Dieudonné Sylvain Guy Tancrède de Gratet de Dolomieu li s soltu huwa magħruf bħala Déodat de Dolomieu pronunzja bil Fran
Déodat Gratet de Dolomieu

Dieudonné Sylvain Guy Tancrède de Gratet de Dolomieu, li s-soltu huwa magħruf bħala Déodat de Dolomieu, (pronunzja bil-Franċiż: [deɔda də dɔlɔmjø]; twieled fit-23 ta' Ġunju 1750 – miet fit-28 ta' Novembru 1801) kien ġeologu Franċiż. Il-mineral u l-blata tad- u l-ikbar krater fil-quċċata tal-vulkan ssemmew għalih.
Déodat Gratet de Dolomieu | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | (mul) , 23 Ġunju 1750, 24 Ġunju 1750 |
Nazzjonalità | Franza |
Mewt | (mul) , 26 Novembru 1801 |
Familja | |
Missier | |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Mines ParisTech (en) |
Lingwi | Franċiż |
Għalliema | (mul) |
Studenti | uri
|
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | |
Premjijiet | |
Influwenzat minn | (en) |
Sħubija | Ordni tal-Kavallieri Ospitalieri ta' San Ġwann |
Bijografija
Déodat de Dolomieu twieled f'Dauphiné, Franza, bħala wieħed minn 11-il ulied ta' Marie-Françoise de Berénger u r-raġel tagħha, il-Markiż de Dolomieu. Fi tfulitu Déodat wera li kellu potenzjal intellettwali konsiderevoli u kellu interess speċjali fl-inħawi naturali ta' daru fl- tax-Xlokk ta' Franza. De Dolomieu beda l-karriera militari tiegħu fl-Ordni tal-Kavallieri ta' San Ġwann meta kellu 12-il sena. L-assoċjazzjoni tiegħu mal-Ordni Maltija ħolqitlu diffikultajiet matul ħajtu kollha, l-ewwel u qabel kollox bi ġlieda li ġġieled meta kellu 18-il sena, fejn qatel membru ieħor tal-Ordni. Minħabba f'hekk ingħata sentenza għomor il-ħabs iżda bis-saħħa tal-interċessjoni tal- ġie meħlus wara sena biss.
Karriera
Matul is-snin qabel ir-Rivoluzzjoni Franċiża Dolomieu ħa sehem sħiħ fil-mewġa intellettwali li kien hemm fi Franza u fil-bqija tal-Ewropa dak iż-żmien. Kellu bosta kuntatti soċjali man-nobbiltà u għalkemm qatt ma żżewweġ, Dolomieu kien pjuttost magħruf bħala raġel li dejjem kellu n-nisa ma' djulu. Permezz tal-ħabib u l-gwida tiegħu, id-Duka de La Rochefoucauld, Dolomieu sar membru korrispondenti tal-Akkademja Rjali tax-Xjenzi. Huwa qatta' l-ħin liberu tiegħu jagħmel mawriet xjentifiċi fl-Ewropa kollha, fejn ġabar eżemplari ta' minerali u żar żoni tax-xogħol fil-minjieri. L-interessi partikolari tiegħu kienu jinkludu l-mineraloġija, il-vulkanoloġija, u l-oriġini tal-ktajjen muntanjużi. Għalkemm Dolomieu kellu interess kbir fil-vulkani, ikkonvinċa ruħu li l-ilma kellu rwol ewlieni fit-tiswir ta' wiċċ id-Dinja permezz ta' sensiela ta' avvenimenti katastrofiċi preistoriċi. Dolomieu ma kienx ġeologu uniformitarjan. Ġie deskritt bħala "katastrofista mhux realistiku".
Il-kontemporanju tiegħu, , ma ppubblikax il-prinċipju tal-uniformitarjaniżmu sal-1795. Dolomieu kien osservazzjonalista u kien iqatta' ħafna minn ħinu jiġbor u jikkategorizza d-data ġeoloġika. Għad-differenza ta' Hutton, l-ebda prinċipju jew teorija xjentifiċii mhuma akkreditati lilu, għalkemm ħalla l-marka permanenti tiegħu fuq il-ġeoloġija b'mod ieħor: billi skopra l-mineral tad-dolomit li ssemma għalih.
Ġeoloġija tad-Dolomiti
Matul wieħed mill-vjaġġi tiegħu lejn l-Alpi tat-Tirol (illum parti mill-Grigal tal-Italja) Dolomieu skopra blata li għad-differenza tal-ġebla tal-ġir, ma tipproduċix effervexxenza bl-aċidu idrokloriku dgħajjef. Huwa ppubblika dawn l-osservazzjonijiet fl-1791 fir-rivista xjentifika Franċiża magħrufa sew, Journal de Physique. F'Marzu 1792, il-blata ngħatat l-isem ta' dolomie (jew dolomit bil-Malti) minn . Illum il-ġurnata kemm il-blata kif ukoll il-kostitwent minerali ewlieni tiegħu ssemmew abbażi ta' kunjom Dolomieu, bħad-Dolomiti, il-katina muntanjuża tal-Grigal tal-Italja. Dolomieu ma kienx l-ewwel wieħed li ddeskriva l-mineral tad-dolomit. x'aktarx li kien l-ewwel wieħed li nnota l-fatt li din il-blata kienet simili għall-ġebla tal-ġir iżda ma tipproduċix effervexxenza bl-aċidu dilwit. Fil-ktieb tiegħu Oryctographia Carniola, oder physikalische Erdbeschreibung des Herzogthums Krain, Istrien und zum Theil der benachbarten Länder, ippubblikat minn fl-1778, in-naturalista Awstrijaku osserva wkoll din id-distinzjoni bejn il-ġebla tal-ġir u blata li Hacquet iddeskriva bħala lapis suillus. Iż-żewġ irġiel iltaqgħu f' fl-1784, meta Dolomieu żar lil . Madankollu, Hacquet kien konxju sew tal-fatt li d-deskrizzjoni ta' ġebla tal-ġir li ma tipproduċix effervexxenza bl-aċidu (u li b'hekk kienet blata differenti mill-ġebla tal-ġir) minn Carl Linnaeus fl-1768 ippreċediet lid-deskrizzjoni tiegħu stess. Fuq il-paġna 5 tat-tieni volum tal-ktieb tiegħu Oryctographia Carniola tal-1781, Hacquet iddikjara li t-trab abjad li kien sab ħdejn ir-raħal ta' Vorle ("unterm Teil der Oberkrain") kien trab abjad li kien simili ħafna għall-ġebla tal-ġir iżda ma kinitx tirreaġixxi mal-aċidu idrokloriku dilwit, u kien ifakkru fil-marmor tardum deskritt minn Linnaeus.
Kavallieri ta' Malta
Minbarra l-attivitajiet xjentifiċi tiegħu Dolomieu kompla javvanza fil-grad tiegħu fil-Kavallieri ta' Malta u ġie promoss għal kmandant fl-1780. Madankollu, huwa kompla jkollu diffikultajiet minħabba l-inklinazzjonijiet politiċi liberali tiegħu ma kinux popolari fost in-nobbiltà konservattiva li kkontrollat l-Ordni. De Dolomieu rtira mis-servizz militari attiv fl-1780 biex jiddedika l-ħin kollu tiegħu għall-ivvjaġġar u għax-xogħol xjentifiku.
Rivoluzzjoni Franċiża
De Dolomieu għall-ewwel kien partiġġjan akkanit tar-Rivoluzzjoni Franċiża, li bdiet fl-1789. Madankollu, il-qtil tal-ħabib tiegħu d-Duka de la Rochefoucauld, il-fatt li ħelisha ħafif mill-giljottina, u l-qtugħ ir-ras ta' bosta minn qrabatu, wassluh biex ikun kontra r-rivoluzzjoni. Matul dan iż-żmien Dolomieu sar partitarju ta' Napuljun Bonaparte. Fl-1795, wara li tilef ġidu fir-rivoluzzjoni, Dolomieu aċċetta l-kariga ta' professur tax-xjenzi naturali fl-École Centrale ta' Pariġi u beda jikteb it-taqsima mineraloġika tal-Encyclopédie Méthodique. Is-sena ta' wara nħatar bħala spettur tal-minjieri u professur fl-École Nationale Supérieure des Mines de Paris, fejn għad hemm ir-ritratt tiegħu fil-librerija sa llum il-ġurnata. Il-kollezzjoni estensiva tiegħu ta' minerali tinsab fil-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali ta' Pariġi.
Żmien Bonaparte
Sal-1798 de Dolomieu kien kiseb reputazzjoni internazzjonali bħala wieħed mill-ġeologi ewlenin fid-dinja u ġie mistieden jissieħeb mal-ispedizzjoni xjentifika li akkumpanjat l-invażjoni tal-Eġittu minn Bonaparte, bħala parti mit-taqsima tal-istorja naturali u tal-fiżika tal-Institut d'Égypte. F'Marzu 1799 Dolomieu marad u kellu jitlaq minn , l-Eġittu u jmur lura fi Franza. Il-vapur tiegħu, inqabad f'maltempata, u fittex il-kenn fil-port ta' , l-Italja fejn Dolomieu nżamm bħala priġunier tal-gwerra. Il-Ġeneral , missier , l-awtur, inqabad u nżamm bħala priġunier ukoll. Il-belt kienet parti mir-Renju taż-Żewġ Sqallijiet, li dak iż-żmien kienet fi gwerra ma' Franza. Dolomieu preċedentement kien għamel għadu setgħan mill-Gran Mastru tal-Ordni Maltija meta għen biex jiġi nnegozjat iċ-ċediment tal-gżira ta' Malta lil Napuljun. Il-Gran Mastru ħadha qatta' bla ħabel kontra Dolomieu li ġie ttrasferit lejn Messina, Sqallija, u nżamm bħala priġunier f'kundizzjonijiet orribbli, f'konfinament solitarju, għall-21 xahar ta' wara.
Iż-żamma l-ħabs ta' xjenzat famuż mad-dinja kollha, f'dawk il-kundizzjonijiet, kienet mistkerrah mill-komunità intellettwali tal-Ewropa. Anke l-komunità xjentifika tal-Ingilterra (li kienet fi gwerra ma' Franza) ipprotestat kontra l-konfinament. Talleyrand, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Franċiż, ipprova jinnegozja l-ħelsien ta' Dolomieu permezz tal-Papa. Napuljun, li dak iż-żmien kien l-ewwel konslu ta' Franza, ħass li tistaqsi lill-Papa għal intervent ta' dik ix-xorta ma kinitx xi ħaġa onorevoli. L-approċċ tal-imperatur futur fir-rigward tal-problema kien iktar dirett. Fir-rebbiegħa tal-1800 Napuljun mexxa l-armata Franċiża fl-Italja, u ta daqqa ta' ħarta lill-Awstrijaċi u lill-alleati Taljani tagħhom fl-14 ta' Ġunju fil-Battalja ta' Marengo. B'hekk l-Italja kollha ġiet taħt id-dominju ta' Napuljun. Wieħed mit-termini dettati minn Napuljun fit-trattat ta' paċi ta' Firenze (Marzu 1801) kien il-ħelsien minnufih ta' Dolomieu.
Wara li nħeles, Dolomieu kompla l-istudji xjentifiċi tiegħu u ż-żjarat fil-post. Iżda saħħtu, mifnija mill-perjodu twil ta' priġunerija fi Sqallija, ċediet matul vjaġġ lejn l-Alpi. Déodat de Dolomieu miet fit-28 ta' Novembru 1801 fid-dar ta' oħtu f'Châteauneuf.
Xogħlijiet
- Voyage aux iles de Lipari, 1783 (bil-Franċiż). Pariġi: Gaspard-Joseph Cuchet. 1783.
Legat
Dr. George F. Kunz kiteb dwar il-kontributi tiegħu għall-mineraloġija.
L-istudent u n-naturalista famuż ta' Dolomieu, , ta kunjom l-imgħallem tiegħu fl-1801 lill-ikbar krater fil-quċċata tal-vulkan Piton de la Fournaise fil-gżira Franċiża ta' , il-krater Dolomieu.
Biblijografija
- Carozzi, A. V.; Zenger, D. H. (1981). "On a type of calcareous rock that reacts very slightly with acid and that phosphoresces on being struck (translation, with notes of Dolomieu's paper, 1791)". Journal of Geological Education. 29: 4–10.
- Dolomieu, D. G. de (October 1791). "Sur un de pierres trés-peu effervescentes avec les acides of phosphorescentes par la collision". Journal de Physique. 39: 3–10.
- Zenger, D. H., Bourrouilh-Le Jan, F. G. and Carozzi, A. V. (1994). "Dolomieu and the first description of dolomite". In Purser, B.; Tucker, M.; Zenger, D. (eds.). Dolomites A volume in honor of Dolomieu. International Association of Sedimentologists: Special Publication 21. pp. 21–28. ISBN 0-632-03787-3.
- Charles-Vallin, T. (2003). Les aventures du chevalier géologue Déodat de Dolomieu. Presses Universitaires de Grenoble, Grenoble. p. 296.
- Gaudant, J., ed. (2005). Dolomieu et la géologie de son temps. Les Presses de l'École des Mines de Paris, Paris. p. 200.
- Caminada, P. (2006). Das abenteuerliche Leben des Forschungsreisenden Déodat de Dolomieu 1750 - 1801. Projekte Verlag, Halle. p. 285.
Referenzi
- ^ Hooykaas, R. (1970). "Catastrophism in Geology: Its Scientific Character in Relation to Actualism and Uniformitarianism" (PDF).
- ^ "Déodat de Gratet de Dolomieu". Oxford Reference (bl-Ingliż). Miġbur 2022-06-22.
- ^ Saussure le fils, M de. (1792): Analyse de la dolomie. Journal de la Physique, vol. 40, pp.161-173.
- ^ Gardien, Guy (2002). "Introduction". Déodat Gratet de Dolomieu (in French). Editions Publibook. p. 9. ISBN 9782748312386.
- ^ P. 41 tal-parti 3 tal-ktieb Systema naturae per regna tria naturae, Secundum Classes, Ordines, Genera, species cum characteribus & differentiis, ippubblikat fl-1768 minn Laurentii Salvii, Homiae.
- ^ Felizardo, Alexandre. "Baltazar Hacquet (1739-1815)". Cavernas em Foco (bil-Portugiż). Bookess. p. 119. ISBN 9788562418938.
- ^ Kranjc, Andrej (2006). "Balthasar Hacquet (1739/40-1815), the Pioneer of Karst Geomorphologists". Acta Carsologica. 35 (2).
- ^ Šumrada, Janez (2001). "Žiga Zois in Déodat de Dolomieu". Kronika: časopis za slovensko krajevno zgodovino [The Chronicle: the Newspaper for the Slovenian History of Places] (bis- u bl-Ingliż). Association of Slovenian Historical Societies, Section for the History of Places. 49 (1/2): 65–72. ISSN 0023-4923.
- ^ Kunz, George F. "Déodat Dolomieu." Science Monthly. Volume 8, pages 527–536. June, 1919. (Ibbażat fuq Alfred Lacroix. "Notice Historique sur Déodat Dolomieu,1750–1801).
- ^ Kunz, George F. "Un Manuscrit inédit de Dolomieu sur la Minéralogie du Dauphiné." Science. Volum 50, nru 373, pp. 373-374. Is-17 ta' Ottubru 1919.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Déodat Gratet de Dolomieu, X'inhi Déodat Gratet de Dolomieu? Xi tfisser Déodat Gratet de Dolomieu?
Dieudonne Sylvain Guy Tancrede de Gratet de Dolomieu li s soltu huwa magħruf bħala Deodat de Dolomieu pronunzja bil Franċiz deɔda de dɔlɔmjo twieled fit 23 ta Ġunju 1750 miet fit 28 ta Novembru 1801 kien ġeologu Franċiz Il mineral u l blata tad u l ikbar krater fil quċċata tal vulkan ssemmew għalih Deodat Gratet de DolomieuĦajjaTwelid mul 23 Ġunju 1750 24 Ġunju 1750Nazzjonalita FranzaMewt mul 26 Novembru 1801FamiljaMissierEdukazzjoniAlma mater Mines ParisTech en Lingwi FranċizGħalliema mul Studenti uri mul en en OkkupazzjoniOkkupazzjoniPremjijiet List Ordni Militari Sovran ta MaltaInfluwenzat minn en Sħubija Ordni tal Kavallieri Ospitalieri ta San ĠwannBijografijaDeodat de Dolomieu twieled f Dauphine Franza bħala wieħed minn 11 il ulied ta Marie Francoise de Berenger u r raġel tagħha il Markiz de Dolomieu Fi tfulitu Deodat wera li kellu potenzjal intellettwali konsiderevoli u kellu interess speċjali fl inħawi naturali ta daru fl tax Xlokk ta Franza De Dolomieu beda l karriera militari tiegħu fl Ordni tal Kavallieri ta San Ġwann meta kellu 12 il sena L assoċjazzjoni tiegħu mal Ordni Maltija ħolqitlu diffikultajiet matul ħajtu kollha l ewwel u qabel kollox bi ġlieda li ġġieled meta kellu 18 il sena fejn qatel membru ieħor tal Ordni Minħabba f hekk ingħata sentenza għomor il ħabs izda bis saħħa tal interċessjoni tal ġie meħlus wara sena biss KarrieraMatul is snin qabel ir Rivoluzzjoni Franċiza Dolomieu ħa sehem sħiħ fil mewġa intellettwali li kien hemm fi Franza u fil bqija tal Ewropa dak iz zmien Kellu bosta kuntatti soċjali man nobbilta u għalkemm qatt ma zzewweġ Dolomieu kien pjuttost magħruf bħala raġel li dejjem kellu n nisa ma djulu Permezz tal ħabib u l gwida tiegħu id Duka de La Rochefoucauld Dolomieu sar membru korrispondenti tal Akkademja Rjali tax Xjenzi Huwa qatta l ħin liberu tiegħu jagħmel mawriet xjentifiċi fl Ewropa kollha fejn ġabar ezemplari ta minerali u zar zoni tax xogħol fil minjieri L interessi partikolari tiegħu kienu jinkludu l mineraloġija il vulkanoloġija u l oriġini tal ktajjen muntanjuzi Għalkemm Dolomieu kellu interess kbir fil vulkani ikkonvinċa ruħu li l ilma kellu rwol ewlieni fit tiswir ta wiċċ id Dinja permezz ta sensiela ta avvenimenti katastrofiċi preistoriċi Dolomieu ma kienx ġeologu uniformitarjan Ġie deskritt bħala katastrofista mhux realistiku Il kontemporanju tiegħu ma ppubblikax il prinċipju tal uniformitarjanizmu sal 1795 Dolomieu kien osservazzjonalista u kien iqatta ħafna minn ħinu jiġbor u jikkategorizza d data ġeoloġika Għad differenza ta Hutton l ebda prinċipju jew teorija xjentifiċii mhuma akkreditati lilu għalkemm ħalla l marka permanenti tiegħu fuq il ġeoloġija b mod ieħor billi skopra l mineral tad dolomit li ssemma għalih Id Dolomiti katina muntanjuza fl Alpi Taljani issemmew għal de Dolomieu li kien l ewwel wieħed li ddeskriva l mineral tad dolomit f dik iz zona Ġeoloġija tad Dolomiti Matul wieħed mill vjaġġi tiegħu lejn l Alpi tat Tirol illum parti mill Grigal tal Italja Dolomieu skopra blata li għad differenza tal ġebla tal ġir ma tipproduċix effervexxenza bl aċidu idrokloriku dgħajjef Huwa ppubblika dawn l osservazzjonijiet fl 1791 fir rivista xjentifika Franċiza magħrufa sew Journal de Physique F Marzu 1792 il blata ngħatat l isem ta dolomie jew dolomit bil Malti minn Illum il ġurnata kemm il blata kif ukoll il kostitwent minerali ewlieni tiegħu ssemmew abbazi ta kunjom Dolomieu bħad Dolomiti il katina muntanjuza tal Grigal tal Italja Dolomieu ma kienx l ewwel wieħed li ddeskriva l mineral tad dolomit x aktarx li kien l ewwel wieħed li nnota l fatt li din il blata kienet simili għall ġebla tal ġir izda ma tipproduċix effervexxenza bl aċidu dilwit Fil ktieb tiegħu Oryctographia Carniola oder physikalische Erdbeschreibung des Herzogthums Krain Istrien und zum Theil der benachbarten Lander ippubblikat minn fl 1778 in naturalista Awstrijaku osserva wkoll din id distinzjoni bejn il ġebla tal ġir u blata li Hacquet iddeskriva bħala lapis suillus Iz zewġ irġiel iltaqgħu f fl 1784 meta Dolomieu zar lil Madankollu Hacquet kien konxju sew tal fatt li d deskrizzjoni ta ġebla tal ġir li ma tipproduċix effervexxenza bl aċidu u li b hekk kienet blata differenti mill ġebla tal ġir minn Carl Linnaeus fl 1768 ippreċediet lid deskrizzjoni tiegħu stess Fuq il paġna 5 tat tieni volum tal ktieb tiegħu Oryctographia Carniola tal 1781 Hacquet iddikjara li t trab abjad li kien sab ħdejn ir raħal ta Vorle unterm Teil der Oberkrain kien trab abjad li kien simili ħafna għall ġebla tal ġir izda ma kinitx tirreaġixxi mal aċidu idrokloriku dilwit u kien ifakkru fil marmor tardum deskritt minn Linnaeus Kavallieri ta Malta Minbarra l attivitajiet xjentifiċi tiegħu Dolomieu kompla javvanza fil grad tiegħu fil Kavallieri ta Malta u ġie promoss għal kmandant fl 1780 Madankollu huwa kompla jkollu diffikultajiet minħabba l inklinazzjonijiet politiċi liberali tiegħu ma kinux popolari fost in nobbilta konservattiva li kkontrollat l Ordni De Dolomieu rtira mis servizz militari attiv fl 1780 biex jiddedika l ħin kollu tiegħu għall ivvjaġġar u għax xogħol xjentifiku Rivoluzzjoni Franċiza De Dolomieu għall ewwel kien partiġġjan akkanit tar Rivoluzzjoni Franċiza li bdiet fl 1789 Madankollu il qtil tal ħabib tiegħu d Duka de la Rochefoucauld il fatt li ħelisha ħafif mill giljottina u l qtugħ ir ras ta bosta minn qrabatu wassluh biex ikun kontra r rivoluzzjoni Matul dan iz zmien Dolomieu sar partitarju ta Napuljun Bonaparte Fl 1795 wara li tilef ġidu fir rivoluzzjoni Dolomieu aċċetta l kariga ta professur tax xjenzi naturali fl Ecole Centrale ta Pariġi u beda jikteb it taqsima mineraloġika tal Encyclopedie Methodique Is sena ta wara nħatar bħala spettur tal minjieri u professur fl Ecole Nationale Superieure des Mines de Paris fejn għad hemm ir ritratt tiegħu fil librerija sa llum il ġurnata Il kollezzjoni estensiva tiegħu ta minerali tinsab fil Muzew Nazzjonali tal Istorja Naturali ta Pariġi Zmien Bonaparte Sal 1798 de Dolomieu kien kiseb reputazzjoni internazzjonali bħala wieħed mill ġeologi ewlenin fid dinja u ġie mistieden jissieħeb mal ispedizzjoni xjentifika li akkumpanjat l invazjoni tal Eġittu minn Bonaparte bħala parti mit taqsima tal istorja naturali u tal fizika tal Institut d Egypte F Marzu 1799 Dolomieu marad u kellu jitlaq minn l Eġittu u jmur lura fi Franza Il vapur tiegħu inqabad f maltempata u fittex il kenn fil port ta l Italja fejn Dolomieu nzamm bħala priġunier tal gwerra Il Ġeneral missier l awtur inqabad u nzamm bħala priġunier ukoll Il belt kienet parti mir Renju taz Zewġ Sqallijiet li dak iz zmien kienet fi gwerra ma Franza Dolomieu preċedentement kien għamel għadu setgħan mill Gran Mastru tal Ordni Maltija meta għen biex jiġi nnegozjat iċ ċediment tal gzira ta Malta lil Napuljun Il Gran Mastru ħadha qatta bla ħabel kontra Dolomieu li ġie ttrasferit lejn Messina Sqallija u nzamm bħala priġunier f kundizzjonijiet orribbli f konfinament solitarju għall 21 xahar ta wara Iz zamma l ħabs ta xjenzat famuz mad dinja kollha f dawk il kundizzjonijiet kienet mistkerrah mill komunita intellettwali tal Ewropa Anke l komunita xjentifika tal Ingilterra li kienet fi gwerra ma Franza ipprotestat kontra l konfinament Talleyrand il Ministru tal Affarijiet Barranin Franċiz ipprova jinnegozja l ħelsien ta Dolomieu permezz tal Papa Napuljun li dak iz zmien kien l ewwel konslu ta Franza ħass li tistaqsi lill Papa għal intervent ta dik ix xorta ma kinitx xi ħaġa onorevoli L approċċ tal imperatur futur fir rigward tal problema kien iktar dirett Fir rebbiegħa tal 1800 Napuljun mexxa l armata Franċiza fl Italja u ta daqqa ta ħarta lill Awstrijaċi u lill alleati Taljani tagħhom fl 14 ta Ġunju fil Battalja ta Marengo B hekk l Italja kollha ġiet taħt id dominju ta Napuljun Wieħed mit termini dettati minn Napuljun fit trattat ta paċi ta Firenze Marzu 1801 kien il ħelsien minnufih ta Dolomieu Voyage aux iles de Lipari 1783 Wara li nħeles Dolomieu kompla l istudji xjentifiċi tiegħu u z zjarat fil post Izda saħħtu mifnija mill perjodu twil ta priġunerija fi Sqallija ċediet matul vjaġġ lejn l Alpi Deodat de Dolomieu miet fit 28 ta Novembru 1801 fid dar ta oħtu f Chateauneuf XogħlijietVoyage aux iles de Lipari 1783 bil Franċiz Pariġi Gaspard Joseph Cuchet 1783 LegatDr George F Kunz kiteb dwar il kontributi tiegħu għall mineraloġija L istudent u n naturalista famuz ta Dolomieu ta kunjom l imgħallem tiegħu fl 1801 lill ikbar krater fil quċċata tal vulkan Piton de la Fournaise fil gzira Franċiza ta il krater Dolomieu BiblijografijaCarozzi A V Zenger D H 1981 On a type of calcareous rock that reacts very slightly with acid and that phosphoresces on being struck translation with notes of Dolomieu s paper 1791 Journal of Geological Education 29 4 10 Dolomieu D G de October 1791 Sur un de pierres tres peu effervescentes avec les acides of phosphorescentes par la collision Journal de Physique 39 3 10 Zenger D H Bourrouilh Le Jan F G and Carozzi A V 1994 Dolomieu and the first description of dolomite In Purser B Tucker M Zenger D eds Dolomites A volume in honor of Dolomieu International Association of Sedimentologists Special Publication 21 pp 21 28 ISBN 0 632 03787 3 Charles Vallin T 2003 Les aventures du chevalier geologue Deodat de Dolomieu Presses Universitaires de Grenoble Grenoble p 296 Gaudant J ed 2005 Dolomieu et la geologie de son temps Les Presses de l Ecole des Mines de Paris Paris p 200 Caminada P 2006 Das abenteuerliche Leben des Forschungsreisenden Deodat de Dolomieu 1750 1801 Projekte Verlag Halle p 285 Referenzi Hooykaas R 1970 Catastrophism in Geology Its Scientific Character in Relation to Actualism and Uniformitarianism PDF Deodat de Gratet de Dolomieu Oxford Reference bl Ingliz Miġbur 2022 06 22 Saussure le fils M de 1792 Analyse de la dolomie Journal de la Physique vol 40 pp 161 173 Gardien Guy 2002 Introduction Deodat Gratet de Dolomieu in French Editions Publibook p 9 ISBN 9782748312386 P 41 tal parti 3 tal ktieb Systema naturae per regna tria naturae Secundum Classes Ordines Genera species cum characteribus amp differentiis ippubblikat fl 1768 minn Laurentii Salvii Homiae Felizardo Alexandre Baltazar Hacquet 1739 1815 Cavernas em Foco bil Portugiz Bookess p 119 ISBN 9788562418938 Kranjc Andrej 2006 Balthasar Hacquet 1739 40 1815 the Pioneer of Karst Geomorphologists Acta Carsologica 35 2 Sumrada Janez 2001 Ziga Zois in Deodat de Dolomieu Kronika casopis za slovensko krajevno zgodovino The Chronicle the Newspaper for the Slovenian History of Places bis u bl Ingliz Association of Slovenian Historical Societies Section for the History of Places 49 1 2 65 72 ISSN 0023 4923 Kunz George F Deodat Dolomieu Science Monthly Volume 8 pages 527 536 June 1919 Ibbazat fuq Alfred Lacroix Notice Historique sur Deodat Dolomieu 1750 1801 Kunz George F Un Manuscrit inedit de Dolomieu sur la Mineralogie du Dauphine Science Volum 50 nru 373 pp 373 374 Is 17 ta Ottubru 1919