Il Fabbrika ta Fagus bil Ġermaniż Fagus Fabrik jew Fagus Werk hija fabbrika tal forom tal injam għall produzzjoni taż żr
Fabbrika ta' Fagus

Il-Fabbrika ta' Fagus (bil-Ġermaniż: Fagus Fabrik jew Fagus Werk) hija fabbrika tal-forom tal-injam għall-produzzjoni taż-żraben f' max-xmara , Niedersachsen, il-Ġermanja, u hija eżempju importyant ta' arkitettura moderna bikrija. Ġiet ikkummissjonata mis-sid li ried struttura radikali biex juri li l-kumpanija nqatgħet mill-imgħoddi. Il-fabbrika ġiet iddisinjata minn u . Inbniet bejn l-1911 u l-1913, b'xi żidiet minn barra u minn ġewwa kkompletati fl-1925. Tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2011.
Influwenzi
Il-binja li kellha l-ikbar influwenza fuq id-disinn tal-Fabbrika ta' Fagus kienet il-fabbrika tat-turbini tal-AEG tal-1909 f'Berlin, iddisinjata minn . Gropius u Meyer it-tnejn li huma kienu ħadmu fuq il-proġett u permezz tal-Fabbrika ta' Fagus ippreżentaw l-interpretazzjoni u l-kritika tagħhom tax-xogħol tal-għalliem tagħhom. Il-binja prinċipali ta' Fagus tista' titqies bħala inverżjoni tal-fabbrika tat-turbini tal-AEG. It-tnejn li huma għandhom irkejjen ħielsa mir-riffieda, u wċuħ tal-ħġieġ bejn il-pilastri li jiksu l-għoli kollu tal-binja. Madankollu, fil-fabbrika tat-turbini tal-AEG, l-irkejjen huma mgħottijin b'elementi tqal li jiġu skuntrati 'l ġewwa. L-uċuħ tal-ħġieġ jiġu skuntrati 'l ġewwa wkoll u qegħdin iktar lura mill-pilastri. L-elementi li jifilħu t-tagħbija tnaqqsu u l-binja tagħti idea ġenerali ta' stabbiltà u ta' monumentalità. Fil-Fabbrika ta' Fagus jiġri eżatt il-kontra ta' dan; l-irkejjen tħallew miftuħin u l-pilastri qegħdin iktar lura bl-uċuħ tal-ħġieġ quddiemhom. Gropius jiddeskrivi din it-trasformazzjoni billi jgħid:
"Ir-rwol tal-ħitan isir ristrett għal dak ta' sempliċi element diviżorju bejn il-kolonni weqfin tal-qafas biex jilqgħu għax-xita, għall-kesħa u għall-istorbju".
Dak iż-żmien tad-disinn tal-Fabbrika ta' Fagus, Gropius kien iġemma r-ritratti tal-binjiet industrijali fl-Istati Uniti biex jintużaw għal pubblikazzjoni tad-Deutscher Werkbund. Id-disinn ta' dawn il-fabbriki Amerikani kien ukoll sors ta' ispirazzjoni għall-Fabbrika ta' Fagus.
Storja tal-kostruzzjoni
Sid ta' Fagus
Carl Benscheidt (1858-1947) stabbilixxa l-kumpanija Fagus fl-1910. Dak iż-żmien beda jaħdem għal , li kien jipprattika l-mediċina naturopatika, u hemmhekk tgħallem dwar il-forom tal-injam għall-produzzjoni taż-żraben ortopediċi. Fl-1887 Benscheidt ġie impjegat mill-manifattur tal-forom tal-injam għall-produzzjoni taż-żraben bħala maniġer tax-xogħlijiet fil-fabbrika tiegħu f'Alfeld. Wara l-mewt ta' Behrens fl-1896, Benscheidt sar il-maniġer ġenerali tal-kumpanija, li kienet fi triqitha biex issir waħda mill-ikbar f'dak is-settur fil-Ġermanja. F'Ottubru 1910, huwa rriżenja mill-kariga tiegħu minħabba differenzi fil-ħsieb bejnu u iben Behrens.
Kummissjoni
Wara r-riżenja tiegħu, Benscheidt minnufih stabbilixxa l-kumpanija tiegħu stess. Huwa stabbilixxa sħubija ma' kumpanija Amerikana u b'hekk kiseb kemm il-kapital kif ukoll l-għarfien espert. Huwa xtara l-art ta' faċċata tal-fabbrika ta' Behrens u impjega lill-arkitett (1847-1923), li kien jafu minn rinnovazzjoni preċedenti tal-fabbrika ta' Behrens. Għalkemm Werner kien speċjalista fid-disinn tal-fabbriki, Benscheidt ma kienx sodisfatt mid-dehra esterna tad-disinn tiegħu. Il-fabbrika tiegħu kienet isseparata minn dik ta' Behrens minn linja ferrovjarja u Benscheidt kien tal-fehma li l-elevazzjoni tal-binja fuq dik in-naħa (it-Tramuntana) setgħet tkun reklami permanenti għall-fabbrika tiegħu. F'Jannar 1911 huwa kkuntattja lil Walter Gropius u offrielu x-xogħol ta' disinn mill-ġdid tal-faċċati tal-pjanta ta' Werner. Gropius aċċetta l-offerta u bdiet kollaborazzjoni twila li baqgħet għaddejja sal-1925 meta tlestew l-aħħar binjiet tas-sit.
Kostruzzjoni
Matul il-kostruzzjoni, Gropius u sieħbu Meyer kellhom pressjoni kbira biex iżommu l-istess ritmu tax-xogħol. Il-kostruzzjoni bdiet f'Mejju 1911 abbażi tal-pjanta ta' Werner, u Benscheidt ried li l-fabbrika tkun operattiva sax-xitwa tal-istess sena. Dan inkiseb fil-biċċa l-kbira tiegħu u fl-1912 Gropius u Meyer kienu qed jieħdu ħsieb id-disinn fuq ġewwa tal-binja prinċipali u tal-binjiet sekondarji iżgħar tas-sit.
Sabiex iħallas l-ispejjeż addizzjonali tad-disinn ta' Gropius, Benscheidt u s-sħab Amerikani tiegħu ddeċidew li tinbena binja iżgħar minn dik skont il-pjanta. Sax-xitwa tal-1912 kien ċar li l-fabbrika ma setgħetx tlaħħaq mal-għadd ta' ordnijiet u ġie deċiż tkabbir maġġuri. Din id-darba l-kuntratt ingħata direttament lil Gropius u lil Meyer, u minn dak iż-żmien 'il quddiem kienet l-unika arkitetti tal-Fabbrika ta' Fagus. It-tkabbir prattikament irdoppja l-uċuħ tal-binjiet billi tkabbret in-naħa tat-triq (in-Nofsinhar). B'hekk setgħet tiġi ppjanata sew l-elevazzjoni tat-triq. Inizjalment l-elevazzjoni tat-Tramuntana ġiet ikkunsidrata bħala l-elevazzjoni prinċipali, faċċata tal-linja ferrovjarja u l-fabbrika ta' Behrens.
Ix-xogħol fuq it-tkabbir beda fl-1913 u malli tlestiet faqqgħet l-Ewwel Gwerra Dinjija. Matul il-gwerra setgħu jsiru xi ftit xogħlijiet żgħar biss bħal fil-kompartiment tal-magni u fiċ-ċumnija li saret karatteristika prominenti tal-Fabbrika ta' Fagus.
Wara l-gwerra x-xoghħol kompla biż-żieda ta' binjiet minuri bħall-kamra tal-purtinar u l-ħajt mad-dawra tal-fabbrika. Matul dak iż-żmien, l-arkitetti, b'kollaborazzjoni mal-għalliema u mal-istudenti mill-, iddisinjaw l-inħawi fuq ġewwa u l-għamara tal-binja prinċipali. Huma rrakkomandaw ukoll diversi disinjaturi lil Benscheidt għall-kampanja ta' reklamar tal-Fabbrika ta' Fagus. Mill-1923 sal-1925, l-arkitetti ħadmu wkoll fuq tkabbir ġdid, iżda dan qatt ma twettaq. Fl-1927 Benscheidt kiteb lil Gropius biex jispjegalu li l-attivitajiet kollha kellhom jieqfu ħesrem minħabba diffikultajiet finanzjarji.
Binja
Il-binja li spiss tissejjaħ il-binja ta' Fagus hija l-binja prinċipali. Din inbniet fl-1911 skont il-pjanta ta' Werner iżda Gropius u Meyer iddisinjaw il-faċċati tal-ħġieġ u reġgħu kabbru l-binja kollha fl-1913. Il-binja ta' Fagus hija għolja 40 metru u hija magħmula minn brikks skuri pprojettati mill-faċċata b'erba' metri. Id-daħla bl-arloġġ hija parti mit-tkabbir tal-1913. Id-disinn fuq ġewwa tal-binja, li kien fiha l-iktar uffiċini, tlesta għall-ħabta ta' nofs is-snin 20 tas-seklu 20. Iż-żewġ binjiet kbar l-oħra fis-sit huma s-sala tal-produzzjoni u l-maħżen. It-tnejn li huma nbnew fl-1911 u tkabbru fl-1913. Is-sala tal-produzzjoni hija binja għolja sular. Kienet kważi inviżibbli mill-elevazzjoni tal-linja ferrovjarja (fit-Tramuntana) u ngħatat faċċata tagħha wara t-tkabbir. Il-maħżen huwa binja ta' erba' sulari bi ftit aperturi. Id-disinn tiegħu segwa l-pjanta oriġinali ta' Werner fid-dettall, u jitħalla barra mill-maġġoranza tar-ritratti tas-sit. Minbarra dawn il-binjiet, is-sit fih diversi binjiet żgħar iddisinjati minn Gropius u Meyer. Gropius u Meyer irnexxielhom jinfurżaw bidliet żgħar biss fil-konfigurazzjoni kumplessiva tal-fabbrika. B'mod ġenerali, il-pjanta maħsuba ta' Werner għall-binjiet individwali fi ħdan il-fabbrika twettqet; madankollu, inkisbu uniformità u koerenza ikbar permezz tar-riduzzjoniżmu ta' Gropius u ta' Meyer fl-għamla, fil-materjal u fil-kulur tal-Fabbrika ta' Fagus.
Sistema ta' kostruzzjoni
Għal bosta snin, in-nies kienu jaħsbu li l-binja prinċipali kienet magħmula mill-konkos jew mill-azzar, minħabba l-faċċata tal-ħġieġ tagħha. Madankollu, waqt ir-rinnovazzjoni tal-binja matul is-snin 80 tas-seklu 20, kien ċar li dan ma kienx il-każ. , l-inġinier responsabbli għar-rinnovazzjoni mill-1982, jiddeskrivi s-sistema ta' kostruzzjoni kif ġej:
"Il-binja prinċipali nbniet fuq pjan terran sod strutturalment b'soqfa ċatti. Għall-ħitan tal-pjan terran intuża konkos mhux rinfurzat (konkos ikkumpressat), imħallat biċ-ċagħaq, taħlita batuta li ma kinitx kapaċi tiflaħ tagħbijiet individwali kbar. Mill-pjan terra 'l fuq, il-binja nbniet bil-brikks u b'art tal-injam rinfurzat. Is-soqfa ġew mirfuda b'qafas li jagħtih il-forma u kompluti bit-tkaħħil tal-ġibs fuq in-naħa tal-installazzjoni tas-servizzi. L-art kienet magħmula minn tavli fuq riffieda mhux fissi, jiġifieri bejn it-travi ta' taħthom. B'hekk, is-soqfa fil-binja prinċipali ma kinux kontinwi u ma setgħux jissodisfaw il-funzjoni meħtieġa ta' tisħiħ".
L-istess tip ta' perċezzjoni żbaljata teżisti fir-rigward tal-faċċata tal-ħġieġ tal-binja li bosta kittieba jiddeskrivu bħala ħajt diviżorju qisu purtiera, simili għal dak li Gropius uża għall-binja tal-Bauhaus f'. Götz jiddeskriviha kif ġej:
"L-aperturi tat-twieqi kienu gwarniċi intradossi magħmula minn travi b'għamla tal-ittra L; il-kompożizzjoni interna b'muntini (id-diviżjonijiet tal-panewijiet tat-twieqi) orizzontali u vertikali kienet differenzjata b'tali mod li dawk vertikali kienu jidhru iktar irqaq fuq barra, filwaqt li dawk orizzontali kienu jidhru usa'. Madankollu, dawn il-gwarniċi kellhom għoli biss minn sular għall-ieħor, u kienu invitati mal-binja fuq erba' naħat; fil-fatt, sezzjoni waħda tul tliet sulari kienet tikkonsisti minn tliet sezzjonijiet differenti. Fuq in-naħa laterali tal-binja, pjanċi tal-azzar ħoxnin tliet millimetri kienu jissiġillaw il-feles bejn il-gwarniċ tat-twieqi u l-pilastri".
Din id-deskrizzjoni tapplika biss għall-binja prinċipali. Götz innota li l-binjiet l-oħra kien ferm iktar sempliċi u wħud minnhom kienu fil-fatt magħmula mill-konkos u/jew mill-azzar.
Disinn
Għall-ewwel darba faċċata sħiħa hija magħmula mill-ħġieġ. Il-pilastri riffieda huma ridotti għal sempliċi diviżjonijiet dojoq tal-panewijiet magħmula mill-brikks. L-irkejjen tħallew mingħajr ebda riffieda, u b'hekk il-binja toħloq sens ta' ftuħ u ta' kontinwità bejn ġewwa u barra bla preċedent. L-espressjoni tas-saqaf ċatt tal-binja nbidlet ukoll. Fil-binja [id-Dar ta' Steiner, fi Vjenna] ta' biss, li saret sena qabel il-Fabbrika ta' Fagus, ningħataw l-istess sensazzjoni ta' kubu pur. Kwalità ferm importanti oħra tal-binja ta' Gropius hi li bis-saħħa tas-sezzjonijiet kbar ta' ħġieġ ċar, is-separazzjoni skjetta tas-soltu bejn barra u ġewwa ġiet eliminata għalkollox. — , Pioneers of Modern Design
Għalkemm inbnew b'sistemi differenti, il-binjiet kollha tas-sit iqanqlu l-istess immaġni komuni u jidhru bħala kumpless wieħed. L-arkitetti dan kisbuh bl-użu ta' xi elementi komuni fil-binjiet kollha. L-ewwel huwa l-użu ta' twieqi tal-ħġieġ mill-art sas-saqaf fuq oqfsa tal-azzar madwar l-irkejjen tal-binjiet mingħajr riffieda strutturali viżibbli (u fil-biċċa l-kbira saħansitra mingħajr riffieda). L-element l-ieħor li jgħaqqad il-binjiet flimkien huwa l-użu tal-brikks. Il-binjiet kollha għandhom bażi ta' madwar 40 ċentimetru ta' brikks suwed u l-kumplament huwa magħmul minn brikks sofor. L-effett tagħhom f'daqqa huwa sensazzjoni ta' binja ħafifa jew kif sejħilha Gropius sensazzjoni ta' "eterealizzazzjoni".
Sabiex isaħħu din is-sensazzjoni, Gropius u Meyer użaw sensiela ta' soluzzjonijiet ottiċi bħal elementi orizzontali ikbar mill-elementi vertikali fit-twieqi, twieqi itwal fl-irkejjen u twieqi iktar għoljin fl-aħħar sular.
Id-disinn tal-binja kien orjentat lejn in-naħa tal-linja ferrovjarja. Benscheidt ikkunsidra li l-puntdivista tal-passiġġieri fuq il-ferroviji kien dak li ddetermina l-immaġni tal-binja u ta piż kbir lill-faċċata ta' dik in-naħa. Diġà kien ġie nnutat minn Peter Behrens (Gropius u Meyer ħadmu miegħu sena qabel bdew ix-xogħol fuq il-Fabbrika ta' Fagus), li l-arkitetti għandhom iqisu l-mod kif il-veloċità tat-trasport modern taffettwa l-perċezzjoni rigward l-arkitettura. Gropius kien ikkummenta wkoll dwar dan fil-kitbiet tiegħu. Skont l-istoriku tal-arkitettura , dawn il-ħsibijiet kienu importanti fid-disinn tal-Fabbrika ta' Fagus:
"Il-fluttwazzjoni animata fl-għoli, il-bidla bejn l-istruttura orizzontali u r-ritmi vertikali, il-volumi magħluqa tqal u t-tessuti milwiema ħfief, huma indikaturi ta' approċċ li deliberatament juża l-kuntrasti filwaqt li jasal għall-armonija tal-opposti b'mod li jista' jiġi espress bl-aħjar mod bħala struttura ta' immaġnijiet jew viżiva, maħluqa mill-perspettiva tal-binarji ferrovjarji".
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Fabbrika ta' Fagus f'Alfeld ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2011.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".
Referenzi
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Fagus Factory in Alfeld". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-09.
- ^ Jaeggi, Annemarie (2000). Fagus: Industrial Culture from Werkbund to Bauhaus, New York, Princeton Architectural Press. ISBN 1-56898-175-9. pp. 43-44.
- ^ Walter Gropius, "The New Architecture and the Bauhaus", Londra, 1937, p. 22-23.
- ^ Jaeggi, Annemarie (2000). Fagus: Industrial Culture from Werkbund to Bauhaus, New York, Princeton Architectural Press. ISBN 1-56898-175-9. pp. 11-17.
- ^ Jaeggi, Annemarie (2000). Fagus: Industrial Culture from Werkbund to Bauhaus, New York, Princeton Architectural Press. ISBN 1-56898-175-9. pp. 89-103.
- ^ Schwartz, Frederic J. (1996). The Werkbund: Design Theory and Mass Culture before the First World War, New Haven u Londra, Yale University Press. ISBN 0-300-06898-0. pp. 187-190.
- ^ Götz, Jürgen. "Maintaining Fagus", f'Jaeggi (2000), p. 134.
- ^ Götz, Jürgen. "Maintaining Fagus", f'Jaeggi (2000), p. 135.
- ^ Pevsner, Nikolaus (1949), Pioneers of Modern Design. ISBN 0-300-10571-1. p. 214.
- ^ Schwartz, Frederic J. (1996). The Werkbund: Design Theory and Mass Culture before the First World War, New Haven u Londra, Yale University Press. ISBN 0-300-06898-0. pp. 4-5.
- ^ Jaeggi, Annemarie (2000). Fagus: Industrial Culture from Werkbund to Bauhaus, New York, Princeton Architectural Press. ISBN 1-56898-175-9. p. 38.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Fabbrika ta' Fagus, X'inhi Fabbrika ta' Fagus? Xi tfisser Fabbrika ta' Fagus?
Il Fabbrika ta Fagus bil Ġermaniz Fagus Fabrik jew Fagus Werk hija fabbrika tal forom tal injam għall produzzjoni taz zraben f max xmara Niedersachsen il Ġermanja u hija ezempju importyant ta arkitettura moderna bikrija Ġiet ikkummissjonata mis sid li ried struttura radikali biex juri li l kumpanija nqatgħet mill imgħoddi Il fabbrika ġiet iddisinjata minn u Inbniet bejn l 1911 u l 1913 b xi zidiet minn barra u minn ġewwa kkompletati fl 1925 Tnizzlet fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2011 Il faċċata tal Fabbrika ta FagusInfluwenziIl fabbrika tat turbini tal AEG Il binja li kellha l ikbar influwenza fuq id disinn tal Fabbrika ta Fagus kienet il fabbrika tat turbini tal AEG tal 1909 f Berlin iddisinjata minn Gropius u Meyer it tnejn li huma kienu ħadmu fuq il proġett u permezz tal Fabbrika ta Fagus ipprezentaw l interpretazzjoni u l kritika tagħhom tax xogħol tal għalliem tagħhom Il binja prinċipali ta Fagus tista titqies bħala inverzjoni tal fabbrika tat turbini tal AEG It tnejn li huma għandhom irkejjen ħielsa mir riffieda u wċuħ tal ħġieġ bejn il pilastri li jiksu l għoli kollu tal binja Madankollu fil fabbrika tat turbini tal AEG l irkejjen huma mgħottijin b elementi tqal li jiġu skuntrati l ġewwa L uċuħ tal ħġieġ jiġu skuntrati l ġewwa wkoll u qegħdin iktar lura mill pilastri L elementi li jifilħu t tagħbija tnaqqsu u l binja tagħti idea ġenerali ta stabbilta u ta monumentalita Fil Fabbrika ta Fagus jiġri ezatt il kontra ta dan l irkejjen tħallew miftuħin u l pilastri qegħdin iktar lura bl uċuħ tal ħġieġ quddiemhom Gropius jiddeskrivi din it trasformazzjoni billi jgħid Ir rwol tal ħitan isir ristrett għal dak ta sempliċi element divizorju bejn il kolonni weqfin tal qafas biex jilqgħu għax xita għall kesħa u għall istorbju Dak iz zmien tad disinn tal Fabbrika ta Fagus Gropius kien iġemma r ritratti tal binjiet industrijali fl Istati Uniti biex jintuzaw għal pubblikazzjoni tad Deutscher Werkbund Id disinn ta dawn il fabbriki Amerikani kien ukoll sors ta ispirazzjoni għall Fabbrika ta Fagus Storja tal kostruzzjoniSid ta Fagus Carl Behrens għall ħabta tal 1922 Carl Benscheidt 1858 1947 stabbilixxa l kumpanija Fagus fl 1910 Dak iz zmien beda jaħdem għal li kien jipprattika l mediċina naturopatika u hemmhekk tgħallem dwar il forom tal injam għall produzzjoni taz zraben ortopediċi Fl 1887 Benscheidt ġie impjegat mill manifattur tal forom tal injam għall produzzjoni taz zraben bħala maniġer tax xogħlijiet fil fabbrika tiegħu f Alfeld Wara l mewt ta Behrens fl 1896 Benscheidt sar il maniġer ġenerali tal kumpanija li kienet fi triqitha biex issir waħda mill ikbar f dak is settur fil Ġermanja F Ottubru 1910 huwa rrizenja mill kariga tiegħu minħabba differenzi fil ħsieb bejnu u iben Behrens Kummissjoni Wara r rizenja tiegħu Benscheidt minnufih stabbilixxa l kumpanija tiegħu stess Huwa stabbilixxa sħubija ma kumpanija Amerikana u b hekk kiseb kemm il kapital kif ukoll l għarfien espert Huwa xtara l art ta faċċata tal fabbrika ta Behrens u impjega lill arkitett 1847 1923 li kien jafu minn rinnovazzjoni preċedenti tal fabbrika ta Behrens Għalkemm Werner kien speċjalista fid disinn tal fabbriki Benscheidt ma kienx sodisfatt mid dehra esterna tad disinn tiegħu Il fabbrika tiegħu kienet isseparata minn dik ta Behrens minn linja ferrovjarja u Benscheidt kien tal fehma li l elevazzjoni tal binja fuq dik in naħa it Tramuntana setgħet tkun reklami permanenti għall fabbrika tiegħu F Jannar 1911 huwa kkuntattja lil Walter Gropius u offrielu x xogħol ta disinn mill ġdid tal faċċati tal pjanta ta Werner Gropius aċċetta l offerta u bdiet kollaborazzjoni twila li baqgħet għaddejja sal 1925 meta tlestew l aħħar binjiet tas sit Kostruzzjoni Dettall tal faċċata tal ħġieġ tal Fabbrika ta Fagus Matul il kostruzzjoni Gropius u sieħbu Meyer kellhom pressjoni kbira biex izommu l istess ritmu tax xogħol Il kostruzzjoni bdiet f Mejju 1911 abbazi tal pjanta ta Werner u Benscheidt ried li l fabbrika tkun operattiva sax xitwa tal istess sena Dan inkiseb fil biċċa l kbira tiegħu u fl 1912 Gropius u Meyer kienu qed jieħdu ħsieb id disinn fuq ġewwa tal binja prinċipali u tal binjiet sekondarji izgħar tas sit Sabiex iħallas l ispejjez addizzjonali tad disinn ta Gropius Benscheidt u s sħab Amerikani tiegħu ddeċidew li tinbena binja izgħar minn dik skont il pjanta Sax xitwa tal 1912 kien ċar li l fabbrika ma setgħetx tlaħħaq mal għadd ta ordnijiet u ġie deċiz tkabbir maġġuri Din id darba l kuntratt ingħata direttament lil Gropius u lil Meyer u minn dak iz zmien il quddiem kienet l unika arkitetti tal Fabbrika ta Fagus It tkabbir prattikament irdoppja l uċuħ tal binjiet billi tkabbret in naħa tat triq in Nofsinhar B hekk setgħet tiġi ppjanata sew l elevazzjoni tat triq Inizjalment l elevazzjoni tat Tramuntana ġiet ikkunsidrata bħala l elevazzjoni prinċipali faċċata tal linja ferrovjarja u l fabbrika ta Behrens Ix xogħol fuq it tkabbir beda fl 1913 u malli tlestiet faqqgħet l Ewwel Gwerra Dinjija Matul il gwerra setgħu jsiru xi ftit xogħlijiet zgħar biss bħal fil kompartiment tal magni u fiċ ċumnija li saret karatteristika prominenti tal Fabbrika ta Fagus Wara l gwerra x xoghħol kompla biz zieda ta binjiet minuri bħall kamra tal purtinar u l ħajt mad dawra tal fabbrika Matul dak iz zmien l arkitetti b kollaborazzjoni mal għalliema u mal istudenti mill iddisinjaw l inħawi fuq ġewwa u l għamara tal binja prinċipali Huma rrakkomandaw ukoll diversi disinjaturi lil Benscheidt għall kampanja ta reklamar tal Fabbrika ta Fagus Mill 1923 sal 1925 l arkitetti ħadmu wkoll fuq tkabbir ġdid izda dan qatt ma twettaq Fl 1927 Benscheidt kiteb lil Gropius biex jispjegalu li l attivitajiet kollha kellhom jieqfu ħesrem minħabba diffikultajiet finanzjarji Binja Il Fabbrika ta Fagus fl 1911 1912 Il binja li spiss tissejjaħ il binja ta Fagus hija l binja prinċipali Din inbniet fl 1911 skont il pjanta ta Werner izda Gropius u Meyer iddisinjaw il faċċati tal ħġieġ u reġgħu kabbru l binja kollha fl 1913 Il binja ta Fagus hija għolja 40 metru u hija magħmula minn brikks skuri pprojettati mill faċċata b erba metri Id daħla bl arloġġ hija parti mit tkabbir tal 1913 Id disinn fuq ġewwa tal binja li kien fiha l iktar uffiċini tlesta għall ħabta ta nofs is snin 20 tas seklu 20 Iz zewġ binjiet kbar l oħra fis sit huma s sala tal produzzjoni u l maħzen It tnejn li huma nbnew fl 1911 u tkabbru fl 1913 Is sala tal produzzjoni hija binja għolja sular Kienet kwazi invizibbli mill elevazzjoni tal linja ferrovjarja fit Tramuntana u ngħatat faċċata tagħha wara t tkabbir Il maħzen huwa binja ta erba sulari bi ftit aperturi Id disinn tiegħu segwa l pjanta oriġinali ta Werner fid dettall u jitħalla barra mill maġġoranza tar ritratti tas sit Minbarra dawn il binjiet is sit fih diversi binjiet zgħar iddisinjati minn Gropius u Meyer Gropius u Meyer irnexxielhom jinfurzaw bidliet zgħar biss fil konfigurazzjoni kumplessiva tal fabbrika B mod ġenerali il pjanta maħsuba ta Werner għall binjiet individwali fi ħdan il fabbrika twettqet madankollu inkisbu uniformita u koerenza ikbar permezz tar riduzzjonizmu ta Gropius u ta Meyer fl għamla fil materjal u fil kulur tal Fabbrika ta Fagus Sistema ta kostruzzjoni Għal bosta snin in nies kienu jaħsbu li l binja prinċipali kienet magħmula mill konkos jew mill azzar minħabba l faċċata tal ħġieġ tagħha Madankollu waqt ir rinnovazzjoni tal binja matul is snin 80 tas seklu 20 kien ċar li dan ma kienx il kaz l inġinier responsabbli għar rinnovazzjoni mill 1982 jiddeskrivi s sistema ta kostruzzjoni kif ġej Il binja prinċipali nbniet fuq pjan terran sod strutturalment b soqfa ċatti Għall ħitan tal pjan terran intuza konkos mhux rinfurzat konkos ikkumpressat imħallat biċ ċagħaq taħlita batuta li ma kinitx kapaċi tiflaħ tagħbijiet individwali kbar Mill pjan terra l fuq il binja nbniet bil brikks u b art tal injam rinfurzat Is soqfa ġew mirfuda b qafas li jagħtih il forma u kompluti bit tkaħħil tal ġibs fuq in naħa tal installazzjoni tas servizzi L art kienet magħmula minn tavli fuq riffieda mhux fissi jiġifieri bejn it travi ta taħthom B hekk is soqfa fil binja prinċipali ma kinux kontinwi u ma setgħux jissodisfaw il funzjoni meħtieġa ta tisħiħ L istess tip ta perċezzjoni zbaljata tezisti fir rigward tal faċċata tal ħġieġ tal binja li bosta kittieba jiddeskrivu bħala ħajt divizorju qisu purtiera simili għal dak li Gropius uza għall binja tal Bauhaus f Gotz jiddeskriviha kif ġej L aperturi tat twieqi kienu gwarniċi intradossi magħmula minn travi b għamla tal ittra L il kompozizzjoni interna b muntini id divizjonijiet tal panewijiet tat twieqi orizzontali u vertikali kienet differenzjata b tali mod li dawk vertikali kienu jidhru iktar irqaq fuq barra filwaqt li dawk orizzontali kienu jidhru usa Madankollu dawn il gwarniċi kellhom għoli biss minn sular għall ieħor u kienu invitati mal binja fuq erba naħat fil fatt sezzjoni waħda tul tliet sulari kienet tikkonsisti minn tliet sezzjonijiet differenti Fuq in naħa laterali tal binja pjanċi tal azzar ħoxnin tliet millimetri kienu jissiġillaw il feles bejn il gwarniċ tat twieqi u l pilastri Din id deskrizzjoni tapplika biss għall binja prinċipali Gotz innota li l binjiet l oħra kien ferm iktar sempliċi u wħud minnhom kienu fil fatt magħmula mill konkos u jew mill azzar Disinn Għall ewwel darba faċċata sħiħa hija magħmula mill ħġieġ Il pilastri riffieda huma ridotti għal sempliċi divizjonijiet dojoq tal panewijiet magħmula mill brikks L irkejjen tħallew mingħajr ebda riffieda u b hekk il binja toħloq sens ta ftuħ u ta kontinwita bejn ġewwa u barra bla preċedent L espressjoni tas saqaf ċatt tal binja nbidlet ukoll Fil binja id Dar ta Steiner fi Vjenna ta biss li saret sena qabel il Fabbrika ta Fagus ningħataw l istess sensazzjoni ta kubu pur Kwalita ferm importanti oħra tal binja ta Gropius hi li bis saħħa tas sezzjonijiet kbar ta ħġieġ ċar is separazzjoni skjetta tas soltu bejn barra u ġewwa ġiet eliminata għalkollox Pioneers of Modern Design Għalkemm inbnew b sistemi differenti il binjiet kollha tas sit iqanqlu l istess immaġni komuni u jidhru bħala kumpless wieħed L arkitetti dan kisbuh bl uzu ta xi elementi komuni fil binjiet kollha L ewwel huwa l uzu ta twieqi tal ħġieġ mill art sas saqaf fuq oqfsa tal azzar madwar l irkejjen tal binjiet mingħajr riffieda strutturali vizibbli u fil biċċa l kbira saħansitra mingħajr riffieda L element l ieħor li jgħaqqad il binjiet flimkien huwa l uzu tal brikks Il binjiet kollha għandhom bazi ta madwar 40 ċentimetru ta brikks suwed u l kumplament huwa magħmul minn brikks sofor L effett tagħhom f daqqa huwa sensazzjoni ta binja ħafifa jew kif sejħilha Gropius sensazzjoni ta eterealizzazzjoni Sabiex isaħħu din is sensazzjoni Gropius u Meyer uzaw sensiela ta soluzzjonijiet ottiċi bħal elementi orizzontali ikbar mill elementi vertikali fit twieqi twieqi itwal fl irkejjen u twieqi iktar għoljin fl aħħar sular Id disinn tal binja kien orjentat lejn in naħa tal linja ferrovjarja Benscheidt ikkunsidra li l puntdivista tal passiġġieri fuq il ferroviji kien dak li ddetermina l immaġni tal binja u ta piz kbir lill faċċata ta dik in naħa Diġa kien ġie nnutat minn Peter Behrens Gropius u Meyer ħadmu miegħu sena qabel bdew ix xogħol fuq il Fabbrika ta Fagus li l arkitetti għandhom iqisu l mod kif il veloċita tat trasport modern taffettwa l perċezzjoni rigward l arkitettura Gropius kien ikkummenta wkoll dwar dan fil kitbiet tiegħu Skont l istoriku tal arkitettura dawn il ħsibijiet kienu importanti fid disinn tal Fabbrika ta Fagus Il fluttwazzjoni animata fl għoli il bidla bejn l istruttura orizzontali u r ritmi vertikali il volumi magħluqa tqal u t tessuti milwiema ħfief huma indikaturi ta approċċ li deliberatament juza l kuntrasti filwaqt li jasal għall armonija tal opposti b mod li jista jiġi espress bl aħjar mod bħala struttura ta immaġnijiet jew viziva maħluqa mill perspettiva tal binarji ferrovjarji Sit ta Wirt DinjiUħud mill forom moderni mhux iktar tal injam tal Fabbrika ta Fagus għall produzzjoni taz zraben Il Fabbrika ta Fagus f Alfeld ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2011 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem Referenzi a b ċ Centre UNESCO World Heritage Fagus Factory in Alfeld UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 05 09 Jaeggi Annemarie 2000 Fagus Industrial Culture from Werkbund to Bauhaus New York Princeton Architectural Press ISBN 1 56898 175 9 pp 43 44 Walter Gropius The New Architecture and the Bauhaus Londra 1937 p 22 23 Jaeggi Annemarie 2000 Fagus Industrial Culture from Werkbund to Bauhaus New York Princeton Architectural Press ISBN 1 56898 175 9 pp 11 17 Jaeggi Annemarie 2000 Fagus Industrial Culture from Werkbund to Bauhaus New York Princeton Architectural Press ISBN 1 56898 175 9 pp 89 103 Schwartz Frederic J 1996 The Werkbund Design Theory and Mass Culture before the First World War New Haven u Londra Yale University Press ISBN 0 300 06898 0 pp 187 190 Gotz Jurgen Maintaining Fagus f Jaeggi 2000 p 134 Gotz Jurgen Maintaining Fagus f Jaeggi 2000 p 135 Pevsner Nikolaus 1949 Pioneers of Modern Design ISBN 0 300 10571 1 p 214 Schwartz Frederic J 1996 The Werkbund Design Theory and Mass Culture before the First World War New Haven u Londra Yale University Press ISBN 0 300 06898 0 pp 4 5 Jaeggi Annemarie 2000 Fagus Industrial Culture from Werkbund to Bauhaus New York Princeton Architectural Press ISBN 1 56898 175 9 p 38