Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

L Għar ta Altamira ˌæltəˈmɪərə bl Ispanjol Cueva de Altamira ˈkweβa ðe altaˈmiɾa huwa għar li jinsab qrib ir raħal stori

Għar ta' Altamira

  • Paġna Ewlenija
  • Għar ta' Altamira
Għar ta' Altamira
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

L-Għar ta' Altamira (/ˌæltəˈmɪərə/; bl-Ispanjol: Cueva de Altamira [ˈkweβa ðe altaˈmiɾa]) huwa għar li jinsab qrib ir-raħal storiku ta' f', Spanja. Huwa rinomat għall-arti preistorika mal-ħitan tiegħu bi tpinġijiet bil-karbonju u pitturi polikromatiċi ta' fawna lokali kontemporanja u idejn umani. L-iktar pitturi bikrin saru matul il-Paleolitiku Superjuri, madwar 36,000 sena ilu. Is-sit ġie skopert fl-1868 minn u sussegwentement ġie studjat minn .

Minbarra li tispikka l-kwalità tal-arti polikromatika tiegħu, l-Għar ta' Altamira sar famuż minħabba l-fatt li l-pitturi tiegħu kienu l-ewwel pitturi tal-għerien Ewropej li ġew promossi bħala ta' oriġini preistorika. Sautuola ppubblika r-riċerka tiegħu bl-appoġġ ta' fl-1880.

Madankollu, il-pubblikazzjoni tar-riċerka ta' Sanz de Sautuola malajr wasslet għal kontroversja pubblika qalila fost l-esperti, u wħud minnhom irrifjutaw l-oriġini preistorika tal-pitturi abbażi tal-idea li l-bnedmin preistoriċi ma kellhomx biżżejjed ħila għal ħsieb astratt. Il-kontroversja baqgħet għaddejja sal-1902, meta bdew ifeġġu u jakkumulaw rapporti ta' sejbiet simili ta' pitturi preistoriċi fir-reġjun Franko-Cantabrian u l-evidenza ma setgħet tibqa' tiġi rrifjutata.

L-Għar ta' Altamira jinsab fir-reġjun Franko-Cantabrian u fl-1985 ġie ddikjarat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. L-għar oriġinali ma jistax jiġi viżitat iktar, minħabba raġunijiet ta' konservazzjoni, għajr permezz ta' lotterija bix-xorti fejn jittellgħu l-ismijiet, jitpoġġew f'lista ta' stennija, u ħames persuni fil-ġimgħa lebsin ilbies apposta jingħataw żjara turistika ta' 37 minuta fl-għar oriġinali. Barra minn hekk, jeżistu repliki ta' sezzjoni tas-sit li huma miftuħin ukoll għall-pubbliku.

Deskrizzjoni

L-għar huwa bejn wieħed u ieħor twil 1,000 metru u jikkonsisti minn sensiela ta' passaġġi u kompartimenti. Il-passaġġ prinċipali jvarja minn għoli ta' żewġ metri sa sitt metri. L-għar ġie ffurmat permezz ta' diversi episodji ta' kkrollar wara li kienu seħħew fenomeni karstiċi bikrin fil-blat tal-ġir tal-Muntanja Vispieres.

Minn skavi arkeoloġiċi fl-art tal-għar instabu depożiti rikki ta' artefatti mill-Era Solutreana Superjuri (għall-ħabta ta' 18,500 sena ilu) u mill-Era Magdalenjana Inferjuri (bejn 16,590 u 14,000 sena ilu). Iż-żewġ perjodi huma parti miż-Żmien Paleolitiku jew Żmien il-Ħaġar. Fiż-żewġ millenji bejn dawn iż-żewġ perjodi fejn l-għar kien okkupat, huwa ċar mill-evidenza li nstabet li l-għar kien abitat biss minn annimali selvaġġi.

L-okkupanti umani tas-sit kienu ppożizzjonati tajjeb biex jieħdu vantaġġ mill-bosta organiżmi selvaġġi tal-madwar li kienu jirgħu fil-widien madwar il-muntanji kif ukoll l-organiżmi tal-baħar li kienu jgħixu fiż-żoni kostali fil-qrib. Madwar 13,000 sena ilu seħħ ċediment ta' blat li ssiġilla d-daħla tal-għar, u ppreserva l-kontenuti tiegħu sal-iskoperta eventwali, li seħħet wara li siġra viċin l-għar waqgħet u ddisturbat il-blat li kien waqa' fl-imgħoddi.

L-okkupazzjoni umana kienet limitata għad-daħla tal-għar, għalkemm inħolqu pitturi fit-tul kollu tal-għar. L-artisti tal-qedem użaw il-karbonju u l-okra jew l-ematite biex joħolqu l-immaġnijiet, u spiss kienu jiddilwixxu dawn il-pigmenti biex jipproduċu varjazzjonijiet fl-intensità u joħolqu l-impressjoni ta' chiaroscuro. Huma kienu jisfruttaw ukoll il-kontorni naturali tal-ħitan tal-għar biex lis-suġġetti tagħhom jagħtuhom effett tridimensjonali. Is-Saqaf Polikromatiku huwa l-iktar karatteristika impressjonanti tal-għar, fejn ġiet impittra merħla ta' biżonti estinti tal-isteppa (Bison priscus) f'pożi differenti, żewġ żwiemel, ċerva femminili kbira, u possibbilment ċingjal jew ħanżir selvaġġ.

Dawn il-pitturi ġew datati li saru matul l-okkupazzjoni Magdalenjana u jinkludu għamliet astratti flimkien ma' suġġetti ta' annimali. Il-pitturi li saru matul l-okkupazzjoni Solutreana jinkludu l-immaġnijiet ta' żwiemel u mogħoż, kif ukoll marki tal-idejn li nħolqu meta l-artisti poġġew idejhom mal-ħajt tal-għar u nefħu xi pigment fuqhom bejn iħallu immaġni "negattiva". Diversi għerien oħra fit-Tramuntana ta' Spanja fihom arti Paleolitika, iżda l-ebda għar mhu daqstant kumpless jew miżgħud pitturi daqs dak ta' Altamira.

Skoperta, skavi, xettiċiżmu

Fl-1879, l-arkeologu dilettant Marcelino Sanz de Sautuola wasal biex skopra t-tpinġijiet tal-Għar ta' Altamira bis-saħħa ta' bintu María li kellha tmien snin. L-għar ġie skavat minn Sautuola u l-arkeologu Juan Vilanova y Piera mill-Università ta' Madrid, u dan irriżulta f'pubblikazzjoni famuża ferm fl-1880 li interpretat li l-pitturi oriġinaw fiż-Żmien Paleolitiku. L-ispeċjalisti Franċiżi, immexxija minn u , kienu partikolarment sodi fil-pożizzjoni tagħhom li jirrifjutaw l-ipoteżi ta' Sautuola u Piera, tant li s-sejbiet tagħhom ġew irridikolati sfaċċatament fil-Kungress Preistoriku tal-1880 li sar f'Lisbona.

Minħabba l-kwalità artistika għolja, u l-istat eċċezzjonali ta' konservazzjoni tal-pitturi, Sautuola ġie akkużat ta' falsifikazzjoni, peress li ma kienx kapaċi jwieġeb għaliex ma kienx hemm marki ta' nugrufun (duħħan) mal-ħitan u mas-saqaf tal-għar. Persuna oħra sostniet li l-pitturi kienu ġew prodotti minn artist kontemporanju fuq ordnijiet ta' Sautuola. Iktar 'il quddiem, Sautuola skopra li l-artisti setgħu kienu użaw ix-xaħam tal-mudullun bħala żejt għal-lampi, li jipproduċi ferm inqas nugrufun minn materjali kombustibbli oħra.

Sal-1902, diversi sejbiet oħra ta' pitturi preistoriċi wasslu biex l-ipoteżi li l-pitturi tal-Għar ta' Altamira kienu tal-qedem tkun iktar kredibbli, u s-soċjetà xjentifika rtirat l-oppożizzjoni tagħha fir-rigward tal-ipoteżi tal-Ispanjoli. Dik is-sena, Cartailhac enfatikament ammetta li kien żbalja fl-artiklu famuż, "Mea culpa d'un sceptique", ippubblikat fil-ġurnal L'Anthropologie. Sautuola kien laħaq miet 14-il sena qabel din l-ammissjoni.

Cartailhac kiteb ukoll żewġ kotba dwar l-għar, bl-assistenza ta' li rriproduċa l-pitturi bi tpinġijiet bl-idejn. Breuil kien qassis Kattoliku u disinjatur kompetenti, u r-rabta tiegħu mal-għar ġiet diskussa fid-dettall fl-ewwel kapitlu tal-ktieb ta' , The Everlasting Man.

Iktar skavi fl-għar saru minn bejn l-1902 u l-1904, mill-Ġermaniż bejn l-1924 u l-1925, u finalment minn fl-1968.

Datar u perjodizzazzjoni

Ma hemm l-ebda qbil xjentifiku la dwar id-datar tal-artefatti arkeoloġiċi li nstabu fl-għar, u lanqas dwar id-datar tat-tpinġijiet u tal-pitturi. Fil-fatt, ix-xjenzati għadhom qed jevalwaw l-età tal-arti tal-Għar ta' Altamira.

Fl-2008, xi riċerkaturi li użaw id-datar bl-uranju u bit-torju sabu li l-pitturi tlestew f'perjodu ta' mhux iktar minn 20,000 sena u mhux f'perjodu qasir.

Studju li sar wara u li ġie ppubblikat fl-2012 ibbaża fuq data miksuba minn riċerka ulterjuri bid-datar bl-uranju u bit-torju, u wassal għad-datar ta' xi pitturi f'diversi għerien fit-Tramuntana ta' Spanja, fosthom xi marki b'għamla ta' serratura fis-Sala l-Kbira tal-Għar ta' Altamira. L-eqdem marka li nstabet, "simbolu aħmar kbira b'għamla ta' serratura tas-Sala tat-Techo de los Polícromos", ġiet datata għal 36.16±0.61 ka (korretta), jiġifieri xorta waħda sew fiż-Żmien ta' Aurignac. Il-kontorn ta' żiemel aħmar bit-tikek, li wkoll jinsab fis-Sala tat-Techo de los Polícromos, ġie datat għal 22.11±0.13 ka (il-bidu tal-Era Solutreana), u b'hekk ġie stabbilit li l-pitturi saru matul perjodu ta' iktar minn 10,000 sena.

Viżitaturi u repliki

Matul is-snin 70 tas-seklu 20 u l-ewwel deċennju tat-tieni millenju, il-pitturi kienu qed iġarrbu ħsarat mid-diossidu tal-karbonju u mill-fwar tan-nifs tal-għadd kbir ta' viżitaturi. L-Għar ta' Altamira ngħalaq għalkollox għall-pubbliku fl-1977, u reġa' nfetaħ b'aċċess limitat fl-1982. Ftit viżitaturi kienu jitħallew jidħlu kuljum, tant li l-lista ta' stennija ġieli kienet tammonta għal tliet snin. Wara li tfaċċat moffa ħadra fuq uħud mill-pitturi tal-għar fl-2002, l-Għar ta' Altamira ngħalaq għall-aċċess pubbliku.

Fil-qrib inbnew replika tal-għar u mużew u dawn tlestew fl-2001 minn u , li rriproduċew sezzjoni tal-għar bl-arti kollha ta' dik is-sezzjoni. Ir-replika tippermetti veduta iktar komda tal-pitturi polikromatiċi tas-sala prinċipali tal-għar, kif ukoll selezzjoni ta' opri minuri. Tinkludi wkoll xi skulturi ta' wċuħ umani li mhumiex viżitabbli fl-għar oriġinali.

Flimkien mal-Mużew Nazzjonali u ċ-Ċentru tar-Riċerka biswit l-għar oriġinali u r-replika, hemm riproduzzjonijiet fil-Mużew Arkeoloġiku Nazzjonali ta' Spanja f'Madrid, fid-Deutsches Museum f'Munich (tlestiet fl-1964), il-Ġermanja, u fil-Ġappun (tlestiet fl-1993).

Fl-2010 kien hemm pjanijiet biex l-aċċess għall-għar jerġa' jkun possibbli lejn l-aħħar tas-sena. Madankollu, f'Diċembru 2010, il-Ministeru Spanjol għall-Kultura ddeċieda li l-għar oriġinali kien se jibqa' magħluq għall-pubbliku ġenerali. Din id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq il-parir ta' grupp ta' esperti li kienu sabu li l-kundizzjonijiet ta' konservazzjoni ġol-għar kienu saru ferm iktar stabbli minn mindu l-għar ingħalaq għall-pubbliku ġenerali.

Sit ta' Wirt Dinji

L-Għar ta' Altamira ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1985. Fl-2008, is-sit ġie estiż biex jinkludi wkoll 17-il għar oħra b'arti Paleolitika fi tliet komunitajiet awtonomi fit-Tramuntana ta' Spanja: , Cantabria u l-.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; u l-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".

Impatt kulturali

Uħud mill-pitturi polikromatiċi tal-Għar ta' Altamira huma magħrufa sew fil-kultura popolari Spanjola. Il-logo li juża l-gvern awtonomu ta' Cantabria biex jippromwovi t-turiżmu fir-reġjun huwa bbażat fuq wieħed mill-biżonti mpittra f'dan l-għar. Bisonte ("biżont" bl-Ispanjol), ditta tas-sigaretti Spanjola tas-seklu 20, kienet tuża wkoll figura stilizzata ta' biżont Paleolitiku fil-logo tagħha.

Is-sensiela komika Spanjola Altamiro de la Cueva, li nħolqot fl-1965, huma konsegwenza tal-fama tal-Għar ta' Altamira. Is-sensiela komika tinvolvi l-avventuri ta' grupp ta' abitanti preistoriċi tal-għerien, murija bħala nies moderni, iżda lebsin bi bċejjeċ tal-pil tal-annimali, xi ftit jew wisq bħall-.

Il-kanzunetta "The Caves of Altamira" ġiet inkluża fl-album diskografiku tal-1976, The Royal Scam, tal-grupp mużikali jazz-rock Steely Dan, li iktar 'il quddiem ġiet kantata mill-grupp mużikali soul Perri.

Il-linja moderna ta' pożati ta' nofs is-seklu 20, Primitive, iddisinjata minn għall-kumpanija Amerikana tal-prodotti tal-fuħħar, Salem China, kienet ibbażata fuq figuri stilizzati ta' biżonti, ċriev u kaċċaturi tal-Għar ta' Altamira.

Il-kanzunetta "Cuevas de Altamira" ġiet inkluża fl-album diskografiku tal-1978 Cuevas de Altamira tal-grupp mużikali rock-folk progressiv u sinfoniku, Ibio, minn Cantabria.

L-immaġni ikonika tal-biżont intużat għall-qoxra tal-kollezzjoni ta' poeżiji Songs for the Devil and Death tal-awtur Skoċċiż .

Il-protagonista fil-film ta' , Agantuk, kien ispirat mill-pittura tal-biżont lest biex jattakka.

Fl-2007, l-Għar ta' Altamira ntgħażel bħala wieħed mit-12-il Teżor ta' Spanja, kompetizzjoni li saret mix-xandara Antena 3 u COPE.

Fl-2016, ir-reġista Brittaniku ħareġ il-film Altamira (intitolat Finding Altamira ’l barra minn Spanja) dwar l-iskoperta tal-għerien. Fih jaħdem bħala protagonista u l-mużika tal-film saret minn li nħarġet fl-album Altamira.

Ara wkoll

  • Arti Paleolitika fl-Għerien tat-Tramuntana ta' Spanja
  • Grotta ta' Chauvet
  • Lascaux

Referenzi

  1. ^ a b A. W. G. Pike et al., "U-Series Dating of Paleolithic Art in 11 Caves in Spain", Science 336, 1409 (2012)
  2. ^ Museo Nacional y Centro de Investigación de Altamira. "Discovery of Altamira".
  3. ^ CNN, Simon Busch. "Prehistoric paintings in Spain's Altamira cave revealed to a lucky few". CNN (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-12.
  4. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Cave of Altamira and Paleolithic Cave Art of Northern Spain". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-12.
  5. ^ "The Cave, Replica & Museum of Altamira, Spain | Archaeology Travel" (bl-Ingliż). 2014-02-26. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2021-10-18. Miġbur 2021-10-12.
  6. ^ Ian Chilvers, ed. (2004). "Altamira". The Concise Oxford Dictionary of Art (3rd ed.). [Oxford]: Oxford University Press. p. 18. ISBN 0-19-860476-9.
  7. ^ Verkaar, E. L. C. (19 March 2004). "Maternal and Paternal Lineages in Cross-Breeding Bovine Species. Has Wisent a Hybrid Origin?". Molecular Biology and Evolution. 21 (7): 1165–1170.
  8. ^ Jones, Benjamin (2001-11-04). "Travel Advisory; A Modern Copy Of Ancient Masters" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-12.
  9. ^ "Prehistoric cave paintings took up to 20,000 years to complete - Telegraph". web.archive.org. 2014-10-18. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-10-18. Miġbur 2021-10-12.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  10. ^ "Altamira cave paintings to be opened to the public once again". the Guardian (bl-Ingliż). 2014-02-26. Miġbur 2021-10-12.
  11. ^ Jones, Benjamin (2001-11-04). "Travel Advisory; A Modern Copy Of Ancient Masters" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-12.
  12. ^ "Spain to reopen access to prehistoric cave paintings < Spanish news | Expatica Spain". web.archive.org. 2011-09-17. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-09-17. Miġbur 2021-10-12.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  13. ^ "Los 12 Tesoros de España, resultados definitivos" (bl-Ispanjol). 2007-12-31. Miġbur 2021-10-12.
  14. ^ "Film Music Site - Altamira Soundtrack". www.filmmusicsite.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-10-12.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 28 Ġun, 2025 / 15:03

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Għar ta' Altamira, X'inhi Għar ta' Altamira? Xi tfisser Għar ta' Altamira?

L Għar ta Altamira ˌaelteˈmɪere bl Ispanjol Cueva de Altamira ˈkweba de altaˈmiɾa huwa għar li jinsab qrib ir raħal storiku ta f Spanja Huwa rinomat għall arti preistorika mal ħitan tiegħu bi tpinġijiet bil karbonju u pitturi polikromatiċi ta fawna lokali kontemporanja u idejn umani L iktar pitturi bikrin saru matul il Paleolitiku Superjuri madwar 36 000 sena ilu Is sit ġie skopert fl 1868 minn u sussegwentement ġie studjat minn Pittura Preistorika ta Bizont estint Minbarra li tispikka l kwalita tal arti polikromatika tiegħu l Għar ta Altamira sar famuz minħabba l fatt li l pitturi tiegħu kienu l ewwel pitturi tal għerien Ewropej li ġew promossi bħala ta oriġini preistorika Sautuola ppubblika r riċerka tiegħu bl appoġġ ta fl 1880 Madankollu il pubblikazzjoni tar riċerka ta Sanz de Sautuola malajr wasslet għal kontroversja pubblika qalila fost l esperti u wħud minnhom irrifjutaw l oriġini preistorika tal pitturi abbazi tal idea li l bnedmin preistoriċi ma kellhomx bizzejjed ħila għal ħsieb astratt Il kontroversja baqgħet għaddejja sal 1902 meta bdew ifeġġu u jakkumulaw rapporti ta sejbiet simili ta pitturi preistoriċi fir reġjun Franko Cantabrian u l evidenza ma setgħet tibqa tiġi rrifjutata L Għar ta Altamira jinsab fir reġjun Franko Cantabrian u fl 1985 ġie ddikjarat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO L għar oriġinali ma jistax jiġi vizitat iktar minħabba raġunijiet ta konservazzjoni għajr permezz ta lotterija bix xorti fejn jittellgħu l ismijiet jitpoġġew f lista ta stennija u ħames persuni fil ġimgħa lebsin ilbies apposta jingħataw zjara turistika ta 37 minuta fl għar oriġinali Barra minn hekk jezistu repliki ta sezzjoni tas sit li huma miftuħin ukoll għall pubbliku DeskrizzjoniStampa tas Sala Polikromatika tal Għar ta Altamira ippubblikata minn M Sanz de Sautuola fl 1880 L għar huwa bejn wieħed u ieħor twil 1 000 metru u jikkonsisti minn sensiela ta passaġġi u kompartimenti Il passaġġ prinċipali jvarja minn għoli ta zewġ metri sa sitt metri L għar ġie ffurmat permezz ta diversi episodji ta kkrollar wara li kienu seħħew fenomeni karstiċi bikrin fil blat tal ġir tal Muntanja Vispieres Minn skavi arkeoloġiċi fl art tal għar instabu depoziti rikki ta artefatti mill Era Solutreana Superjuri għall ħabta ta 18 500 sena ilu u mill Era Magdalenjana Inferjuri bejn 16 590 u 14 000 sena ilu Iz zewġ perjodi huma parti miz Zmien Paleolitiku jew Zmien il Ħaġar Fiz zewġ millenji bejn dawn iz zewġ perjodi fejn l għar kien okkupat huwa ċar mill evidenza li nstabet li l għar kien abitat biss minn annimali selvaġġi L okkupanti umani tas sit kienu ppozizzjonati tajjeb biex jieħdu vantaġġ mill bosta organizmi selvaġġi tal madwar li kienu jirgħu fil widien madwar il muntanji kif ukoll l organizmi tal baħar li kienu jgħixu fiz zoni kostali fil qrib Madwar 13 000 sena ilu seħħ ċediment ta blat li ssiġilla d daħla tal għar u ppreserva l kontenuti tiegħu sal iskoperta eventwali li seħħet wara li siġra viċin l għar waqgħet u ddisturbat il blat li kien waqa fl imgħoddi L okkupazzjoni umana kienet limitata għad daħla tal għar għalkemm inħolqu pitturi fit tul kollu tal għar L artisti tal qedem uzaw il karbonju u l okra jew l ematite biex joħolqu l immaġnijiet u spiss kienu jiddilwixxu dawn il pigmenti biex jipproduċu varjazzjonijiet fl intensita u joħolqu l impressjoni ta chiaroscuro Huma kienu jisfruttaw ukoll il kontorni naturali tal ħitan tal għar biex lis suġġetti tagħhom jagħtuhom effett tridimensjonali Is Saqaf Polikromatiku huwa l iktar karatteristika impressjonanti tal għar fejn ġiet impittra merħla ta bizonti estinti tal isteppa Bison priscus f pozi differenti zewġ zwiemel ċerva femminili kbira u possibbilment ċingjal jew ħanzir selvaġġ Dawn il pitturi ġew datati li saru matul l okkupazzjoni Magdalenjana u jinkludu għamliet astratti flimkien ma suġġetti ta annimali Il pitturi li saru matul l okkupazzjoni Solutreana jinkludu l immaġnijiet ta zwiemel u mogħoz kif ukoll marki tal idejn li nħolqu meta l artisti poġġew idejhom mal ħajt tal għar u nefħu xi pigment fuqhom bejn iħallu immaġni negattiva Diversi għerien oħra fit Tramuntana ta Spanja fihom arti Paleolitika izda l ebda għar mhu daqstant kumpless jew mizgħud pitturi daqs dak ta Altamira Skoperta skavi xettiċizmuBizont fuq is saqaf tal għar flimkien ma diversi annimali oħra Fl 1879 l arkeologu dilettant Marcelino Sanz de Sautuola wasal biex skopra t tpinġijiet tal Għar ta Altamira bis saħħa ta bintu Maria li kellha tmien snin L għar ġie skavat minn Sautuola u l arkeologu Juan Vilanova y Piera mill Universita ta Madrid u dan irrizulta f pubblikazzjoni famuza ferm fl 1880 li interpretat li l pitturi oriġinaw fiz Zmien Paleolitiku L ispeċjalisti Franċizi immexxija minn u kienu partikolarment sodi fil pozizzjoni tagħhom li jirrifjutaw l ipotezi ta Sautuola u Piera tant li s sejbiet tagħhom ġew irridikolati sfaċċatament fil Kungress Preistoriku tal 1880 li sar f Lisbona Minħabba l kwalita artistika għolja u l istat eċċezzjonali ta konservazzjoni tal pitturi Sautuola ġie akkuzat ta falsifikazzjoni peress li ma kienx kapaċi jwieġeb għaliex ma kienx hemm marki ta nugrufun duħħan mal ħitan u mas saqaf tal għar Persuna oħra sostniet li l pitturi kienu ġew prodotti minn artist kontemporanju fuq ordnijiet ta Sautuola Iktar il quddiem Sautuola skopra li l artisti setgħu kienu uzaw ix xaħam tal mudullun bħala zejt għal lampi li jipproduċi ferm inqas nugrufun minn materjali kombustibbli oħra Sal 1902 diversi sejbiet oħra ta pitturi preistoriċi wasslu biex l ipotezi li l pitturi tal Għar ta Altamira kienu tal qedem tkun iktar kredibbli u s soċjeta xjentifika rtirat l oppozizzjoni tagħha fir rigward tal ipotezi tal Ispanjoli Dik is sena Cartailhac enfatikament ammetta li kien zbalja fl artiklu famuz Mea culpa d un sceptique ippubblikat fil ġurnal L Anthropologie Sautuola kien laħaq miet 14 il sena qabel din l ammissjoni Cartailhac kiteb ukoll zewġ kotba dwar l għar bl assistenza ta li rriproduċa l pitturi bi tpinġijiet bl idejn Breuil kien qassis Kattoliku u disinjatur kompetenti u r rabta tiegħu mal għar ġiet diskussa fid dettall fl ewwel kapitlu tal ktieb ta The Everlasting Man Iktar skavi fl għar saru minn bejn l 1902 u l 1904 mill Ġermaniz bejn l 1924 u l 1925 u finalment minn fl 1968 Datar u perjodizzazzjoniAssoċjazzjoni tal annimali fl Għar ta Altamira ta Leroi Gourhan Ma hemm l ebda qbil xjentifiku la dwar id datar tal artefatti arkeoloġiċi li nstabu fl għar u lanqas dwar id datar tat tpinġijiet u tal pitturi Fil fatt ix xjenzati għadhom qed jevalwaw l eta tal arti tal Għar ta Altamira Fl 2008 xi riċerkaturi li uzaw id datar bl uranju u bit torju sabu li l pitturi tlestew f perjodu ta mhux iktar minn 20 000 sena u mhux f perjodu qasir Studju li sar wara u li ġie ppubblikat fl 2012 ibbaza fuq data miksuba minn riċerka ulterjuri bid datar bl uranju u bit torju u wassal għad datar ta xi pitturi f diversi għerien fit Tramuntana ta Spanja fosthom xi marki b għamla ta serratura fis Sala l Kbira tal Għar ta Altamira L eqdem marka li nstabet simbolu aħmar kbira b għamla ta serratura tas Sala tat Techo de los Policromos ġiet datata għal 36 16 0 61 ka korretta jiġifieri xorta waħda sew fiz Zmien ta Aurignac Il kontorn ta ziemel aħmar bit tikek li wkoll jinsab fis Sala tat Techo de los Policromos ġie datat għal 22 11 0 13 ka il bidu tal Era Solutreana u b hekk ġie stabbilit li l pitturi saru matul perjodu ta iktar minn 10 000 sena Vizitaturi u replikiIr replika tal Għar ta Altamira Matul is snin 70 tas seklu 20 u l ewwel deċennju tat tieni millenju il pitturi kienu qed iġarrbu ħsarat mid diossidu tal karbonju u mill fwar tan nifs tal għadd kbir ta vizitaturi L Għar ta Altamira ngħalaq għalkollox għall pubbliku fl 1977 u reġa nfetaħ b aċċess limitat fl 1982 Ftit vizitaturi kienu jitħallew jidħlu kuljum tant li l lista ta stennija ġieli kienet tammonta għal tliet snin Wara li tfaċċat moffa ħadra fuq uħud mill pitturi tal għar fl 2002 l Għar ta Altamira ngħalaq għall aċċess pubbliku Fil qrib inbnew replika tal għar u muzew u dawn tlestew fl 2001 minn u li rriproduċew sezzjoni tal għar bl arti kollha ta dik is sezzjoni Ir replika tippermetti veduta iktar komda tal pitturi polikromatiċi tas sala prinċipali tal għar kif ukoll selezzjoni ta opri minuri Tinkludi wkoll xi skulturi ta wċuħ umani li mhumiex vizitabbli fl għar oriġinali Flimkien mal Muzew Nazzjonali u ċ Ċentru tar Riċerka biswit l għar oriġinali u r replika hemm riproduzzjonijiet fil Muzew Arkeoloġiku Nazzjonali ta Spanja f Madrid fid Deutsches Museum f Munich tlestiet fl 1964 il Ġermanja u fil Ġappun tlestiet fl 1993 Fl 2010 kien hemm pjanijiet biex l aċċess għall għar jerġa jkun possibbli lejn l aħħar tas sena Madankollu f Diċembru 2010 il Ministeru Spanjol għall Kultura ddeċieda li l għar oriġinali kien se jibqa magħluq għall pubbliku ġenerali Din id deċizjoni kienet ibbazata fuq il parir ta grupp ta esperti li kienu sabu li l kundizzjonijiet ta konservazzjoni ġol għar kienu saru ferm iktar stabbli minn mindu l għar ingħalaq għall pubbliku ġenerali Sit ta Wirt DinjiL Għar ta Altamira ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1985 Fl 2008 is sit ġie estiz biex jinkludi wkoll 17 il għar oħra b arti Paleolitika fi tliet komunitajiet awtonomi fit Tramuntana ta Spanja Cantabria u l Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem u l kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet Impatt kulturaliInterpretazzjoni moderna ta bizont tal Għar ta Altamira Uħud mill pitturi polikromatiċi tal Għar ta Altamira huma magħrufa sew fil kultura popolari Spanjola Il logo li juza l gvern awtonomu ta Cantabria biex jippromwovi t turizmu fir reġjun huwa bbazat fuq wieħed mill bizonti mpittra f dan l għar Bisonte bizont bl Ispanjol ditta tas sigaretti Spanjola tas seklu 20 kienet tuza wkoll figura stilizzata ta bizont Paleolitiku fil logo tagħha Is sensiela komika Spanjola Altamiro de la Cueva li nħolqot fl 1965 huma konsegwenza tal fama tal Għar ta Altamira Is sensiela komika tinvolvi l avventuri ta grupp ta abitanti preistoriċi tal għerien murija bħala nies moderni izda lebsin bi bċejjeċ tal pil tal annimali xi ftit jew wisq bħall Il kanzunetta The Caves of Altamira ġiet inkluza fl album diskografiku tal 1976 The Royal Scam tal grupp muzikali jazz rock Steely Dan li iktar il quddiem ġiet kantata mill grupp muzikali soul Perri Il linja moderna ta pozati ta nofs is seklu 20 Primitive iddisinjata minn għall kumpanija Amerikana tal prodotti tal fuħħar Salem China kienet ibbazata fuq figuri stilizzati ta bizonti ċriev u kaċċaturi tal Għar ta Altamira Il kanzunetta Cuevas de Altamira ġiet inkluza fl album diskografiku tal 1978 Cuevas de Altamira tal grupp muzikali rock folk progressiv u sinfoniku Ibio minn Cantabria L immaġni ikonika tal bizont intuzat għall qoxra tal kollezzjoni ta poeziji Songs for the Devil and Death tal awtur Skoċċiz Il protagonista fil film ta Agantuk kien ispirat mill pittura tal bizont lest biex jattakka Fl 2007 l Għar ta Altamira ntgħazel bħala wieħed mit 12 il Tezor ta Spanja kompetizzjoni li saret mix xandara Antena 3 u COPE Fl 2016 ir reġista Brittaniku ħareġ il film Altamira intitolat Finding Altamira l barra minn Spanja dwar l iskoperta tal għerien Fih jaħdem bħala protagonista u l muzika tal film saret minn li nħarġet fl album Altamira Ara wkollArti Paleolitika fl Għerien tat Tramuntana ta Spanja Grotta ta Chauvet LascauxReferenzi a b A W G Pike et al U Series Dating of Paleolithic Art in 11 Caves in Spain Science 336 1409 2012 Museo Nacional y Centro de Investigacion de Altamira Discovery of Altamira CNN Simon Busch Prehistoric paintings in Spain s Altamira cave revealed to a lucky few CNN bl Ingliz Miġbur 2021 10 12 a b ċ Centre UNESCO World Heritage Cave of Altamira and Paleolithic Cave Art of Northern Spain UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2021 10 12 The Cave Replica amp Museum of Altamira Spain Archaeology Travel bl Ingliz 2014 02 26 Arkivjat minn l oriġinal fl 2021 10 18 Miġbur 2021 10 12 Ian Chilvers ed 2004 Altamira The Concise Oxford Dictionary of Art 3rd ed Oxford Oxford University Press p 18 ISBN 0 19 860476 9 Verkaar E L C 19 March 2004 Maternal and Paternal Lineages in Cross Breeding Bovine Species Has Wisent a Hybrid Origin Molecular Biology and Evolution 21 7 1165 1170 Jones Benjamin 2001 11 04 Travel Advisory A Modern Copy Of Ancient Masters bl Ingliz Miġbur 2021 10 12 Prehistoric cave paintings took up to 20 000 years to complete Telegraph web archive org 2014 10 18 Arkivjat mill oriġinal fl 2014 10 18 Miġbur 2021 10 12 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Altamira cave paintings to be opened to the public once again the Guardian bl Ingliz 2014 02 26 Miġbur 2021 10 12 Jones Benjamin 2001 11 04 Travel Advisory A Modern Copy Of Ancient Masters bl Ingliz Miġbur 2021 10 12 Spain to reopen access to prehistoric cave paintings lt Spanish news Expatica Spain web archive org 2011 09 17 Arkivjat mill oriġinal fl 2011 09 17 Miġbur 2021 10 12 Manutenzjoni CS1 BOT url oriġinali status mhux magħruf link Los 12 Tesoros de Espana resultados definitivos bl Ispanjol 2007 12 31 Miġbur 2021 10 12 Film Music Site Altamira Soundtrack www filmmusicsite com bl Ingliz Miġbur 2021 10 12

L-aħħar artikli
  • Ġunju 17, 2025

    Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 (OFC)

  • Ġunju 15, 2025

    Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010

  • Ġunju 16, 2025

    Kuratur

  • Ġunju 29, 2025

    Kuopio

  • Ġunju 12, 2025

    Kunsilli lokali ta' Malta

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq