Sir Anthony Mamo OBE QC Birkirkara 9 Jannar 1909 Mosta 1 Mejju 2008 kien l ewwel President tar Repubblika ta Malta mill
Anthony Mamo

Sir Anthony Mamo, OBE, QC, (Birkirkara, 9 Jannar 1909 – Mosta, 1 Mejju 2008) kien l-ewwel President tar-Repubblika ta' Malta mill-1974 sal-1976.
Anthony Mamo | |||||
---|---|---|---|---|---|
13 Diċembru 1974 - 27 Diċembru 1976 - Anton Buttigieg →
22 Ġunju 1971 - 13 Diċembru 1974 ← Maurice Henry Dorman | |||||
Ħajja | |||||
Twelid | Birkirkara, 9 Jannar 1909 | ||||
Nazzjonalità | Kolonja ta' Malta Stat ta' Malta Malta | ||||
Mewt | Mosta, 1 Mejju 2008 | ||||
Post tad-dfin | Ċimiterju tal-Addolorata | ||||
Familja | |||||
Ulied | uri
| ||||
Edukazzjoni | |||||
Alma mater | Università ta' Malta | ||||
Lingwi | Ingliż Malti | ||||
Okkupazzjoni | |||||
Okkupazzjoni | avukat politiku | ||||
Premjijiet | List |
Tfulija
Anthony Mamo twieled Birkirkara fid-9 ta’ Jannar, 1909. Fi kliem ibnu John, Anthony jew Ninu Mamo "twieled fqir. Kienu ħafna aħwa u t-tfulija tagħhom kienu jgħixuha fil-faqar. Kien imur skola Birkirkara u anke ġieli f’Ħ’Attard. Kien jirrakkontali li fi tfulitu kienet problema biex ikollhom finanzi biżżejjed biex jixtru sandli jew qorq. Biex jibża għall-qorq li kellu, tant li fit-triq li tagħti lejn l-iskola li fiha ma kienx ikun hemm nies, kien jimxi ħafi. Meta jasal fil-parti ċentrali, kien jilbsu. Missieru u ommu mhux biss kellhom familja kbira, imma d-dħul tagħhom kien ristrett għax huma kull ma kellhom kien ħanut li jbiegħu l-ħaxix. Missieri kienu ukoll jgħin f’dan ix-xogħol, li l-moħħ wara x-xogħol ta’ dan il-ħanut kienet l-omm.”
“Mindu kien żgħir kien jiġi dejjem minn ta’ quddiem fl-eżamijiet. Kien jiġi l-ewwel u l-oħrajn warajh. Mill-edukazzjoni tal-bidu kien kompla jistudja s-seminarju. Darba biss ma ġiex l-ewwel. Dan kien meta mietet ommu. Lil ommu kien iħobbha ħafna u l-mewt tagħha affettwatu. Fl-iskola kien jitqabbad biex jagħmel il-prietki tal-Milied u aktar tard anke għamel diskorsi waqt xi okkażjonijiet. Kien jinqala’ biex jitkellem u meta kien is-seminarju kien hemm min kien jgħid li għad isir Isqof.”
Ħa l-edukazzjoni fis-Seminarju tal-Arċisqof u wara fl-Università Irjali ta’ Malta meta fl-1931 iggradwa bil-Baċellerat fl-Arti u tliet snin wara ggradwa bħala avukat. Huwa sar l-Avukat Ġenerali tal-Kuruna fl-1955 u sentejn wara nħatar Prim Imħallef u President tal-Qorti tal-Appell. Huwa rċieva l-OBE fl-1957 u ngħata t-titlu ta’ Sir mir-Reġina Eliżabetta II fl-1959. Fis-snin sittin, Sir Anthony inħatar bħala Aġent Gvernatur ta’ Malta mir-Reġina Eliżabetta II u fl-1971 wara li tela' fil-gvern il-Partit Laburista mmexxi minn Dom Mintoff inħatar l-ewwel Gvernatur Ġenerali Malti u dam jokkupa din il-kariga sal-1974. Sir Anthony ħadem mill-qrib ma’ erba’ Prim Ministri differenti, Pawlu Boffa, Nerik Mizzi, Ġorġ Borg Olivier u Dom Mintoff.
L-ewwel President ta' Malta
Nhar it-13 ta' Diċembru 1974 inħatar bħala l-Ewwel Repubblika u serva f’din il-kariga ftit aktar minn sentejn, sas-26 ta’ Diċembru, 1976. Dakinhar Mamo għamel dan id-diskors:
“ Ħbieb, Quddiem din il-merħba ġeneruża li biha għoġobkom tilqgħuni l-lejla, ma nafx kif nibda nroddilkom il-ħajr li jixirqilkom. Li ngħidilkom grazzi, grazzi mill-fond ta’ qalbi, hi ċertament ħaġa flokha u mistennija. Iżda dana waħdu ma huwa bl-ebda mod biżżejjed. Hemm mod wieħed u wieħed biss kif jiena nista’ nurikhom l-għożża tiegħi u b’xi mod inpattilkom għat-tjubija ta’ qalbkom. U dan il-mod hu billi nwiegħdkom li da parti tiegħi nagħmel dak kollu li nista’ biex inkun tassew mistħoqq it-turija ta’ rispett u tal-fiduċja tagħkom.
Tliet snin u nofs ilu meta jiena kont dhert quddiem il-poplu bħala l-ewwel Gvernatur-Ġenerali Malti, maħtur mill-istess Gvern, jien kont tlabtkom l-appoġġ u l-għajnuna tagħkom għall-qadi xieraq tad-dmirijiet tiegħi f’dik il-kariga. U intom dawn tajtuhomli. Dak kien kapitolu tal-ktieb tal-ġrajjiet ta’ Malta li issa ngħalaq u llum qed nibdew kapitolu ġdid ieħor u jiena qed nerġa’ nidher quddiemkom permezz tagħkom, quddiem il-poplu kollu, f’kariga ġdida bħala l-Ewwel President tar-Repubblika Maltija u mill-ġdid nitlobkom l-appoġġ u għajnuna tagħkom.
Din il-kariga ġdida ġiet mogħtija lili mill-Parlament tagħna, jiġifieri minn dawk li l-poplu tal-Gżejjer tagħna bil-vot ħieles tiegħu għażel bħala rappreżentanti politiċi tiegħu. Jien ma nistax għalhekk ma nfissirx l-ewwelnett lill-Gvern, imbagħad lill-membri l-oħrajn li laqgħu l-proposta tiegħu l-apprezzament umli tiegħi għall-unur kbir li għamluli u għall-fiduċja li wrew fija. Lilhom ukoll nixtieq inwiegħed illi nagħmel dak kollu li nista’ u li jiddependi minni biex inwettaq bl-aħjar mod possibbli s-servizz pubbliku li huma fdawli.
Aħna lkoll li qegħdin ngħixu f’din is-siegħa solenni, aħna xhieda ta’ ġrajja importanti fl-evoluzzjoni Kostituzzjonali tagħna li żgur titniżżel u tibqa’ mfakkra fl-istorja ta’ ġensna. Meta għada pitgħada din l-istorja tinkiteb, jien żgur li fir-rakkont tagħha tingħata importanza speċjali għall-fatt kif il-Parlament Malti, ispirat mill-Gvern, irnexxielu bid-dehen, bis-sabar u bi spirtu ta’ koperazzjoni u kompromess, jasal fi ftehim kważi unanimu u b’hekk iwarrab darba għal dejjem kwistjonijiet li qabel kienu jifirduna. Dan għandu jkun ta’ sodisfazzjon għalina u ta’ awgurju tajjeb għal li ġej.
“Filwaqt li, kif ta’ sikwit sfortunatament naqraw jew nisimgħu fuq il-mezzi ta’ komunikazzjoni, f’pajjiżi oħrajn tibdil Kostituzzjonali ta’ spiss jagħti lok għal rewwixti, ġlied u ħafna drabi anke tixrid ta’ demm, hu ta’ min jifrħ illi f’pajjiżna dan it-tibdil importanti sar fil-paċi, fl-ordni u fil-kwiet, u bi spirtu ta’ koperazzjoni reċiproka kif titlob id-demokrazija. Mill-banda l-oħra din l-imġieba tal-Parlament għandha tkun ta’ lezzjoni għalina lkoll peress li tgħallimna illi fi kwestjonijiet nazzjonali għandna naħdmu lkoll għalenija bi spirtu ta’ tolleranza u b’rispett lejn xulxin f’koperazzjoni mal-Gvern, biex negħlbu d-diffikultajiet u l-problemi li niltaqgħu magħhom. Kulħadd, kulħadd għandu l-parti tiegħu x’jagħmel – hu x’inhu x-xogħol li jaqdi fis-soċjetà.
“Minn dan ix-xogħol, magħmul u moqdi tajjeb minn kulħadd, jiddependi l-ġid tal-pajjiż. Jiena għadni kemm ħlift li nqiegħed lili nnifsi għas-servizz tagħkom u tal-poplu kollu bħala Kap ta’ l-Istat u bħala Rappreżentant ta’ l-għaqda u ta’ l-unità nazzjonali. Intom ukoll, kull wieħed minnkom, għandkom taħilfu u twegħdu fis-skiet ta’ qalbkom li taqdu l-parti tagħkom bil-għaqal, bl-onestà, mhux bl-egoiżmu jew bi spirtu sezzjonali, iżda fl-interess ta’ għajrkom u tal-pajjiż li għandu jiġi l-ewwel u qabel kollox.
Fl-aħħarnett, għan-nom tal-Prim Ministru, għandi l-pjaċir inħabbar illi l-Gvern iddeċieda, biex ifakkar din l-okkażjoni importanti, li jagħti lill-ħabsin amnestija ta’ sitt xhur. Soċjetà kompassjonevoli u li taf tagħder ma tinsiex fis-sigħat ta’ ferħ lanqas lil dawk li żbaljaw. ”
Fl-1993, Sir Anthony ngħata l-unur ta’ Sieħeb il-Ġieħ, l-ogħla Unur fl-Ordni ta’ Ġieħ ir-Repubblika.
Ħajja personali
Mamo kien iżżewweġ mil Margaret Agius fil-15 ta’ Awwissu 1939 (mietet fil-25 ta' Ġunju 2002) u kellhom tifel, John, u żewġt ibniet, Josephine u Monica.
Kien iħobb ħafna l-festa ta' Santa Liena ta' Birkirkara b’mod partikolari it-tranżlazzjoni ta’ lejlet il-festa. Fi kliem ibnu, "Il-festa ta’ Santa Liena konna ngawduha flimkien. Konna ilna snin kbar nagħmlu hekk. Ġieli kont barra minn Malta, f’pajjiżi 'l bogħod bħall-Korea u kelli niġi għax tkun waslet il-festa ta’ Santa Liena. Ma kienx jitlifha u kien jgħidli ‘ġimgħa oħra l-festa’. Kien iħobb ħafna l-funzjonijiet tal-knisja b’mod partikolari l-mużika li tindaqq. Kien ipoġġi man-nies fil-ġenb tal-Bażilika u jsegwi minn hemm. L-aħħar li morna, allavolja saħħtu ta’ età kbira, ried li jqum u jpoġġi bilqiegħda kif jagħmlu l-bqija tan-nies. Dak inhar tal-festa, konna mmorru għall-purċissjoni filgħodu u hemmhekk konna niltaqgħu ma’ ħafna ħbieb antiki tiegħu.”
Funeral Statali
Sa ma miet Mamo kien l-ixjeħ eks-kap ta' Stat fid-dinja kollha. Kellu 99 sena.
Il-funeral statali ta’ Sir Anthony Mamo sar nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Mejju 2008, l-għada ta' mewtu. Il-kadavru ta’ Mamo kien espost għall-pubbliku fil-bitħa tal-Palazz il-Belt għal xi ħin. Wara, it-tebut imgeżwer fil-bandiera Maltija, tqiegħed fuq kanun tal-Forzi Armati u nġarr fost atmosfera solenni lejn il-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann fejn saret il-quddiesa. Preżenti kien hemm l-ogħla dinjitarji tal-pajjiż, politiċi, membri tal-ġudikatura, avukati u nies komuni li tawh l-aħħar tislima. Mons. Arċisqof Pawl Cremona fl-omelija tal-quddiesa qal li “nirringrazzjaw lil Alla għad-doni kollha li ta lil Sir Anthony Mamo u li hu użahom b’ħafna modi differenti għall-ġid tas-soċjetà tagħna f’Malta. Nirringrazzjaw ukoll lill-Mulej, għad-doni li hu ta lil Sir Anthony Mamo, li permezz tagħhom rabba familja skond is-sejħa tiegħu fiż-żwieġ... F’dawn il-ġranet smajna, ġustament, dwar dik li kienet il-ħajja pubblika ta’ Sir Anthony Mamo. Fakkarna f’kemm ġid pubbliku u soċjali hu ta lis-soċjetà Maltija. Imma jiena naħseb li ma kienx jiddispjaċih żgur, jekk aħna li qegħdin hawnhekk għal din il-quddiesa nħallu din il-mewt tiegħu tgħinna wkoll biex nagħmlu riflessjoni Nisranija dwar dan il-mument... Nistħajlu, kieku kien hawn, ma tantx iltqajt miegħu jien, imma mort narah fl-aħħar xhur, min jaf kemm kien ikun ferħan jekk ikun jaf li anke l-mewt tiegħu swiet biex dik li hija r-realtà Nisranija tidħol aktar f’qalbna, dik li kienet tant f’qalbu.”
Skont il-ġurnal L-Orizzont, "il-Perit Dom Mintoff, li miegħu ħadem mill-qrib Sir Anthony Mamo, mar jagħti l-aħħar tislima lil dan il-ġentlom u l-bniedem li dejjem ġab l-ewwel l-interess nazzjonali. Il-Perit Mintoff, għamel xi ħin jitkellem mal-familjari tiegħu. Ma naqasx li hu jirrakkontalhom xi episodji tal-ħidma tagħhom għall-ġid tal-pajjiż. Fost dawn kien hemm kif Sir Anthony kien iħobb jagħmel l-affarijiet b’mod pulit u Mintoff bi stil differenti. Fil-laqgħa ta’ madwar nofs siegħa issemiet ukoll iż-żjara li l-Perit Mintoff kien għamel lil Sir Anthony Mamo meta kien rikoverat fl-isptar. Fi kliem Dr John Mamo stess, il-familja apprezzat ħafna iż-żjara tal-Perit Mintoff."
Ħoloq esterni
- Intervista mal-avukat John Mamo, iben Anthony Mamo
- L-Aħbar ta' mewtu rappurtata fil-Guardian
- L-Aħbar ta' mewtu rappurtata f'The Telegraph
Predeċessur < | 1971–1974 | Suċċessur |
Predeċessur Eliżabetta II (bħala ) | President ta' Malta 1974–1976 | Suċċessur |
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Anthony Mamo, X'inhi Anthony Mamo? Xi tfisser Anthony Mamo?
Sir Anthony Mamo OBE QC Birkirkara 9 Jannar 1909 Mosta 1 Mejju 2008 kien l ewwel President tar Repubblika ta Malta mill 1974 sal 1976 Anthony MamoPresident ta Malta 13 Diċembru 1974 27 Diċembru 1976 Anton Buttigieg Gvernatur Ġenerali ta Malta 22 Ġunju 1971 13 Diċembru 1974 Maurice Henry DormanĦajjaTwelid Birkirkara 9 Jannar 1909Nazzjonalita Kolonja ta Malta Stat ta Malta MaltaMewt Mosta 1 Mejju 2008Post tad dfin Ċimiterju tal AddolorataFamiljaUlied uri en EdukazzjoniAlma mater Universita ta MaltaLingwi Ingliz MaltiOkkupazzjoniOkkupazzjoni avukat politikuPremjijiet ListTfulijaAnthony Mamo twieled Birkirkara fid 9 ta Jannar 1909 Fi kliem ibnu John Anthony jew Ninu Mamo twieled fqir Kienu ħafna aħwa u t tfulija tagħhom kienu jgħixuha fil faqar Kien imur skola Birkirkara u anke ġieli f Ħ Attard Kien jirrakkontali li fi tfulitu kienet problema biex ikollhom finanzi bizzejjed biex jixtru sandli jew qorq Biex jibza għall qorq li kellu tant li fit triq li tagħti lejn l iskola li fiha ma kienx ikun hemm nies kien jimxi ħafi Meta jasal fil parti ċentrali kien jilbsu Missieru u ommu mhux biss kellhom familja kbira imma d dħul tagħhom kien ristrett għax huma kull ma kellhom kien ħanut li jbiegħu l ħaxix Missieri kienu ukoll jgħin f dan ix xogħol li l moħħ wara x xogħol ta dan il ħanut kienet l omm Mindu kien zgħir kien jiġi dejjem minn ta quddiem fl ezamijiet Kien jiġi l ewwel u l oħrajn warajh Mill edukazzjoni tal bidu kien kompla jistudja s seminarju Darba biss ma ġiex l ewwel Dan kien meta mietet ommu Lil ommu kien iħobbha ħafna u l mewt tagħha affettwatu Fl iskola kien jitqabbad biex jagħmel il prietki tal Milied u aktar tard anke għamel diskorsi waqt xi okkazjonijiet Kien jinqala biex jitkellem u meta kien is seminarju kien hemm min kien jgħid li għad isir Isqof Ħa l edukazzjoni fis Seminarju tal Arċisqof u wara fl Universita Irjali ta Malta meta fl 1931 iggradwa bil Baċellerat fl Arti u tliet snin wara ggradwa bħala avukat Huwa sar l Avukat Ġenerali tal Kuruna fl 1955 u sentejn wara nħatar Prim Imħallef u President tal Qorti tal Appell Huwa rċieva l OBE fl 1957 u ngħata t titlu ta Sir mir Reġina Elizabetta II fl 1959 Fis snin sittin Sir Anthony inħatar bħala Aġent Gvernatur ta Malta mir Reġina Elizabetta II u fl 1971 wara li tela fil gvern il Partit Laburista mmexxi minn Dom Mintoff inħatar l ewwel Gvernatur Ġenerali Malti u dam jokkupa din il kariga sal 1974 Sir Anthony ħadem mill qrib ma erba Prim Ministri differenti Pawlu Boffa Nerik Mizzi Ġorġ Borg Olivier u Dom Mintoff L ewwel President ta MaltaNhar it 13 ta Diċembru 1974 inħatar bħala l Ewwel Repubblika u serva f din il kariga ftit aktar minn sentejn sas 26 ta Diċembru 1976 Dakinhar Mamo għamel dan id diskors Ħbieb Quddiem din il merħba ġeneruza li biha għoġobkom tilqgħuni l lejla ma nafx kif nibda nroddilkom il ħajr li jixirqilkom Li ngħidilkom grazzi grazzi mill fond ta qalbi hi ċertament ħaġa flokha u mistennija Izda dana waħdu ma huwa bl ebda mod bizzejjed Hemm mod wieħed u wieħed biss kif jiena nista nurikhom l għozza tiegħi u b xi mod inpattilkom għat tjubija ta qalbkom U dan il mod hu billi nwiegħdkom li da parti tiegħi nagħmel dak kollu li nista biex inkun tassew mistħoqq it turija ta rispett u tal fiduċja tagħkom Tliet snin u nofs ilu meta jiena kont dhert quddiem il poplu bħala l ewwel Gvernatur Ġenerali Malti maħtur mill istess Gvern jien kont tlabtkom l appoġġ u l għajnuna tagħkom għall qadi xieraq tad dmirijiet tiegħi f dik il kariga U intom dawn tajtuhomli Dak kien kapitolu tal ktieb tal ġrajjiet ta Malta li issa ngħalaq u llum qed nibdew kapitolu ġdid ieħor u jiena qed nerġa nidher quddiemkom permezz tagħkom quddiem il poplu kollu f kariga ġdida bħala l Ewwel President tar Repubblika Maltija u mill ġdid nitlobkom l appoġġ u għajnuna tagħkom Din il kariga ġdida ġiet mogħtija lili mill Parlament tagħna jiġifieri minn dawk li l poplu tal Gzejjer tagħna bil vot ħieles tiegħu għazel bħala rapprezentanti politiċi tiegħu Jien ma nistax għalhekk ma nfissirx l ewwelnett lill Gvern imbagħad lill membri l oħrajn li laqgħu l proposta tiegħu l apprezzament umli tiegħi għall unur kbir li għamluli u għall fiduċja li wrew fija Lilhom ukoll nixtieq inwiegħed illi nagħmel dak kollu li nista u li jiddependi minni biex inwettaq bl aħjar mod possibbli s servizz pubbliku li huma fdawli Aħna lkoll li qegħdin ngħixu f din is siegħa solenni aħna xhieda ta ġrajja importanti fl evoluzzjoni Kostituzzjonali tagħna li zgur titnizzel u tibqa mfakkra fl istorja ta ġensna Meta għada pitgħada din l istorja tinkiteb jien zgur li fir rakkont tagħha tingħata importanza speċjali għall fatt kif il Parlament Malti ispirat mill Gvern irnexxielu bid dehen bis sabar u bi spirtu ta koperazzjoni u kompromess jasal fi ftehim kwazi unanimu u b hekk iwarrab darba għal dejjem kwistjonijiet li qabel kienu jifirduna Dan għandu jkun ta sodisfazzjon għalina u ta awgurju tajjeb għal li ġej Filwaqt li kif ta sikwit sfortunatament naqraw jew nisimgħu fuq il mezzi ta komunikazzjoni f pajjizi oħrajn tibdil Kostituzzjonali ta spiss jagħti lok għal rewwixti ġlied u ħafna drabi anke tixrid ta demm hu ta min jifrħ illi f pajjizna dan it tibdil importanti sar fil paċi fl ordni u fil kwiet u bi spirtu ta koperazzjoni reċiproka kif titlob id demokrazija Mill banda l oħra din l imġieba tal Parlament għandha tkun ta lezzjoni għalina lkoll peress li tgħallimna illi fi kwestjonijiet nazzjonali għandna naħdmu lkoll għalenija bi spirtu ta tolleranza u b rispett lejn xulxin f koperazzjoni mal Gvern biex negħlbu d diffikultajiet u l problemi li niltaqgħu magħhom Kulħadd kulħadd għandu l parti tiegħu x jagħmel hu x inhu x xogħol li jaqdi fis soċjeta Minn dan ix xogħol magħmul u moqdi tajjeb minn kulħadd jiddependi l ġid tal pajjiz Jiena għadni kemm ħlift li nqiegħed lili nnifsi għas servizz tagħkom u tal poplu kollu bħala Kap ta l Istat u bħala Rapprezentant ta l għaqda u ta l unita nazzjonali Intom ukoll kull wieħed minnkom għandkom taħilfu u twegħdu fis skiet ta qalbkom li taqdu l parti tagħkom bil għaqal bl onesta mhux bl egoizmu jew bi spirtu sezzjonali izda fl interess ta għajrkom u tal pajjiz li għandu jiġi l ewwel u qabel kollox Fl aħħarnett għan nom tal Prim Ministru għandi l pjaċir inħabbar illi l Gvern iddeċieda biex ifakkar din l okkazjoni importanti li jagħti lill ħabsin amnestija ta sitt xhur Soċjeta kompassjonevoli u li taf tagħder ma tinsiex fis sigħat ta ferħ lanqas lil dawk li zbaljaw Fl 1993 Sir Anthony ngħata l unur ta Sieħeb il Ġieħ l ogħla Unur fl Ordni ta Ġieħ ir Repubblika Ħajja personaliMamo kien izzewweġ mil Margaret Agius fil 15 ta Awwissu 1939 mietet fil 25 ta Ġunju 2002 u kellhom tifel John u zewġt ibniet Josephine u Monica Kien iħobb ħafna l festa ta Santa Liena ta Birkirkara b mod partikolari it tranzlazzjoni ta lejlet il festa Fi kliem ibnu Il festa ta Santa Liena konna ngawduha flimkien Konna ilna snin kbar nagħmlu hekk Ġieli kont barra minn Malta f pajjizi l bogħod bħall Korea u kelli niġi għax tkun waslet il festa ta Santa Liena Ma kienx jitlifha u kien jgħidli ġimgħa oħra l festa Kien iħobb ħafna l funzjonijiet tal knisja b mod partikolari l muzika li tindaqq Kien ipoġġi man nies fil ġenb tal Bazilika u jsegwi minn hemm L aħħar li morna allavolja saħħtu ta eta kbira ried li jqum u jpoġġi bilqiegħda kif jagħmlu l bqija tan nies Dak inhar tal festa konna mmorru għall purċissjoni filgħodu u hemmhekk konna niltaqgħu ma ħafna ħbieb antiki tiegħu Funeral StataliSa ma miet Mamo kien l ixjeħ eks kap ta Stat fid dinja kollha Kellu 99 sena Il funeral statali ta Sir Anthony Mamo sar nhar il Ġimgħa 2 ta Mejju 2008 l għada ta mewtu Il kadavru ta Mamo kien espost għall pubbliku fil bitħa tal Palazz il Belt għal xi ħin Wara it tebut imgezwer fil bandiera Maltija tqiegħed fuq kanun tal Forzi Armati u nġarr fost atmosfera solenni lejn il Kon Kattidral ta San Ġwann fejn saret il quddiesa Prezenti kien hemm l ogħla dinjitarji tal pajjiz politiċi membri tal ġudikatura avukati u nies komuni li tawh l aħħar tislima Mons Arċisqof Pawl Cremona fl omelija tal quddiesa qal li nirringrazzjaw lil Alla għad doni kollha li ta lil Sir Anthony Mamo u li hu uzahom b ħafna modi differenti għall ġid tas soċjeta tagħna f Malta Nirringrazzjaw ukoll lill Mulej għad doni li hu ta lil Sir Anthony Mamo li permezz tagħhom rabba familja skond is sejħa tiegħu fiz zwieġ F dawn il ġranet smajna ġustament dwar dik li kienet il ħajja pubblika ta Sir Anthony Mamo Fakkarna f kemm ġid pubbliku u soċjali hu ta lis soċjeta Maltija Imma jiena naħseb li ma kienx jiddispjaċih zgur jekk aħna li qegħdin hawnhekk għal din il quddiesa nħallu din il mewt tiegħu tgħinna wkoll biex nagħmlu riflessjoni Nisranija dwar dan il mument Nistħajlu kieku kien hawn ma tantx iltqajt miegħu jien imma mort narah fl aħħar xhur min jaf kemm kien ikun ferħan jekk ikun jaf li anke l mewt tiegħu swiet biex dik li hija r realta Nisranija tidħol aktar f qalbna dik li kienet tant f qalbu Skont il ġurnal L Orizzont il Perit Dom Mintoff li miegħu ħadem mill qrib Sir Anthony Mamo mar jagħti l aħħar tislima lil dan il ġentlom u l bniedem li dejjem ġab l ewwel l interess nazzjonali Il Perit Mintoff għamel xi ħin jitkellem mal familjari tiegħu Ma naqasx li hu jirrakkontalhom xi episodji tal ħidma tagħhom għall ġid tal pajjiz Fost dawn kien hemm kif Sir Anthony kien iħobb jagħmel l affarijiet b mod pulit u Mintoff bi stil differenti Fil laqgħa ta madwar nofs siegħa issemiet ukoll iz zjara li l Perit Mintoff kien għamel lil Sir Anthony Mamo meta kien rikoverat fl isptar Fi kliem Dr John Mamo stess il familja apprezzat ħafna iz zjara tal Perit Mintoff Ħoloq esterniIntervista mal avukat John Mamo iben Anthony Mamo L Aħbar ta mewtu rappurtata fil Guardian L Aħbar ta mewtu rappurtata f The Telegraph Predeċessur lt 1971 1974 Suċċessur Predeċessur Elizabetta II bħala President ta Malta 1974 1976 Suċċessur Anton Buttigieg