Azərbaycan  AzərbaycanLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Dun Frans Camilleri il Marsa 29 ta Jannar 1919 6 ta Diċembru 1990 kien poeta Malti Dun Frans Camilleri bil korteżija tal

Frans Camilleri

  • Paġna Ewlenija
  • Frans Camilleri
Frans Camilleri
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Dun Frans Camilleri (il-Marsa, 29 ta’ Jannar 1919 - 6 ta' Diċembru 1990) kien poeta Malti.

Frans Camilleri
Ħajja
Twelid Marsa, 29 Jannar 1919
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Stat ta' Malta
Malta
Mewt 5 Diċembru 1990
Post tad-dfin Ċimiterju tal-Addolorata
Edukazzjoni
Lingwi Malti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni poeta
fotografu
kittieb

Bijografija

Frans Camilleri studja fl-iskola tal-Gvern u f' St Paul’s School. Kompla l-istudji tiegħu fis-Seminarju tal-Furjana u l-Università ta’ Malta fejn għamel il-Kors tat-Teoloġija. Fl-1943 ġie ordnat saċerdot u baqa’ jqaddes kuljum fil-Knisja ta’ Santu Nuzzu, il-Ħamrun, li tagħha kien Rettur għal ħafna snin. Għallem il-Malti fil-Kulleġġ San Alwiġi u s-Seminarju bejn is-snin 1944-1964.

Dun Frans kien attiv f’għadd ta’ għaqdiet letterarji, fosthom l-Għaqda ta’ Qari Tajjeb li tagħha kien segretarju u editur għal ħafna snin, u fl-Akkademja tal-Malti. Kien l-ewwel editur tar-rivista tal-Azzjoni Kattolika Il-Ħuġġieġa u Lil Ħutna, ir-rivista maħsuba għall-emigranti Maltin. Inħatar Assistent Ekkleżjastiku tas-St Thomas Moore Circle u kien Direttur Spiritwali ta’ bosta għaqdiet.

Dun Frans kellu għal qalbu l-fotografija u kien magħruf għar-ritratti li jaqbdu l-ambjent lokali u l-pajsaġġ Malti. Ħafna minnhom dehru f’kartolini u kalendarji. Imma jibqa’ magħruf l-aktar bħala l-fotografu tal-Poeta Nazzjonali, b’mod partikulari għar-ritratt ta’ Dun Karm mal-kanarin. Tiegħu wkoll huwa l-film li issa ġie rrestawrat għal fuq DVD mid-Dipartiment tal-Informazzjoni, id-dokumentarju bit-titlu Dun Karm – Il-Bniedem wara l-Poeta.

Poeżija

Fost il-poeti tal-ġenerazzjoni ta’ wara Dun Karm, wieħed mill-ftit poeti qassisin huwa Dun Frans Camilleri. Fil-poeżija Maltija, ismu hu marbut mal-poeżija tad-dawl, ilwien u ħsibijiet pożittivi. Iżda min-naħa l-oħra ħafna versi miktubin minnu ġew mmużikati minn għadd ta’ kompożituri lokali. Tabilħaqq, is-sehem tiegħu fil-ħolqien ta’ repertorju bil-Malti għall-kant sagru huwa wiesa’ ħafna. Dun Frans kiteb mal-500 innu għal parroċċi, skejjel, għaqdiet reliġjużi u lajċi – innijiet ispirati mill-ħajja Maltija kemm reliġjuża, soċjali u edukattiva, imqanqla b’mod speċjali mill-imħabba u l-qima li kellu lejn il-Madonna u l-qaddisin.

Illum bosta tfal jafu bihom mill-kotba tal-iskejjel. Jafu biċ-ċarezza tal-ħsieb u tal-kelma tiegħu u jafu wkoll li wieħed mill-għanjiet prinċipali tiegħu huwa li dejjem jiftaħ djalogu ċar mal-qarrej, mingħajr taħbil mentali żejjed. Fih ukoll il-qarrej jiltaqa’ ma’ varjetà wiesgħa ta’ qisien metriċi, imħaddmin skond il-burdata. U l-burdata tal-poeta tbiddlet u nfetħet mhux ftit. Għandna l-ħlewwa u s-sempliċità tad-dinja tat-tfal, waqt li għandna wkoll il-kumplikazzjoni tad-dinja akbar u iżjed matura tal-bniedem li kiber u studja lilu nnifsu, dejjem fid-dawl nisrani.

L-aqwa ġabra ta’ poeżiji tiegħu hija L-Għanja ta' Ħajti li ħarġet fl-1964. Fil-volum hemm għażla tajba tal-muża kollha bil-burdati li jvarjaw minn żmien għal ieħor. Hemm ġiri ta’ fantasija marbuta ma’ rkejjen u ħlejjaq sbieħ tal-ħolqien. Hemm irbit ta’ tifkiriet storiċi u valuri soċjali u filosofiċi.

Fuq kollox hemm il-poeta li jpinġi, il-poeta-pittur li jinqeda bil-kelma biex joħloq kwadru fil-moħħ tal-qarrej, u mhux biss biex ifisser ħsieb. Dan il-fatt aktarx għandu n-nisel tiegħu, fil-fatt li Dun Frans Camilleri huwa fotografu mill-aħjar li jistudja l-irqaqat kollha qabel ma jipproduċi x-xena naturali fil-fotografija. Hekk ukoll jagħmel fil-qasam poetiku li minnu jitlob li jolqot aktar lill-għajn milli lis-sorsi barranin l-oħra.

Ġabriet ta' poeżija

  • Moħba ta’ Qalb (1945)
  • Fil-Ġnejna tat-Tfulija (1948) – sensiela ta’ poeżiji għat-tfal
  • Innijiet (1948)
  • L-Għanja ta’ Ħajti (1964).
  • Lejn id-Dawl (1950), ġabra ta’ saġġi b’osservazzjonijiet fuq l-edukazzjoni, il-kultura, ir-reliġjon u l-ħajja soċjali.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 12 Ġun, 2025 / 11:55

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Frans Camilleri, X'inhi Frans Camilleri? Xi tfisser Frans Camilleri?

Dun Frans Camilleri il Marsa 29 ta Jannar 1919 6 ta Diċembru 1990 kien poeta Malti Dun Frans Camilleri bil kortezija tal Akkademja tal MaltiFrans CamilleriĦajjaTwelid Marsa 29 Jannar 1919Nazzjonalita Kolonja ta Malta Stat ta Malta MaltaMewt 5 Diċembru 1990Post tad dfin Ċimiterju tal AddolorataEdukazzjoniLingwi MaltiOkkupazzjoniOkkupazzjoni poeta fotografu kittiebBijografijaFrans Camilleri studja fl iskola tal Gvern u f St Paul s School Kompla l istudji tiegħu fis Seminarju tal Furjana u l Universita ta Malta fejn għamel il Kors tat Teoloġija Fl 1943 ġie ordnat saċerdot u baqa jqaddes kuljum fil Knisja ta Santu Nuzzu il Ħamrun li tagħha kien Rettur għal ħafna snin Għallem il Malti fil Kulleġġ San Alwiġi u s Seminarju bejn is snin 1944 1964 Dun Frans kien attiv f għadd ta għaqdiet letterarji fosthom l Għaqda ta Qari Tajjeb li tagħha kien segretarju u editur għal ħafna snin u fl Akkademja tal Malti Kien l ewwel editur tar rivista tal Azzjoni Kattolika Il Ħuġġieġa u Lil Ħutna ir rivista maħsuba għall emigranti Maltin Inħatar Assistent Ekklezjastiku tas St Thomas Moore Circle u kien Direttur Spiritwali ta bosta għaqdiet Dun Frans kellu għal qalbu l fotografija u kien magħruf għar ritratti li jaqbdu l ambjent lokali u l pajsaġġ Malti Ħafna minnhom dehru f kartolini u kalendarji Imma jibqa magħruf l aktar bħala l fotografu tal Poeta Nazzjonali b mod partikulari għar ritratt ta Dun Karm mal kanarin Tiegħu wkoll huwa l film li issa ġie rrestawrat għal fuq DVD mid Dipartiment tal Informazzjoni id dokumentarju bit titlu Dun Karm Il Bniedem wara l Poeta PoezijaFost il poeti tal ġenerazzjoni ta wara Dun Karm wieħed mill ftit poeti qassisin huwa Dun Frans Camilleri Fil poezija Maltija ismu hu marbut mal poezija tad dawl ilwien u ħsibijiet pozittivi Izda min naħa l oħra ħafna versi miktubin minnu ġew mmuzikati minn għadd ta kompozituri lokali Tabilħaqq is sehem tiegħu fil ħolqien ta repertorju bil Malti għall kant sagru huwa wiesa ħafna Dun Frans kiteb mal 500 innu għal parroċċi skejjel għaqdiet reliġjuzi u lajċi innijiet ispirati mill ħajja Maltija kemm reliġjuza soċjali u edukattiva imqanqla b mod speċjali mill imħabba u l qima li kellu lejn il Madonna u l qaddisin Illum bosta tfal jafu bihom mill kotba tal iskejjel Jafu biċ ċarezza tal ħsieb u tal kelma tiegħu u jafu wkoll li wieħed mill għanjiet prinċipali tiegħu huwa li dejjem jiftaħ djalogu ċar mal qarrej mingħajr taħbil mentali zejjed Fih ukoll il qarrej jiltaqa ma varjeta wiesgħa ta qisien metriċi imħaddmin skond il burdata U l burdata tal poeta tbiddlet u nfetħet mhux ftit Għandna l ħlewwa u s sempliċita tad dinja tat tfal waqt li għandna wkoll il kumplikazzjoni tad dinja akbar u izjed matura tal bniedem li kiber u studja lilu nnifsu dejjem fid dawl nisrani L aqwa ġabra ta poeziji tiegħu hija L Għanja ta Ħajti li ħarġet fl 1964 Fil volum hemm għazla tajba tal muza kollha bil burdati li jvarjaw minn zmien għal ieħor Hemm ġiri ta fantasija marbuta ma rkejjen u ħlejjaq sbieħ tal ħolqien Hemm irbit ta tifkiriet storiċi u valuri soċjali u filosofiċi Fuq kollox hemm il poeta li jpinġi il poeta pittur li jinqeda bil kelma biex joħloq kwadru fil moħħ tal qarrej u mhux biss biex ifisser ħsieb Dan il fatt aktarx għandu n nisel tiegħu fil fatt li Dun Frans Camilleri huwa fotografu mill aħjar li jistudja l irqaqat kollha qabel ma jipproduċi x xena naturali fil fotografija Hekk ukoll jagħmel fil qasam poetiku li minnu jitlob li jolqot aktar lill għajn milli lis sorsi barranin l oħra Ġabriet ta poezijaMoħba ta Qalb 1945 Fil Ġnejna tat Tfulija 1948 sensiela ta poeziji għat tfal Innijiet 1948 L Għanja ta Ħajti 1964 Lejn id Dawl 1950 ġabra ta saġġi b osservazzjonijiet fuq l edukazzjoni il kultura ir reliġjon u l ħajja soċjali

L-aħħar artikli
  • Ġunju 09, 2025

    Belt ta’ Vicenza u l-Vilel ta’ Palladio fil-Veneto

  • Ġunju 07, 2025

    Belt tal-Vatikan

  • Ġunju 07, 2025

    Belt tal-Panama

  • Ġunju 07, 2025

    Belt tal-Messiku

  • Ġunju 11, 2025

    Belt ta' Vicenza u l-Vilel ta' Palladio fil-Veneto

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq