It Teatru Rjal bl Ingliż Royal Opera House jew Royal Theatre bit Taljan Teatro Reale magħruf kollokjalment ukoll bħala t
Teatru Rjal

It-Teatru Rjal (bl-Ingliż: Royal Opera House jew Royal Theatre; bit-Taljan: Teatro Reale, magħruf kollokjalment ukoll bħala t-Teatru Mwaqqa’, kien teatru fejn jittellgħu l-ispettakli fil-Belt Valletta, Malta. Kien iddisinjat mill-arkitett Ingliż u nbena fl-1866 bi stil Neo-Klassiku. Fl-1873 it-teatru ġarrab ħsarat estensivi fuq ġewwa minħabba li nħakem min-nirien iżda eventwalment ġie rrestawrat sal-1877. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, it-teatru ntlaqat direttament mill-bumbardamenti mill-ajru, eżattament fl-1942. Qabel ma ġġarraf, kien wieħed mill-iktar binjiet sbieħ u ikoniċi fil-belt kapitali. Wara diversi pjanijiet li qatt ma twettqu biex it-teatru jerġa’ jinbena, il-fdalijiet tiegħu ġew disinjati mill-ġdid mill-arkitett Taljan u fl-2013 reġa’ beda jiffunzjona bħala post fejn jittellgħu l-ispettakli u ġie msemmi “Pjazza Teatru Rjal”.
Data meta nħoloq | 1866 |
---|---|
Native label | It-Teatru Rjal |
Pajjiż | Malta |
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstab | Valletta |
Koordinati | 35°53′47″N 14°30′37″E |
Żmien li spiċċa | 1942 |
Avveniment sinifikanti | conflagration |
Arkitett | Edward Middleton Barry |
Date of official opening | 1866 |
Sit uffiċjali | https://culture.gov.mt/en/pjazzateatrurjal/Pages/main.aspx |
State of conservation | demolished or destroyed |
Stat attwali | permanently closed |
Storja
Id-disinn tal-binja kien ġie inkarigat bih Edward Middleton Barry, l-arkitett tat-Teatru ta’ Covent Garden, u pjanta klassika tiegħu tlestiet fl-1861. Il-pjanta oriġinali kellha tiġi alterata minħabba li t-toroq li kienu ġejjin għan-niżla fil-ġnub tat-teatru ma kinux tqiesu. Dan irriżulta fiż-żieda ta’ terrazza fin-naħa ta’ Strada Rjali (bit-Taljan: Strada Reale) li llum hija magħrufa bħala Triq ir-Repubblika ddisinjata minn arkitetti Maltin.
Il-kostruzzjoni tal-binja ta’ 206 piedi (63 metru) b’112-il pied (34 metru) inbdiet fl-1862, wara li twaqqgħet binja magħrufa bħala Casa della Giornata. Wara erba’ snin, it-Teatru Rjal, li kien jiflaħ 1,095 persuna bilqiegħda u 200 persuna bilwieqfa, kien lest għall-ftuħ uffiċjali li sar fid-9 ta’ Ottubru 1866.
Madankollu, it-teatru kellu għomor qasir; fil-25 ta’ Mejju 1873, sitt snin biss wara li nfetaħ, inħakem min-nirien. It-teatru minn barra ma ġarrabx ħsarat iżda minn ġewwa l-ġebla ġiet ikkalċifikata bis-sħana intensa tan-nirien.
Ġie deċiż li t-teatru jerġa’ jinbena, u wara l-ħruġ ta’ sejħa għall-offerti għat-twettiq tax-xogħlijiet tal-kostruzzjoni u tar-restawr kif ukoll ħafna indeċiżjonijiet dwar jekk il-faċċata kellhiex tinbidel jew le, it-teatru tlesta. Fil-11 ta’ Ottubru 1877, wara kważi erba’ snin u nofs min-nirien, it-teatru reġa’ nfetaħ bi spettaklu tal-Aida ta’ Giuseppe Verdi.
Xi 65 wara, it-Teatru Rjal reġa’ kellu xorti ħażina ferm:
It-Tlieta filgħaxija, is-7 ta’ April 1942, it-teatru nqered mill-bumbardamenti tal-inġenji tal-ajru tat-tip Luftwaffe. L-għada filgħodu, malli n-nies ħarġu jispezzjonaw l-eżitu tal-bumbardamenti fuq it-teatru nazzjonali tagħhom qabdithom għafsa ta’ qalb kif raw x’kien fadal minnu.... Il-portiku u l-awditorju kienu saru borġ ġebel, u s-saqaf kellu toqba kbira u x-xorok tiegħu li kien fadal kienu kollha mgħawġin. Madankollu, in-naħa ta’ wara tat-teatru fejn il-kolonni u l-ħnejjiet kienet għadha sħiħa (traduzzjoni mhux uffiċjali).
L-istrutturi instabbli li kien għad fadal tat-Teatru Rjal twaqqgħu lejn l-aħħar tas-snin 50 tas-seklu 20 bħala prekawzjoni ta’ sikurezza. Jingħad ukoll li l-priġunieri tal-gwerra Ġermaniżi f’Malta offrew li jergħu jibnu t-teatru mill-ġdid fl-1946 iżda l-gvern irrifjuta minħabba pressjoni mit-trade unions; x’aktarx li r-raġuni l-iktar probabbli kienet li l-ebda wieħed mill-priġunieri tal-gwerra ma kellu ħiliet jew kwalifiki fil-kostruzzjoni.
Kulma kien fadal mit-Teatru Rjal kienu t-terrazza u partijiet mill-kolonni u l-ħnejjiet.
Fdalijiet tas-sit u pjanijiet ta’ rikostruzzjoni
Għalkemm is-sit ibbumbardjat ġie mnaddaf mit-tiġrif u mill-iskulturi dekorattivi li kien għad fadal, ir-rikostruzzjoni ġiet posposta darba wara l-oħra mill-gvernijiet suċċessivi ta’ wara l-gwerra, favur proġetti ta’ rikostruzzjoni li l-ħtieġa tagħhom tqieset li kienet iktar urġenti.
Fl-1953, sitt arkitetti rinomati ressqu d-disinni għal teatru ġdid. Il-Kumitat tal-Għażla għażel il-proġett ta’ u rrakkomanda li jiġi aċċettat mill-gvern, soġġett għal ċerti alterazzjonijiet. Il-proġett iżda waqaf ħesrem meta l-Partit Laburista reġa’ ġie elett fil-gvern, peress li sostna li ma kienx f’pożizzjoni li jonfoq daqstant flejjes fuq teatru meta kien hemm bosta proġetti oħra li kienu jeħtieġu l-attenzjoni wkoll. Għalkemm ġew allokati 280,000 sterlina għar-rikostruzzjoni tat-teatru fil-baġit tal-1955-1956, dawn il-flejjes qatt ma ntużaw. Fl-1957, il-proġett baqa’ fuq l-ixkaffa u wara l-1961 tneħħew ir-referenzi kollha għat-teatru fil-pjanijiet tal-iżvilupp tal-pajjiż.
Fis-snin 80 tas-seklu 20, ġie kkuntattjat l-arkitett Renzo Piano biex jiddisinja binja li kellha tinbena fis-sit tat-Teatru Rjal u biex tiġi rinnovata d-daħla tal-Belt Valletta. Piano ressaq il-pjanti li ġew approvati mill-Partit Nazzjonalista fil-gvern fl-1990 iżda x-xogħol qatt ma nbeda. Fl-1996, il-Partit Laburista ġie elett fil-gvern u ħabbar li r-rikostruzzjoni tas-sit kienet se twassal biex jinbena kumpless kummerċjali u kulturali flimkien ma’ parkeġġ tal-karozzi taħt l-art, u dan kien se jkun il-proġett tal-millenju għal Malta. Fl-aħħar tas-snin 90 tas-seklu 20, l-arkitett Malti Richard England ġie kkummissjonat ukoll biex iwettaq pjanti għal ċentru kulturali. Madankollu, kull darba li xi proġett kien forsi jasal biex jitqies li jitwettaq, il-kontroversji kienu joħonquh u kollox kien imut fuq ommu.
Pjazza Teatru Rjal
Fl-2006, il-Partit Nazzjonalist fil-gvern ħabbar proposta biex is-sit jiġi żviluppat mill-ġdid għal binja tal-, li sa dak iż-żmien kien jopera fl-eks Armerija tal-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta. Il-proposta ma tantx intogħġbot peress li l-ħsieb dejjem kien li s-sit eventwalment kien se jiġi żviluppat f’binja ta’ istituzzjoni kulturali. Madankollu, Renzo Piano reġa’ ġie kkuntattjat mill-ġdid u huwa beda jaħdem fuq disinni ġodda.
Il-proposta reġgħet tpoġġiet fuq l-ixkaffa sa wara l-elezzjonijiet ġenerali tal-2008, u fl-1 ta’ Diċembru 2008, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi reġa’ ta ħajja lill-proposta b’baġit ta’ €80 miljun. Piano pperswada lill-gvern biex ma jinbeniex Parlament fis-sit tat-Teatru Rjal, u minflok il-bini tal-Parlament jiġi ppjanat f’Misraħ il-Ħelsien flimkien ma’ mmudellar mill-ġdid ta’ Bieb il-Belt. Piano ppropona li l-fdalijiet tat-Teatru Rjal jiġu kkonvertiti f’teatru fil-beraħ.
L-iżvilupp tat-teatru skont id-disinni ta’ Renzo Piano kienu ferm kontroversjali. Madankollu, il-gvern xorta baqa’ għaddej bil-pjanijiet stabbiliti u t-teatru fil-beraħ ġie inawgurat uffiċjalment fit-8 ta’ Awwissu 2013. It-teatru ġie msemmi “Pjazza Teatru Rjal”, isem li jintuża kif inhu anke bl-Ingliż.
Iktar qari
- Badger, George Percy (1869). Historical Guide to Malta and Gozo. Calleja. pp. 218–219.
- Gauci, M. (2009). "New Light On Webster Paulson and his Architectural Idiosyncrasies". Proceedings of History Week (PHW). 12 (9): 137–150. ISBN 978-99932-7-400-1.
Referenzi
- ^ ""Valletta's Royal Opera House, from glamour to rubble". The Man Who Went To Malta". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-01-04. Miġbur 2021-05-13.
- ^ "Pjazza Teatru Rjal - Il-Ministeru għall-Kultura ta' Malta". culture.gov.mt (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-02-01. Miġbur 2021-05-13.
- ^ Borg, Malcolm (2001). British Colonial Architecture: Malta, 1800-1900. Publishers Enterprises Group. p. 138. ISBN 978-9990903003.
- ^ "Maltese anger at plans to rebuild Valletta". www.telegraph.co.uk. Miġbur 2021-05-13.
- ^ Rix, Juliet (2015). Malta and Gozo. Bradt Travel Guides. p. 118. ISBN 978-1784770259.
- ^ "Denaro, Victor F. (1959). Houses in Kingsway and Old Bakery Street, Valletta. Melita historica. Journal of the Malta Historical Society. 2 (4). p. 202". Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-11-17. Miġbur 2021-05-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Denaro, Victor F. (1959). Houses in Kingsway and Old Bakery Street, Valletta. Melita historica. Journal of the Malta Historical Society. 2 (4). p. 202". Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-11-17. Miġbur 2021-05-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ L-Arkitett Andrea Vassallo. p. 228.
- ^ Bonnici, Joseph; Cassar, Michael (1990). The Royal Opera House – Malta. Gutenberg Press. p. 79.
- ^ "Mallia, Nicholas. David Felice (ed.). "Chalet" (PDF). The Architect. Media Today: 11" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-01-20. Miġbur 2021-05-13.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Valletta's open theatre officially inaugurated". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-13.
- ^ "Pjazza Teatru Rjal to host arts festival". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-13.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Teatru Rjal, X'inhi Teatru Rjal? Xi tfisser Teatru Rjal?
It Teatru Rjal bl Ingliz Royal Opera House jew Royal Theatre bit Taljan Teatro Reale magħruf kollokjalment ukoll bħala t Teatru Mwaqqa kien teatru fejn jittellgħu l ispettakli fil Belt Valletta Malta Kien iddisinjat mill arkitett Ingliz u nbena fl 1866 bi stil Neo Klassiku Fl 1873 it teatru ġarrab ħsarat estensivi fuq ġewwa minħabba li nħakem min nirien izda eventwalment ġie rrestawrat sal 1877 Matul it Tieni Gwerra Dinjija it teatru ntlaqat direttament mill bumbardamenti mill ajru ezattament fl 1942 Qabel ma ġġarraf kien wieħed mill iktar binjiet sbieħ u ikoniċi fil belt kapitali Wara diversi pjanijiet li qatt ma twettqu biex it teatru jerġa jinbena il fdalijiet tiegħu ġew disinjati mill ġdid mill arkitett Taljan u fl 2013 reġa beda jiffunzjona bħala post fejn jittellgħu l ispettakli u ġie msemmi Pjazza Teatru Rjal Teatru Rjalopera house destroyed building or structure organizationData meta nħoloq1866 Native labelIt Teatru Rjal PajjizMalta Entita amministrattiva territorjali fejn tinstabValletta Koordinati35 53 47 N 14 30 37 E Zmien li spiċċa1942 Avveniment sinifikanticonflagration ArkitettEdward Middleton Barry Date of official opening1866 Sit uffiċjalihttps culture gov mt en pjazzateatrurjal Pages main aspx State of conservationdemolished or destroyed Stat attwalipermanently closed StorjaIt Teatru Rjal fl 1935 Id disinn tal binja kien ġie inkarigat bih Edward Middleton Barry l arkitett tat Teatru ta Covent Garden u pjanta klassika tiegħu tlestiet fl 1861 Il pjanta oriġinali kellha tiġi alterata minħabba li t toroq li kienu ġejjin għan nizla fil ġnub tat teatru ma kinux tqiesu Dan irrizulta fiz zieda ta terrazza fin naħa ta Strada Rjali bit Taljan Strada Reale li llum hija magħrufa bħala Triq ir Repubblika ddisinjata minn arkitetti Maltin Il kostruzzjoni tal binja ta 206 piedi 63 metru b 112 il pied 34 metru inbdiet fl 1862 wara li twaqqgħet binja magħrufa bħala Casa della Giornata Wara erba snin it Teatru Rjal li kien jiflaħ 1 095 persuna bilqiegħda u 200 persuna bilwieqfa kien lest għall ftuħ uffiċjali li sar fid 9 ta Ottubru 1866 Madankollu it teatru kellu għomor qasir fil 25 ta Mejju 1873 sitt snin biss wara li nfetaħ inħakem min nirien It teatru minn barra ma ġarrabx ħsarat izda minn ġewwa l ġebla ġiet ikkalċifikata bis sħana intensa tan nirien Ġie deċiz li t teatru jerġa jinbena u wara l ħruġ ta sejħa għall offerti għat twettiq tax xogħlijiet tal kostruzzjoni u tar restawr kif ukoll ħafna indeċizjonijiet dwar jekk il faċċata kellhiex tinbidel jew le it teatru tlesta Fil 11 ta Ottubru 1877 wara kwazi erba snin u nofs min nirien it teatru reġa nfetaħ bi spettaklu tal Aida ta Giuseppe Verdi Xi 65 wara it Teatru Rjal reġa kellu xorti ħazina ferm It Tlieta filgħaxija is 7 ta April 1942 it teatru nqered mill bumbardamenti tal inġenji tal ajru tat tip Luftwaffe L għada filgħodu malli n nies ħarġu jispezzjonaw l ezitu tal bumbardamenti fuq it teatru nazzjonali tagħhom qabdithom għafsa ta qalb kif raw x kien fadal minnu Il portiku u l awditorju kienu saru borġ ġebel u s saqaf kellu toqba kbira u x xorok tiegħu li kien fadal kienu kollha mgħawġin Madankollu in naħa ta wara tat teatru fejn il kolonni u l ħnejjiet kienet għadha sħiħa traduzzjoni mhux uffiċjali It tiġrif fi Strada Rjali wara l ibbumbardjar fit Tieni Gwerra Dinjija It tiġrif tat Teatru Rjal jidher fuq il lemin L istrutturi instabbli li kien għad fadal tat Teatru Rjal twaqqgħu lejn l aħħar tas snin 50 tas seklu 20 bħala prekawzjoni ta sikurezza Jingħad ukoll li l priġunieri tal gwerra Ġermanizi f Malta offrew li jergħu jibnu t teatru mill ġdid fl 1946 izda l gvern irrifjuta minħabba pressjoni mit trade unions x aktarx li r raġuni l iktar probabbli kienet li l ebda wieħed mill priġunieri tal gwerra ma kellu ħiliet jew kwalifiki fil kostruzzjoni Kulma kien fadal mit Teatru Rjal kienu t terrazza u partijiet mill kolonni u l ħnejjiet Fdalijiet tas sit u pjanijiet ta rikostruzzjoniGħalkemm is sit ibbumbardjat ġie mnaddaf mit tiġrif u mill iskulturi dekorattivi li kien għad fadal ir rikostruzzjoni ġiet posposta darba wara l oħra mill gvernijiet suċċessivi ta wara l gwerra favur proġetti ta rikostruzzjoni li l ħtieġa tagħhom tqieset li kienet iktar urġenti Il fdalijiet tat Teatru Rjal fl 2006 bl ispazju fuq ġewwa li kien jintuza bħala parkeġġ tal karozzi Fl 1953 sitt arkitetti rinomati ressqu d disinni għal teatru ġdid Il Kumitat tal Għazla għazel il proġett ta u rrakkomanda li jiġi aċċettat mill gvern soġġett għal ċerti alterazzjonijiet Il proġett izda waqaf ħesrem meta l Partit Laburista reġa ġie elett fil gvern peress li sostna li ma kienx f pozizzjoni li jonfoq daqstant flejjes fuq teatru meta kien hemm bosta proġetti oħra li kienu jeħtieġu l attenzjoni wkoll Għalkemm ġew allokati 280 000 sterlina għar rikostruzzjoni tat teatru fil baġit tal 1955 1956 dawn il flejjes qatt ma ntuzaw Fl 1957 il proġett baqa fuq l ixkaffa u wara l 1961 tneħħew ir referenzi kollha għat teatru fil pjanijiet tal izvilupp tal pajjiz Fis snin 80 tas seklu 20 ġie kkuntattjat l arkitett Renzo Piano biex jiddisinja binja li kellha tinbena fis sit tat Teatru Rjal u biex tiġi rinnovata d daħla tal Belt Valletta Piano ressaq il pjanti li ġew approvati mill Partit Nazzjonalista fil gvern fl 1990 izda x xogħol qatt ma nbeda Fl 1996 il Partit Laburista ġie elett fil gvern u ħabbar li r rikostruzzjoni tas sit kienet se twassal biex jinbena kumpless kummerċjali u kulturali flimkien ma parkeġġ tal karozzi taħt l art u dan kien se jkun il proġett tal millenju għal Malta Fl aħħar tas snin 90 tas seklu 20 l arkitett Malti Richard England ġie kkummissjonat ukoll biex iwettaq pjanti għal ċentru kulturali Madankollu kull darba li xi proġett kien forsi jasal biex jitqies li jitwettaq il kontroversji kienu joħonquh u kollox kien imut fuq ommu Pjazza Teatru RjalIl kostruzzjoni ta Pjazza Teatru Rjal Fl 2006 il Partit Nazzjonalist fil gvern ħabbar proposta biex is sit jiġi zviluppat mill ġdid għal binja tal li sa dak iz zmien kien jopera fl eks Armerija tal Palazz tal Gran Mastru fil Belt Valletta Il proposta ma tantx intogħġbot peress li l ħsieb dejjem kien li s sit eventwalment kien se jiġi zviluppat f binja ta istituzzjoni kulturali Madankollu Renzo Piano reġa ġie kkuntattjat mill ġdid u huwa beda jaħdem fuq disinni ġodda Pjazza Teatru Rjal billejl Il proposta reġgħet tpoġġiet fuq l ixkaffa sa wara l elezzjonijiet ġenerali tal 2008 u fl 1 ta Diċembru 2008 il Prim Ministru Lawrence Gonzi reġa ta ħajja lill proposta b baġit ta 80 miljun Piano pperswada lill gvern biex ma jinbeniex Parlament fis sit tat Teatru Rjal u minflok il bini tal Parlament jiġi ppjanat f Misraħ il Ħelsien flimkien ma mmudellar mill ġdid ta Bieb il Belt Piano ppropona li l fdalijiet tat Teatru Rjal jiġu kkonvertiti f teatru fil beraħ L izvilupp tat teatru skont id disinni ta Renzo Piano kienu ferm kontroversjali Madankollu il gvern xorta baqa għaddej bil pjanijiet stabbiliti u t teatru fil beraħ ġie inawgurat uffiċjalment fit 8 ta Awwissu 2013 It teatru ġie msemmi Pjazza Teatru Rjal isem li jintuza kif inhu anke bl Ingliz Iktar qariBadger George Percy 1869 Historical Guide to Malta and Gozo Calleja pp 218 219 Gauci M 2009 New Light On Webster Paulson and his Architectural Idiosyncrasies Proceedings of History Week PHW 12 9 137 150 ISBN 978 99932 7 400 1 Referenzi Valletta s Royal Opera House from glamour to rubble The Man Who Went To Malta Arkivjat minn l oriġinal fl 2014 01 04 Miġbur 2021 05 13 Pjazza Teatru Rjal Il Ministeru għall Kultura ta Malta culture gov mt bl Ingliz Arkivjat minn l oriġinal fl 2018 02 01 Miġbur 2021 05 13 Borg Malcolm 2001 British Colonial Architecture Malta 1800 1900 Publishers Enterprises Group p 138 ISBN 978 9990903003 Maltese anger at plans to rebuild Valletta www telegraph co uk Miġbur 2021 05 13 Rix Juliet 2015 Malta and Gozo Bradt Travel Guides p 118 ISBN 978 1784770259 Denaro Victor F 1959 Houses in Kingsway and Old Bakery Street Valletta Melita historica Journal of the Malta Historical Society 2 4 p 202 Arkivjat mill oriġinal fl 2015 11 17 Miġbur 2021 05 13 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Denaro Victor F 1959 Houses in Kingsway and Old Bakery Street Valletta Melita historica Journal of the Malta Historical Society 2 4 p 202 Arkivjat mill oriġinal fl 2015 11 17 Miġbur 2021 05 13 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link L Arkitett Andrea Vassallo p 228 Bonnici Joseph Cassar Michael 1990 The Royal Opera House Malta Gutenberg Press p 79 Mallia Nicholas David Felice ed Chalet PDF The Architect Media Today 11 PDF Arkivjat mill oriġinal fl 2018 01 20 Miġbur 2021 05 13 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Valletta s open theatre officially inaugurated Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 05 13 Pjazza Teatru Rjal to host arts festival Times of Malta bl Ingliz Miġbur 2021 05 13