Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Il filatelija hija l istudju tal bolol tat taxxa jew tal bolol postali Din tinkludi l iddisinjar il produzzjoni u l użi

Filatelija

  • Paġna Ewlenija
  • Filatelija
Filatelija
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Il-filatelija hija l-istudju tal-bolol tat-taxxa jew tal-bolol postali. Din tinkludi l-iddisinjar, il-produzzjoni u l-użi tal-bolol wara li tingħata l-awtorizzazzjoni li jinħarġu, is-soltu mingħand uffiċjali tal-gvern bħall-awtoritajiet postali. Il-filatelija hija l-attività distinta fejn jiġu studjati l-bolol, li tista’ tinkludi l-kollezzjoni tal-bolol. Ngħidu aħna, xi filatelisti jistudjaw bolol estremament rari mingħajr ma jkollhom kopji għalihom stess, għaliex jiswew ħafna flus jew għaliex l-aħħar eżemplari jinsabu fil-mużewijiet. Min-naħa l-oħra, il-kollezzjoni tal-bolol fiha nfisha hija l-ksib ta’ bolol, xi drabi mingħajr kunsiderazzjoni għall-oriġini jew għall-użu tagħhom.

Etimoloġija

Sal-lum il-ġurnata, il-ħolqien tal-kelma “filatelija” fil-forma Franċiża tagħha hija storikament attribwita lil Georges Herpin fil-pubblikazzjoni Le Collectionneur de timbres-postes, Vol. 1, 15 ta’ Novembru, 1864. Hija mibnija mill-kelmiet Griegi philos (φίλος li tfisser “ħabib”), u ateleia (ἀτέλεια li tfisser “eżenti mid-dazji u t-taxxi”) peress li l-bolol postali jindikaw li d-destinatarju ma għandux iħallas għas-servizz minħabba li dawn huma minnhom infushom mezz li jiffranka u li għaldaqstant jikkonfermaw li l-ħlasijiet postali jkunu saru minn qabel mingħand dak li jibgħat, jew mingħand ħaddieħor. It-termini alternattivi “timbrofilija” u “timbroloġija” huma ħafna inqas komuni.

L-oriġini tal-filatelija tinsab fl-osservazzjoni li f’munzell bolol li jidhru kollha tal-istess tip, eżaminazzjoni ta’ aktar reqqa turi li hemm tipi differenti ta’ karta, filigrani differenti fil-karta, varjazzjonijiet fl-ilwien tal-kuluri, perforazzjonijiet differenti, u tipi oħra ta’ differenzi. Mill-paragun mar-rekords tal-awtoritajiet postali jista’ joħroġ li l-varjazzjonijiet setgħu kienu intenzjonati, li imbagħad iwassal għal aktar stħarriġ dwar kif setgħu seħħew il-bidliet u għalfejn. Huwa interessanti wkoll li eluf ta’ falsifikazzjonijiet inħolqu matul is-snin, b’uħud minnhom tajbin ħafna, u għarfien komplet tal-filatelija biss jista’ jagħti xi tama li jiġu skoperti l-falsifikazzjonijiet.

Waħda mill-ispjegazzjonijiet għall-varjazzjoni kollha li teżisti hija li l-istampar tal-bolol kien fost it-tentattivi tal-bidu għall-produzzjoni bil-massa fuq skala kbira mill-awtoritajiet postali. Saħansitra fis-seklu 19, il-bolol kienu qegħdin joħorġu bil-biljuni, aktar minn kwalunkwe tip ieħor ta’ oġġett immanifatturat dak iż-żmien.

L-Oqsma tal-Filatelija

Filatelija bażika, jew teknika, hija għaldaqstant l-istudju tal-aspetti tekniċi tal-produzzjoni tal-bolol u l-identifikazzjoni tagħhom. Din tinkludi l-istudju tal-:

  • Proċess inizzjali tal-iddisinjar tal-bolla
  • Karta (li tinkludi wkoll il-filigrana)
  • Metodi ta’ stampar (l-inċiżjoni, it-tipografija, eċċ.)
  • Gomma
  • Separazzjoni (eż. il-perforazzjoni)
  • Soprastampi fuq bolol diġà maħruġa
  • Falzitajiet u falsifikazzjonijiet filateliċi, b’mod speċjali l-identifikazzjoni tal-falsifikazzjonijiet.

L-Istrumenti tal-Filatelija

Dawn huma l-istrumenti meħtieġa fil-filatelija: il-lenti, il-pinzetta, l-odonometru, il-filigranoskopju, albums għall-konservazzjoni tal-bolol u l-katalgu.

  • Il-lenti sservi sabiex wieħed jara l-irqaqat tal-vinjetta u d-dentellatura bl-għan li jinduna, fejn ikun hemm, bl-imperfezzjonijiet eventwali jew bid-differenzi u s-sottotipi bejn, ngħidu aħna, żewġ bolol tal-istess ħarġa iżda wkoll bejn bolla ġenwina u oħra falza. L-evoluzzjoni tagħha hija l-kontafili, strument użat ukoll mill-ħaddiema tad-deheb, li jkabbar minn tal-anqas x4.
  • Il-pinzetta għandha l-għan waħdieni li tmiss il-bolla mingħajr ebda kuntatt mal-idejn, u allura mingħajr ma titħalla fuqha ebda tebgħa jew umdità. Infatti l-għaraq ta' mas-subgħajn huwa b'mod partikolari ta' ħsara għall-gomma. Bħala regola, wieħed għandu dejjem juża l-pinzetta meta jaħdem bil-bolol.
  • L-odonometru jservi sabiex ikejjel bi preċiżjoni d-dentellatura tal-bolol skont l-ispazju li jifred dent minn ieħor. L-għarfien preċiż tad-dentellatura jippermetti l-klassifikazzjoni korretta ta' kull bolla.
  • Il-filigranoskopju huwa friskatur żgħir iswed fejn meta l-bolla tixxarrab bil-qtar tal-petrol rettifikat jew bl-ilma distillat il-filigrana tista' tiġi tidher perfettament (din l-analiżi hija possibbli biss fuq il-bolol użati sabiex ma jsirx ħsara lill-gomma).
  • L-album huwa ktieb magħmul minn bosta paġni magħqudin f'daqqa sabiex il-bolol jinżammu f'kundizzjoni ottimali.
  • Il-katalgu huwa indispensabbli għaliex huwa referenza għall-klassifikazzjoni tal-bolol fuq bażi ta' min iddiżinja l-bolla, min stampaha u s-sena tal-ħruġ u l-varjetajiet. Barra minn hekk, jagħti wkoll indikazzjoni tal-valur ekonomiku.

Il-Karatteristiċi ta' Bolla ta' Kwalità Tajba

Il-kwalità hija parametru fundamentali sabiex jiġi ddeterminat il-valur ta' bolla. Għall-bolol ġodda din hija bbażata fuq kemm il-gomma fuq il-wara tkun friska. Il-gomma sikwit tiddeterjora minħabba konservazzjoni ħażina f'ambjent umdu, fejn jinħolqu tebgħat ta' ossidazzjoni jew marki sofor kbar.

  • Id-denti għandhom ikunu kollha preżenti u tal-istess tul ħlief fil-każijiet ta' dawk il-bolol maħruġa mingħajr dentellatura li jridu jippreżentaw marġnijiet tajba.
  • Il-vinjetta għandha tkun iċċentrata tajjeb ħafna, jiġifieri għandu jkun hemm marġni ndaqs bejn l-erba' lati tal-vinjetta u d-dentellatura.
  • Il-karta m'għandhiex tkun irqiqa jew mibruxa.
  • Il-kulur għandu ikun ċar u ma jridx ikun bjad.
  • Il-gomma għandha tkun sħiħa u mingħajr tebgħat sofor.
  • Jekk il-bolla hija użata, it-timbru għandu jkollu d-data tinqara u ma jkunx oħxon wisq.

Il-Bolol Miksurin jew f'Kundizzjoni Ħażina Ħafna

Ta' min jiċċara li fil-kollezzjoni personali tiegħu, wieħed jista' jdaħħal il-bolol kollha li jrid. Kull bolla hija fil-veru sens biċċa storja unika li ma tinġiebx lura, indipendentement mill-istat tal-konservazzjoni. Madanakollu ta' min jinnota li fil-filatelija (il-kummerċ, it-tpartit u l-espożizzjonijiet) il-bolol miksurin jew difettużi m'għandhom prattikament ebda valur ħlief f'xi każi eċċezzjonali bħall-bolol ta' rarità kbira fejn b'perċentwali baxxa ta' valur (5 - 10%) jistgħu jinbiegħu xorta.

  • Huma definiti bħala bolol miksurin:
    • Bolol li għandhom biċċiet neqsin
    • Bolol imqattgħin jew maqtugħin
    • Bolol imtaqqba
    • Bolol b'denti neqsin
    • Bolol mibruxin minn quddiem
    • Bolol b'karta irqiqa minn wara
  • Huma definiti bħala bolol fi stat ħażin ħafna ta' konservazzjoni:
    • Bolol b'karta ftit irqiqa minn wara
    • Bolol mitwija
    • Bolol b'denti qosra
    • Bolol irvinati bl-umdità
    • Bolol b'tebgħat sofor fuq il-gomma

Organizzazzjonijiet

Ġenerali

  • Académie Européenne de Philatélie
  • Federação Brasileira de Filatelia
  • Federação Portuguesa de Filatelia
  • GEOPHILA Association
  • National Philatelic Society UK
  • The Royal Philatelic Society of Canada
  • Digital Philatelic Workshop

Skont il-Pajjiż

  • American First Day Cover Society
  • U.S. Philatelic Classics Society
  • Pennsylvania Postal History Society
  • Féderación Argentina de Entidades Filatélicas
  • Australian Philatelic Federation
  • British North American Philatelic Society
  • Cyprus Philatelic Society
  • Hellenic Philatelic Federation
  • Hellenic Philotelic Society
  • Italy and Colonies Study Circle
  • Mexico Elmhurst Philatelic Society International
  • Royal Philatelic Society of New Zealand Inc
  • Federation of Norwegian Philatelists
  • The Rossica Society of Russian Philately
  • The Ottoman and Near East Philatelic Society
  • Oriental Philatelic Association of London
  • Philatelic Traders Society (London)
  • Welsh Philatelic Society

Tematiċi

  • Old World Archaeological Study Unit
  • Wreck & Crash Mail Society
  • Thematic Collecting Group in South Africa

Mużewijiet Postali

  • (USA)
  • British Library Philatelic Collections

Referenzi

  1. ^ Smith, Sir William, et al (Editors) A Dictionary of Greek and Roman Antiquities (John Murray, London 1891) Third Edition, Vol. 1, p. 166
  • Leon Norman Williams, Fundamentals of Philately (American Philatelic Society, 1990)
  • Richard McP. Cabeen, Standard Handbook of Stamp Collecting (Harper & Row, 1979)

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 28 Ġun, 2025 / 02:04

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Filatelija, X'inhi Filatelija? Xi tfisser Filatelija?

Il filatelija hija l istudju tal bolol tat taxxa jew tal bolol postali Din tinkludi l iddisinjar il produzzjoni u l uzi tal bolol wara li tingħata l awtorizzazzjoni li jinħarġu is soltu mingħand uffiċjali tal gvern bħall awtoritajiet postali Il filatelija hija l attivita distinta fejn jiġu studjati l bolol li tista tinkludi l kollezzjoni tal bolol Ngħidu aħna xi filatelisti jistudjaw bolol estremament rari mingħajr ma jkollhom kopji għalihom stess għaliex jiswew ħafna flus jew għaliex l aħħar ezemplari jinsabu fil muzewijiet Min naħa l oħra il kollezzjoni tal bolol fiha nfisha hija l ksib ta bolol xi drabi mingħajr kunsiderazzjoni għall oriġini jew għall uzu tagħhom EtimoloġijaSal lum il ġurnata il ħolqien tal kelma filatelija fil forma Franċiza tagħha hija storikament attribwita lil Georges Herpin fil pubblikazzjoni Le Collectionneur de timbres postes Vol 1 15 ta Novembru 1864 Hija mibnija mill kelmiet Griegi philos filos li tfisser ħabib u ateleia ἀteleia li tfisser ezenti mid dazji u t taxxi peress li l bolol postali jindikaw li d destinatarju ma għandux iħallas għas servizz minħabba li dawn huma minnhom infushom mezz li jiffranka u li għaldaqstant jikkonfermaw li l ħlasijiet postali jkunu saru minn qabel mingħand dak li jibgħat jew mingħand ħaddieħor It termini alternattivi timbrofilija u timbroloġija huma ħafna inqas komuni L oriġini tal filatelija tinsab fl osservazzjoni li f munzell bolol li jidhru kollha tal istess tip ezaminazzjoni ta aktar reqqa turi li hemm tipi differenti ta karta filigrani differenti fil karta varjazzjonijiet fl ilwien tal kuluri perforazzjonijiet differenti u tipi oħra ta differenzi Mill paragun mar rekords tal awtoritajiet postali jista joħroġ li l varjazzjonijiet setgħu kienu intenzjonati li imbagħad iwassal għal aktar stħarriġ dwar kif setgħu seħħew il bidliet u għalfejn Huwa interessanti wkoll li eluf ta falsifikazzjonijiet inħolqu matul is snin b uħud minnhom tajbin ħafna u għarfien komplet tal filatelija biss jista jagħti xi tama li jiġu skoperti l falsifikazzjonijiet Waħda mill ispjegazzjonijiet għall varjazzjoni kollha li tezisti hija li l istampar tal bolol kien fost it tentattivi tal bidu għall produzzjoni bil massa fuq skala kbira mill awtoritajiet postali Saħansitra fis seklu 19 il bolol kienu qegħdin joħorġu bil biljuni aktar minn kwalunkwe tip ieħor ta oġġett immanifatturat dak iz zmien L Oqsma tal FilatelijaL ewwel bolla ta Malta inħarġet fl 1 ta Diċembru 1860 mingħajr u turi l profil tar Filatelija bazika jew teknika hija għaldaqstant l istudju tal aspetti tekniċi tal produzzjoni tal bolol u l identifikazzjoni tagħhom Din tinkludi l istudju tal Proċess inizzjali tal iddisinjar tal bolla Karta li tinkludi wkoll il filigrana Metodi ta stampar l inċizjoni it tipografija eċċ Gomma Separazzjoni ez il perforazzjoni Soprastampi fuq bolol diġa maħruġa Falzitajiet u falsifikazzjonijiet filateliċi b mod speċjali l identifikazzjoni tal falsifikazzjonijiet L Istrumenti tal FilatelijaDawn huma l istrumenti meħtieġa fil filatelija il lenti il pinzetta l odonometru il filigranoskopju albums għall konservazzjoni tal bolol u l katalgu Il lenti sservi sabiex wieħed jara l irqaqat tal vinjetta u d dentellatura bl għan li jinduna fejn ikun hemm bl imperfezzjonijiet eventwali jew bid differenzi u s sottotipi bejn ngħidu aħna zewġ bolol tal istess ħarġa izda wkoll bejn bolla ġenwina u oħra falza L evoluzzjoni tagħha hija l kontafili strument uzat ukoll mill ħaddiema tad deheb li jkabbar minn tal anqas x4 Il pinzetta għandha l għan waħdieni li tmiss il bolla mingħajr ebda kuntatt mal idejn u allura mingħajr ma titħalla fuqha ebda tebgħa jew umdita Infatti l għaraq ta mas subgħajn huwa b mod partikolari ta ħsara għall gomma Bħala regola wieħed għandu dejjem juza l pinzetta meta jaħdem bil bolol L odonometru jservi sabiex ikejjel bi preċizjoni d dentellatura tal bolol skont l ispazju li jifred dent minn ieħor L għarfien preċiz tad dentellatura jippermetti l klassifikazzjoni korretta ta kull bolla Il filigranoskopju huwa friskatur zgħir iswed fejn meta l bolla tixxarrab bil qtar tal petrol rettifikat jew bl ilma distillat il filigrana tista tiġi tidher perfettament din l analizi hija possibbli biss fuq il bolol uzati sabiex ma jsirx ħsara lill gomma L album huwa ktieb magħmul minn bosta paġni magħqudin f daqqa sabiex il bolol jinzammu f kundizzjoni ottimali Il katalgu huwa indispensabbli għaliex huwa referenza għall klassifikazzjoni tal bolol fuq bazi ta min iddizinja l bolla min stampaha u s sena tal ħruġ u l varjetajiet Barra minn hekk jagħti wkoll indikazzjoni tal valur ekonomiku Il Karatteristiċi ta Bolla ta Kwalita TajbaEzempju ta bolla tal 1886 mizmuma f kundizzjoni tajba ħafna izda fejn il vinjetta mhix iċċentrata Il kwalita hija parametru fundamentali sabiex jiġi ddeterminat il valur ta bolla Għall bolol ġodda din hija bbazata fuq kemm il gomma fuq il wara tkun friska Il gomma sikwit tiddeterjora minħabba konservazzjoni ħazina f ambjent umdu fejn jinħolqu tebgħat ta ossidazzjoni jew marki sofor kbar Id denti għandhom ikunu kollha prezenti u tal istess tul ħlief fil kazijiet ta dawk il bolol maħruġa mingħajr dentellatura li jridu jipprezentaw marġnijiet tajba Il vinjetta għandha tkun iċċentrata tajjeb ħafna jiġifieri għandu jkun hemm marġni ndaqs bejn l erba lati tal vinjetta u d dentellatura Il karta m għandhiex tkun irqiqa jew mibruxa Il kulur għandu ikun ċar u ma jridx ikun bjad Il gomma għandha tkun sħiħa u mingħajr tebgħat sofor Jekk il bolla hija uzata it timbru għandu jkollu d data tinqara u ma jkunx oħxon wisq Il Bolol Miksurin jew f Kundizzjoni Ħazina ĦafnaL ewwel bolla tad dinja il Penny Black inħarġet mir Renju Unit fl 1840 Ta min jiċċara li fil kollezzjoni personali tiegħu wieħed jista jdaħħal il bolol kollha li jrid Kull bolla hija fil veru sens biċċa storja unika li ma tinġiebx lura indipendentement mill istat tal konservazzjoni Madanakollu ta min jinnota li fil filatelija il kummerċ it tpartit u l espozizzjonijiet il bolol miksurin jew difettuzi m għandhom prattikament ebda valur ħlief f xi kazi eċċezzjonali bħall bolol ta rarita kbira fejn b perċentwali baxxa ta valur 5 10 jistgħu jinbiegħu xorta Huma definiti bħala bolol miksurin Bolol li għandhom biċċiet neqsin Bolol imqattgħin jew maqtugħin Bolol imtaqqba Bolol b denti neqsin Bolol mibruxin minn quddiem Bolol b karta irqiqa minn wara Huma definiti bħala bolol fi stat ħazin ħafna ta konservazzjoni Bolol b karta ftit irqiqa minn wara Bolol mitwija Bolol b denti qosra Bolol irvinati bl umdita Bolol b tebgħat sofor fuq il gommaOrganizzazzjonijietQoxra ta katalgu antik Scott Ġenerali Academie Europeenne de Philatelie Federacao Brasileira de Filatelia Federacao Portuguesa de Filatelia GEOPHILA Association National Philatelic Society UK The Royal Philatelic Society of Canada Digital Philatelic Workshop Skont il Pajjiz American First Day Cover Society U S Philatelic Classics Society Pennsylvania Postal History Society Federacion Argentina de Entidades Filatelicas Australian Philatelic Federation British North American Philatelic Society Cyprus Philatelic Society Hellenic Philatelic Federation Hellenic Philotelic Society Italy and Colonies Study Circle Mexico Elmhurst Philatelic Society International Royal Philatelic Society of New Zealand Inc Federation of Norwegian Philatelists The Rossica Society of Russian Philately The Ottoman and Near East Philatelic Society Oriental Philatelic Association of London Philatelic Traders Society London Welsh Philatelic Society Tematiċi Old World Archaeological Study Unit Wreck amp Crash Mail Society Thematic Collecting Group in South AfricaMuzewijiet Postali USA British Library Philatelic CollectionsReferenzi Smith Sir William et al Editors A Dictionary of Greek and Roman Antiquities John Murray London 1891 Third Edition Vol 1 p 166 Leon Norman Williams Fundamentals of Philately American Philatelic Society 1990 Richard McP Cabeen Standard Handbook of Stamp Collecting Harper amp Row 1979

L-aħħar artikli
  • Ġunju 14, 2025

    Malawi

  • Ġunju 14, 2025

    Malasja

  • Ġunju 18, 2025

    Malarja

  • Lulju 08, 2025

    Malala Yousafzai

  • Ġunju 25, 2025

    Malcolm Macdonald

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq