Azərbaycan  AzərbaycanMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  Türkiyə
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Il Filosofija f Malta tirreferi għall filosofija li għamlu ċittadini Maltin jew ta nisel Malti kemm jekk għexu Malta jew

Filosofija f'Malta

  • Paġna Ewlenija
  • Filosofija f'Malta
Filosofija f'Malta
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Il-Filosofija f’Malta tirreferi għall-filosofija li għamlu ċittadini Maltin jew ta’ nisel Malti, kemm jekk għexu Malta jew barra minn Malta, kemm jekk kitbu bl-ilsien Malti jew f’xi ilsien barrani. Għalkemm Malta hija biss gżira ċkejkna Ewropea f’nofs il-Baħar Mediterran, għal dawn l-aħħar sitt sekli l-popolazzjoni żgħira tagħha ġiet f’kuntatt mill-qrib ma’ xi wħud mill-movimenti ewlenin politiċi, akkademiċi u intellettwali tal-Ewropa. Il-filosofija kienet waħda mill-oqsma li nġibdu lejha l-akkademiċi u l-intellettwali.

Matul il-biċċa l-kbira tal-istorja tagħha, f’Malta l-filosofija kienet sempliċiment studjata bħala parti mill-kors bażiku istituzzjonali li kien iħejji l-kandidati sabiex isiru saċerdoti Kattoliċi, avukati jew tobba. Kien biss fl-aħħar kwart tas-seklu 20 li l-filosofija bdiet tikseb importanza dejjem akbar għaliha waħedha u għaliha nnifisha Minkejja dan, matul is-snin kien hemm akkademiċi u intellettwali Maltin li spikkaw għall-ħila filosofika tagħhom. Għalkemm kellhom limitazzjonijiet qawwija xi jżommhom lura, xorta waħda taw sehem modest iżda sinifikanti għall-għarfien tal-filosofija u għall-iżvilupp ta’ xi friegħi tagħha.

Għalkemm il-filosofija kienet mgħallma f’Malta f’bosta istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja sa minn nofs is-seklu 16 ’il quddiem, mit-tieni nofs tas-seklu 18 ’il quddiem kienet l-Università ta’ Malta l-istituzzjoni akkademika ewlenija li l-aktar ippromoviet l-attività u r-riċerka filosofika. Illum, l-aktar minħabba aċċess eħfef għall-għejjun ta’ riċerka u wkoll minħabba t-tkabbir u l-firxa tal-mezzi ta’ komunikazzjoni, l-istħarriġ u l-interess filosofiku fil-gżejjer Maltin saru mifruxa aktar, kemm fl-għadd ta’ dawk li jitħajru għalihom u kemm fid-diversità tal-kontenut.

Storja qasira

Iż-Żmien ta’ qabel il-Kavallieri (pre-1530)

Qabel ma waslu Malta l-Kavallieri ta’ San Ġwann fl-ewwel nofs tas-seklu 16, il-gżejjer Maltin kienu art itturufnata bi ftit li xejn siwi politiku. Il-ftit intellettwali li kienu jgħixu hawnhekk kibru fi ħdan jew madwar l-ordnijiet reliġjużi Kattoliċi li kien hemm fil-gżejjer. Ir-rabtiet kulturali kienu l-aktar ma’ Sqallija fil-qrib. Il-filosofija kienet studjata l-aktar, jekk mhux biss, bħala tarġa għat-teoloġija. F’dak iż-żmien, Sqallija kienet ċentru akkademiku, intellettwali u kulturali attiv u famuż. Il-professjonisti kollha kienu jistudjaw hemmhekk u jiggradwaw mill-iskejjel li kien hemm. Kien żmien meta r-Rinaxximent kien fl-aqwa tiegħu. Minkejja li l-Kontra-Riforma kellha sehem qawwi f’kull istituzzjoni akkademika u intellettwali, il-letteratura li ħarġu l-edukaturi ewlenin tar-Riforma, bħal Luteru u Erażmu, kienu fl-idejn u jinqraw minn ħafna.

Iż-Żmien tal-Kavallieri ta’ San Ġwann (1530–1798)

Il-Kavallieri ta’ San Ġwann għamlu minn Malta darhom fl-1530 u baqgħu sidien sovrani tal-gżejjer Maltin sakemm ġew imkeċċija minn Napuljun fl-1798. Bħala regola, kien jinteressahom mill-edukazzjoni u l-kultura daqskemm kien jinteressahom mill-kampanji militari u l-ġid ekonomiku tagħhom. Minkejja dan, għalkemm kienu jħeġġu l-edukazzjoni għolja billi jagħtu protezzjoni lill-bosta kulleġġi u universitajiet li kienu ġew imwaqqfa (speċjalment mill-ordnijiet reliġjużi Kattoliċi), żammew ukoll ħarsien strett ħafna fuq kull qasam tal-istudju u x-xjenza. Ċertament ma kinux iħobbu jew iridu li l-Inkwiżizzjoni taqbad magħhom, għax dan kien joskurahom mal-Papa f’Ruma.

Għalkemm fil-biċċa l-kbira tal-każijiet il-filosofija kompliet tiġi meqjusa biss bħala l-qaddejja tat-teoloġija, xi intellettwali ħadu l-interess li diskretament jiġbdu x-xogħlijiet tagħhom f’mogħdijiet anqas magħrufa jew mistennija mis-soltu. Minkejja li l-kontribuzzjonijiet filosofiċi ta’ dawn l-għalliema huma affaxxinanti fihom infushom, il-kontroll u r-restrizzjonijiet li kien hemm fuq l-attività intellettwali qajla ħallitilhom fejn jimirħu b’oriġinalità u ħolqien tal-ħsieb.

F’dan iż-żmien, l-ambjenti intellettwali kienu lkoll parti mill-moviment kbira Skolastiku, fejn Aristotli kien jingħata qima kważi ta’ alla. Madanakollu, l-Iskolastiċi kienu mifruqa f’żewġ kampijiet opposti għal xulxin: filwaqt li l-parti l-kbira kienet taqra lil Aristotli mill-għajnejn ta’ Tumas ta’ Akwinu, l-oħrajn kienu jaqrawh mill-għajnejn ta’ Ġwanni Duns Scotus. Tal-ewwel kienu jissejħu ‘Tomisti’ u l-oħrajn ‘Skotisti’. Ilkoll, kemm ta’ naħa u kemm ta’ oħra, dawn l-akkademiċi u intellettwali kienu jipproduċu għadd bla qies ta’ kummentarji, jew ta’ Aristotli nnifsu jew tal-imgħallem rispettiv tagħhom. Il-kreattività kollha tagħhom kienu jesprimuha strettament fi ħdan il-limiti tal-iskola tagħhom tal-ħsieb, u dan rażżan kważi għal kollox kull ħsieb ġdid jew ażżardat.

Matul il-parti tas-seklu 18 ta’ dan iż-żmien tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, ix-xjenza u l-metodu xjentifiku bdew jagħmlu passi qawwija ’l quddiem lil hinn mit-trunċieri tal-Iskolastiċi. Ġeneralment, din il-linja ta’ ħsieb ma kinetx tiġi meħudha mill-ekkleżjastiċi, li fuqhom il-kontroll kien aktar qawwi, iżda minn lajċi professjonali, speċjalment tobba. Iżda dawn ftit li xejn kellhom xi influwenza qawwija fuq l-istudenti fi ħdan l-istituzzjonijiet akkademiċi, li kienu għal kollox taħt idejn il-membri tal-ordnijiet reliġjużi.

Iż-Żmien ta’ bejn iż-żewġ Saltniet (1798–1813)

Lejn tmiem iż-żmien tal-Kavallieri ta’ San Ġwann f’Malta, ideat li kienu splussivi għall-ħabta tar-Rivoluzzjoni Franċiża tal-1789 bdew jaqbdu ġmielhom fost ambjenti intellettwali li kienu ddejqu bl-Iskolastiċiżmu u riedu arja intellettwali kemxejn ġdida. Dawn ġew fl-aqwa tagħhom madwar l-1798, meta Napuljun keċċa l-Kavallieri ta’ San Ġwann. Minkejja dan, dawn l-ideat kienu diġà qegħdin iduru fost l-intellettwali sa minn għaxar snin qabel Napuljun. Tabilħaqq, kienu ideat influwenzati ħafna mill-filosofiji Illuministi, speċjalment fi Franza.

Iż-Żmien Kolonjali Britanniku (1813–1964)

F’dan iż-żmien, l-iskejjel għolja komplew ix-xogħol li kienu jagħmlu bħal fi żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann. Għal darba oħra, l-Iskolastiċiżmu kien fuq quddiem u b’saħħtu daqs qabel. Iżda din id-darba, minkejja li ċ-ċirkustanzi tbiddlu ħafna fuq medda ta’ żewġ sekli ta’ ħakma Britannika, kien it-Tomiżmu biss li saltan waħdu. Bħal fis-snin ta’ qabel, il-biċċa l-kbira tal-filosfi f’dan iż-żmien kienu nies tal-Knisja, l-aktar membri tal-ordnijiet reliġjużi. Għal darba oħra, minħabba ċ-ċensura u l-kontroll li kien hemm fuqhom, bil-kemm qatt azzardaw jipproponu xejn filosofikament oriġinali jew immaġinattiv. Eċċezzjoni sorprendenti għal dan kollu kien Manwel Dimech, li għex u ħadem fil-bidu tas-seklu 20. Mhux biss ma kien iħaddan ebda għamla ta’ Skolastiċiżmu, iżda saħansitra kien filosfu innovattiv u oriġinali, kif ukoll riformatur soċjali.

Iż-Żmien ta’ wara l-Indipendenza (1964–)

Sa żmien l-Indipendenza ta’ Malta l-Iskolastiċiżmu kien naqas mill-iskejjel għolja u għoddu xxejjen għal kollox mill-ambjenti intellettwali. Ftit li xejn baqa’ min jistudja u jieħu bis-serjetà d-duttrini tiegħu għajr f’dawk l-imkejjen iżolati reliġjużi Kattoliċi. Mill-bqija, baqa’ jeżisti biss b’mod indirett fil-katekiżmu li t-tfal kollha kienu jiġu mgħallma bi tħejjija għas-sagramenti.

Il-bqija tal-filosfi oħrajn li ħallew warajhom l-istudju formali tal-Iskolastiċiżmu saru aktar avventurużi fil-ħidmiet intellettwali tagħhom. Huma bdew jistħarrġu oqsma li, sa żmien il-Britanniċi (u wisq aktar fi żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwanni), ma setgħux jidħlu fihom. F’termini tal-iżvilupp ta’ kif il-filosofija ħadet xejra aktar miftuħa f’Malta, jispikka Peter Serracino Inglott, speċjalment minn tmiem is-snin 60 lil hawn.

F’dan iż-żmien, kien hemm ukoll għadd ta’ filosfi Maltin li għexu u ħadmu barra minn Malta, f’artijiet fejn marru joqogħdu ħafna emigranti. Il-biċċa l-kbira minn dawn il-filosfi, filwaqt li żammew kuntatt limitat ħafna ma’ Malta, kellhom mod ieħor ta’ kif jaħsbu u ta’ kif jagħmlu l-filosofija.

Il-Katedra tal-Filosofija fl-Università ta’ Malta

Din li ġejja hi lista tal-professuri li żammew il-Katedra tal-Filosofija fl-Università ta’ Malta, l-ogħla istituzzjoni akkademika filosofika ġewwa l-gżejjer Maltin. Id-dati jirreferu għaż-żmien li fih żammew l-uffiċċju tagħhom. Din il-katedra tal-filosofija ġiet imwaqqfa fl-1771 mill-Granmastru tal-Ordni ta’ San Ġwann, Manwel Pinto da Fonseca, meta biddel il-Collegium Melitense (Kulleġġ Malti) tal-Ġiżwiti fl-Università ta’ Malta.

1. Ġużeppi Moncada 1771-73
2. Ġużeppi Xerri 1773
Bejn l-1773 u l-1778, il-Granmastru tal-Ordni ta’ San Ġwann, Francisco Ximenes de Texada, ġab l-attivitajiet tal-università fix-xejn.
3. Duminku Malarbi 1778-79
4. Ġużeppi Moncada 1780-86
5. Mikiel Xerri 1786-98
Bejn l-1798 u l-1800, Napuljun issospenda l-katedra.
6. Salvatur Montebello 1800-04
7. Pietru Mallia 1804-22
8. Ġilormu Inglott 1822-27
9. Karl Cicognani Cappelli 1827-29
10. Ġużeppi Fenech 1829-43
11. Vinċenz Pawlu Galea 1843-59
12. Ġorġ Caruana 1859-72
13. Nikola Crescimanno 1872-76
14. Nikola Zammit 1876-90
15. Franġisk Bonnici 1890–1900
16. Anastasju Cuschieri 1901-39
17. Salvu Grima 1939-49
Ġużeppi Sapiano (aġent) 1950-51
Ġużeppi Lupi (aġent) 1951-53
18. Ġużeppi Sapiano 1953-71
19. Peter Serracino Inglott 1971-78
Bejn l-1978 u l-1987, Dom Mintoff issospenda l-katedra.
20. Peter Serracino Inglott 1987-96
21. Joe Friggieri 1996-2012
22. Claude Mangion 2012-

Għarfien akbar

Riċerka

Bejn wieħed u l-ieħor f’dawn l-aħħar għoxrin sena, beda jsir sforz imġedded sabiex jiġi magħruf aħjar u mogħti attenzjoni aktar xierqa s-sehem tal-filosofija fil-gżejjer Maltin. Din il-ħtieġa kibret għal żewġ raġunijiet ewlenin. L-ewwel, għax il-Maltin infushom, l-aktar minħabba n-nuqqas ta’ riċerka meħtieġa, ma kinux qegħdin jirrikonoxxu, wisq anqas japprezzaw, it-tradizzjoni filosofika lokali. It-tieni, għax kull attività li kienet qiegħda titwettaq fil-qasam filosofiku―kemm jekk bit-tagħlim, kemm jekk bil-kitba u kemm jekk f’sempliċi diskussjonijiet―kienet qed issir bħallikieku l-filosofija f’Malta kellha, l-aktar l-aktar, preżent mingħajr imgħoddi.

I r-riċerka fl-arkivji ħareġ mill-għeluq u d-dlam ismijiet, manuskritti u personalitajiet li qajla kienu magħrufa qabel. Fuq il-bażi ta’ dan ix-xogħol, ġew ippubblikati kotba ta’ gwida (1995; 2001; 2009), u saru korsijiet speċjalizzati fuq is-suġġett fl-Università ta’ Malta (1996; 2012; 2013) u f’istituzzjonijiet għolja oħra ta’ tagħlim. Ġiet ukoll organizzata l-ewwel konferenza dwar il-ħidma filosofika fil-gżejjer Maltin (1996).

Apprezzament

Sa mis-seklu 16, il-filosofija tat sehem xierqa lill-ħajja akkademika u, xi kultant, intellettwali u kulturali tal-intelliġensja Maltija. F’ħafna każijiet, dan is-sehem kien bħala għodda għall-mexxejja ċivili u ekkleżjastiċi ħalli jikkonservaw u jipperpetwaw id-duttrini ortodossi u uffiċjali tagħhom. F’każijiet oħrajn, dan is-sehem offra mogħdijiet alternattivi u immaġinattivi ta’ ħsieb. Iżda minkejja t-tradizzjoni relattivament twila tagħha, Malta qatt ma kellha xi filosofija partikulari marbuta speċifikament ma’ isimha. Għalkemm ġieli kienu innovattivi u kreattivi, fil-biċċa l-kbira tagħhom il-filosfi Maltin dejjem ħadmu b’ideat importati minn barra u qajla―ħlief f’każijiet tassew rari (bħal dak ta’ Manwel Dimech)―għamlu xi skoperti ġodda fil-qasam filosofiku. Minkejja l-filosofija ta’ ħafna minnhom m’affettwatx il-ħajja soċjali u politika tal-Maltin, xi wħud mill-filosfi Maltin kellhom relazzjonijiet qawwija mal-ġrajjiet kurrenti ta’ żmienhom, u xi minn daqqiet saħansitra anki stimulaw il-bidla soċjali. Mal-medda tas-snin, il-filosofi Maltin ma żammewx ma tradizzjonijiet filosofika waħda. Il-biċċa l-kbira tagħhom kienet tal-iskola Aristoteliko-Tomista. Iżda xi minn daqqiet, xejriet filosofiċi oħra tfaċċaw fil-wiċċ, speċjalment mill-aħħar kwart tas-seklu 20 ’il quddiem. Dawn ix-xejriet stħarrġu oqsma fl-umaniżmu, l-empiriċiżmu, il-pragmatiżmu, l-eżistenzjaliżmu, l-analiżi lingwistika, il-post-moderniżmu u oħrajn. Ħlief għal każijiet uniċi, aktar milli rari, it-teiżmu kien element kostanti tul it-tradizzjoni filosofika kollha tal-gżejjer Maltin.

Matul l-aħħar tletin sena, il-filosofija f’Malta ħadet xejra għal kollox differenti milli kellha qabel. Peter Serracino Inglott taha nifs straordinarju ġdid billi wessgħalha x-xefaq tagħha, żewqilha l-interessi li kellha, u għenha tizhar fl-oqsma soċjali, politiċi u artistiċi. Dan l-istil ġdid ta’ kif issir il-filosofija ħajret bosta akkademiċi u intellettwali oħra sabiex jieħdu l-istess mogħdija u jdakkru l-ħsieb b’avventuri ġodda.

Xi Filosfi Maltin

Din li ġejja hija lista ta’ xi wħud mill-aqwa filosfi Maltin matul iż-żmien, u l-aktar rappreżentattivi tat-tradizzjoni filosofika Maltija. Il-kontribuzzjonijiet filosofiċi li taw xi wħud minn ta’ dawn il-filosfi għad għandhom sal-lum siwi xieraq. Oħrajn huma aktar magħrufa għall-profondità tagħhom daqskemm oħrajn għall-oriġinalità u l-kreattività li kellhom.

Seklu 15

  • Pietru Caxaro (1485–1450)

Seklu 17

  • Massimiljan Balzan (1637–1711)
  • Ġwann Mattew Rispoli (1582–1639)

Seklu 18

  • Kustanz Vella (1687–1759)
  • Ġann Kustanz Parnis (1695–1735)
  • Ġużeppi Demarco (1723–1789)
  • Salvatur Bernard (1724–1806)
  • Ġann Nikol Muscat (1735-m. 1800)

Seklu 19

  • Mikiel Anton Vassalli (1764–1829)
  • Ġilormu Inglott (1776–1835)
  • Nikola Zammit (1815–1899 )

Seklu 20

  • Manwel Dimech (1860–1921)
  • Anastasju Cuschieri (1872–1962)
  • Anġlu Pirotta (1894–1956)
  • Nazzarenu Camilleri (1906–1973)
  • John Micallef (1923–2003)
  • Edward De Bono (t. 1933)
  • Peter Serracino Inglott (1936–2012)
  • Kenneth Wain (t. 1943)
  • Joe Friggieri (t. 1946)
  • Oliver Friggieri (t. 1947)
  • Sandra Dingli (t. 1952)
  • Mario Vella (t. 1953)
  • John Peter Portelli (t. 1954)
  • Emmanuel Agius (t. 1954)
  • Anthony Abela (1954–2006)
  • Michael Zammit (t. 1954)
  • Joseph Giordmaina (t. 1963)
  • John Baldacchino (t. 1964)
  • Mark Montebello (t. 1964)
  • Clive Zammit (t. 1964)
  • Mark Sultana (t. 1973)

Referenzi

  1. ^ H. Frendo, ‘National identity’, Malta: Culture and Identity, ed. by H. Frendo and O. Friggieri, Ministry of Youth and the Arts, Malta, 1994, pp. 2–5.
  2. ^ A. Cassola, The Literature of Malta: An example of unity in diversity, European Commission, Minima, Malta, 2000, pp. vii–ix.
  3. ^ J. Cassar Pullicino, ‘The re-opening of the university in 1800’, Journal of the Faculty of Arts, Malta, 1958, 2, pp. 144–5.
  4. ^ J. Friggieri, 'Letter from Malta', The Philosophers' Magazine (England), 55, 4th quarter, 2011, pp. 49.
  5. ^ J. Friggieri, Letter from Malta, The Philosophers' Magazine (England), 55, 4th quarter 2011, pp. 48–51.
  6. ^ A.P. Vella, Storja ta' Malta, Vol. I, Klabb Kotba Maltin, Malta, 1993, pp. 185–188.
  7. ^ G.F. Abela, Descrittione di Malta, Malta, 1647, pp. 288ff., passim.
  8. ^ M. Fsadni, Id-Dumnikani fir-Rabat u fil-Birgu sa l-1620, Malta, 1974, pp. 134–136.
  9. ^ G. Wettinger and M. Fsadni, Peter Caxaro's Cantilena, Malta, 1963.
  10. ^ A. Bonnici, Storja tal-Inkizizzjoni ta' Malta, Vol. I, Religjon u Hajja, Storja, 16, Frangiskani Konventwali, Rabat, Malta, pp. 34–36.
  11. ^ J. Galea, Malta's Timeline, ed. minn R.M. Cassar, Malta, 1989, pp. 27 et seq.
  12. ^ J. Zammit Mangion, Education in Malta, Studia Editions, Malta, p. 12.
  13. ^ C. Cassar, Sex, Magic, and the Periwinkle, PIN Publications, Malta, pp. 1–4.
  14. ^ F. Ciappara, The Roman Inquisition in Enlightened Malta, PIN Publications, Malta, pp. 44–47.
  15. ^ M. Vella, Reflections in a Canvas Bag, PEG Publishers, Malta, pp. 80–81.
  16. ^ A. Vella, 'The University of S. Maria Portus Salutis', Journal of the Faculty of Arts, Vol. II, No. 2, 1960, pp. 165–167.
  17. ^ F. Ciappara, Society and the Inquisition in Early Modern Malta, PEG Publications, Malta, 2000, pp. 101–113.
  18. ^ F. Sammut, Il-Holma Maltija, SKS Publications, Malta, pp. 5–7.
  19. ^ V. Mallia-Milanes, ed. (1993), Hospitaller Malta 1530–1798, Studies on Early Modern Malta and the Order of St John of Jerusalem, passim.
  20. ^ V. Mallia-Milanes, ed. (1988), The British Colonial Experience 1800–1964: The Impact on Maltese Society, passim; and Bonnici, A., (1990–1994), Storja ta’ l-Inki]izzjoni ta’ Malta, 3 volumes, passim.
  21. ^ J. Chircop, The Left within the Maltese Labour Movement, Mireva Publications, Malta, pp.50-51.
  22. ^ M. Montebello, Dimech, PIN Publications, Malta, 2004, Chap. IV.
  23. ^ A. Vella (1966) ‘The origins and development of the Royal University of Malta’, Foundation Day Ceremony, Oration delivered in the church of the university, 12 November 1965, University Press, Malta, pp. 15–16.
  24. ^ C. Sammut, 'Reassessing the Maltese media system', Social Transitions in Maltese Society, ed. by J. Cutajar and G.Cassar, Agenda Publications, Malta, pp. 77–82.
  25. ^ J. Friggieri, Letter from Malta, The Philosophers' Magazine (England), 55, 4th quarter 2011, pp. 48–51.
  26. ^ M. Montebello, Il-Ktieb tal-Filosofija f’Malta, vol. I, PIN Publications, Malta, p. 124.
  27. ^ Ibid., pp. 83–84, 123.
  28. ^ R. Zerbi, Malarbi Domenico, Presso Nicola Gervasi al Gigante, 23, 1829.
  29. ^ M. Montebello, Stedina ghall-Filosofija Maltija (An Invitation to Maltese Philosophy), PEG Publications, Malta, 1995, pp. 87–92.
  30. ^ P. Serracino Inglott and C. Mangion, 'Il-Filosofija f'Malta', Oqsma tal-Kultura Maltija (1991), ed. by T. Cortis, Ministry of Education and the Interior, Malta, pp. 263–271.
  31. ^ P. Serracino Inglott, 'Presentation', 20th Century Philosophy in Malta, M. Montebello, Agius & Agius Publications, Malta, 2009, p.11.

Għejjun ewlenin

  • J. Friggieri, ‘Philosophy today’, The Malta Year Book 1977, ed. by H.A. Clews, De La Salle Brothers Publications, Malta 1977, pp. 465–470.
  • P. Serracino Inglott and C. Mangion, 'Il-Filosofija f'Malta', Oqsma tal-Kultura Maltija (Areas of Maltese Culture), ed. by T. Cortis, Ministry of Education and the Interior, Malta 1991, pp. 263–271.
  • M. Montebello, Il-Ktieb tal-Filosofija f’Malta, two volumes, PIN Publications, Malta 2001.
  • J. Friggieri, ‘Letter from Malta’, The Philosophers’ Magazine, 55, 4th quarter, England 2011, pp. 48–51.
  • M. Montebello, Malta's Philosophy & Philosophers, PIN Publications, Malta 2011.

Ħoloq esterni

  • Aktar qari
  • Dipartiment tal-Filosofija, Università ta’ Malta
  • Filosofija - Junior College
  • School of Practical Philosophy
  • The Augustinian Institute
  • Philosophy Sharing Foundation

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 06 Ġun, 2025 / 12:06

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Filosofija f'Malta, X'inhi Filosofija f'Malta? Xi tfisser Filosofija f'Malta?

Il Filosofija f Malta tirreferi għall filosofija li għamlu ċittadini Maltin jew ta nisel Malti kemm jekk għexu Malta jew barra minn Malta kemm jekk kitbu bl ilsien Malti jew f xi ilsien barrani Għalkemm Malta hija biss gzira ċkejkna Ewropea f nofs il Baħar Mediterran għal dawn l aħħar sitt sekli l popolazzjoni zgħira tagħha ġiet f kuntatt mill qrib ma xi wħud mill movimenti ewlenin politiċi akkademiċi u intellettwali tal Ewropa Il filosofija kienet waħda mill oqsma li nġibdu lejha l akkademiċi u l intellettwali Il qoxra tal opus magnus tal 1609 ta Ġwann Mattew Rispoli Matul il biċċa l kbira tal istorja tagħha f Malta l filosofija kienet sempliċiment studjata bħala parti mill kors baziku istituzzjonali li kien iħejji l kandidati sabiex isiru saċerdoti Kattoliċi avukati jew tobba Kien biss fl aħħar kwart tas seklu 20 li l filosofija bdiet tikseb importanza dejjem akbar għaliha waħedha u għaliha nnifisha Minkejja dan matul is snin kien hemm akkademiċi u intellettwali Maltin li spikkaw għall ħila filosofika tagħhom Għalkemm kellhom limitazzjonijiet qawwija xi jzommhom lura xorta waħda taw sehem modest izda sinifikanti għall għarfien tal filosofija u għall izvilupp ta xi friegħi tagħha Għalkemm il filosofija kienet mgħallma f Malta f bosta istituzzjonijiet ta edukazzjoni għolja sa minn nofs is seklu 16 il quddiem mit tieni nofs tas seklu 18 il quddiem kienet l Universita ta Malta l istituzzjoni akkademika ewlenija li l aktar ippromoviet l attivita u r riċerka filosofika Illum l aktar minħabba aċċess eħfef għall għejjun ta riċerka u wkoll minħabba t tkabbir u l firxa tal mezzi ta komunikazzjoni l istħarriġ u l interess filosofiku fil gzejjer Maltin saru mifruxa aktar kemm fl għadd ta dawk li jitħajru għalihom u kemm fid diversita tal kontenut Storja qasiraIz Zmien ta qabel il Kavallieri pre 1530 Qabel ma waslu Malta l Kavallieri ta San Ġwann fl ewwel nofs tas seklu 16 il gzejjer Maltin kienu art itturufnata bi ftit li xejn siwi politiku Il ftit intellettwali li kienu jgħixu hawnhekk kibru fi ħdan jew madwar l ordnijiet reliġjuzi Kattoliċi li kien hemm fil gzejjer Ir rabtiet kulturali kienu l aktar ma Sqallija fil qrib Il filosofija kienet studjata l aktar jekk mhux biss bħala tarġa għat teoloġija F dak iz zmien Sqallija kienet ċentru akkademiku intellettwali u kulturali attiv u famuz Il professjonisti kollha kienu jistudjaw hemmhekk u jiggradwaw mill iskejjel li kien hemm Kien zmien meta r Rinaxximent kien fl aqwa tiegħu Minkejja li l Kontra Riforma kellha sehem qawwi f kull istituzzjoni akkademika u intellettwali il letteratura li ħarġu l edukaturi ewlenin tar Riforma bħal Luteru u Erazmu kienu fl idejn u jinqraw minn ħafna Iz Zmien tal Kavallieri ta San Ġwann 1530 1798 Il Kavallieri ta San Ġwann għamlu minn Malta darhom fl 1530 u baqgħu sidien sovrani tal gzejjer Maltin sakemm ġew imkeċċija minn Napuljun fl 1798 Bħala regola kien jinteressahom mill edukazzjoni u l kultura daqskemm kien jinteressahom mill kampanji militari u l ġid ekonomiku tagħhom Minkejja dan għalkemm kienu jħeġġu l edukazzjoni għolja billi jagħtu protezzjoni lill bosta kulleġġi u universitajiet li kienu ġew imwaqqfa speċjalment mill ordnijiet reliġjuzi Kattoliċi zammew ukoll ħarsien strett ħafna fuq kull qasam tal istudju u x xjenza Ċertament ma kinux iħobbu jew iridu li l Inkwizizzjoni taqbad magħhom għax dan kien joskurahom mal Papa f Ruma Ix xogħol fuq l ontoloġija ta Anġlu Pirotta 1935 40 Għalkemm fil biċċa l kbira tal kazijiet il filosofija kompliet tiġi meqjusa biss bħala l qaddejja tat teoloġija xi intellettwali ħadu l interess li diskretament jiġbdu x xogħlijiet tagħhom f mogħdijiet anqas magħrufa jew mistennija mis soltu Minkejja li l kontribuzzjonijiet filosofiċi ta dawn l għalliema huma affaxxinanti fihom infushom il kontroll u r restrizzjonijiet li kien hemm fuq l attivita intellettwali qajla ħallitilhom fejn jimirħu b oriġinalita u ħolqien tal ħsieb F dan iz zmien l ambjenti intellettwali kienu lkoll parti mill moviment kbira Skolastiku fejn Aristotli kien jingħata qima kwazi ta alla Madanakollu l Iskolastiċi kienu mifruqa f zewġ kampijiet opposti għal xulxin filwaqt li l parti l kbira kienet taqra lil Aristotli mill għajnejn ta Tumas ta Akwinu l oħrajn kienu jaqrawh mill għajnejn ta Ġwanni Duns Scotus Tal ewwel kienu jissejħu Tomisti u l oħrajn Skotisti Ilkoll kemm ta naħa u kemm ta oħra dawn l akkademiċi u intellettwali kienu jipproduċu għadd bla qies ta kummentarji jew ta Aristotli nnifsu jew tal imgħallem rispettiv tagħhom Il kreattivita kollha tagħhom kienu jesprimuha strettament fi ħdan il limiti tal iskola tagħhom tal ħsieb u dan razzan kwazi għal kollox kull ħsieb ġdid jew azzardat Matul il parti tas seklu 18 ta dan iz zmien tal Kavallieri ta San Ġwann ix xjenza u l metodu xjentifiku bdew jagħmlu passi qawwija l quddiem lil hinn mit trunċieri tal Iskolastiċi Ġeneralment din il linja ta ħsieb ma kinetx tiġi meħudha mill ekklezjastiċi li fuqhom il kontroll kien aktar qawwi izda minn lajċi professjonali speċjalment tobba Izda dawn ftit li xejn kellhom xi influwenza qawwija fuq l istudenti fi ħdan l istituzzjonijiet akkademiċi li kienu għal kollox taħt idejn il membri tal ordnijiet reliġjuzi Iz Zmien ta bejn iz zewġ Saltniet 1798 1813 Lejn tmiem iz zmien tal Kavallieri ta San Ġwann f Malta ideat li kienu splussivi għall ħabta tar Rivoluzzjoni Franċiza tal 1789 bdew jaqbdu ġmielhom fost ambjenti intellettwali li kienu ddejqu bl Iskolastiċizmu u riedu arja intellettwali kemxejn ġdida Dawn ġew fl aqwa tagħhom madwar l 1798 meta Napuljun keċċa l Kavallieri ta San Ġwann Minkejja dan dawn l ideat kienu diġa qegħdin iduru fost l intellettwali sa minn għaxar snin qabel Napuljun Tabilħaqq kienu ideat influwenzati ħafna mill filosofiji Illuministi speċjalment fi Franza La Giurisprudenza Vindicata 1779 ta Ġann Nikol Muscat Iz Zmien Kolonjali Britanniku 1813 1964 F dan iz zmien l iskejjel għolja komplew ix xogħol li kienu jagħmlu bħal fi zmien il Kavallieri ta San Ġwann Għal darba oħra l Iskolastiċizmu kien fuq quddiem u b saħħtu daqs qabel Izda din id darba minkejja li ċ ċirkustanzi tbiddlu ħafna fuq medda ta zewġ sekli ta ħakma Britannika kien it Tomizmu biss li saltan waħdu Bħal fis snin ta qabel il biċċa l kbira tal filosfi f dan iz zmien kienu nies tal Knisja l aktar membri tal ordnijiet reliġjuzi Għal darba oħra minħabba ċ ċensura u l kontroll li kien hemm fuqhom bil kemm qatt azzardaw jipproponu xejn filosofikament oriġinali jew immaġinattiv Eċċezzjoni sorprendenti għal dan kollu kien Manwel Dimech li għex u ħadem fil bidu tas seklu 20 Mhux biss ma kien iħaddan ebda għamla ta Skolastiċizmu izda saħansitra kien filosfu innovattiv u oriġinali kif ukoll riformatur soċjali Iz Zmien ta wara l Indipendenza 1964 Sa zmien l Indipendenza ta Malta l Iskolastiċizmu kien naqas mill iskejjel għolja u għoddu xxejjen għal kollox mill ambjenti intellettwali Ftit li xejn baqa min jistudja u jieħu bis serjeta d duttrini tiegħu għajr f dawk l imkejjen izolati reliġjuzi Kattoliċi Mill bqija baqa jezisti biss b mod indirett fil katekizmu li t tfal kollha kienu jiġu mgħallma bi tħejjija għas sagramenti Il ktieb Beginning Philosophy ta Peter Serracino Inglott 1987 Il bqija tal filosfi oħrajn li ħallew warajhom l istudju formali tal Iskolastiċizmu saru aktar avventuruzi fil ħidmiet intellettwali tagħhom Huma bdew jistħarrġu oqsma li sa zmien il Britanniċi u wisq aktar fi zmien il Kavallieri ta San Ġwanni ma setgħux jidħlu fihom F termini tal izvilupp ta kif il filosofija ħadet xejra aktar miftuħa f Malta jispikka Peter Serracino Inglott speċjalment minn tmiem is snin 60 lil hawn F dan iz zmien kien hemm ukoll għadd ta filosfi Maltin li għexu u ħadmu barra minn Malta f artijiet fejn marru joqogħdu ħafna emigranti Il biċċa l kbira minn dawn il filosfi filwaqt li zammew kuntatt limitat ħafna ma Malta kellhom mod ieħor ta kif jaħsbu u ta kif jagħmlu l filosofija Il Katedra tal Filosofija fl Universita ta MaltaDin li ġejja hi lista tal professuri li zammew il Katedra tal Filosofija fl Universita ta Malta l ogħla istituzzjoni akkademika filosofika ġewwa l gzejjer Maltin Id dati jirreferu għaz zmien li fih zammew l uffiċċju tagħhom Din il katedra tal filosofija ġiet imwaqqfa fl 1771 mill Granmastru tal Ordni ta San Ġwann Manwel Pinto da Fonseca meta biddel il Collegium Melitense Kulleġġ Malti tal Ġizwiti fl Universita ta Malta 1 Ġuzeppi Moncada 1771 73 2 Ġuzeppi Xerri 1773 Bejn l 1773 u l 1778 il Granmastru tal Ordni ta San Ġwann Francisco Ximenes de Texada ġab l attivitajiet tal universita fix xejn 3 Duminku Malarbi 1778 79 4 Ġuzeppi Moncada 1780 86 5 Mikiel Xerri 1786 98 Bejn l 1798 u l 1800 Napuljun issospenda l katedra 6 Salvatur Montebello 1800 04 7 Pietru Mallia 1804 22 8 Ġilormu Inglott 1822 27 9 Karl Cicognani Cappelli 1827 29 10 Ġuzeppi Fenech 1829 43 11 Vinċenz Pawlu Galea 1843 59 12 Ġorġ Caruana 1859 72 13 Nikola Crescimanno 1872 76 14 Nikola Zammit 1876 90 15 Franġisk Bonnici 1890 1900 16 Anastasju Cuschieri 1901 39 17 Salvu Grima 1939 49 Ġuzeppi Sapiano aġent 1950 51 Ġuzeppi Lupi aġent 1951 53 18 Ġuzeppi Sapiano 1953 71 19 Peter Serracino Inglott 1971 78 Bejn l 1978 u l 1987 Dom Mintoff issospenda l katedra 20 Peter Serracino Inglott 1987 96 21 Joe Friggieri 1996 2012 22 Claude Mangion 2012 Għarfien akbarIt Trattato Filosofico Medico dell Uomo tal 1749 ta Salvatur Bernard Riċerka Bejn wieħed u l ieħor f dawn l aħħar għoxrin sena beda jsir sforz imġedded sabiex jiġi magħruf aħjar u mogħti attenzjoni aktar xierqa s sehem tal filosofija fil gzejjer Maltin Din il ħtieġa kibret għal zewġ raġunijiet ewlenin L ewwel għax il Maltin infushom l aktar minħabba n nuqqas ta riċerka meħtieġa ma kinux qegħdin jirrikonoxxu wisq anqas japprezzaw it tradizzjoni filosofika lokali It tieni għax kull attivita li kienet qiegħda titwettaq fil qasam filosofiku kemm jekk bit tagħlim kemm jekk bil kitba u kemm jekk f sempliċi diskussjonijiet kienet qed issir bħallikieku l filosofija f Malta kellha l aktar l aktar prezent mingħajr imgħoddi I r riċerka fl arkivji ħareġ mill għeluq u d dlam ismijiet manuskritti u personalitajiet li qajla kienu magħrufa qabel Fuq il bazi ta dan ix xogħol ġew ippubblikati kotba ta gwida 1995 2001 2009 u saru korsijiet speċjalizzati fuq is suġġett fl Universita ta Malta 1996 2012 2013 u f istituzzjonijiet għolja oħra ta tagħlim Ġiet ukoll organizzata l ewwel konferenza dwar il ħidma filosofika fil gzejjer Maltin 1996 Apprezzament L Amalthea 1724 ta Ġann Kustaz Parnis Sa mis seklu 16 il filosofija tat sehem xierqa lill ħajja akkademika u xi kultant intellettwali u kulturali tal intelliġensja Maltija F ħafna kazijiet dan is sehem kien bħala għodda għall mexxejja ċivili u ekklezjastiċi ħalli jikkonservaw u jipperpetwaw id duttrini ortodossi u uffiċjali tagħhom F kazijiet oħrajn dan is sehem offra mogħdijiet alternattivi u immaġinattivi ta ħsieb Izda minkejja t tradizzjoni relattivament twila tagħha Malta qatt ma kellha xi filosofija partikulari marbuta speċifikament ma isimha Għalkemm ġieli kienu innovattivi u kreattivi fil biċċa l kbira tagħhom il filosfi Maltin dejjem ħadmu b ideat importati minn barra u qajla ħlief f kazijiet tassew rari bħal dak ta Manwel Dimech għamlu xi skoperti ġodda fil qasam filosofiku Minkejja l filosofija ta ħafna minnhom m affettwatx il ħajja soċjali u politika tal Maltin xi wħud mill filosfi Maltin kellhom relazzjonijiet qawwija mal ġrajjiet kurrenti ta zmienhom u xi minn daqqiet saħansitra anki stimulaw il bidla soċjali Mal medda tas snin il filosofi Maltin ma zammewx ma tradizzjonijiet filosofika waħda Il biċċa l kbira tagħhom kienet tal iskola Aristoteliko Tomista Izda xi minn daqqiet xejriet filosofiċi oħra tfaċċaw fil wiċċ speċjalment mill aħħar kwart tas seklu 20 il quddiem Dawn ix xejriet stħarrġu oqsma fl umanizmu l empiriċizmu il pragmatizmu l ezistenzjalizmu l analizi lingwistika il post modernizmu u oħrajn Ħlief għal kazijiet uniċi aktar milli rari it teizmu kien element kostanti tul it tradizzjoni filosofika kollha tal gzejjer Maltin Matul l aħħar tletin sena il filosofija f Malta ħadet xejra għal kollox differenti milli kellha qabel Peter Serracino Inglott taha nifs straordinarju ġdid billi wessgħalha x xefaq tagħha zewqilha l interessi li kellha u għenha tizhar fl oqsma soċjali politiċi u artistiċi Dan l istil ġdid ta kif issir il filosofija ħajret bosta akkademiċi u intellettwali oħra sabiex jieħdu l istess mogħdija u jdakkru l ħsieb b avventuri ġodda Xi Filosfi MaltinDin li ġejja hija lista ta xi wħud mill aqwa filosfi Maltin matul iz zmien u l aktar rapprezentattivi tat tradizzjoni filosofika Maltija Il kontribuzzjonijiet filosofiċi li taw xi wħud minn ta dawn il filosfi għad għandhom sal lum siwi xieraq Oħrajn huma aktar magħrufa għall profondita tagħhom daqskemm oħrajn għall oriġinalita u l kreattivita li kellhom Id De Legibus 1719 ta Rozar Marija Hagius Seklu 15 Pietru Caxaro 1485 1450 Seklu 17 Massimiljan Balzan 1637 1711 Ġwann Mattew Rispoli 1582 1639 Seklu 18 Kustanz Vella 1687 1759 Ġann Kustanz Parnis 1695 1735 Ġuzeppi Demarco 1723 1789 Salvatur Bernard 1724 1806 Ġann Nikol Muscat 1735 m 1800 Seklu 19 Mikiel Anton Vassalli 1764 1829 Ġilormu Inglott 1776 1835 Nikola Zammit 1815 1899 Seklu 20 Paġna mill manuskritti ta Ġuzeppi Demarco Manwel Dimech 1860 1921 Anastasju Cuschieri 1872 1962 Anġlu Pirotta 1894 1956 Nazzarenu Camilleri 1906 1973 John Micallef 1923 2003 Edward De Bono t 1933 Peter Serracino Inglott 1936 2012 Kenneth Wain t 1943 Joe Friggieri t 1946 Oliver Friggieri t 1947 Sandra Dingli t 1952 Mario Vella t 1953 John Peter Portelli t 1954 Emmanuel Agius t 1954 Anthony Abela 1954 2006 Michael Zammit t 1954 Joseph Giordmaina t 1963 John Baldacchino t 1964 Mark Montebello t 1964 Clive Zammit t 1964 Mark Sultana t 1973 Referenzi H Frendo National identity Malta Culture and Identity ed by H Frendo and O Friggieri Ministry of Youth and the Arts Malta 1994 pp 2 5 A Cassola The Literature of Malta An example of unity in diversity European Commission Minima Malta 2000 pp vii ix J Cassar Pullicino The re opening of the university in 1800 Journal of the Faculty of Arts Malta 1958 2 pp 144 5 J Friggieri Letter from Malta The Philosophers Magazine England 55 4th quarter 2011 pp 49 J Friggieri Letter from Malta The Philosophers Magazine England 55 4th quarter 2011 pp 48 51 A P Vella Storja ta Malta Vol I Klabb Kotba Maltin Malta 1993 pp 185 188 G F Abela Descrittione di Malta Malta 1647 pp 288ff passim M Fsadni Id Dumnikani fir Rabat u fil Birgu sa l 1620 Malta 1974 pp 134 136 G Wettinger and M Fsadni Peter Caxaro s Cantilena Malta 1963 A Bonnici Storja tal Inkizizzjoni ta Malta Vol I Religjon u Hajja Storja 16 Frangiskani Konventwali Rabat Malta pp 34 36 J Galea Malta s Timeline ed minn R M Cassar Malta 1989 pp 27 et seq J Zammit Mangion Education in Malta Studia Editions Malta p 12 C Cassar Sex Magic and the Periwinkle PIN Publications Malta pp 1 4 F Ciappara The Roman Inquisition in Enlightened Malta PIN Publications Malta pp 44 47 M Vella Reflections in a Canvas Bag PEG Publishers Malta pp 80 81 A Vella The University of S Maria Portus Salutis Journal of the Faculty of Arts Vol II No 2 1960 pp 165 167 F Ciappara Society and the Inquisition in Early Modern Malta PEG Publications Malta 2000 pp 101 113 F Sammut Il Holma Maltija SKS Publications Malta pp 5 7 V Mallia Milanes ed 1993 Hospitaller Malta 1530 1798 Studies on Early Modern Malta and the Order of St John of Jerusalem passim V Mallia Milanes ed 1988 The British Colonial Experience 1800 1964 The Impact on Maltese Society passim and Bonnici A 1990 1994 Storja ta l Inki izzjoni ta Malta 3 volumes passim J Chircop The Left within the Maltese Labour Movement Mireva Publications Malta pp 50 51 M Montebello Dimech PIN Publications Malta 2004 Chap IV A Vella 1966 The origins and development of the Royal University of Malta Foundation Day Ceremony Oration delivered in the church of the university 12 November 1965 University Press Malta pp 15 16 C Sammut Reassessing the Maltese media system Social Transitions in Maltese Society ed by J Cutajar and G Cassar Agenda Publications Malta pp 77 82 J Friggieri Letter from Malta The Philosophers Magazine England 55 4th quarter 2011 pp 48 51 M Montebello Il Ktieb tal Filosofija f Malta vol I PIN Publications Malta p 124 Ibid pp 83 84 123 R Zerbi Malarbi Domenico Presso Nicola Gervasi al Gigante 23 1829 M Montebello Stedina ghall Filosofija Maltija An Invitation to Maltese Philosophy PEG Publications Malta 1995 pp 87 92 P Serracino Inglott and C Mangion Il Filosofija f Malta Oqsma tal Kultura Maltija 1991 ed by T Cortis Ministry of Education and the Interior Malta pp 263 271 P Serracino Inglott Presentation 20th Century Philosophy in Malta M Montebello Agius amp Agius Publications Malta 2009 p 11 Għejjun ewleninJ Friggieri Philosophy today The Malta Year Book 1977 ed by H A Clews De La Salle Brothers Publications Malta 1977 pp 465 470 P Serracino Inglott and C Mangion Il Filosofija f Malta Oqsma tal Kultura Maltija Areas of Maltese Culture ed by T Cortis Ministry of Education and the Interior Malta 1991 pp 263 271 M Montebello Il Ktieb tal Filosofija f Malta two volumes PIN Publications Malta 2001 J Friggieri Letter from Malta The Philosophers Magazine 55 4th quarter England 2011 pp 48 51 M Montebello Malta s Philosophy amp Philosophers PIN Publications Malta 2011 Ħoloq esterniAktar qari Dipartiment tal Filosofija Universita ta Malta Filosofija Junior College School of Practical Philosophy The Augustinian Institute Philosophy Sharing Foundation

L-aħħar artikli
  • Ġunju 06, 2025

    Unjoni Ewropea

  • Ġunju 07, 2025

    Trattat ta' Maastricht

  • Ġunju 07, 2025

    Tim nazzjonali tal-futbol ta' San Marino

  • Ġunju 07, 2025

    Tieni Gwerra Dinjija

  • Ġunju 07, 2025

    Tessaloniki

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq