li tfisser il Bieb id Daħla l Kbira L istess Strada Rjali tfisser it Triq Prinċipali Fl 1853 il bieb ġie mwaqqa u floku sar ieħor ikbar fuq id disinn tal Kurunell Thompson tal Inġiniera Rjali bl Ingliz Royal Engineers Kien matul zmien il Brittaniċi li din id daħla saret magħrufa wkoll bħala Kingsgate u Strada Rjali Dawn l ewwel daħliet dejjem kellhom l iskop li jiddefendu l belt u kienu dejjem jissakkru billejl Id Daħla ta Thompson twaqqgħet fl 1964 u minflokha ttellgħet daħla moderna fl istil tagħha verament stil arkitettoniku ispirat mir ta zmien l Għoxrinjiet u t Tletinijiet tas seklu 20 fl Italja Din id daħla ġiet ddisinjata minn Alziro Bergonzo Daqs ħamsin sena wara din id daħla twaqqgħet ukoll biex sar disinn b kunċett ġdid mill arkitett ta fama internazzjonali Renzo Piano Ix xogħol fuq din id daħla tlesta fl 2014 PozizzjoniPittura tal 1910 tal pont li kien jagħti għall Porta Reale Id daħla tinsab f nofs is swar li nbnew biex jiddefendu l Belt Valletta min naħa tal Punent dik il parti li tħares lejn il Furjana bejn il Kavallier ta San Ġakbu u l Biex wieħed jasal għal din id daħla prinċipali tal Belt min naħa tal Furjana hemm bzonn li wieħed jaqsam il pont tal ġebel li jaqqgħad il ġewwieni tal Belt mal Furjana Oriġinarjament il bieb kien protett b couvre porte foss avvanzat u lunetta struttura arkitetturali ta fortifikazzjoni b għamla ta nofs qamar magħrufa bħala l Lunetta ta Santa Maddelena Fi zmien l Inglizi il lunetta twaqqgħet u parti mill foss avvanzat imtela bir radam Iktar il quddiem dawn l akkwati ta barra Bieb il Belt intuzaw bħala l venda prinċipali għat trasport pubbliku ta Malta kollha Il Funtana tat Trituni xogħol l iskultur Vincenzo Apap tqiegħdet hawn fl 1955 Fejn kien hemm il karozzi tal linja illum inbidel f zona pedonali fejn wieħed jista jieqaf jistrieħ u jgawdi l ambjent sabiħ ta barra l Belt Bieb il Belt jagħti bidu għal Triq ir Repubblika it triq prinċipali tal Belt Valletta li tibqa sejra dritt sal Appena tidħol minn fuq il pont fuq kull naħa hemm turġien fil wisa Dawn jagħtu għaz zewġ naħat tas swar li jħaddnu Bieb il Belt minn kull naħa Qrib id daħla fuq il lemin hemm il Parlament il ġdid bini modern li ddisinjah ukoll Renzo Piano Fuq in naħa tax xellug hemm appartamenti u kumpless kummerċjali ta ħwienet Aktar lil hinn mill Parlament hemm Pjazza Teatru Rjal StorjaL ewwel bieb 1568 1633 Dan inbena flimkien u fl istess zmien tal bqija tas swar 1566 1571 u kien magħruf bħala Porta San Giorgio u triq prinċipali Strada San Giorgio skont il pjanta ta Francesco Laparelli Id disinn tad daħla kien wieħed oster u magħmul biss biex iservi bħala parti mid difiza tal belt u għalhekk ma kellux ornamenti arkitettoniċi Lanqas ma kienet daħla ta importanza kbira zgur mhux daqs id daħla li tagħti minn ħdejn ta Liesse magħrufa bħala Porta del Monte Dan għaliex l aqwa komunikazzjonijiet mill ibliet l aktar popolati kienu n naħa l oħra tal Port il Kbir u l aqwa komunikazzjoni mal Belt kienet bil baħar Għalkemm id daħla tinsab preċizament f nofs is swar li jħarsu lejn l intern u ċ ċentru ta Malta meta nbniet din id daħla kienet ikkunsidrata bħala waħda pjuttost sekondarja għax ftit kienu jidħlu nies minnha Oriġinarjament il pont tal ġebel li jaqsam il foss kien jasal sa distanza ta ftit metri mid daħla tal Belt imbagħad kien hemm pont tal injam li jgħaqqad il pont tal ġebel mas swar drawbridge Il pont iserraħ fuq pilastri massiċċi tal ġebla tal franka li ġew kemm il darba rrestawrati matul is snin Fuq il bieb kien hemm torri Lejn l 1586 fi zmien il Gran Mastru Hugues Loubenx de Verdalle isem din id daħla sar Porta Reale Fl aħħar tas seklu 16 inbena bieb estern izgħar u ġiet mizjuda arkata trionfali fuq il bieb oriġinali It tieni bieb 1633 1853 Porta Reale it tieni Bieb il Belt fl isfond ta pittura tas seklu 18 ta kurunell tal Kavallieri ta San Ġwann Il fdalijiet tal pont tas seklu 17 It tieni struttura ta Bieb il Belt nbniet fl 1633 fi zmien il Gran Mastru Antoine de Paule Dan il bieb kien imzejjen aktar b arkitettura ornamentali Mal bieb prinċipali issa zdiedu zewġ arkati laterali Dan il bieb kien iddisinjat mill arkitett Malti Tommaso Dingli Meta Malta waqgħet taħt il Franċizi 1798 1800 id daħla bdiet tissejjaħ Porte Nationale jew Bieb Nazzjonali Imbagħad meta Malta saret kolonja Ingliza b konformita mal Proklamazzjoni Nru VI tal 1814 li nħarġet mill Gvernatur fl 1815 tqiegħdet l arma tal monarkija Brittanika L istemma araldika hi xogħol l iskultur Il bieb ġie mmodifikat tul iz zmien u sal aħħar tas seklu 18 u l bidu tas seklu 19 kien hemm għadd ta karatteristiċi li zdiedu u li ma kinux parti mid disinn oriġinali ta Tommaso Dingli Il bieb twaqqa fl 1853 bi ħsieb li tinbena daħla akbar Biċċiet mill pont tal injam tas seklu 17 li kien mekkanizzat biex jittella u jitnizzel minn tulu sabiex jgħaqqad il bieb mal bqija tal pont huma ezibiti fiċ Ċentru ta Interpretazzjoni tal Fortifikazzjonijiet Biagio Steps fi Triq San Mark It tielet bieb 1853 1964 Kingsgate fil bidu tas seklu 20 It tielet verzjoni ta din id daħla nbniet fl 1853 fi zmien l Inglizi Minn Porta Reale issa bdew anki jsejħulha Kingsgate u t triq prinċipali Kingsway Il bieb ġie ddisinjat mill tar Royal Engineers Id daħla issa kienet magħmula minn zewġ arkati flok waħda u tnejn oħra izgħar fil ġenb Fuq kull naħa tal bieb kien hemm niċċa u f kull waħda minnhom statwa dik ta Philippe Villiers de L Isle Adam l ewwel Gran Mastru f Malta u l oħra ta Jean Parisot de Valette il fundatur tal Belt Valletta Fl 24 ta Lulju 1892 fuq l arkata lejn in naħa ta wara tal bieb ġie installat bust tal tal li kien tant għen biex wara l Assedju l Kbir tinbena l Belt Valletta Il bust tal bronz ta Papa Piju V Fil bidu tas seklu 20 il bieb kien diġa beda jitqies li kien zgħir biex ilaħħaq mat traffiku tan nies deħlin u ħerġin minnu kuljum f kull ħin aktar u aktar meta bdew deħlin il karozzi privati Mal ewwel gvern awtonomu Malti ġie bi proposti biex din il problema tkun eliminata u jkun hemm karreġġata miftuħa Matul it Tieni Gwerra Dinjija l istruttura ta Putirja ntlaqtet mill attakki li saru mill għadu fuq il Belt biss il ħsarat kienu zgħar L istatwi ta L Isle Adam u ta de Valette kienu tfarrku Fis snin 50 tas seklu 20 kienu bdew xi pjanijiet mill Prim Ministru Ġorġ Borg Olivier biex fl 1962 id daħla tal Belt tkun modernizzata F wirja tal Fiera ta Malta tal 1963 kien intwera l mudell il ġdid ta Bieb il Belt Dak ta Thompson twaqqa f Ġunju 1964 u l bust tal bronz ta Papa Piju V ġie merfugħ Fl 2005 il bust tqiegħed f Misraħ Assedju l Kbir qrib il Kon Katidral ta San Ġwann u l Qorti Ir raba bieb 1965 2011 Bieb il Belt ta Bergonzo Ir raba struttura tad daħla nbniet bejn Ġunju 1964 u Awwissu 1965 skont id disinni tal arkitett Alziro Bergonzo bl istil tar Razzjonalizmu Taljan Il bieb kien magħmul minn arkata kwadra prinċipali fin nofs minn fejn kellu jgħaddi t traffiku u tnejn oħra izgħar fuq kull biex iservu bħala passaġġi pedonali għall pubbliku Id disinn fuq din l istruttura kien awster Fuq dawn l arkati kienet infetħet triq li minnha kien jgħaddi t traffiku li jagħti għal ġewwa l Belt It triq issemmiet għal Papa Piju V Il ħsieb wara dan il proġett kien fl ambitu li d daħla tal Belt Valletta tiġi zviluppata mill ġdid flimkien mat Teatru Rjal F Marzu 1965 meta l kostruzzjoni tad daħla kienet għadha għaddejja il Kamra tal Periti kkritikat id disinn bħala fjask arkitettoniku L argumenti li tressqu favur il bieb kienu li d daħla kienet toffri veduta aħjar tas swar u li d disinn sempliċi tiegħu kien jirrifletti l awsterita tal fortifikazzjonijiet Fid deċennji ta wara il kritika negattiva dwar dan id disinn baqgħet Fl 1988 l arkitett Taljan Renzo Piano ġie avviċinat biex iħejji abbozz biex jiġi zviluppat kompletament l ambjent qrib id daħla tal Belt Valletta fl 1988 Sal 1992 dan l abbozz kien lest biss sab ħafna minn jikkritikah u spiċċa tħalla fuq l ixkaffa Fl 2008 il Gvern reġa dar fuq dan l istess proġett u għal darb oħra avviċina lil Renzo Piano biex il proġett jibda Il modifiki il ġodda ta Renzo Piano ġew zvelati fis 27 ta Ġunju 2009 Id daħla ta Bergonzo twaqqgħet Mejju tal 2011 Il ħames bieb 2014 Parti minn Prospettiva Il kostruzzjoni tal ħames Bieb il Belt fl 2013 Il ħames daħla dik attwali inbniet bejn l 2011 u l 2014 skont id disinn ta Renzo Piano Din id daħla tikkonsisti minn fetħa fis swar bi blokok kbar tal ġebel fuq kull naħa li huma separati mill ħitan tas swar b materjal sheets tal azzar Din id darba flok daħla b bieb li jgħalaq jew arkata li tirraprezenta rixtellu hemm fetħa bħallikieku issa s swar ma għandhomx bzonn li jingħalqu anzi għal kuntrarju is swar qegħdin jilqgħu bir rixtellu miftuħ biex in nies jidħlu l Belt b kumdita aktar minn qatt qabel Iz zewġ arbli tal metall wieħed kull naħa tas swar jixbhu lil zewġ lanez jew stendardi bħallikieku dawn huma mizmuma minn zewġ kavallieri li qed isellmu b ċerta rispett u attenzjoni lil kull min ikun dieħel u ħiereġ mill Belt Il proġett ta Bieb il Belt jinkludi l bini taz zewġ turġien lussuzi kif ukoll il binja tal Parlament il ġdid Ma dawn ġie ukoll inkluz ir riabilitazzjoni tat Teatru Rjal wara li sarlu ammont ta restawr u xi zidiet bħala teatru għall apert Dan illum hu magħruf bħala Pjazza Teatru Rjal Il misraħ li parti kbira minnu sal 2014 kienet tintuza l aktar bħala parkeġġ issa ġie jagħmel parti integrali mill ambjent ta Bieb il Belt Dan għadu magħruf bl istess isem Misraħ il Ħelsien KommemorazzjonijietF Ottobru tal 2014 installazzjoni kontemporanja tal arti msejħa Prospettiva ġiet inawgurata qrib Triq Ġlormu Cassar li tagħmel parti mill venda tal karozzi tal linja L installazzjoni tinkorpora elementi mill ħames bibien fid daħla tal belt tul iz zmien u ġiet iddisinjata mill arkitett L installazzjoni tikkommemora l Belt Valletta bħala l Belt Kapitali Ewropea tal Kultura fl 2018 BiblijografijaDe Giorgio Roger A City By An Order Progress Press 1985 Wismayer J M Dingli Gate An Entrance to a City A Miscellanea of Historical Records The City Gate Project Referenzi De Giorgio Roger 1985 A City by an Order bl Ingliz Vallettta Progress Press p 112 Porta Reale Curtain Valletta PDF National Inventory of the Cultural Property of the Maltese Islands Arkivjat 13 7 2015 PDF Arkivjat mill oriġinal fl 2015 07 13 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Advanced Ditch Valletta PDF National Inventory of the Cultural Property of the Maltese Islands Arkivjat 13 07 2015 PDF Arkivjat mill oriġinal fl 2015 07 13 Miġbur 2021 03 06 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Valletta s entrance is to get a radical facelift Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 03 06 a b Valletta The City Gates Air Malta Blog bl Ingliz 2014 02 13 Miġbur 2021 03 06 The Remains of the bridge of Porta San Giorgio Porta Reale Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 03 06 Reviving Porta Reale in Valletta Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 03 06 a b The Many pasts of City Gate The Malta Independent www independent com mt Miġbur 2021 03 06 Schiavone Michael J 2009 Dictionary of Maltese Biographies Vol 1 A F Pieta Pubblikazzjonijiet Indipendenza p 731 ISBN 9789993291329 Where the streets have four names Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 03 06 Ellul Michael 1982 Art and architecture in Malta in the early nineteenth century Proceedings of History Week 5 17 Arkivjat 22 04 2016 PDF Arkivjat mill oriġinal fl 2016 04 22 Miġbur 2021 03 06 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Fortifications Interpretation Centre a must see in Valletta Malta InsideOut bl Ingliz 2013 12 15 Miġbur 2021 03 06 Frendo Henry Intra European Colonial Nationalism The Case of Malta 1922 1927 PDF Melita Historica 11 1 86 Arkivjat 16 04 2016 PDF Arkivjat mill oriġinal fl 2016 04 16 Miġbur 2021 03 06 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Swar lukandi u x naf jien Leħen is Sewwa Mons Prof A Bonnici Aċċessat 06 03 2021 PDF Arkivjat mill oriġinal fl 2016 04 22 Miġbur 2021 03 06 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link a b History of a bust Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 03 06 a b ċ Muscat Mark Geoffrey 2016 The Fascist Interlude and Stile Littorio Maltese Architecture 1900 1970 Progress and Innovations Valletta Fondazzjoni Patrimonju Malti pp 57 63 ISBN 9789990932065 Statues of grandmasters at City Gate 1 Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 03 06 The gate triumphant Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 03 06 Thake Conrad 2011 A PROJECT FOR A CENTRO D ITALIANITA IN MALTA Malta Historical Society Melita Historica XV 4 445 447 ISSN 1021 6952 1 39m to demolish City Gate di ve com Renzo Piano resurrected for City Gate Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 03 06 Revealed the new face of Valletta Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 03 06 City Gate bites the dust Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 03 06 Rix Juliet 2015 Malta and Gozo Bradt Travel Guides p 118 ISBN 9781784770259 Valletta installation recalls city s gates and celebrates the city of culture Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 03 06