Id Dar u l Istudjo ta Luis Barragán magħrufa wkoll bħala Casa Luis Barragán hija l eks residenza tal arkitett fid distre
Dar u Studjo ta' Luis Barragán

Id-Dar u l-Istudjo ta' Luis Barragán, magħrufa wkoll bħala Casa Luis Barragán, hija l-eks residenza tal-arkitett fid-distrett ta' Miguel Hidalgo, fil-Belt tal-Messiku, il-Messiku. Is-sjieda hija tal-Fundación de Arquitectura Tapatía u tal-Gvern tal-Istat ta' . Issa hija mużew fejn jintwera x-xogħol ta' Barragán u tintuża wkoll minn arkitetti li jżuru l-belt. Fiha għad hemm l-għamara oriġinali u l-oġġetti personali ta' Barragán. Dawn jinkludu kollezzjoni tal-arti l-iktar Messikana tas-sekli 16 sa 20, b'xogħlijiet ta' , , , u .
Ir-residenza tinsab fil-Punent tal-Belt tal-Messiku u nbniet fl-1948 wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Tirrifletti l-istil tad-disinn ta' Barragán matul dak il-perjodu u baqgħet ir-residenza tiegħu sa mewtu fl-1988. Fl-1994 ġiet ikkonvertita f'mużew amministrat mill-istat ta' Jalisco fejn twieled Barragán u mill-Fundación de Arquitectura Tapatía, bi żjarat disponibbli biss permezz ta' prenotazzjoni. Fl-2004 tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO peress li hija waħda mill-iżjed eżempji influwenti u rappreżentattivi tal-arkitettura Messikana moderna.
Storja
Iż-żona fejn tinsab id-dar oriġinarjament kienet eżatt 'il barra mir-raħal storiku ta' Tacubaya. Id-dar inbniet f'proprjetà li x'aktarx Barragán xtara fl-1939 bħala parti minn żvilupp ikbar fi żmien meta l-karriera tiegħu kienet qed tgħaddi mill-proprjetà immobbli għall-arkitettura. Eventwalment huwa bigħ il-kumplament tal-art, iżda żamm dik iż-żona għalih innifsu. Il-predeċessur tad-dar kienet id-"Dar ta' Ortega", li kienet użat binja li kienet teżisti qabel. Barragán għex hemmhekk mill-1943 sal-1947. Id-dar ġiet iddisinjata u nbniet fl-1947 għal Luz Escandón de R. Valenzuela, iżda fl-1948, Barragán iddeċieda li jmur jgħix ġo fiha hu stess, minkejja l-fatt li dak iż-żmien kien qed jiżviluppa s-suddiviżjoni tal-elit Jardines del Pedregal fin-Nofsinhar tal-belt. Barragán baqa' jgħix hemmhekk sa mewtu fl-1988, u matul dak iż-żmien id-dar sarulha diversi modifiki, u ffunzjonat qisha xi tip ta' laboratorju għall-ideat tiegħu.
Fl-1993, il-gvern tal-istat ta' Jalisco u l-Fondazzjoni Arquitectura Tapatía Luis Barragán xtraw id-dar u kkonvertewha f'mużew fl-1994. Fl-2004, tniżżlet bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, l-unika residenza privata fl-Amerka Latina b'dan it-titlu. Tniżżlet fil-lista bis-saħħa li tirrappreżenta l-arkitettura tas-seklu 20, bl-integrazzjoni ta' elementi tradizzjonali u vernakolari, u bit-taħlit ta' diversi tendenzi filosofiċi u artistiċi ta' nofs is-seklu 20. Ġiet imsemmija bħala waħda mill-għaxar l-iżjed djar importanti li nbnew fis-seklu 20. Barra minn hekk, kienet is-suġġett ta' bosta pubblikazzjonijiet, inkluż il-ktieb, La casa de Luis Barragán, li nkiteb minn tliet esperti dwar ix-xogħol ta' Barragán. Minkejja l-importanza tagħha, id-dar ma tantx hi magħrufa fost it-turisti tal-Belt tal-Messiku, u ġeneralment iżuruha l-arkitetti u dawk li jkollhom għal qalbhom l-arti mid-dinja kollha.
Mużew
Id-dar ġiet irrestawrata għalkollox fl-1995 u x-xogħlijiet swew 250,000 pesos biex tibda tiffunzjona bħala mużew. Il-flus tar-restawr ġew minn CONACULTA, il-lotterija nazzjonali u l-gvern ta' Jalisco. Bħala kapulavur tal-arkitettura tas-seklu 20 fil-Messiku, id-dar stess hija l-attrazzjoni prinċipali. Għad għandha l-għamara oriġinali u l-oġġetti personali ta' Barragán ġo fiha. Dawn jinkludu kollezzjoni l-iktar ta' arti Messikana ta' bejn is-sekli 16 u 20, b'xogħlijiet ta' Picasso, Diego Rivera, José Clemente Orozco, Jesús Reyes Ferreira u Miguel Covarrubias. kien partikolarment apprezzat u fil-kollezzjoni hemm waħda mill-ftit pitturi tiegħu biż-żejt fuq it-tila. Jiġu offruti żjarat iggwidati iżda wieħed irid jagħmel prenotazzjoni minn sew qabel. Il-mużew huwa mmexxi mill-istat ta' Jalisco (l-istat fejn twieled Barragán) u mill-Fondazzjoni Arquitectura Tapatía Luis Barragán. Fiha librerija ta' madwar 3,000 pubblikazzjoni kif ukoll dokumenti u ritratti personali. Barra minn hekk, issieħbet mal-Istitut tat-Teknoloġija u tal-Edukazzjoni Għolja ta' Monterrey sabiex tinħoloq kariga fil-fakultà msemmija għall-arkitett.
Il-mużew jospita wkoll avvenimenti bħal konferenzi, preżentazzjonijiet u wirjiet tal-arti. Fost il-preżentazzjonijiet tal-kotba kien hemm dawk dwar l-arkitett u x-xogħlijiet tiegħu bħal "Barragán, obra completa". Fost il-wirjiet temporanji li ttellgħu fid-dar hemm dik ta' (2008), Azul Pacífico ta' (2008), Homenaje al cuadrado ta' (2007), Equus ta' (2007), Little did he know ta' , u (2007), (2006), (2006), La mancha ta' (2006), (2004), (2008), (2008), Intervenciones a la aquitectura ta' (2009), SANAA ta' u (2009) u waħda ta' (2010).
Fil-bidu tas-snin 2000, id-dar ospitat proġett li dam sena sħiħa li kien imsejjaħ El aire es azul (L-arja hija blu) b'wieħed u għoxrin artist internazzjonali li qattgħu ż-żmien fid-dar joħolqu l-arti ispirata mid-dar. Dawn l-artisti kienu jinkludu , , , u .
Luis Barragán
Luis Barragán Morfin twieled fl-1902 f'Guadalajara f'familja sinjura. Huwa trabba f'ranch kbir ħdejn ir-raħal żgħir ta' Mazamitla f'Jalisco. Huwa kiseb lawrja fl-inġinerija ċivili fl-1925, u mbagħad qatta' sentejn fl-Ewropa. Hemmhekk ġie f'kuntatt max-xogħol tal-ħolqien tal-pajsaġġi ta' . Meta reġa' lura l-Messiku, huwa beda jibni d-djar f'Guadalajara, u għadd minnhom dehru f'pubblikazzjonijiet fl-Istati Uniti u fl-Italja. Fl-1936, huwa mar jgħix fil-Belt tal-Messiku. Hemmhekk huwa ħadem fl-iżvilupp tal-proprjetà immobbli, inkluż fiż-żona fejn tinsab id-dar. Matul il-karriera tiegħu, huwa żviluppa proġetti fil-Belt tal-Messiku, f'Manzanillo, f'Guadalajara, f'Acapulco, f'La Jolla, California, iżda l-iżjed xogħol magħruf tiegħu huwa dak tas-Ciudad Satélite. Ix-xogħol arkitettoniku tiegħu ġeneralment huwa marbut mad-djar u kiseb il-ħilied tiegħu l-iktar bħala awtodidatta. Fl-1976, il-Mużew tal-Arti Moderna f'New York tella' wirja ta' xogħlu u huwa rċieva wkoll il-Premio Nacional de Ciencias y Artes. Fl-1980, huwa ngħata l-Premju Pritzker. Ftit wara, huwa żviluppa l-marda tal-Parkinson's li xekklet il-kapaċità tiegħu li jibqa' jaħdem. Huwa rċieva wkoll żewġ premjijiet oħra, il-Premio Jalisco u l-Premio Nacional de Arquitectura qabel mewtu, kif ukoll ingħatat ħarsa retrospettiva lejn xogħlu fil-Museo Tamayo de Arte Contemporáneo. Barragán miet f'daru fit-22 ta' Novembru 1988.
Ix-xogħol ta' Barragan huwa notevoli għall-użu ta' materjali tradizzjonali, spazji rikki, forom wesgħin u għall-wita, u għad-differenza tal-biċċa l-kbira tal-kontemporanji tiegħu, għall-użu ta' kuluri jgħajtu. Għad għandha influwenza qawwija fuq l-arkitettura Messikana, speċjalment fil-qasam tad-djar, u b'hekk djar bi stili iktar moderni spiss ma jkunux jistgħu jinbigħu faċilment.
Deskrizzjoni
Id-dar tinsab f'Colonia Ampliación Daniel Garza fid-distrett ta' Miguel Hidalgo tal-Belt tal-Messiku. Il-faċċata prinċipali tinsab f'Calle General Francisco Ramírez numri 12 u 14, trejqa qrib iċ-ċentru storiku tal-eks raħal ta' Tacubaya. Illum il-ġurnata ż-żona hija tal-klassi tal-ħaddiema, u ġiet integrata għalkollox fl-iżvilupp urban tal-Belt tal-Messiku. Id-Dar ta' Ortega tinsab bieb ma' bieb magħha. Id-dar inbniet bil-konkos miksi bit-tkaħħil. Fin-naħa tat-Tramuntana hemm l-istudjo, b'daħla separata fin-numru 12, u l-kumplament, fin-numru 14, kienet ir-residenza privata ta' Barragan. Il-biċċa l-kbira tal-influwenza arkitettonika fuq id-dar hija Messikana iżda kien hemm ukoll xi influwenzi internazzjonali. L-influwenzi Messikani tal-arkitett jinkludu l-binjiet ta' żgħożitu f'Jalisco, l-użu tal-bini bil-ġebel u t-tradizzjoni ta' diviżjoni netta bejn l-ispazju pubbliku u l-ispazju privat. L-użu tal-kulur huwa bbażat fuq il-kuluri vibranti tradizzjonali tal-Messiku, flimkien mal-influwenzi artistiċi ta' u b'mod partikolari ta' Jesús Reyes Ferreira. Reyes kien influwenti biex id-disinn Messikan tal-ispazji fuq ġewwa jitbiegħed mid-disinn Franċiż u joqrob iktar id-dehriet indiġeni fis-snin 30 u 40 tas-seklu 20. Bl-eċċezzjoni tal-kamra tal-kolazzjon, id-dar hija ddisinjata biex ma jkollhiex bżonn dawl artifiċjali binhar, u t-twieqi u l-aperturi l-oħra ġew iddisinjati f'postijiet fejn l-iktar iħallu dawl naturali jidħol minnhom.
Il-faċċati tad-dar jallinjaw mat-triq u huma sempliċi ħafna, b'ħitan tal-konkos aħrax u b'kuluri u b'kompożizzjoni simili ħafna għad-djar tal-ġirien. L-unika distinzjoni hi li l-ħitan huma iktar għoljin. Għandha ftit twieqi żgħar biss u żewġ bibien li jagħtu għat-triq fuq in-naħa tal-Lbiċ. Għal din ir-raġuni d-dar ma tantx hi faċilment viżibbli. Peress li l-faċċata hi sempliċi u ċatta, ma hemm l-ebda mod kif wieħed jista' jaqta' t-tqassim tad-dar minn ġewwa. Minflok, id-dar tiffoka 'l ġewwa, u hija ċċentrata fuq ġnien imdawwar b'ħitan għoljin għajr fuq il-Punent. Id-dar ġiet imqabbla ma' oażi b'ħitan għoljin sabiex tħalli l-"kaos urban" barra.”
Il-kwalitajiet tal-arkitettura tad-dar huma espressi fuq ġewwa, inkluż l-ispazju tal-ġnien. L-arkitett uża skemi mhux armoniċi ta' kuluri jgħajtu. Id-dar hija ddisinjata għall-użu massimu tad-dawl naturali kif ukoll bħala spazju bi fluss ħieles, permezz tal-użu tal-forom ġeometriċi. L-erja totali tal-kostruzzjoni hi 1,161m2, b'żewġ sulari, terrazza fuq il-bejt u ġnien privat. Id-dar tirrappreżenta integrazzjoni tal-istili arkitettoniċi moderni u tradizzjonali, u mill-kostruzzjoni tagħha kienet influwenti, speċjalment fid-disinn tal-ġonna, tal-pjazez u tal-pajsaġġi. Is-sulari mhumiex regolari u l-kmamar għandhom għoli differenti.
Wara li wieħed jidħol mill-bieb tan-numru 14, wieħed jasal f'kamra spartana, żgħira u mdallma ta' lqugħ, li għandha l-iskop prinċipali ta' separazzjoni bejn id-dinja ta' barra u l-parti ta' ġewwa tad-dar. L-art hija magħmula b'ġebel vulkaniku li jkompli anke fl-ewwel sala. Din il-ġebla normalment tintuża għall-artijiet fuq barra, għaldaqstant iż-żona tagħtik sensazzjoni qisek qiegħed f'xi terrazzin. Minn hemm wieħed jasal f'vestibolu b'saqaf għoli, b'dawl isfar fuq l-art tal-ġebel vulkaniku, u b'ħajt wieħed miżbugħ b'kulur fuksja.
Wara ħajt diviżorju baxx u tal-parċmina hemm is-salott, b'saqaf b'għoli doppju bix-xorok tal-injam u b'art tal-arżnu. Il-ħitan huma bojod b'bibien żgħar li jagħtu għal spazji tas-servizzi. It-tieqa prinċipali tħares fuq il-ġnien. Spazji oħra fil-pjan terran jinkludu l-kamra tal-qari jew il-librerija, kamra tal-ikel, b'saqaf baxxa u b'ħajt b'kulur fuksja, b'diversi skutelli taċ-ċeramika minn bosta partijiet tal-Messiku għall-wiri. L-ispazji ta' dan is-sular huma maqsuma permezz ta' turġien u ħitan diviżorji li jistgħu jintwew.
Il-kamra tal-ikel, is-salott, il-kamra tal-kolazzjon u l-kċina kollha jagħtu għaż-żona tal-ġnien fejn hemm funtana. Oriġinarjament il-ġnien kien se jkollu ħaxix biss, iżda l-arkitett ħalla għadd ta' pjanti jikbru semiliberament, u b'hekk il-veġetazzjoni tagħti sensazzjoni iktar tas-selvaġġ. Il-ġnien huwa żgħir iżda jidher ikbar milli hu minħabba li jinsab maġenb il-ġnien tal-ġirien. It-twieqi li jħarsu lejn dan il-ġnien ġew imċaqilqa wara li l-binja tlestiet u l-marki ta' fejn kienu jwasslu biex din il-faċċata għandha dehra pjuttost mhux pulita. It-twieqi ġew imċaqilqa u ppożizzjonati biex jikkomplementaw l-ispazji fuq ġewwa. Tieqa minn dawk li ġew imċaqilqa kienet dik tal-kamra tal-ikel, x'aktarx biex wieħed ikollu veduta aħjar meta jkun bilqiegħda mal-mejda.
Spazju ieħor fuq barra hu l-Patio de las ollas (il-Bitħa tal-Qsari), li tinsab fuq in-naħa tal-Punent tal-binja. Ma kinitx parti mill-pjanta oriġinali iżda kienet ir-riżultat ta' modifiki li saru wara biex l-istudjo jiġi sseparat mill-ġnien. Dan l-ispazju huwa żgħir iżda jipprovdi d-dawl u l-ħdura fiċ-ċentru tal-istruttura.
Is-sular ta' fuq huwa spazju iktar privat b'persjani ħoxnin tal-injam għat-twieqi. L-aċċess għal din iż-żona u għat-terrazza fuq il-bejt hu permezz ta' taraġ tal-ġebel mingħajr poġġaman, li hija karatteristika tipika ta' Barragán. Is-sular ta' fuq fih kamra tas-sodda prinċipali b'kompartiment separat għall-ħwejjeġ, kamra għall-mistednin u "kamra għal waranofsinhar". Il-kamra tas-sodda prinċipali għandha tieqa li tagħti għal fuq il-ġnien u kienet il-post fejn kien jorqod l-arkitett, li kien isejħilha sempliċement "il-kamra l-bajda". Fiha pittura msejħa Anunciación kif ukoll ħajt diviżorju għoli 30 ċentimetru kollox li seta' jintewa b'immaġnijiet ta' mudella Afrikana li ġew imqasqsa mir-rivisti. Il-kompartiment separat għall-ħwejjeġ fi ħdan il-kamra tas-sodda prinċipali kien jissejjaħ ukoll il-cuarto del Cristo jew il-kamra ta' Kristu, minħabba li fiha kurċifiss. Il-kamra għall-mistednin tħares lejn il-Lvant għal fuq it-triq u oriġinarjament kienet terrazza. Din u l-kmamar tas-sooda għandhom dehra qisha monastika minħabba li huma pjuttost spartani u minħabba t-tip ta' għamara ta' ġo fihom, li tirrifletti t-twemmin Franġiskan ta' Barragán.
It-terrazza ta' fuq il-bejt għandha ħitan għoljin ħomor kulur id-demm, u griżi skuri fil-kannella u bojod, u l-artijiet għandhom madum aħmar taċ-ċeramika. Il-ħitan għandhom effett qishom qed jagħmluha ta' gwarniċ għas-sema, apparti li jaħbu ċ-ċumnija, it-tank tal-ilma u t-taraġ tas-servizzi. It-terrazza sservi bħala punt żgħir biex wieħed ikun jista' jara l-madwar, 'il fuq mill-bitħa, l-osservatorju, il-kappella u l-ġnien. In-naħa li tħares lejn il-ġnien għandha poġġaman sempliċi tal-injam.
Sit ta' Wirt Dinji
Id-Dar u l-Istudjo ta' Luis Barragán ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2004.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ".
Referenzi
- ^ "La Casa Luis Barragán". Secretaría de Cultura/Sistema de Información Cultural (bl-Ispanjol). Miġbur 2022-11-14.
- ^ "Casa Barragan". web.archive.org. 2010-09-24. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-09-24. Miġbur 2022-11-14.
- ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Luis Barragán House and Studio". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-11-14.
- ^ "La Casa Luis Barragán". Secretaría de Cultura/Sistema de Información Cultural (bl-Ispanjol). Miġbur 2022-11-15.
- ^ "CASA LUIS BARRAGÁN". www.casaluisbarragan.org. Miġbur 2022-11-15.
- ^ "Otro libro describe el caos en la Casa Blanca". El Economista (bl-Ispanjol). Miġbur 2022-11-15.
- ^ "CASA LUIS BARRAGÁN". www.casaluisbarragan.org. Miġbur 2022-11-15.
- ^ Lopez, Maria Luisa (May 31, 1995). "Abriran este ano Casa-Museo Luis Barragan". Reforma (bl-Ispanjol). Il-Belt tal-Messiku. p. 12.
- ^ Perez-Gil, Javier (September 1, 2007). "PURSUITS; Leisure & Arts -- Masterpiece: The House Barragan Built; Each room in the late architect's home is a calculated surprise". Wall Street Journal. New York. p. 12.
- ^ "Líneas y luz: la Casa Luis Barragán | Glamour Mexico". web.archive.org. 2013-01-27. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-01-27. Miġbur 2022-11-16.
- ^ Garcia, Omar (2002). "Intervienen artistas Casa Luis Barragan". Reforma (bl-Ispanjol). Il-Belt tal-Messiku. p. 4.
- ^ Alvarez, Ricardo (2000). "Reuniran acervo de Luis Barragan". Mural (bl-Ispanjol). Guadalajara. p. 1.
- ^ "La Jornada". www.jornada.com.mx. Miġbur 2022-11-16.
- ^ "Books And Arts: The colours of serenity; Luis Barragan". The Economist. 366 (8308): 79–80, 2003.
- ^ Tim Street-Porter (1997). "Architecture of Mexico: the houses of Luis Barragan". Il-Belt tal-Messiku: Mexconnect newsletter. ISSN 1028-9089.
- ^ Barreneche, Raul A (January 1999). "Suburban sophisticate: The AIA Journal The AIA Journal". Architecture. 88 (1): 100–105.
- ^ Canizaro, Vincent B. (2007). Architectural Regionalism : Collected Writings on Place, Identity, Modernity, and Tradition. New York, NY: Princeton Architectural Press. p. 77. ISBN 9781568986166.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Dar u Studjo ta' Luis Barragán, X'inhi Dar u Studjo ta' Luis Barragán? Xi tfisser Dar u Studjo ta' Luis Barragán?
Id Dar u l Istudjo ta Luis Barragan magħrufa wkoll bħala Casa Luis Barragan hija l eks residenza tal arkitett fid distrett ta Miguel Hidalgo fil Belt tal Messiku il Messiku Is sjieda hija tal Fundacion de Arquitectura Tapatia u tal Gvern tal Istat ta Issa hija muzew fejn jintwera x xogħol ta Barragan u tintuza wkoll minn arkitetti li jzuru l belt Fiha għad hemm l għamara oriġinali u l oġġetti personali ta Barragan Dawn jinkludu kollezzjoni tal arti l iktar Messikana tas sekli 16 sa 20 b xogħlijiet ta u Id Dar u l Istudjo ta Luis Barragan minn barra Ir residenza tinsab fil Punent tal Belt tal Messiku u nbniet fl 1948 wara t Tieni Gwerra Dinjija Tirrifletti l istil tad disinn ta Barragan matul dak il perjodu u baqgħet ir residenza tiegħu sa mewtu fl 1988 Fl 1994 ġiet ikkonvertita f muzew amministrat mill istat ta Jalisco fejn twieled Barragan u mill Fundacion de Arquitectura Tapatia bi zjarat disponibbli biss permezz ta prenotazzjoni Fl 2004 tnizzlet fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO peress li hija waħda mill izjed ezempji influwenti u rapprezentattivi tal arkitettura Messikana moderna StorjaVeduta tal Casa Luis Barragan minn barra Iz zona fejn tinsab id dar oriġinarjament kienet ezatt il barra mir raħal storiku ta Tacubaya Id dar inbniet f proprjeta li x aktarx Barragan xtara fl 1939 bħala parti minn zvilupp ikbar fi zmien meta l karriera tiegħu kienet qed tgħaddi mill proprjeta immobbli għall arkitettura Eventwalment huwa bigħ il kumplament tal art izda zamm dik iz zona għalih innifsu Il predeċessur tad dar kienet id Dar ta Ortega li kienet uzat binja li kienet tezisti qabel Barragan għex hemmhekk mill 1943 sal 1947 Id dar ġiet iddisinjata u nbniet fl 1947 għal Luz Escandon de R Valenzuela izda fl 1948 Barragan iddeċieda li jmur jgħix ġo fiha hu stess minkejja l fatt li dak iz zmien kien qed jizviluppa s suddivizjoni tal elit Jardines del Pedregal fin Nofsinhar tal belt Barragan baqa jgħix hemmhekk sa mewtu fl 1988 u matul dak iz zmien id dar sarulha diversi modifiki u ffunzjonat qisha xi tip ta laboratorju għall ideat tiegħu Fl 1993 il gvern tal istat ta Jalisco u l Fondazzjoni Arquitectura Tapatia Luis Barragan xtraw id dar u kkonvertewha f muzew fl 1994 Fl 2004 tnizzlet bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO l unika residenza privata fl Amerka Latina b dan it titlu Tnizzlet fil lista bis saħħa li tirrapprezenta l arkitettura tas seklu 20 bl integrazzjoni ta elementi tradizzjonali u vernakolari u bit taħlit ta diversi tendenzi filosofiċi u artistiċi ta nofs is seklu 20 Ġiet imsemmija bħala waħda mill għaxar l izjed djar importanti li nbnew fis seklu 20 Barra minn hekk kienet is suġġett ta bosta pubblikazzjonijiet inkluz il ktieb La casa de Luis Barragan li nkiteb minn tliet esperti dwar ix xogħol ta Barragan Minkejja l importanza tagħha id dar ma tantx hi magħrufa fost it turisti tal Belt tal Messiku u ġeneralment izuruha l arkitetti u dawk li jkollhom għal qalbhom l arti mid dinja kollha MuzewIt taraġ fil kamra tal qari wieħed mill izjed dettalji magħrufa fid dar Id dar ġiet irrestawrata għalkollox fl 1995 u x xogħlijiet swew 250 000 pesos biex tibda tiffunzjona bħala muzew Il flus tar restawr ġew minn CONACULTA il lotterija nazzjonali u l gvern ta Jalisco Bħala kapulavur tal arkitettura tas seklu 20 fil Messiku id dar stess hija l attrazzjoni prinċipali Għad għandha l għamara oriġinali u l oġġetti personali ta Barragan ġo fiha Dawn jinkludu kollezzjoni l iktar ta arti Messikana ta bejn is sekli 16 u 20 b xogħlijiet ta Picasso Diego Rivera Jose Clemente Orozco Jesus Reyes Ferreira u Miguel Covarrubias kien partikolarment apprezzat u fil kollezzjoni hemm waħda mill ftit pitturi tiegħu biz zejt fuq it tila Jiġu offruti zjarat iggwidati izda wieħed irid jagħmel prenotazzjoni minn sew qabel Il muzew huwa mmexxi mill istat ta Jalisco l istat fejn twieled Barragan u mill Fondazzjoni Arquitectura Tapatia Luis Barragan Fiha librerija ta madwar 3 000 pubblikazzjoni kif ukoll dokumenti u ritratti personali Barra minn hekk issieħbet mal Istitut tat Teknoloġija u tal Edukazzjoni Għolja ta Monterrey sabiex tinħoloq kariga fil fakulta msemmija għall arkitett Il muzew jospita wkoll avvenimenti bħal konferenzi prezentazzjonijiet u wirjiet tal arti Fost il prezentazzjonijiet tal kotba kien hemm dawk dwar l arkitett u x xogħlijiet tiegħu bħal Barragan obra completa Fost il wirjiet temporanji li ttellgħu fid dar hemm dik ta 2008 Azul Pacifico ta 2008 Homenaje al cuadrado ta 2007 Equus ta 2007 Little did he know ta u 2007 2006 2006 La mancha ta 2006 2004 2008 2008 Intervenciones a la aquitectura ta 2009 SANAA ta u 2009 u waħda ta 2010 Fil bidu tas snin 2000 id dar ospitat proġett li dam sena sħiħa li kien imsejjaħ El aire es azul L arja hija blu b wieħed u għoxrin artist internazzjonali li qattgħu z zmien fid dar joħolqu l arti ispirata mid dar Dawn l artisti kienu jinkludu u Luis BarraganIl kamra ta wara l entrata b uħud mill karatteristiċi ewlenin tax xogħol ta Luis Barragan l uzu tiegħu tad dawl naturali il forom ġeometriċi il kuluri puri u t taraġ mingħajr poġġaman Luis Barragan Morfin twieled fl 1902 f Guadalajara f familja sinjura Huwa trabba f ranch kbir ħdejn ir raħal zgħir ta Mazamitla f Jalisco Huwa kiseb lawrja fl inġinerija ċivili fl 1925 u mbagħad qatta sentejn fl Ewropa Hemmhekk ġie f kuntatt max xogħol tal ħolqien tal pajsaġġi ta Meta reġa lura l Messiku huwa beda jibni d djar f Guadalajara u għadd minnhom dehru f pubblikazzjonijiet fl Istati Uniti u fl Italja Fl 1936 huwa mar jgħix fil Belt tal Messiku Hemmhekk huwa ħadem fl izvilupp tal proprjeta immobbli inkluz fiz zona fejn tinsab id dar Matul il karriera tiegħu huwa zviluppa proġetti fil Belt tal Messiku f Manzanillo f Guadalajara f Acapulco f La Jolla California izda l izjed xogħol magħruf tiegħu huwa dak tas Ciudad Satelite Ix xogħol arkitettoniku tiegħu ġeneralment huwa marbut mad djar u kiseb il ħilied tiegħu l iktar bħala awtodidatta Fl 1976 il Muzew tal Arti Moderna f New York tella wirja ta xogħlu u huwa rċieva wkoll il Premio Nacional de Ciencias y Artes Fl 1980 huwa ngħata l Premju Pritzker Ftit wara huwa zviluppa l marda tal Parkinson s li xekklet il kapaċita tiegħu li jibqa jaħdem Huwa rċieva wkoll zewġ premjijiet oħra il Premio Jalisco u l Premio Nacional de Arquitectura qabel mewtu kif ukoll ingħatat ħarsa retrospettiva lejn xogħlu fil Museo Tamayo de Arte Contemporaneo Barragan miet f daru fit 22 ta Novembru 1988 Ix xogħol ta Barragan huwa notevoli għall uzu ta materjali tradizzjonali spazji rikki forom wesgħin u għall wita u għad differenza tal biċċa l kbira tal kontemporanji tiegħu għall uzu ta kuluri jgħajtu Għad għandha influwenza qawwija fuq l arkitettura Messikana speċjalment fil qasam tad djar u b hekk djar bi stili iktar moderni spiss ma jkunux jistgħu jinbigħu faċilment DeskrizzjoniVeduta mill ġnien Id dar tinsab f Colonia Ampliacion Daniel Garza fid distrett ta Miguel Hidalgo tal Belt tal Messiku Il faċċata prinċipali tinsab f Calle General Francisco Ramirez numri 12 u 14 trejqa qrib iċ ċentru storiku tal eks raħal ta Tacubaya Illum il ġurnata z zona hija tal klassi tal ħaddiema u ġiet integrata għalkollox fl izvilupp urban tal Belt tal Messiku Id Dar ta Ortega tinsab bieb ma bieb magħha Id dar inbniet bil konkos miksi bit tkaħħil Fin naħa tat Tramuntana hemm l istudjo b daħla separata fin numru 12 u l kumplament fin numru 14 kienet ir residenza privata ta Barragan Il biċċa l kbira tal influwenza arkitettonika fuq id dar hija Messikana izda kien hemm ukoll xi influwenzi internazzjonali L influwenzi Messikani tal arkitett jinkludu l binjiet ta zgħozitu f Jalisco l uzu tal bini bil ġebel u t tradizzjoni ta divizjoni netta bejn l ispazju pubbliku u l ispazju privat L uzu tal kulur huwa bbazat fuq il kuluri vibranti tradizzjonali tal Messiku flimkien mal influwenzi artistiċi ta u b mod partikolari ta Jesus Reyes Ferreira Reyes kien influwenti biex id disinn Messikan tal ispazji fuq ġewwa jitbiegħed mid disinn Franċiz u joqrob iktar id dehriet indiġeni fis snin 30 u 40 tas seklu 20 Bl eċċezzjoni tal kamra tal kolazzjon id dar hija ddisinjata biex ma jkollhiex bzonn dawl artifiċjali binhar u t twieqi u l aperturi l oħra ġew iddisinjati f postijiet fejn l iktar iħallu dawl naturali jidħol minnhom Il faċċati tad dar jallinjaw mat triq u huma sempliċi ħafna b ħitan tal konkos aħrax u b kuluri u b kompozizzjoni simili ħafna għad djar tal ġirien L unika distinzjoni hi li l ħitan huma iktar għoljin Għandha ftit twieqi zgħar biss u zewġ bibien li jagħtu għat triq fuq in naħa tal Lbiċ Għal din ir raġuni d dar ma tantx hi faċilment vizibbli Peress li l faċċata hi sempliċi u ċatta ma hemm l ebda mod kif wieħed jista jaqta t tqassim tad dar minn ġewwa Minflok id dar tiffoka l ġewwa u hija ċċentrata fuq ġnien imdawwar b ħitan għoljin għajr fuq il Punent Id dar ġiet imqabbla ma oazi b ħitan għoljin sabiex tħalli l kaos urban barra Il kamra tas salott b veduta tal ġnien Il kwalitajiet tal arkitettura tad dar huma espressi fuq ġewwa inkluz l ispazju tal ġnien L arkitett uza skemi mhux armoniċi ta kuluri jgħajtu Id dar hija ddisinjata għall uzu massimu tad dawl naturali kif ukoll bħala spazju bi fluss ħieles permezz tal uzu tal forom ġeometriċi L erja totali tal kostruzzjoni hi 1 161m2 b zewġ sulari terrazza fuq il bejt u ġnien privat Id dar tirrapprezenta integrazzjoni tal istili arkitettoniċi moderni u tradizzjonali u mill kostruzzjoni tagħha kienet influwenti speċjalment fid disinn tal ġonna tal pjazez u tal pajsaġġi Is sulari mhumiex regolari u l kmamar għandhom għoli differenti Wara li wieħed jidħol mill bieb tan numru 14 wieħed jasal f kamra spartana zgħira u mdallma ta lqugħ li għandha l iskop prinċipali ta separazzjoni bejn id dinja ta barra u l parti ta ġewwa tad dar L art hija magħmula b ġebel vulkaniku li jkompli anke fl ewwel sala Din il ġebla normalment tintuza għall artijiet fuq barra għaldaqstant iz zona tagħtik sensazzjoni qisek qiegħed f xi terrazzin Minn hemm wieħed jasal f vestibolu b saqaf għoli b dawl isfar fuq l art tal ġebel vulkaniku u b ħajt wieħed mizbugħ b kulur fuksja It tieqa tagħti aċċess għal ammonti kbar ta dawl naturali Wara ħajt divizorju baxx u tal parċmina hemm is salott b saqaf b għoli doppju bix xorok tal injam u b art tal arznu Il ħitan huma bojod b bibien zgħar li jagħtu għal spazji tas servizzi It tieqa prinċipali tħares fuq il ġnien Spazji oħra fil pjan terran jinkludu l kamra tal qari jew il librerija kamra tal ikel b saqaf baxxa u b ħajt b kulur fuksja b diversi skutelli taċ ċeramika minn bosta partijiet tal Messiku għall wiri L ispazji ta dan is sular huma maqsuma permezz ta turġien u ħitan divizorji li jistgħu jintwew Il kamra tal ikel is salott il kamra tal kolazzjon u l kċina kollha jagħtu għaz zona tal ġnien fejn hemm funtana Oriġinarjament il ġnien kien se jkollu ħaxix biss izda l arkitett ħalla għadd ta pjanti jikbru semiliberament u b hekk il veġetazzjoni tagħti sensazzjoni iktar tas selvaġġ Il ġnien huwa zgħir izda jidher ikbar milli hu minħabba li jinsab maġenb il ġnien tal ġirien It twieqi li jħarsu lejn dan il ġnien ġew imċaqilqa wara li l binja tlestiet u l marki ta fejn kienu jwasslu biex din il faċċata għandha dehra pjuttost mhux pulita It twieqi ġew imċaqilqa u ppozizzjonati biex jikkomplementaw l ispazji fuq ġewwa Tieqa minn dawk li ġew imċaqilqa kienet dik tal kamra tal ikel x aktarx biex wieħed ikollu veduta aħjar meta jkun bilqiegħda mal mejda Spazju ieħor fuq barra hu l Patio de las ollas il Bitħa tal Qsari li tinsab fuq in naħa tal Punent tal binja Ma kinitx parti mill pjanta oriġinali izda kienet ir rizultat ta modifiki li saru wara biex l istudjo jiġi sseparat mill ġnien Dan l ispazju huwa zgħir izda jipprovdi d dawl u l ħdura fiċ ċentru tal istruttura Id disinn u l kuluri tal bejt tad dar Is sular ta fuq huwa spazju iktar privat b persjani ħoxnin tal injam għat twieqi L aċċess għal din iz zona u għat terrazza fuq il bejt hu permezz ta taraġ tal ġebel mingħajr poġġaman li hija karatteristika tipika ta Barragan Is sular ta fuq fih kamra tas sodda prinċipali b kompartiment separat għall ħwejjeġ kamra għall mistednin u kamra għal waranofsinhar Il kamra tas sodda prinċipali għandha tieqa li tagħti għal fuq il ġnien u kienet il post fejn kien jorqod l arkitett li kien isejħilha sempliċement il kamra l bajda Fiha pittura msejħa Anunciacion kif ukoll ħajt divizorju għoli 30 ċentimetru kollox li seta jintewa b immaġnijiet ta mudella Afrikana li ġew imqasqsa mir rivisti Il kompartiment separat għall ħwejjeġ fi ħdan il kamra tas sodda prinċipali kien jissejjaħ ukoll il cuarto del Cristo jew il kamra ta Kristu minħabba li fiha kurċifiss Il kamra għall mistednin tħares lejn il Lvant għal fuq it triq u oriġinarjament kienet terrazza Din u l kmamar tas sooda għandhom dehra qisha monastika minħabba li huma pjuttost spartani u minħabba t tip ta għamara ta ġo fihom li tirrifletti t twemmin Franġiskan ta Barragan It terrazza ta fuq il bejt għandha ħitan għoljin ħomor kulur id demm u grizi skuri fil kannella u bojod u l artijiet għandhom madum aħmar taċ ċeramika Il ħitan għandhom effett qishom qed jagħmluha ta gwarniċ għas sema apparti li jaħbu ċ ċumnija it tank tal ilma u t taraġ tas servizzi It terrazza sservi bħala punt zgħir biex wieħed ikun jista jara l madwar il fuq mill bitħa l osservatorju il kappella u l ġnien In naħa li tħares lejn il ġnien għandha poġġaman sempliċi tal injam Sit ta Wirt DinjiId Dar u l Istudjo ta Luis Barragan ġew iddezinjati bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2004 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ Referenzi La Casa Luis Barragan Secretaria de Cultura Sistema de Informacion Cultural bl Ispanjol Miġbur 2022 11 14 Casa Barragan web archive org 2010 09 24 Arkivjat minn l oriġinal fl 2010 09 24 Miġbur 2022 11 14 a b ċ d Centre UNESCO World Heritage Luis Barragan House and Studio UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 11 14 La Casa Luis Barragan Secretaria de Cultura Sistema de Informacion Cultural bl Ispanjol Miġbur 2022 11 15 CASA LUIS BARRAGAN www casaluisbarragan org Miġbur 2022 11 15 Otro libro describe el caos en la Casa Blanca El Economista bl Ispanjol Miġbur 2022 11 15 CASA LUIS BARRAGAN www casaluisbarragan org Miġbur 2022 11 15 Lopez Maria Luisa May 31 1995 Abriran este ano Casa Museo Luis Barragan Reforma bl Ispanjol Il Belt tal Messiku p 12 Perez Gil Javier September 1 2007 PURSUITS Leisure amp Arts Masterpiece The House Barragan Built Each room in the late architect s home is a calculated surprise Wall Street Journal New York p 12 Lineas y luz la Casa Luis Barragan Glamour Mexico web archive org 2013 01 27 Arkivjat minn l oriġinal fl 2013 01 27 Miġbur 2022 11 16 Garcia Omar 2002 Intervienen artistas Casa Luis Barragan Reforma bl Ispanjol Il Belt tal Messiku p 4 Alvarez Ricardo 2000 Reuniran acervo de Luis Barragan Mural bl Ispanjol Guadalajara p 1 La Jornada www jornada com mx Miġbur 2022 11 16 Books And Arts The colours of serenity Luis Barragan The Economist 366 8308 79 80 2003 Tim Street Porter 1997 Architecture of Mexico the houses of Luis Barragan Il Belt tal Messiku Mexconnect newsletter ISSN 1028 9089 Barreneche Raul A January 1999 Suburban sophisticate The AIA Journal The AIA Journal Architecture 88 1 100 105 Canizaro Vincent B 2007 Architectural Regionalism Collected Writings on Place Identity Modernity and Tradition New York NY Princeton Architectural Press p 77 ISBN 9781568986166