Diana Scultori Ghisi jew Diana Mantovana jew Diana Mantuana Mantova Ruma kienet artista Taljana speċjalizzata fl li kien
Diana Scultori Ghisi

Diana Scultori Ghisi jew Diana Mantovana jew Diana Mantuana (Mantova, – Ruma, ) kienet artista Taljana, speċjalizzata fl- li kienet attiva fis-seklu 16 u l-bidu tas-seklu 17.
Daħla
Ir-Rinaxximent permezz tal-bidliet kulturali (bħall-moviment lejn l-umaniżmu) ippermetta lill-artisti nisa li jidhru u jagħmlu fama internazzjonali. Mill-ħafna pubblikazzjonijiet artistiċi disponibbli għalihom, in-nisa Taljani setgħu jiksbu ċertu għarfien li tahom edukazzjoni aħjar u b'hekk iffavorixxa l-iżvilupp tagħhom.
Il-bidla fil-moralità ħalliet lin-nisa jistudjaw l-arti, għalkemm il-parti l-kbira tal-artisti nisa tgħallmu l-arti fil-familja tagħhom mingħand missierhom u/jew ħuthom subien. Madankollu kienet ħaġa rari li tifla titħarreġ fis-sengħa tal-inċiżjoni u tagħmel minnha karriera pubblika, kif ġara fil-każ ta' Diana Scultori Ghisi .
Bijografija
Diana Scultori Ghisi kienet waħda mit-tliet ulied bniet ta' (inċiżur tal-qorti Mantovana) li għallimha l-pittura u l-inċiżjoni. Mhux biss kienet magħrufa għall-inċiżjonijiet tagħha ta' sbuħija kbira, imma kienet ukoll reġistrata bħala l-ewwel mara awtorizzata li tbigħ xogħolha f’isimha stess.
Fl-1575 iżżewġet lil (magħruf wkoll bl-isem Francesco Capriani), arkitett li kien għadu jibda, u l-koppja marru joqogħdu Ruma biex jagħtu spinta lill-karrieri tagħhom. F'Ruma, Diana kisbet il-fama ta' negozjanta iebsa. Fl-1576, talbet lill-qorti Papali fejn uriet l-inċizjonijiet tagħha, il-permess li tbigħ xogħolha b’isimha stess (Diana Mantuana jew Diana Mantovana) u kisbet dan il-permess. Għenet ukoll lil żewġha fil-karriera tiegħu ta' perit billi kisbitlu ordnijiet importanti.
Diana kienet magħrufa bħala mara grazzjuża u edukata ħafna. Barra n-negozju, kienet tieħu ħsieb il-familja tagħha. Ommha armla u oħtha xebba kienu joqogħdu magħha u ma' żewġha.
Matul l-1500, l-artisti raw il-libertà tagħhom ristretta minħabba r-regoli stretti imposti mill-knisja. Jekk il-knisja kienet tqis xogħol bħala dissidenti, l-artista kien jista' jiġi skomunikat, immultat jew jitlef il-proprjetà tiegħu.
Nafu li Diana bidlet il-firma tagħha bosta drabi fi żminijiet differenti matul ħajjitha. Fil-parti l-kbira tax-xogħlijiet tagħha ffirmat bl-isem ta’ Diana Mantuana jew Diana Mantovana. M'hemm l-ebda xogħol magħmul minnha ffirmat bl-isem Scultori.
Diana kienet waħda mill-ftit artisti nisa msemmija minn fl-edizzjoni ta' tal-1568.
Ġie kkalkulat li Diana pproduċiet 62 inċiżjoni matul ħajjitha u adottat b'suċċess stili differenti matul ħajjitha kollha. Waħda mill-inċiżjonijiet l-aktar famużi tagħha hi voluta jonika mżejna b’mod eleganti b'ħannieqa tal-weraq tal-akantu u fjuri. Ix-xogħlijiet tagħha kienu differenti minn dawk ta' żmienha u jvarjaw mill-parti l-kbira tax-xogħlijiet popolari l-oħra tal-epoka. Fil-gwarniċi tal-inċiżjonijiet tagħha insibu bosta versi ta' dedikazzjoni bil-Latin ifaħħru l-ħidma tal-istudenti tal-arkitettura. Barra mill-bosta modi ta' firma, Diana kienet magħrufa wkoll għad-dedikazzjonijiet twal imdaħħlin fix-xogħlijiet tagħha.
L-aħħar xogħol tagħha kien stampat fl-1588, bit-titlu Qabar fil-manjiera ta' Nogari. Wara l-mewt ta' żewġha Francesco de Volterra, Diana żżewġet lil , arkitett ieħor. Baqgħet Ruma sa mewtha fil-5 ta' April 1612. Ħafna mill-inċiżjonijiet tagħha ġew stampati wara mewtha.
Referenzi
- ^ Women artists: Encyclopedia II- Women artists-renaissance era
- ^ a b ċ Evelyn Lincoln, Making A Good Impression: Diana Mantuana (Renaissance Quarterly; 1997), 1-30
- ^ Library and Research Center (Clara Database of Women artists)
- ^ Mantuana [Ghisi; Mantovana; Scultori], Diana, (Grove Art Online. 20 October 2006), 1
Ħoloq esterni
- Library and Research Center. Clara Database of Women artists. National museum of Women in the Arts. [1]
- Evelyn Lincoln. Making A Good Impression: Diana Mantuana. JSTOR. 1997. Renaissance Society of America. [2]
- Women artists: Encyclopedia II- Women artists- renaissance era. The Global Oneness Commitment. The Global Oneness Commitment. [3]
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Diana Scultori Ghisi, X'inhi Diana Scultori Ghisi? Xi tfisser Diana Scultori Ghisi?
Diana Scultori Ghisi jew Diana Mantovana jew Diana Mantuana Mantova Ruma kienet artista Taljana speċjalizzata fl li kienet attiva fis seklu 16 u l bidu tas seklu 17 Diana GhisiDaħlaIr Rinaxximent permezz tal bidliet kulturali bħall moviment lejn l umanizmu ippermetta lill artisti nisa li jidhru u jagħmlu fama internazzjonali Mill ħafna pubblikazzjonijiet artistiċi disponibbli għalihom in nisa Taljani setgħu jiksbu ċertu għarfien li tahom edukazzjoni aħjar u b hekk iffavorixxa l izvilupp tagħhom Il bidla fil moralita ħalliet lin nisa jistudjaw l arti għalkemm il parti l kbira tal artisti nisa tgħallmu l arti fil familja tagħhom mingħand missierhom u jew ħuthom subien Madankollu kienet ħaġa rari li tifla titħarreġ fis sengħa tal inċizjoni u tagħmel minnha karriera pubblika kif ġara fil kaz ta Diana Scultori Ghisi BijografijaDiana Scultori Ghisi kienet waħda mit tliet ulied bniet ta inċizur tal qorti Mantovana li għallimha l pittura u l inċizjoni Mhux biss kienet magħrufa għall inċizjonijiet tagħha ta sbuħija kbira imma kienet ukoll reġistrata bħala l ewwel mara awtorizzata li tbigħ xogħolha f isimha stess Fl 1575 izzewġet lil magħruf wkoll bl isem Francesco Capriani arkitett li kien għadu jibda u l koppja marru joqogħdu Ruma biex jagħtu spinta lill karrieri tagħhom F Ruma Diana kisbet il fama ta negozjanta iebsa Fl 1576 talbet lill qorti Papali fejn uriet l inċizjonijiet tagħha il permess li tbigħ xogħolha b isimha stess Diana Mantuana jew Diana Mantovana u kisbet dan il permess Għenet ukoll lil zewġha fil karriera tiegħu ta perit billi kisbitlu ordnijiet importanti Diana kienet magħrufa bħala mara grazzjuza u edukata ħafna Barra n negozju kienet tieħu ħsieb il familja tagħha Ommha armla u oħtha xebba kienu joqogħdu magħha u ma zewġha Matul l 1500 l artisti raw il liberta tagħhom ristretta minħabba r regoli stretti imposti mill knisja Jekk il knisja kienet tqis xogħol bħala dissidenti l artista kien jista jiġi skomunikat immultat jew jitlef il proprjeta tiegħu Nafu li Diana bidlet il firma tagħha bosta drabi fi zminijiet differenti matul ħajjitha Fil parti l kbira tax xogħlijiet tagħha ffirmat bl isem ta Diana Mantuana jew Diana Mantovana M hemm l ebda xogħol magħmul minnha ffirmat bl isem Scultori Diana kienet waħda mill ftit artisti nisa msemmija minn fl edizzjoni ta tal 1568 Ġie kkalkulat li Diana pproduċiet 62 inċizjoni matul ħajjitha u adottat b suċċess stili differenti matul ħajjitha kollha Waħda mill inċizjonijiet l aktar famuzi tagħha hi voluta jonika mzejna b mod eleganti b ħannieqa tal weraq tal akantu u fjuri Ix xogħlijiet tagħha kienu differenti minn dawk ta zmienha u jvarjaw mill parti l kbira tax xogħlijiet popolari l oħra tal epoka Fil gwarniċi tal inċizjonijiet tagħha insibu bosta versi ta dedikazzjoni bil Latin ifaħħru l ħidma tal istudenti tal arkitettura Barra mill bosta modi ta firma Diana kienet magħrufa wkoll għad dedikazzjonijiet twal imdaħħlin fix xogħlijiet tagħha L aħħar xogħol tagħha kien stampat fl 1588 bit titlu Qabar fil manjiera ta Nogari Wara l mewt ta zewġha Francesco de Volterra Diana zzewġet lil arkitett ieħor Baqgħet Ruma sa mewtha fil 5 ta April 1612 Ħafna mill inċizjonijiet tagħha ġew stampati wara mewtha Referenzi Women artists Encyclopedia II Women artists renaissance era a b ċ Evelyn Lincoln Making A Good Impression Diana Mantuana Renaissance Quarterly 1997 1 30 Library and Research Center Clara Database of Women artists Mantuana Ghisi Mantovana Scultori Diana Grove Art Online 20 October 2006 1Ħoloq esterniLibrary and Research Center Clara Database of Women artists National museum of Women in the Arts 1 Evelyn Lincoln Making A Good Impression Diana Mantuana JSTOR 1997 Renaissance Society of America 2 Women artists Encyclopedia II Women artists renaissance era The Global Oneness Commitment The Global Oneness Commitment 3