Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Assur jew Aššur ˈæsʊər bis Sumerjan 𒀭𒊹𒆠 AN ŠAR2KI bl Assirjan kunejformi Aš šurKI il Belt tal Alla Aššur bis Sirjan ܐܫܘܪ

Assur

  • Paġna Ewlenija
  • Assur
Assur
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Assur jew Aššur (/ˈæsʊər/; bis-Sumerjan: 𒀭𒊹𒆠 AN.ŠAR2KI, bl-Assirjan kunejformi:  Aš-šurKI, "il-Belt tal-Alla Aššur"; bis-Sirjan: ܐܫܘܪ Āšūr; bil-Persjan Antik: 𐎠𐎰𐎢𐎼 Aθur, bil-Persjan: آشور: Āšūr; bl-Ebrajk: אַשּׁוּר, ʾAššūr, bl-Għarbi: اشور), magħrufa wkoll bħala Ashur jew Qal'at Sherqat, kienet il-belt kapitali tal-belt-stat Assirjana tal-qedem (2025-1364 Q.K.), l- Nofsani (1363-912 Q.K.), u għal xi żmien, tal-Imperu Neo-Assirjan (911-609 Q.K.). Il-fdalijiet tal-belt jinsabu tul ix-xatt tal-Punent tax-xmara , fit-Tramuntana tal-konfluwenza tat-tributarja tagħha, iż-Zab iż-Żgħira, fit-territorju li issa jagħmel parti mill-Iraq, iktar preċiżament fid-Distrett ta' al-Shirqat tal-Governorat ta' Saladin.

L-okkupazzjoni tal-belt stess kompliet għal madwar 3,000 sena, mill-Perjodu Dinastiku Bikri sa nofs is-seklu 3 W.K., meta r-rikkezzi tal-belt insterqu mill-. Il-belt hija Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, u żdiedet fil-lista tas-siti fil-periklu fl-2003 wara l-kunflitt li faqqa' wara l-invażjoni tal-Iraq tal-2003 immexxija mill-Istati Uniti u bħala riżultat ta' diga proposta li kellha tgħerreq parti mis-sit. Assur tinsab 65 kilometru (40 mil) fin-Nofsinhar tas-sit ta' u 100 kilometru (60 mil) fin-Nofsinhar ta' .

Storja tar-riċerka

L-esplorazzjoni tas-sit ta' Assur bdiet fl-1898 mill-arkeologi Ġermaniżi. L-iskavi bdew fl-1900 minn , u tkomplew fl-1903-1913 minn tim mid-Deutsche Orient-Gesellschaft immexxi inizjalment minn u iktar 'il quddiem minn . Iktar minn 16,000 tavla tat-tafal b'testi kunejformi ġew skopruti hemmhekk. L-arkeologi Ġermaniżi ħadu l-oġġetti li sabu lejn Berlin u b'hekk saħħew il-kollezzjoni tal-Mużew ta' Pergamon.

Iktar reċentement, Assur ġiet skavata minn f'isem l-Università Ludwig Maximilian ta' Munich u l-Ministeru Bavarjan għall-Kultura fl-1990. Matul l-istess perjodu, fl-1988 u fl-1989, ħadem fis-sit f'isem id-Deutsche Forschungsgemeinschaft.

Etimoloġija

Assur jew Aššur huwa l-isem tal-belt, tal-art immexxija mill-belt, u tad-divinità protettiva tagħha li tat isem in-nattivi, l-istess bħan-nazzjon sħiħ tal-Assirja li kien jinkludi t-territorju attwali tat-Tramuntana tal-Iraq, tal-Grigal tas-Sirja u tax-Xlokk tat-Turkija. Illum l-Assirjani għadhom jinstabu fil-Lvant Nofsani kollu, b'mod partikolari fl-Iraq, fl-Iran, fis-Sirja, fit-Turkija, u d-Dijaspora fid-dinja tal-Punent. Assur huwa wkoll l-oriġini tal-ismijiet tas-Sirja u tat-termini għall-Kristjani Sirjani, li oriġinarjament kienu derivazzjonijiet Indo-Ewropej tal-Assirja, u għal bosta sekli kienu japplikaw biss għall-Assirja u għall-Assirjani qabel ma bdew jiġu applikati wkoll għal-Lvant u għall-abitanti tiegħu mill-Imperu Selewċid fis-seklu 3 Q.K.

Storja

Żmien il-Bronż Bikri

Skont l-Akkumpanjament tal-Bibbja ta' Oxford, Assur "inbniet fuq irdum tal-ġebel ramli max-xatt tal-Punent tax-xmara Tigris madwar 35 kilometru (24 mil) fit-Tramuntana tal-konfluwenza tagħha man-naħa t'isfel tax-xmara Zab". L-arkeoloġija tiżvela li s-sit tal-belt ġie okkupat minn nofs it-tielet millenju Q.K. Dan kien għadu l-perjodu , qabel ma feġġet l-Assirja. L-eqdem fdalijiet tal-belt ġew skoperti fil-pedamenti tat-Tempju ta' Ishtar, kif ukoll fil-Palazz l-Antik. Fil-perjodu sussegwenti, il-belt ġiet irrenjata minn rejiet mill-Imperu Akkadjan. Matul it-Tielet Dinastija ta' , il-belt kienet immexxija minn gvernaturi Assirjani soġġett għas-Sumeri.

Perjodu Assirjan Antik u Nofsani

Wara l-waqgħa tat-Tielet Dinastija Neo-Sumerjana ta' Ur kontra l-Elamiti għall-ħabta ta' tmiem is-seklu 21 Q.K. skont il-Kronoloġija Nofsanija u għall-ħabta ta' nofs is-seklu 20 Q.K. skont il-Kronoloġija Qasira, żdiedu l-attakki mill-Gutjani u mill-Amoriti. Ir-rejiet Assirjani li kienu jitkellmu l-Akkadjan nattiv b'hekk sfaw ħielsa filwaqt li Sumer sfat taħt il-qilla tal-Amoriti. Ir-re Ushpia, mhux verifikat storikament, huwa akkreditat li ddedika l-ewwel tempju lill-alla Ashur fil-belt tiegħu, għalkemm dan ħareġ fid-dieher permezz ta' kitba mnaqqxa iktar 'il quddiem minn Shalmaneser I fis-seklu 13. Għall-ħabta tal-2000 Q.K., Puzur-Ashur I stabbilixxa dinastija ġdida, b'suċċessuri bħal Ilushuma, Erishum I u Sargon I, li ħallew kitbiet imnaqqxa rigward il-bini ta' tempji ddedikati lil Ashur, Adad u Ishtar fil-belt. Il-prosperità u l-indipendenza pproduċew l-ewwel fortifikazzjonijiet sinifikanti f'dan il-perjodu. Peress li r-reġjun gawda perjodu ta' paċi u ta' stabbiltà relattivi, il-kummerċ bejn il- u l- żdied, u l-belt ta' Assur ibbenefikat ferm mill-pożizzjoni strateġika tagħha. Il-merkanti kienu jibagħtu l-merkanzija tagħhom bil-karovani lejn l-Anatolja u l-kummerċ kien isir primarjament mal-kolonji Assirjani fl-Anatolja, dik primarja f'Karum Kanesh (Kültepe).

Bil-belt kapitali ta' Shamshi-Adad I (1813-1781 Q.K.) f'Assur, huwa kabbar il-poter u l-influwenza tal-belt lil hinn mill-wied tax-xmara Tigris, u stabbilixxa dak li xi wħud iqisu bħala l-ewwel Imperu Assirjan. F'din l-era nbena l-Palazz Irjali l-Kbir, u t-Tempju ta' Assur ġie mwessa' u mkabbir b'żiggurat. Madankollu, dan l-imperu ntemm meta , ir-re Amorit tal-Babilonja ħakem il-belt u inkorporaha fl-imperu tiegħu b'għomru qasir, wara l-mewt ta' Ishme-Dagan I għall-ħabta tal-1756 Q.K., filwaqt li t-tliet rejiet Assirjani ta' wara tqiesu bħala vassalli. Mhux wisq wara, ir-re nattiv Adasi keċċa lill-Babilonjani u lill-Amoriti minn Assur u mill-Assirja kollja għall-ħabta tal-1720 Q.K., għalkemm ma tantx nafu wisq dwar is-suċċessuri tiegħu. Hemm evidenza ta' iktar attività tal-kostruzzjoni minn ftit sekli wara, matul ir-renju tar-re nattiv Puzur-Ashur III, meta l-belt ġiet iffortifikata mill-ġdid u d-distretti tan-Nofsinhar ġew inkorporati fid-difiżi prinċipali tal-belt. Inbnew tempji ddedikati lill-alla tal-qamar Sin (Nanna) u lill-alla tax-xemx Shamash matul is-seklu 15 Q.K. Sussegwentement il-belt ġiet suġġogata għar-re ta' Mitanni, Shaushtatar, fl-aħħar tas-seklu 15, u ħa l-bibien tad-deheb u tal-fidda tat-tempju lejn il-belt kapitali tiegħu, Washukanni.

Ashur-uballit I emula lill-antenat tiegħu Adasi u rebaħ kontra l-Imperu ta' Mitanni fl-1365 Q.K. L-Assirjani ħasdu l-frott ta' dan it-trijonf billi ħadu l-kontroll tal-parti tal-Lvant tal-Imperu ta' Mitanni, u iktar 'il quddiem annetta t-territorju Ittit, Babilonjan, Amorit u Urrjan. Fis-sekli ta' wara sar ir-restawr tat-tempji u tal-palazzi antiki ta' Assur, u għal darb'oħra l-belt saret it-tron ta' imperu kbir mill-1365 Q.K. sal-1076 Q.K. Tukulti-Ninurta I (1244-1208 Q.K.) bena wkoll tempju ġdid lill-alla femminili Ishtar. It-Tempju ta' Anu-Adad ġie stabbilit iktar 'il quddiem matul ir-renju ta' Tiglath-Pileser I (1115-1075 Q.K.). Iż-żona tal-belt imdawra bil-ħitan fil-perjodu Assirjan Nofsani kienet tkopri xi 1.2 kilometru kwadru (300 akru).

Imperu Neo-Assirjan

Fl-Imperu Neo-Assirjan (912-605 Q.K.), ir-residenza rjali ġiet ittrasferita lejn bliet Assirjani oħra. Ashur-nasir-pal II (884-859 Q.K.) ittrasferixxa l-belt kapitali minn Assur għal Kalhu (Calah/Nimrud) wara sensiela ta' kampanji militari ta' suċċess u ġew prodotti wħud mill-ikbar opri tal-arti fil-forma ta' statwi kolossali lamassu u bassoriljievi fil-qorti rjali u tal-battalji. Mar-renju ta' Sargon II (722-705 Q.K.), bdiet tiżviluppa belt kapitali ġdida: Dur-Sharrukin (il-Fortizza ta' Sargon). Dur-Sharrukin oriġinarjament kienet ippjanata li tinbena fuq skala biex taqbeż lil dik ta' Ashurnasirpal. Madankollu, huwa miet fil-battalja u ibnu u s-suċċessur tiegħu Sennacherib (705-682 Q.K.) abbanduna l-belt, u għażel li jkabbar lil bħala l-belt kapitali rjali tiegħu. Madankollu, il-belt ta' Assur baqgħet iċ-ċentru reliġjuż tal-imperu u kompliet tiġi venerata bil-kuruna sagra tal-imperu, minħabba t-tempju tagħha ddedikat lill-alla nazzjonali Ashur. Fir-renju ta' Sennacherib (705-682 Q.K.), inbniet id-Dar tas-Sena l-Ġdida, Akitu, u fil-belt ġew iċċelebrati l-festi. Bosta mir-rejiet indifnu wkoll taħt il-Palazz l-Antik, filwaqt li xi rġejjen indifnu fi bliet kapitali oħra, fosthom il-mara ta' Sargon, Ataliya. Ir-rikkezzi tal-belt insterqu u l-belt inġenerali nqerdet matul il-battalja deċiżiva ta' Assur, fejn kien hemm konfront qalil bejn l-armati Assirjani u Medjani.

Imperu Akemenid

Wara li l-Medjani ġarrbu telfa kontra l-Persjani, il-forza dominanti fl-Iran tal-qedem, l-Assirja ġiet immexxija mill-Imperu Akemenid Persjan (bħala Athura) mill-549 Q.K. sat-330 Q.K. L-Assirjani ta' Mada (Medja) u ta' Athura (Assirja) kienu responsabbli għall-opri tal-arti tad-deheb u tal-ħġieġ fil-palazz u għall-forniment tal-injam taċ-ċedru Libaniż, rispettivament. Il-belt u r-reġjun ta' Assur reġgħu kisbu qawwa militari u ekonomika. Flimkien mal-Assirjani f'Mada, kien hemm rewwixta fil-520 Q.K. iżda fl-aħħar mill-aħħar ma rnexxietx. Milli jidher l-Assirja rnexxielha tirkupra b'mod drammatiku, u ffjorixxiet matul dan il-perjodu. Saret ċentru agrikolu u amministrattiv ewlieni tal-Imperu Akemenid, u s-suldati tagħha kienu stazzjonati hemmhekk bħala parti mill-armata Persjana.

Imperu Partiku

Il-belt irpiljat matul il-perjodu tal-Imperu Partiku, b'mod partikolari bejn il-150 Q.K. u l-270 W.K., il-popolazzjoni tagħha kibret, u l-belt saret ċentru amministrattiv tal-Assuristan immexxi mill-Partiċi. L-Assirjoloġisti u jissuġġerixxu li Assur jaf kellha indipendenza sħiħa f'dan il-perjodu. Inbnew binjiet amministrattivi ġodda lejn it-Tramuntana tal-belt l-antika, u palazz lejn in-Nofsinhar. It-tempju l-antik iddedikat lill-alla nazzjonali tal-Assirjani Assur (Ashur) ġie rikostruwit, flimkien mat-tempji ddedikati lil allat Assirjani oħra.

Il-kitbiet imnaqqxin Assirjani bl-Aramajk tal-Lvant mill-fdalijiet ta' Assur taw ħjiel dwar il-belt fl-era Partika, meta l-Assirja kellha l-kitba Mesopotamja tagħha stess, l-Aramajk Sirjan, li kellu l-istess grammatika u sintassi bħal dak ta' Edessa u f'inħawi oħra fl-istat ta' Osroene.

Is-semitiċista Ġermaniż (1929-2014) ippubblika iktar minn 600 kitba mnaqqxa mill-irħula u mill-bliet tal-Mesopotamja, fosthom Assur, Dura-Europos, Hatra, Gaddala, Tikrit u Tur Abdin. Peress li l-Kristjaneżmu kien beda jinfirex fost l-Assirjani matul l-era Partika, il-kultura u r-reliġjon Assirjani oriġinali ppersistew għal xi żmien, kif joħroġ fid-dieher mill-kitbiet imnaqqxa li jinkludu invokazzjonijiet lill-allat Ashur, Nergal, Nanna, Ishtar, Tammuz u Shamash, kif ukoll mit-tismija ta' ċittadini b'ismijiet komposti li jirreferu għall-allat Assirjani, bħal ʾAssur-ḥēl (Assur hija s-saħħa tiegħi), ʾAssur-emar (Assur ikkmandat), ʾAssur-ntan (Assur kellha iben), u ʾAssur-šma' (Assur semgħet).

L-istoriku Ruman għall-ħabta tat-370 W.K. kiteb li fil-116 W.K. mill-konkwisti tiegħu fil-Lvant tax-xmara Ewfrate fforma l-provinċji Rumani l-ġodda tal-Mesopotamja u tal-Assirja. L-eżistenza ta' din il-provinċja Rumana tal-aħħar tiġi dubitata minn C.S. Lightfoot u F. Miller. Fi kwalunkwe każ, sentejn biss wara li suppost inħolqot il-provinċja, is-suċċessur ta' Trajanu, , irrestawra l-konkwisti tal-Lvant ta' Trajanu lill-Partiċi, u pprefera jgħix fil-paċi u fil-ħbiberija.

Iktar 'il quddiem kien hemm inkursjonijiet Rumani fil-Mesopotamja taħt Lucius Verus u taħt Septimius Severus, li stabbilew il-provinċji Rumani tal-Mesopotamja u r-renju Neo-Assirjan ta' Osroene.

Assur inħatfet u nsterqet minn Ardashir I tal-Imperu tas-Sassanidi għall-ħabta tal-240 W.K., u wara l-belt inqerdet kważi għalkollox u l-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni tagħha ġiet sparpaljata.

Sit ta' Wirt Dinji

Assur (Qal'at Sherqat) ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2003.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".

Theddidiet

Is-sit tqiegħed fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-periklu fl-2003, meta s-sit kien mhedded mill-pjanijiet ta' proġett ta' diga fuq skala kbira li kienet tgħerreq parti mis-sit arkeoloġiku tal-qedem. Il-proġett tad-diga twaqqaf ftit wara l-invażjoni tal-Iraq fl-2003.

It-territorju madwar is-sit arkeoloġiku tal-qedem ġie okkupat mill-Istat Iżlamiku tal-Iraq u tal-Lvant () fl-2015. Peress li l-ISIL kien qered għadd ta' siti storiċi tal-qedem, inkluż il-bliet ta' Hatra, Khorsabad, u Nimrud, kien hemm biżgħat li Assur kienet se tinqered ukoll. Skont xi sorsi, iċ-ċittadella ta' Assur inqerdet jew ġarrbet ħsarat estensivi f'Mejju 2015 minn membri tal-ISIL li użaw apparati splussivi improvviżati. Rapport ta' AP ta' Diċembru 2016 wara li l-forzi Iraqqini reġgħu ħadu ż-żona f'idejhom, stqarr li l-militanti ppruvaw jeqirdu l-arkati grandjużi tad-daħla tal-belt, iżda baqgħu sħaħ u storiku lokali ddeskriva l-ħsara bħala waħda "minuri".

Minn Frar 2017, l-ISIL ma baqax jikkontrolla s-sit; madankollu, għadu mhux sigur biżżejjed biex l-esperti arkeoloġiċi jevalwaw il-fdalijiet tas-sit.

Referenzi

  1. ^ "A". oracc.iaas.upenn.edu. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-03-01. Miġbur 2023-10-29.
  2. ^ Pongratz-Leisten, Beate (2015). Religion and Ideology in Assyria. Walter de Gruyter GmbH & Co KG. p. 110. ISBN 978-1-61451-426-8.
  3. ^ Radner, Karen (2015). Ancient Assyria: A Very Short Introduction. New York: Oxford University Press. ISBN 978-0-19-871590-0. p. 2.
  4. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Ashur (Qal'at Sherqat)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-29.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 29 Ġun, 2025 / 17:03

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Assur, X'inhi Assur? Xi tfisser Assur?

Assur jew Assur ˈaesʊer bis Sumerjan 𒀭𒊹𒆠 AN SAR2KI bl Assirjan kunejformi As surKI il Belt tal Alla Assur bis Sirjan ܐܫܘܪ Asur bil Persjan Antik 𐎠𐎰𐎢𐎼 A8ur bil Persjan آشور Asur bl Ebrajk א ש ו ר ʾAssur bl Għarbi اشور magħrufa wkoll bħala Ashur jew Qal at Sherqat kienet il belt kapitali tal belt stat Assirjana tal qedem 2025 1364 Q K l Nofsani 1363 912 Q K u għal xi zmien tal Imperu Neo Assirjan 911 609 Q K Il fdalijiet tal belt jinsabu tul ix xatt tal Punent tax xmara fit Tramuntana tal konfluwenza tat tributarja tagħha iz Zab iz Zgħira fit territorju li issa jagħmel parti mill Iraq iktar preċizament fid Distrett ta al Shirqat tal Governorat ta Saladin Suldati Amerikani għassa tal fdalijiet ta Assur fl 2008 L okkupazzjoni tal belt stess kompliet għal madwar 3 000 sena mill Perjodu Dinastiku Bikri sa nofs is seklu 3 W K meta r rikkezzi tal belt insterqu mill Il belt hija Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO u zdiedet fil lista tas siti fil periklu fl 2003 wara l kunflitt li faqqa wara l invazjoni tal Iraq tal 2003 immexxija mill Istati Uniti u bħala rizultat ta diga proposta li kellha tgħerreq parti mis sit Assur tinsab 65 kilometru 40 mil fin Nofsinhar tas sit ta u 100 kilometru 60 mil fin Nofsinhar ta Storja tar riċerkaL esplorazzjoni tas sit ta Assur bdiet fl 1898 mill arkeologi Ġermanizi L iskavi bdew fl 1900 minn u tkomplew fl 1903 1913 minn tim mid Deutsche Orient Gesellschaft immexxi inizjalment minn u iktar il quddiem minn Iktar minn 16 000 tavla tat tafal b testi kunejformi ġew skopruti hemmhekk L arkeologi Ġermanizi ħadu l oġġetti li sabu lejn Berlin u b hekk saħħew il kollezzjoni tal Muzew ta Pergamon Iktar reċentement Assur ġiet skavata minn f isem l Universita Ludwig Maximilian ta Munich u l Ministeru Bavarjan għall Kultura fl 1990 Matul l istess perjodu fl 1988 u fl 1989 ħadem fis sit f isem id Deutsche Forschungsgemeinschaft EtimoloġijaAssur jew Assur huwa l isem tal belt tal art immexxija mill belt u tad divinita protettiva tagħha li tat isem in nattivi l istess bħan nazzjon sħiħ tal Assirja li kien jinkludi t territorju attwali tat Tramuntana tal Iraq tal Grigal tas Sirja u tax Xlokk tat Turkija Illum l Assirjani għadhom jinstabu fil Lvant Nofsani kollu b mod partikolari fl Iraq fl Iran fis Sirja fit Turkija u d Dijaspora fid dinja tal Punent Assur huwa wkoll l oriġini tal ismijiet tas Sirja u tat termini għall Kristjani Sirjani li oriġinarjament kienu derivazzjonijiet Indo Ewropej tal Assirja u għal bosta sekli kienu japplikaw biss għall Assirja u għall Assirjani qabel ma bdew jiġu applikati wkoll għal Lvant u għall abitanti tiegħu mill Imperu Selewċid fis seklu 3 Q K StorjaZmien il Bronz Bikri Skont l Akkumpanjament tal Bibbja ta Oxford Assur inbniet fuq irdum tal ġebel ramli max xatt tal Punent tax xmara Tigris madwar 35 kilometru 24 mil fit Tramuntana tal konfluwenza tagħha man naħa t isfel tax xmara Zab L arkeoloġija tizvela li s sit tal belt ġie okkupat minn nofs it tielet millenju Q K Dan kien għadu l perjodu qabel ma feġġet l Assirja L eqdem fdalijiet tal belt ġew skoperti fil pedamenti tat Tempju ta Ishtar kif ukoll fil Palazz l Antik Fil perjodu sussegwenti il belt ġiet irrenjata minn rejiet mill Imperu Akkadjan Matul it Tielet Dinastija ta il belt kienet immexxija minn gvernaturi Assirjani soġġett għas Sumeri Perjodu Assirjan Antik u Nofsani Il Mesopotamja fit tieni millenju Q K Wara l waqgħa tat Tielet Dinastija Neo Sumerjana ta Ur kontra l Elamiti għall ħabta ta tmiem is seklu 21 Q K skont il Kronoloġija Nofsanija u għall ħabta ta nofs is seklu 20 Q K skont il Kronoloġija Qasira zdiedu l attakki mill Gutjani u mill Amoriti Ir rejiet Assirjani li kienu jitkellmu l Akkadjan nattiv b hekk sfaw ħielsa filwaqt li Sumer sfat taħt il qilla tal Amoriti Ir re Ushpia mhux verifikat storikament huwa akkreditat li ddedika l ewwel tempju lill alla Ashur fil belt tiegħu għalkemm dan ħareġ fid dieher permezz ta kitba mnaqqxa iktar il quddiem minn Shalmaneser I fis seklu 13 Għall ħabta tal 2000 Q K Puzur Ashur I stabbilixxa dinastija ġdida b suċċessuri bħal Ilushuma Erishum I u Sargon I li ħallew kitbiet imnaqqxa rigward il bini ta tempji ddedikati lil Ashur Adad u Ishtar fil belt Il prosperita u l indipendenza pproduċew l ewwel fortifikazzjonijiet sinifikanti f dan il perjodu Peress li r reġjun gawda perjodu ta paċi u ta stabbilta relattivi il kummerċ bejn il u l zdied u l belt ta Assur ibbenefikat ferm mill pozizzjoni strateġika tagħha Il merkanti kienu jibagħtu l merkanzija tagħhom bil karovani lejn l Anatolja u l kummerċ kien isir primarjament mal kolonji Assirjani fl Anatolja dik primarja f Karum Kanesh Kultepe Bil belt kapitali ta Shamshi Adad I 1813 1781 Q K f Assur huwa kabbar il poter u l influwenza tal belt lil hinn mill wied tax xmara Tigris u stabbilixxa dak li xi wħud iqisu bħala l ewwel Imperu Assirjan F din l era nbena l Palazz Irjali l Kbir u t Tempju ta Assur ġie mwessa u mkabbir b ziggurat Madankollu dan l imperu ntemm meta ir re Amorit tal Babilonja ħakem il belt u inkorporaha fl imperu tiegħu b għomru qasir wara l mewt ta Ishme Dagan I għall ħabta tal 1756 Q K filwaqt li t tliet rejiet Assirjani ta wara tqiesu bħala vassalli Mhux wisq wara ir re nattiv Adasi keċċa lill Babilonjani u lill Amoriti minn Assur u mill Assirja kollja għall ħabta tal 1720 Q K għalkemm ma tantx nafu wisq dwar is suċċessuri tiegħu Hemm evidenza ta iktar attivita tal kostruzzjoni minn ftit sekli wara matul ir renju tar re nattiv Puzur Ashur III meta l belt ġiet iffortifikata mill ġdid u d distretti tan Nofsinhar ġew inkorporati fid difizi prinċipali tal belt Inbnew tempji ddedikati lill alla tal qamar Sin Nanna u lill alla tax xemx Shamash matul is seklu 15 Q K Sussegwentement il belt ġiet suġġogata għar re ta Mitanni Shaushtatar fl aħħar tas seklu 15 u ħa l bibien tad deheb u tal fidda tat tempju lejn il belt kapitali tiegħu Washukanni Ashur uballit I emula lill antenat tiegħu Adasi u rebaħ kontra l Imperu ta Mitanni fl 1365 Q K L Assirjani ħasdu l frott ta dan it trijonf billi ħadu l kontroll tal parti tal Lvant tal Imperu ta Mitanni u iktar il quddiem annetta t territorju Ittit Babilonjan Amorit u Urrjan Fis sekli ta wara sar ir restawr tat tempji u tal palazzi antiki ta Assur u għal darb oħra l belt saret it tron ta imperu kbir mill 1365 Q K sal 1076 Q K Tukulti Ninurta I 1244 1208 Q K bena wkoll tempju ġdid lill alla femminili Ishtar It Tempju ta Anu Adad ġie stabbilit iktar il quddiem matul ir renju ta Tiglath Pileser I 1115 1075 Q K Iz zona tal belt imdawra bil ħitan fil perjodu Assirjan Nofsani kienet tkopri xi 1 2 kilometru kwadru 300 akru Imperu Neo Assirjan Statwa mhux kompluta tal bazalt ta Shalmaneser III Minn Assur l Iraq 858 824 Q K Il Muzew Orjentali Antik ta Istanbul it Turkija Statwa tal alla Kidudu spirtu gwardjan tal ħajt tal belt ta Assur Għall ħabta tat 835 Q K Minn Assur l Iraq Il Londra ir Renju Unit Fl Imperu Neo Assirjan 912 605 Q K ir residenza rjali ġiet ittrasferita lejn bliet Assirjani oħra Ashur nasir pal II 884 859 Q K ittrasferixxa l belt kapitali minn Assur għal Kalhu Calah Nimrud wara sensiela ta kampanji militari ta suċċess u ġew prodotti wħud mill ikbar opri tal arti fil forma ta statwi kolossali lamassu u bassoriljievi fil qorti rjali u tal battalji Mar renju ta Sargon II 722 705 Q K bdiet tizviluppa belt kapitali ġdida Dur Sharrukin il Fortizza ta Sargon Dur Sharrukin oriġinarjament kienet ippjanata li tinbena fuq skala biex taqbez lil dik ta Ashurnasirpal Madankollu huwa miet fil battalja u ibnu u s suċċessur tiegħu Sennacherib 705 682 Q K abbanduna l belt u għazel li jkabbar lil bħala l belt kapitali rjali tiegħu Madankollu il belt ta Assur baqgħet iċ ċentru reliġjuz tal imperu u kompliet tiġi venerata bil kuruna sagra tal imperu minħabba t tempju tagħha ddedikat lill alla nazzjonali Ashur Fir renju ta Sennacherib 705 682 Q K inbniet id Dar tas Sena l Ġdida Akitu u fil belt ġew iċċelebrati l festi Bosta mir rejiet indifnu wkoll taħt il Palazz l Antik filwaqt li xi rġejjen indifnu fi bliet kapitali oħra fosthom il mara ta Sargon Ataliya Ir rikkezzi tal belt insterqu u l belt inġenerali nqerdet matul il battalja deċiziva ta Assur fejn kien hemm konfront qalil bejn l armati Assirjani u Medjani Mappa tal Assirja Imperu Akemenid Riljiev ta Ashurnasipal flimkien ma uffiċjal Wara li l Medjani ġarrbu telfa kontra l Persjani il forza dominanti fl Iran tal qedem l Assirja ġiet immexxija mill Imperu Akemenid Persjan bħala Athura mill 549 Q K sat 330 Q K L Assirjani ta Mada Medja u ta Athura Assirja kienu responsabbli għall opri tal arti tad deheb u tal ħġieġ fil palazz u għall forniment tal injam taċ ċedru Libaniz rispettivament Il belt u r reġjun ta Assur reġgħu kisbu qawwa militari u ekonomika Flimkien mal Assirjani f Mada kien hemm rewwixta fil 520 Q K izda fl aħħar mill aħħar ma rnexxietx Milli jidher l Assirja rnexxielha tirkupra b mod drammatiku u ffjorixxiet matul dan il perjodu Saret ċentru agrikolu u amministrattiv ewlieni tal Imperu Akemenid u s suldati tagħha kienu stazzjonati hemmhekk bħala parti mill armata Persjana Imperu Partiku Il belt irpiljat matul il perjodu tal Imperu Partiku b mod partikolari bejn il 150 Q K u l 270 W K il popolazzjoni tagħha kibret u l belt saret ċentru amministrattiv tal Assuristan immexxi mill Partiċi L Assirjoloġisti u jissuġġerixxu li Assur jaf kellha indipendenza sħiħa f dan il perjodu Inbnew binjiet amministrattivi ġodda lejn it Tramuntana tal belt l antika u palazz lejn in Nofsinhar It tempju l antik iddedikat lill alla nazzjonali tal Assirjani Assur Ashur ġie rikostruwit flimkien mat tempji ddedikati lil allat Assirjani oħra Pjanta tat tempju Partiku f Assur Il kitbiet imnaqqxin Assirjani bl Aramajk tal Lvant mill fdalijiet ta Assur taw ħjiel dwar il belt fl era Partika meta l Assirja kellha l kitba Mesopotamja tagħha stess l Aramajk Sirjan li kellu l istess grammatika u sintassi bħal dak ta Edessa u f inħawi oħra fl istat ta Osroene Is semitiċista Ġermaniz 1929 2014 ippubblika iktar minn 600 kitba mnaqqxa mill irħula u mill bliet tal Mesopotamja fosthom Assur Dura Europos Hatra Gaddala Tikrit u Tur Abdin Peress li l Kristjanezmu kien beda jinfirex fost l Assirjani matul l era Partika il kultura u r reliġjon Assirjani oriġinali ppersistew għal xi zmien kif joħroġ fid dieher mill kitbiet imnaqqxa li jinkludu invokazzjonijiet lill allat Ashur Nergal Nanna Ishtar Tammuz u Shamash kif ukoll mit tismija ta ċittadini b ismijiet komposti li jirreferu għall allat Assirjani bħal ʾAssur ḥel Assur hija s saħħa tiegħi ʾAssur emar Assur ikkmandat ʾAssur ntan Assur kellha iben u ʾAssur sma Assur semgħet L istoriku Ruman għall ħabta tat 370 W K kiteb li fil 116 W K mill konkwisti tiegħu fil Lvant tax xmara Ewfrate fforma l provinċji Rumani l ġodda tal Mesopotamja u tal Assirja L ezistenza ta din il provinċja Rumana tal aħħar tiġi dubitata minn C S Lightfoot u F Miller Fi kwalunkwe kaz sentejn biss wara li suppost inħolqot il provinċja is suċċessur ta Trajanu irrestawra l konkwisti tal Lvant ta Trajanu lill Partiċi u pprefera jgħix fil paċi u fil ħbiberija Iktar il quddiem kien hemm inkursjonijiet Rumani fil Mesopotamja taħt Lucius Verus u taħt Septimius Severus li stabbilew il provinċji Rumani tal Mesopotamja u r renju Neo Assirjan ta Osroene Assur inħatfet u nsterqet minn Ardashir I tal Imperu tas Sassanidi għall ħabta tal 240 W K u wara l belt inqerdet kwazi għalkollox u l biċċa l kbira tal popolazzjoni tagħha ġiet sparpaljata Sit ta Wirt DinjiAssur Qal at Sherqat ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2003 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem TheddidietIs sit tqiegħed fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO fil periklu fl 2003 meta s sit kien mhedded mill pjanijiet ta proġett ta diga fuq skala kbira li kienet tgħerreq parti mis sit arkeoloġiku tal qedem Il proġett tad diga twaqqaf ftit wara l invazjoni tal Iraq fl 2003 It territorju madwar is sit arkeoloġiku tal qedem ġie okkupat mill Istat Izlamiku tal Iraq u tal Lvant fl 2015 Peress li l ISIL kien qered għadd ta siti storiċi tal qedem inkluz il bliet ta Hatra Khorsabad u Nimrud kien hemm bizgħat li Assur kienet se tinqered ukoll Skont xi sorsi iċ ċittadella ta Assur inqerdet jew ġarrbet ħsarat estensivi f Mejju 2015 minn membri tal ISIL li uzaw apparati splussivi improvvizati Rapport ta AP ta Diċembru 2016 wara li l forzi Iraqqini reġgħu ħadu z zona f idejhom stqarr li l militanti ppruvaw jeqirdu l arkati grandjuzi tad daħla tal belt izda baqgħu sħaħ u storiku lokali ddeskriva l ħsara bħala waħda minuri Minn Frar 2017 l ISIL ma baqax jikkontrolla s sit madankollu għadu mhux sigur bizzejjed biex l esperti arkeoloġiċi jevalwaw il fdalijiet tas sit Referenzi A oracc iaas upenn edu Arkivjat minn l oriġinal fl 2020 03 01 Miġbur 2023 10 29 Pongratz Leisten Beate 2015 Religion and Ideology in Assyria Walter de Gruyter GmbH amp Co KG p 110 ISBN 978 1 61451 426 8 Radner Karen 2015 Ancient Assyria A Very Short Introduction New York Oxford University Press ISBN 978 0 19 871590 0 p 2 a b ċ Centre UNESCO World Heritage Ashur Qal at Sherqat UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 10 29

L-aħħar artikli
  • Ġunju 09, 2025

    It-Tieni Diviżjoni Maltija

  • Ġunju 10, 2025

    It-Tieni Diviżjoni Għawdxija

  • Ġunju 14, 2025

    It-Tieni Diviżjoni tal-Football League

  • Ġunju 12, 2025

    It-Tieni Diviżjoni ta' Għawdex

  • Ġunju 07, 2025

    It-Tieni Gwerra Dinjija

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq