Göbekli Tepe bit Tork gœbecˈli teˈpe magħruf bħala Girê Mirazan jew Xirabreşkê bil Kurd huwa sit arkeoloġiku Neolitiku q
Göbekli Tepe

Göbekli Tepe (bit-Tork: [gœbecˈli teˈpe]; magħruf bħala Girê Mirazan jew Xirabreşkê bil-Kurd) huwa sit arkeoloġiku Neolitiku qrib il-belt ta' fix-Xlokk tal-, it-Turkija. Is-sit imur lura għan-Neolitiku ta' qabel il-bċejjeċ tal-fuħħar, bejn wieħed u ieħor għall-ħabta tad-9500 u s-7000 Q.K., u jikkonsisti minn għadd ta' strutturi ċirkolari kbar mirfuda minn pilastri enormi tal-ġebel – l-eqdem ħaġriet megalitiċi magħrufa fid-dinja. Bosta minn dawn il-pilastri huma mżejna sew b'dettalji antropomorfiċi astratti, ilbies, u riljievi ta' annimali selvaġġi, li jagħtu ħjiel rari lill-arkeologi dwar ir-reliġjon preistorika u l-ikonografija partikolari ta' dak iż-żmien. It-tumbata tat-tajn u tal-ħamrija għolja 15-il metru (50 pied), estiża fuq tmien ettari, tinkludi wkoll bosta binjiet rettangolari, barrieri, u ċisterni mħaffrin fil-ġebel min-Neolitiċi, kif ukoll xi traċċi ta' attività minn żminijiet li ġew wara.
Is-sit intuża għall-ewwel darba fil-bidu tan-Neolitiku, li fil-Lbiċ tal-Asja jimmarka l-istabbiliment tal-eqdem insedjamenti permanenti fid-dinja. Il-preistoriċi jikkollegaw din ir-Rivoluzzjoni Neolitika mal-wasla tal-agrikoltura, iżda ma jaqblux dwar jekk l-agrikoltura wasslitx biex in-nies jinsedjaw ruħhom f'post b'mod permanenti jew viċe versa. Göbekli Tepe, li huwa kumpless monumentali li nbena fuq il-quċċata ta' għolja bil-blat, 'il bogħod minn sorsi magħrufa tal-ilma u sa issa mingħajr evidenza ċara ta' kultivazzjoni agrikola, kellu rwol prominenti f'dan id-dibattitu. L-iskavatur oriġinali tas-sit, l-arkeologu Ġermaniż , iddeskrivih bħala l-"ewwel tempju tad-dinja": santwarju li ntuża minn gruppi ta' kaċċaturi nomadiċi minn żona wiesgħa, bi ftit jew l-ebda abitant permanenti. Arkeologi oħra sfidaw din l-interpretazzjoni, u sostnew li l-evidenza għal nuqqas ta' agrikoltura u popolazzjoni residenti għadha ma kinitx konklużiva. Ir-riċerka reċenti wasslet biex l-iskavaturi attwali ta' Göbekli Tepe jirrevedu jew jabbandunaw ħafna mill-konklużjonijiet li jirfdu l-interpretazzjoni ta' Schmidt.
Is-sit ħareġ fid-dieher minn stħarriġ li sar fl-1963, u l-importanza tiegħu ġie rikonoxxuta minn Schmidt, li ddirieġa l-iskavi hemmhekk mill-1995 sa mewtu fl-2014. Minn dawk iż-żmien 'l hawn, ix-xogħol tkompla taħt l-awspiċji tal-Università ta' Istanbul, il-Mużew ta' Şanlıurfa, u l-Istitut Arkeoloġiku Ġermaniż, taħt id-direzzjoni kumplessiva tal-preistoriku Tork . Is-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2018. Sal-2021, saħansitra inqas minn 5 % tas-sit kien ġie skavat.
Sfond
Göbekli Tepe nbena u ġie okkupat matul in-Neolitiku ta' qabel il-bċejjeċ tal-fuħħar (bl-Ingliż: Pre-Pottery Neolithic (PPN)) — l-iżjed diviżjoni bikrija tal-perjodu Neolitiku fil-Lbiċ tal-Asja —li kien imur lura għall-ħabta tad-9600 u s-7000 Q.K. Mill-bidu tal-aħħar Era Glaċjali, il-PPN jimmarka "il-bidu tal-ħajja fil-villaġġi", u jipproduċi l-iżjed evidenza bikrija ta' insedjamenti umani permanenti fid-dinja. L-arkeologi ilhom li assoċjaw dawn l-insedjamenti mar-Rivoluzzjoni Neolitika — it-tranżizzjoni mill-kaċċa kollettiva għall-agrikoltura — iżda ma jaqblux dwar jekk l-adozzjoni tal-agrikoltura kkawżatx lin-nies biex jinsedjaw ruħhom b'mod permanenti, jew jekk insedjawx ruħhom b'mod permanenti biex jadottaw l-agrikoltura. Minkejja l-isem, ir-Rivoluzzjoni Neolitika fil-Lbiċ tal-Asja kienet "mifruxa u tvarja lokalment". L-elementi tal-ħajja fil-villaġġi kienu jeżistu saħansitra 10,000 sena ilu qabel in-Neolitiku f'xi nħawi, u t-tranżizzjoni lejn l-agrikoltura ħadet eluf ta' snin, b'passi differenti u bi trajjettorji differenti f'reġjuni differenti. In-Neolitiku ta' qabel il-bċejjeċ tal-fuħħar huwa maqsum f'żewġ sottoperjodi: il-PPN A, li jagħmlu parti minnu l-fażijiet bikrin ta' Göbekli Tepe, għall-ħabta ta' bejn id-9600 u t-8800 Q.K.; u l-PPN B, li jagħmlu parti minnu l-fażijiet aħħarin ta' Göbekli Tepe, għall-ħabta ta' bejn it-8800 u s-7000 Q.K. Dan il-perjodu ġie ppreċedut mill-Epipaleolitiku u ġie ssuċedut min-Neolitiku Aħħari.
L-evidenza tindika li l-abitanti kienu kaċċaturi kollettivi li ssupplimentaw l-ikel ta' kuljum tagħhom b'forom bikrin ta' ċereali ddomestikati u li kienu jgħixu fil-villaġġi għall-inqas għal parti mis-sena. L-għodod bħall-moli, il-mehrież u l-lida, li nstabu f'Göbekli Tepe, ġew analizzati u jissuġġerixxu pproċessar konsiderevoli taċ-ċereali. L-evidenza arkeożooloġika tissuġġerixxi li kien ikun hemm "kaċċa fuq skala kbira ta' gazzelli bejn nofs is-sajf u l-ħarifa".
Il-villaġġi tal-PPN kienu jikkonsistu minn raggruppamenti ta' djar tal-ġebel jew tal-brikks tat-tajn, u xi kultant ta' xi binjiet monumentali jew "komunali" sostanzjali. It-tradizzjoni tal-pilastri b'għamla tal-ittra T preżenti f'Göbekli Tepe hija unika għar-reġjun ta' Urfa, iżda tinsab fil-maġġoranza tas-sit tal-PPN hemmhekk. Dawn jinkludu Nevalı Çori, Hamzan Tepe, Karahan Tepe, Harbetsuvan Tepesi, Sefer Tepe, u Taslı Tepe. Steli oħra tal-ġebel — mingħajr l-għamla karatteristika tal-ittra T — ġew iddokumentati f'siti kontemporanji iktar lil hinn, fosthom Çayönü, Qermez Dere, u Gusir Höyük.
Ġeografija u ambjent
Göbekli Tepe jinsab fl-għoljiet ta' qabel il-muntanji Taurus, li jħarsu fuq il-pjanura ta' u l-ilmijiet ewlenin tax-xmara , tributarja tax-xmara . Is-sit huwa tumbata tat-tajn u tal-ħamrija (tumbata artifiċjali) li tinsab fuq promontorju ċatt tal-ġebla tal-ġir. Fit-Tramuntana, il-promontorju huwa kkollegat mal-muntanji ġirien permezz ta' promontorju dejjaq. Fid-direzzjonijiet l-oħra kollha, il-fondoq jinżel f'daqqa u jsir xaqlibiet u rdumijiet weqfin. Fuq nett tal-fondoq hemm evidenza konsiderevoli tal-impatt tal-bniedem, apparti l-kostruzzjoni tat-tumbata artifiċjali.
Saru skavi fix-xaqliba tan-Nofsinhar tat-tumbata, fin-Nofsinhar u fil-Punent ta' siġra ta' ċawsli li hija importanti għal pellegrinaġġ Iżlamiku, iżda s-sejbiet arkeoloġiċi saru fil-promontorju kollu. It-tim ta' skavaturi sab ukoll bosta fdalijiet ta' għodod. Fin-naħa tal-Punent, ġie skopert għar żgħir li fih riljiev żgħir ta' annimal tal-ifrat. Dan huwa l-unika riljiev li nstab f'dan l-għar.
Bħall-biċċa l-kbira tas-siti tal-PPN fir-reġjun ta' Urfa, Göbekli Tepe nbena fuq punt għoli fit-tarf tal-muntanji, biex b'hekk ikollu veduta wiesgħa fuq il-pjanura ta' taħt, u viżibbiltà tajba mill-pjanura. Din il-pożizzjoni tat ukoll aċċess tajjeb lill-bennejja għall-materja prima: is-saff ewlieni tal-ġebla tal-ġir ratba li minnu nbena dan il-kumpless, u ż- għall-produzzjoni tal-għodod biex tinħadem il-ġebla tal-ġir. Fl-istess żmien meta Göbekli Tepe kien okkupat, il-klima taż-żona kienet iktar sħuna u b'iktar xita milli hi llum il-ġurnata. Is-sit kien imdawwar minn bur tal-ħaxix fi steppa miftuħa, b'abbundanza ta' ċereali selvaġġi, inkluż einkorn, qamħ, u xgħir, u b'merħliet ta' annimali li jirgħu bħal nagħaġ, mogħoż, gazzelli, u ekwidi. Jaf kull staġun kienu jpassu merħliet kbar ta' gazzelli ta' denbhom iswed qrib is-sit. Ma hemm l-ebda evidenza ta' boskijiet sostanzjali fil-qrib; 90 % tal-karbonju rkuprat mis-sit oriġina mis-siġar tal-pistaċċi jew tal-lewż. L-arkeologi ma jaqblux bejniethom dwar jekk is-sit kellux aċċess dirett għall-ilma tax-xorb. Schmidt kien tal-fehma li "ma kien hemm l-ebda aċċess għall-ilma fil-viċinanza immedjata", abbażi tal-fatt li, filwaqt li hemm bosta fawwariet karstiċi u nixxigħat żgħar fil-Germuş, l-eqreb illum il-ġurnata jinsabu diversi kilometri 'l bogħod. Madankollu, fi klima b'iktar xita kif x'aktarx kien il-każ dak iż-żmien, l-ilma tal-pjan lokali jaf kien iktar għoli, u b'hekk kienu jiġu attivati fawwariet eqreb tas-sit li llum il-ġurnata mhumiex attivati iktar. Schmidt innota wkoll il-preżenza ta' diversi ċisterni mnaqqxin fis-saff ewlieni taħt is-sit, li jesgħu mill-inqas 150 metru kubu ta' ilma, u skavi sussegwenti żvelaw sistema possibbli ta' ħżin tal-ilma tax-xita.
Kronoloġija
Nru tal-Laboratorju | Kuntest | Materjal | perjodu Q.K. |
---|---|---|---|
KIA-28407 | Parti A, taħt framment ta' pilastru mwaqqa' | karbonju | 8617-8315 |
Hd-20025 | Parti A, Saff III | karbonju | 9131–8559 |
Hd-20036 | Parti A, Saff III | karbonju | 9160–8759 |
Ua-19562 | Parti B, pilastru 8 | agglomerazzjoni tal-ġir | 8280–7970 |
Ua-19561 | Parti Ċ, pilastru 11 | agglomerazzjoni tal-ġir | 7560–7370 |
UGAMS-10797 | Parti Ċ, bejn ħitan esterni tal-madwar | karbonju | 9261-9139 |
IGAS-2658 | Parti D, TAQ għas-Saff II | kampjun tal-ħamrija | 8241-7813 |
KIA-44701 | Parti D, mili | sinna tal-bhejjem | 9676-8818 |
KIA-44149 | Parti D | tkaħħil tal-ħajt | 9675–9314 |
UGAMS-10796 | Parti D, biswit il-ħitan tal-madwar | karbonju | 9664-9334 |
KIA-42208 | Parti F | 7536-7350 | |
KIA-42211 | Parti G | 7056-6749 |
Id-datazzjoni bir-radjukarbonju turi li l-iżjed strutturi bikrin esposti f'Göbekli Tepe nbnew bejn id-9500 u d-9000 Q.K., lejn l-aħħar tal-PPN A. Is-sit tkabbar b'mod sinifikanti fil-bidu tad-disa' millenju Q.K. u baqa' jintuża sa madwar it-8000 Q.K., jew kemxejn iktar tard, lejn il-bidu tal-PPN B. Hemm evidenza li gruppi iżgħar reġgħu marru jgħixu fil-fdalijiet wara li l-istrutturi Neolitiċi kienu ġew abbandunati.
Oriġinarjament, Schmidt iddata s-sit fil-PPN abbażi tat-tipi ta' għodod tal-ġebel li sab, u kien iqis data lejn il-PPN A bħala "l-iżjed probabbli". L-istabbiliment tal-kronoloġija assoluta tas-sit ħa iktar żmien minħabba sfidi metodoloġiċi. Għalkemm l-ewwel żewġ dati bir-radjukarbonju ġew ippubblikati fl-1998, dawn u kampjuni oħra mill-mili tal-istruttura kienu jmorru lura għall-aħħar tal-10 u għall-bidu tad-9 millenju – bejn 500 sa 1,000 sena iktar tard milli kien mistenni għal sit tal-PPN A. It-tim ta' Schmidt spjega d-diskrepanza fid-dawl tat-teorija tagħhom li dan il-materjal kien twassal lejn is-sit minn xi mkien ieħor meta ġie abbandunat, u b'hekk ma kienx rappreżentattiv tal-użu reali tal-istrutturi. Minflok bdew jużaw metodu iktar innovattiv ta' datazzjoni tal-materjal organiku ppreservat fit-tkaħħil mal-ħitan tal-istrutturi, li rriżulta f'dati iktar konsistenti ma' okkupazzjoni tal-PPN A, fin-nofs jew saħansitra fil-bidu tal-10 millenju Q.K. Riċerka sussegwenti wasslet għal reviżjoni sinifikanti tal-kronoloġija ta' Schmidt, inkluż l-abbandun tat-teorija li l-mili tal-istrutturi twassal mi xi mkien ieħor, u r-rikonoxximent li d-dati diretti mit-tkaħħil jiġu affettwati mill-effett tal-injam antik. Flimkien mad-dati l-ġodda bir-radjukarbonju, dan stabbilixxa l-kronoloġija assoluta tas-sit bejn id-9500 u t-8000 Q.K. – l-aħħar tal-PPN A u l-PPN B.
Arkitettura
Göbekli Tepe jsegwi mudell ġeometriku. Il-mudell huwa triangolu ekwilaterali li jikkollega l-Partijiet A, B, u D. Studju tal-2020 dwar il-"Ġeometrija u l-Ippjanar Arkitettoniku ta' Göbekli Tepe" jissuġġerixxi li l-Partijiet A, B, and D huma kumpless wieħed, u fi ħdan dan il-kumpless hemm "ġerarkija" bil-Parti D fuq nett, u rrifjuta l-idea li kull Parti nbniet u ffunzjonat individwalment bħala ferm inqas probabbli.
Tumbata artifiċjali
Fit-tarf tal-Punent tal-għolja, instabet figura qisha ta' iljun. F'din iż-żona, spiss instabu frammenti taż-żnied u tal-ġebla tal-ġir. Għalhekk, ġie ssuġġerit li din iż-żona setgħet kienet post fejn kienu jsir l-iskulturi. Min-naħa l-oħra, mhuwiex ċar, kif jistgħu jiġu kklassifikati t-tliet immaġnijiet ta' pene li nstabu fis-superfiċe tal-promontorju tan-Nofsinhar. Instabu qrib il-barrieri taż-żminijiet klassiċi, u b'hekk id-datazzjoni tagħha hija ferm diffiċli.
Apparti t-tumbata artifiċjali, hemm pjattaforma inċiża b'żewġ sokits li seta' kien fihom xi pilastri u bank ċatt fil-madwar. Din il-pjattaforma tikkorrispondi għall-kumplessi mis-Saff III tat-tumbata artifiċjali. Bi tkomplija tal-mudell tat-tismija, issejħet il-"kumpless E". Minħabba s-similarità tagħha mal-binjiet reliġjużi ta' Nevalı Çori, issejħet ukoll it-"Tempju tal-Blata". L-art tal-kumpless ġiet imħaffra bir-reqqa mis-saff ewlieni tal-blat u llixxata, bħall-artijiet tat-terrazzo tal-kumplessi inqas antiki f'Göbekli Tepe. Eżatt fil-Majjistral ta' din iż-żona hemm żewġ fosos qishom ġibjuni li huwa maħsub li huma parti mill-kumpless E. Wieħed minn dawn il-fosos għandu struttura olzata qisha mejda kif ukoll ħames tarġiet.
Saff III
F'dan l-istadju bikri tal-istorja tas-sit, bdew ifeġġu għall-ewwel darba kumplessi ċirkolari jew temene. Ivarjaw bejn 10 sa 30 metru (33 sa 98 pied) bħala dijametru. L-iżjed karatteristika notevoli tagħhom hija l-preżenza ta' pilastri tal-ġebla tal-ġir b'għamla tal-ittra T stabbiliti b'mod indaqs fi ħdan ħitan interni ħoxnin magħmula minn ġebel mhux maħdum. Sa issa ġew żvelati erba' strutturi ta' dan it-tip. Stħarriġiet ġeofiżiċi jindikaw li hemm 16 oħra, li jinkludu sa tmien pilastri kull wieħed, u li b'hekk jammontaw għal kważi 200 pilastru b'kollox. Il-ħaġriet ġew ittrasportati minn fosos bis-saff tal-blat ewlieni li jinstabu madwar 100 metru (330 pied) mill-quċċata tal-għolja, u l-ħaddiema kienu jużaw ponot taż-żnied biex jaqtgħu l-ġebla tal-ġir mis-saff tal-blat ewlieni.
Hemm żewġ pilastri itwal weqfin quddiem xulxin fiċ-ċentru ta' kull ċirku. Mhuwiex ċert jekk iċ-ċrieki kinux imsaqqfa. Fuq ġewwa nstabu bankijiet tal-ġebel biex wieħed ikun jista' joqgħod bilqiegħda fuqhom. Ħafna mill-pilastri huma mżejna b'pittogrammi enigmatiċi astratt u mnaqqxin b'riljievi jew b'tinqix ta' diversi annimali. Il-pittogrammi jaf jirrappreżentaw simbolu sagri komuni, kif ikkonfermat minn pitturi fl-għerien Neolitiċi f'inħawi oħra. Ir-riljievi juru mammiferi bħal iljuni, barrin, ċingjali, volpi, gazzelli, u ħmir; sriep u rettili oħra; artropodi bħal insetti u araknidi; u għasafar, partikolarment avvultuni. Fiż-żmien meta nbena s-sit, il-pajsaġġ tal-madwar x'aktarx li kien mimli foresti u kapaċi jsostni din il-varjetà ta' ħajja selvaġġa, qabel millenji ta' insedjament uman u kultivazzjoni wasslu għall-kundizzjonijiet prevalenti llum il-ġurnata kważi ta' deżert. L-avvultuni jispikkaw ukoll fil-ikonografija ta' Çatalhöyük u ta' .
Ftit figuri umanojdi tfaċċaw fl-arti ta' Göbekli Tepe. Uħud mill-pilastri b'għamla tal-ittra T fihom dirgħajn umani mnaqqxin fuq il-parti baxxa tagħhom, li madankollu, jissuġġerixxu lill-iskavatur tas-sit Schmidt li kienu maħsuba biex jirrappreżentaw l-iġsma ta' bnedmin (jew forsi allat) stilizzati. Biċċiet tad-drapp imdawra mal-ġenbejn jidhru wkoll fil-parti baxxa ta' wħud mill-pilastri. Il-ħaġra orizzontali tal-ġebel fuq nett hija maħsuba minn Schmidt li tissimboleġġa l-ispallejn, li jissuġġerixxu li l-figuri tħallew bla ras. Mhuwiex magħruf jekk kinux maħsuba biex jaqdu lil xi fidili, biex jissimboleġġaw xi antenati vvenerati, jew biex jirrappreżentaw ħlejqiet antropomorfiċi sovranaturali.
Uħud mill-artijiet f'dan is-saff, li huwa l-eqdem wieħed, huma magħmulin mit-terrazzo (ġir maħruq); oħrajn huma tal-blat u minnhom ġew imnaqqxin pedestalli biex iżommu l-par pilastri ċentrali l-kbar. Id-datazzjoni bir-radjukarbonju tindika li l-kostruzzjoni ta' dawn iċ-ċrieki bikrin seħħet għall-ħabta tad-9000 Q.K. Id-datazzjoni bir-radjukarbonju tissuġġerixxi li (għal raġunijiet mhux magħrufa) il-Partijiet ġew mirduma matul Żmien il-Ħaġar.
Saff II
Il-ħolqien tal-Partijiet ċirkolari fis-Saff III iktar 'il quddiem witta t-triq għall-kostruzzjoni ta' kmamar rettangolari żgħar fis-Saff II. Il-binjiet rettangolari jagħmlu użu iktar effiċjenti tal-ispazju meta mqabbla mal-istrutturi ċirkolari. Spiss jiġu assoċjati man-Neolitiku, iżda l-pilastri b'għamla tal-ittra T, il-karatteristika prinċipali tal-Partijiet iktar antiki, huma preżenti f'dan is-saff ukoll, u dan jindika li l-binjiet tas-Saff II baqgħu jintużaw għall-istess raġuni fi ħdan il-kultura, x'aktarx bħala santwarji. Is-Saff II ġie attribwit għall-PPN B. Id-diversi kmamar rettangolari li jagħtu għal ġo xulxin, mingħajr bibien u mingħajr twieqi, għandhom artijiet tal-ġir illostrat qishom artijiet Rumani bit-terrazzo. Id-datazzjoni bir-radjukarbonju indikat dati bejn it-8800 u t-8000 Q.K. Diversi pilastri b'għamla tal-ittra T għoljin sa 1.5 metru jokkupaw iċ-ċentru tal-kmamar. Par imżejna b'iljuni b'ħarsa kiefra huwa l-istess raġunament li wassal għall-isem "binja tal-pilastri tal-iljuni" kif inhi magħrufa din il-Parti.
Pilastru tal-ġebel li qisu "totem" ġie skopert fis-Saff II ta' Göbekli Tepe fl-2010. Huwa għoli 1.92 metru u superfiċjalment qisu wieħed mit-"totem" tal-Amerka ta' Fuq. Il-pilastru fih tliet figuri, ta' fuq nett b'għamla ta' predatur, probabbilment ors, u taħt għamla qisha ta' bniedem. Minħabba li l-istatwa hija danneġġata, l-interpretazzjoni mhijiex ċara għalkollox. Frammenti ta' pilastru simili ġew skoperti wkoll xi 20 sena ilu f'sit ieħor fit-Turkija f'Nevalı Çori. Barra minn hekk, saff iktar antik f'Göbekli Tepe fih xi skulturi relatati ta' annimali fuq irjus ta' bnedmin.
Saff I
Is-Saff I huwa dak ta' fuq nett fl-għolja. Huwa l-iżjed wieħed baxx iżda jirrappreżenta l-itwal firxa ta' żmien. Jikkonsisti minn sedimenti sfużi kkawżati mill-erożjoni u mill-użu prattikament bla waqfien tal-għolja għal skopijiet agrikoli meta ma baqgħetx tintuża bħala ċentru ċerimonjali.
Għall-ħabta tal-bidu tat-tmien millenju Q.K., Göbekli Tepe tilef l-importanza tiegħu. Il-wasla tal-agrikoltura u t-trobbija tal-annimali ġabu magħhom realtajiet ġodda għall-bniedem fiż-żona, u ż-"żu ta' Żmien il-Ħaġar" (il-frażi li uża Schmidt partikolarment għall-Parti D tas-Saff III) milli jidher tilef kwalunkwe importanza li kellu għall-komunitajiet iktar antiki tar-reġjun. Madankollu, il-kumpless ma ġiex sempliċement abbandunat u ntesa, u tħalla jinqered gradwalment mill-elementi. Minflok, kull Parti ġiet mirduma apposta b'saħansitra 300 sa 500 metru kubu ta' radam, u b'hekk inħolqot tumbata artifiċjali l-iktar bi frammenti żgħar tal-ġebla tal-ġir, reċipjenti tal-ġebel u għodod tal-ġebel. Ġie identifikat ukoll ħafna għadam tal-annimali u tal-bnedmin fir-radam. Is-sit ġie mirdum apposta xi żmien wara t-8000 Q.K.: il-binjiet intradmu taħt ir-radam, l-iktar żrar, żnied, għodod tal-ġebel u għadam tal-annimali. Barra minn hekk, instabu wkoll bosta ponot ta' vleġeġ u lanez ta' Byblos, ta' Nemrik, ta' Helwan u ta' Aswad.
Kostruzzjoni
Il-promontorju li jinsabu fuqu Göbekli Tepe ssawwar bl-erożjoni u bit-tħaffir fil-barrieri kemm fin-Neolitiku kif ukoll fil-perjodi ta' wara. Hemm erba' kanali twal 10 metri (33 pied) u wesgħin 20 ċentimetru (7.9 pulzieri) fin-naħa tan-Nofsinhar tal-promontorju, li ġew interpretati bħala l-fdalijiet ta' barriera antika li minnha kienu jinqatgħu blokok rettangolari. Dawn possibbilment huma relatati ma' binja kwadra fil-qrib, li ġew ippreservati biss is-sisien tagħha. X'aktarx, dawn huma l-fdalijiet ta' torri tal-għassa Ruman li kien parti mil-Limes Arabicus, iżda din hi biss teorija. Il-biċċa l-kbira tal-istrutturi fuq il-promontorju milli jidher kienu r-riżultat ta' tħaffir fil-barrieri Neolitiċi, fejn il-barrieri ntużaw bħala sorsi għall-elementi arkitettoniċi monolitiċi enormi. Il-profili tagħhom tħaffru mill-blat, u l-blokok li kienu jinqatgħu kien jittellgħu sa fejn l-għolja. Diversi barrieri ġew identifikati fejn kienu ġew prodotti l-ħaġriet kbar tas-sit. L-istatus tagħhom bħala barrieri ġie kkonfermat bis-saħħa tas-sejba ta' biċċa blat ta' tliet metri bi tliet metri fix-xaqliba tax-Xlokk tal-promontorju. Ma hemmx dubju li t-tliet pilastri b'għamla tal-ittra T li kienu għadhom ma nqatgħux mill-blat huma Neolitiċi. L-ikbar wieħed minnhom jinsab fin-naħa tat-Tramuntana tal-promontorju. Huwa twil seba' metri (23 pied) u l-biċċa ta' fuq tiegħu hija wiesgħa tliet metri (10 piedi). Il-piż tagħha x'aktarx li huwa madwar 50 tunnellata. Iż-żewġ pilastri l-oħra mhux kompluti jinsabu fin-naħa tan-Nofsinhar tal-promontorju.
L-arkeologi ma jaqblux fuq kemm kien meħtieġ xogħol għall-kostruzzjoni tas-sit. Schmidt sostna li "x-xogħol tat-tħaffir fil-barrieri, tat-trasport, u tat-twaqqif ta' tunnellati sħaħ ta' pilastri tqal, monolitiċi u kważi mħejjija b'mod universali tal-ġebla tal-ġir [...] ma kienx xogħol ta' ftit nies". Bl-użu tal-esperimenti ta' bil-moai ta' bħala referenza, huwa stima li ċ-ċaqliq biss tal-pilastri x'aktarx li involva mijiet ta' nies. Skont dawn l-esperimenti, moai ta' daqs simili għal pilastru b'għamla tal-ittra T minn Göbekli Tepe kien jirrikjedi sena xogħol b'total ta' 20 ruħ biex jitnaqqax, u xi ġimgħa biex 50-75 ruħ jittrasportawh għal 15-il kilometru. It-tim ta' Schmidt ikkwota wkoll rendikont tal-1917 tal-kostruzzjoni ta' ħaġra megalitika fuq il-gżira ta' fl-Indoneżja, li tlestiet fi tlett ijiem b'total ta' 525 ruħ jaħdmu fuqha. Dawn l-istimi jirfdu l-interpretazzjoni tagħhom li s-sit inbena minn forza tax-xogħol kbira u mhux residenti, obbligata taħdem hemm minn elit reliġjuż żgħir. Skont stimi oħra, 7–14-il ruħ biss setgħu ċaqilqu l-pilastri bl-użu ta' ħbula u ilma jew lubrifikant ieħor, b'tekniki li ntużaw għall-kostruzzjoni ta' monumenti oħra bħal Stonehenge. Sperimenti fuq is-sit ssuġġerew li l-istrutturi kollha tal-PPN B attwalment esposti setgħu nbnew minn 12–24 ruħ f'inqas minn erba' xhur, b'biżżejjed żmien għat-tħaffir fil-barrieri u għat-tħejjija tal-ikel. Huwa maħsub li dawn l-istimi dwar ix-xogħol kienu jirrappreżentaw familja estiża waħda jew komunità waħda tal-villaġġ fin-Neolitiku. Jaqblu wkoll mal-għadd ta' nies li setgħu jgħixu komdi ġewwa waħda mill-binjiet dak iż-żmien.
Sit ta' Wirt Dinji
Is-sit arkeoloġiku ta' Göbekli Tepe ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2018.
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".
Referenzi
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Göbekli Tepe, X'inhi Göbekli Tepe? Xi tfisser Göbekli Tepe?
Gobekli Tepe bit Tork gœbecˈli teˈpe magħruf bħala Gire Mirazan jew Xirabreske bil Kurd huwa sit arkeoloġiku Neolitiku qrib il belt ta fix Xlokk tal it Turkija Is sit imur lura għan Neolitiku ta qabel il bċejjeċ tal fuħħar bejn wieħed u ieħor għall ħabta tad 9500 u s 7000 Q K u jikkonsisti minn għadd ta strutturi ċirkolari kbar mirfuda minn pilastri enormi tal ġebel l eqdem ħaġriet megalitiċi magħrufa fid dinja Bosta minn dawn il pilastri huma mzejna sew b dettalji antropomorfiċi astratti ilbies u riljievi ta annimali selvaġġi li jagħtu ħjiel rari lill arkeologi dwar ir reliġjon preistorika u l ikonografija partikolari ta dak iz zmien It tumbata tat tajn u tal ħamrija għolja 15 il metru 50 pied estiza fuq tmien ettari tinkludi wkoll bosta binjiet rettangolari barrieri u ċisterni mħaffrin fil ġebel min Neolitiċi kif ukoll xi traċċi ta attivita minn zminijiet li ġew wara Gobekli Tepe qabel ma twaħħlet it tinda protettiva It tinda protettiva tas sit Is sit intuza għall ewwel darba fil bidu tan Neolitiku li fil Lbiċ tal Asja jimmarka l istabbiliment tal eqdem insedjamenti permanenti fid dinja Il preistoriċi jikkollegaw din ir Rivoluzzjoni Neolitika mal wasla tal agrikoltura izda ma jaqblux dwar jekk l agrikoltura wasslitx biex in nies jinsedjaw ruħhom f post b mod permanenti jew viċe versa Gobekli Tepe li huwa kumpless monumentali li nbena fuq il quċċata ta għolja bil blat il bogħod minn sorsi magħrufa tal ilma u sa issa mingħajr evidenza ċara ta kultivazzjoni agrikola kellu rwol prominenti f dan id dibattitu L iskavatur oriġinali tas sit l arkeologu Ġermaniz iddeskrivih bħala l ewwel tempju tad dinja santwarju li ntuza minn gruppi ta kaċċaturi nomadiċi minn zona wiesgħa bi ftit jew l ebda abitant permanenti Arkeologi oħra sfidaw din l interpretazzjoni u sostnew li l evidenza għal nuqqas ta agrikoltura u popolazzjoni residenti għadha ma kinitx konkluziva Ir riċerka reċenti wasslet biex l iskavaturi attwali ta Gobekli Tepe jirrevedu jew jabbandunaw ħafna mill konkluzjonijiet li jirfdu l interpretazzjoni ta Schmidt Is sit ħareġ fid dieher minn stħarriġ li sar fl 1963 u l importanza tiegħu ġie rikonoxxuta minn Schmidt li ddirieġa l iskavi hemmhekk mill 1995 sa mewtu fl 2014 Minn dawk iz zmien l hawn ix xogħol tkompla taħt l awspiċji tal Universita ta Istanbul il Muzew ta Sanliurfa u l Istitut Arkeoloġiku Ġermaniz taħt id direzzjoni kumplessiva tal preistoriku Tork Is sit tnizzel fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2018 Sal 2021 saħansitra inqas minn 5 tas sit kien ġie skavat SfondIl Parti A tas sit Gobekli Tepe nbena u ġie okkupat matul in Neolitiku ta qabel il bċejjeċ tal fuħħar bl Ingliz Pre Pottery Neolithic PPN l izjed divizjoni bikrija tal perjodu Neolitiku fil Lbiċ tal Asja li kien imur lura għall ħabta tad 9600 u s 7000 Q K Mill bidu tal aħħar Era Glaċjali il PPN jimmarka il bidu tal ħajja fil villaġġi u jipproduċi l izjed evidenza bikrija ta insedjamenti umani permanenti fid dinja L arkeologi ilhom li assoċjaw dawn l insedjamenti mar Rivoluzzjoni Neolitika it tranzizzjoni mill kaċċa kollettiva għall agrikoltura izda ma jaqblux dwar jekk l adozzjoni tal agrikoltura kkawzatx lin nies biex jinsedjaw ruħhom b mod permanenti jew jekk insedjawx ruħhom b mod permanenti biex jadottaw l agrikoltura Minkejja l isem ir Rivoluzzjoni Neolitika fil Lbiċ tal Asja kienet mifruxa u tvarja lokalment L elementi tal ħajja fil villaġġi kienu jezistu saħansitra 10 000 sena ilu qabel in Neolitiku f xi nħawi u t tranzizzjoni lejn l agrikoltura ħadet eluf ta snin b passi differenti u bi trajjettorji differenti f reġjuni differenti In Neolitiku ta qabel il bċejjeċ tal fuħħar huwa maqsum f zewġ sottoperjodi il PPN A li jagħmlu parti minnu l fazijiet bikrin ta Gobekli Tepe għall ħabta ta bejn id 9600 u t 8800 Q K u l PPN B li jagħmlu parti minnu l fazijiet aħħarin ta Gobekli Tepe għall ħabta ta bejn it 8800 u s 7000 Q K Dan il perjodu ġie ppreċedut mill Epipaleolitiku u ġie ssuċedut min Neolitiku Aħħari Il Parti B tas sit L evidenza tindika li l abitanti kienu kaċċaturi kollettivi li ssupplimentaw l ikel ta kuljum tagħhom b forom bikrin ta ċereali ddomestikati u li kienu jgħixu fil villaġġi għall inqas għal parti mis sena L għodod bħall moli il mehriez u l lida li nstabu f Gobekli Tepe ġew analizzati u jissuġġerixxu pproċessar konsiderevoli taċ ċereali L evidenza arkeozooloġika tissuġġerixxi li kien ikun hemm kaċċa fuq skala kbira ta gazzelli bejn nofs is sajf u l ħarifa Il Parti Ċ tas sit Il villaġġi tal PPN kienu jikkonsistu minn raggruppamenti ta djar tal ġebel jew tal brikks tat tajn u xi kultant ta xi binjiet monumentali jew komunali sostanzjali It tradizzjoni tal pilastri b għamla tal ittra T prezenti f Gobekli Tepe hija unika għar reġjun ta Urfa izda tinsab fil maġġoranza tas sit tal PPN hemmhekk Dawn jinkludu Nevali Cori Hamzan Tepe Karahan Tepe Harbetsuvan Tepesi Sefer Tepe u Tasli Tepe Steli oħra tal ġebel mingħajr l għamla karatteristika tal ittra T ġew iddokumentati f siti kontemporanji iktar lil hinn fosthom Cayonu Qermez Dere u Gusir Hoyuk Ġeografija u ambjentIl Parti F tas sit Gobekli Tepe jinsab fl għoljiet ta qabel il muntanji Taurus li jħarsu fuq il pjanura ta u l ilmijiet ewlenin tax xmara tributarja tax xmara Is sit huwa tumbata tat tajn u tal ħamrija tumbata artifiċjali li tinsab fuq promontorju ċatt tal ġebla tal ġir Fit Tramuntana il promontorju huwa kkollegat mal muntanji ġirien permezz ta promontorju dejjaq Fid direzzjonijiet l oħra kollha il fondoq jinzel f daqqa u jsir xaqlibiet u rdumijiet weqfin Fuq nett tal fondoq hemm evidenza konsiderevoli tal impatt tal bniedem apparti l kostruzzjoni tat tumbata artifiċjali Saru skavi fix xaqliba tan Nofsinhar tat tumbata fin Nofsinhar u fil Punent ta siġra ta ċawsli li hija importanti għal pellegrinaġġ Izlamiku izda s sejbiet arkeoloġiċi saru fil promontorju kollu It tim ta skavaturi sab ukoll bosta fdalijiet ta għodod Fin naħa tal Punent ġie skopert għar zgħir li fih riljiev zgħir ta annimal tal ifrat Dan huwa l unika riljiev li nstab f dan l għar Veduta mill ajru tas sit arkeoloġiku ewlieni Bħall biċċa l kbira tas siti tal PPN fir reġjun ta Urfa Gobekli Tepe nbena fuq punt għoli fit tarf tal muntanji biex b hekk ikollu veduta wiesgħa fuq il pjanura ta taħt u vizibbilta tajba mill pjanura Din il pozizzjoni tat ukoll aċċess tajjeb lill bennejja għall materja prima is saff ewlieni tal ġebla tal ġir ratba li minnu nbena dan il kumpless u z għall produzzjoni tal għodod biex tinħadem il ġebla tal ġir Fl istess zmien meta Gobekli Tepe kien okkupat il klima taz zona kienet iktar sħuna u b iktar xita milli hi llum il ġurnata Is sit kien imdawwar minn bur tal ħaxix fi steppa miftuħa b abbundanza ta ċereali selvaġġi inkluz einkorn qamħ u xgħir u b merħliet ta annimali li jirgħu bħal nagħaġ mogħoz gazzelli u ekwidi Jaf kull staġun kienu jpassu merħliet kbar ta gazzelli ta denbhom iswed qrib is sit Ma hemm l ebda evidenza ta boskijiet sostanzjali fil qrib 90 tal karbonju rkuprat mis sit oriġina mis siġar tal pistaċċi jew tal lewz L arkeologi ma jaqblux bejniethom dwar jekk is sit kellux aċċess dirett għall ilma tax xorb Schmidt kien tal fehma li ma kien hemm l ebda aċċess għall ilma fil viċinanza immedjata abbazi tal fatt li filwaqt li hemm bosta fawwariet karstiċi u nixxigħat zgħar fil Germus l eqreb illum il ġurnata jinsabu diversi kilometri l bogħod Madankollu fi klima b iktar xita kif x aktarx kien il kaz dak iz zmien l ilma tal pjan lokali jaf kien iktar għoli u b hekk kienu jiġu attivati fawwariet eqreb tas sit li llum il ġurnata mhumiex attivati iktar Schmidt innota wkoll il prezenza ta diversi ċisterni mnaqqxin fis saff ewlieni taħt is sit li jesgħu mill inqas 150 metru kubu ta ilma u skavi sussegwenti zvelaw sistema possibbli ta ħzin tal ilma tax xita KronoloġijaDati bir radjokarbonju minn Gobekli Tepe Nru tal Laboratorju Kuntest Materjal perjodu Q K KIA 28407 Parti A taħt framment ta pilastru mwaqqa karbonju 8617 8315 Hd 20025 Parti A Saff III karbonju 9131 8559 Hd 20036 Parti A Saff III karbonju 9160 8759 Ua 19562 Parti B pilastru 8 agglomerazzjoni tal ġir 8280 7970 Ua 19561 Parti Ċ pilastru 11 agglomerazzjoni tal ġir 7560 7370 UGAMS 10797 Parti Ċ bejn ħitan esterni tal madwar karbonju 9261 9139 IGAS 2658 Parti D TAQ għas Saff II kampjun tal ħamrija 8241 7813 KIA 44701 Parti D mili sinna tal bhejjem 9676 8818 KIA 44149 Parti D tkaħħil tal ħajt 9675 9314 UGAMS 10796 Parti D biswit il ħitan tal madwar karbonju 9664 9334 KIA 42208 Parti F 7536 7350 KIA 42211 Parti G 7056 6749 It tinqix ta annimal felin fuq il Pilastru 27 tal Parti Ċ Id datazzjoni bir radjukarbonju turi li l izjed strutturi bikrin esposti f Gobekli Tepe nbnew bejn id 9500 u d 9000 Q K lejn l aħħar tal PPN A Is sit tkabbar b mod sinifikanti fil bidu tad disa millenju Q K u baqa jintuza sa madwar it 8000 Q K jew kemxejn iktar tard lejn il bidu tal PPN B Hemm evidenza li gruppi izgħar reġgħu marru jgħixu fil fdalijiet wara li l istrutturi Neolitiċi kienu ġew abbandunati Oriġinarjament Schmidt iddata s sit fil PPN abbazi tat tipi ta għodod tal ġebel li sab u kien iqis data lejn il PPN A bħala l izjed probabbli L istabbiliment tal kronoloġija assoluta tas sit ħa iktar zmien minħabba sfidi metodoloġiċi Għalkemm l ewwel zewġ dati bir radjukarbonju ġew ippubblikati fl 1998 dawn u kampjuni oħra mill mili tal istruttura kienu jmorru lura għall aħħar tal 10 u għall bidu tad 9 millenju bejn 500 sa 1 000 sena iktar tard milli kien mistenni għal sit tal PPN A It tim ta Schmidt spjega d diskrepanza fid dawl tat teorija tagħhom li dan il materjal kien twassal lejn is sit minn xi mkien ieħor meta ġie abbandunat u b hekk ma kienx rapprezentattiv tal uzu reali tal istrutturi Minflok bdew juzaw metodu iktar innovattiv ta datazzjoni tal materjal organiku ppreservat fit tkaħħil mal ħitan tal istrutturi li rrizulta f dati iktar konsistenti ma okkupazzjoni tal PPN A fin nofs jew saħansitra fil bidu tal 10 millenju Q K Riċerka sussegwenti wasslet għal revizjoni sinifikanti tal kronoloġija ta Schmidt inkluz l abbandun tat teorija li l mili tal istrutturi twassal mi xi mkien ieħor u r rikonoxximent li d dati diretti mit tkaħħil jiġu affettwati mill effett tal injam antik Flimkien mad dati l ġodda bir radjukarbonju dan stabbilixxa l kronoloġija assoluta tas sit bejn id 9500 u t 8000 Q K l aħħar tal PPN A u l PPN B ArkitetturaIt tinqix ta papri fuq il Pilastru 12 tal Parti Ċ Gobekli Tepe jsegwi mudell ġeometriku Il mudell huwa triangolu ekwilaterali li jikkollega l Partijiet A B u D Studju tal 2020 dwar il Ġeometrija u l Ippjanar Arkitettoniku ta Gobekli Tepe jissuġġerixxi li l Partijiet A B and D huma kumpless wieħed u fi ħdan dan il kumpless hemm ġerarkija bil Parti D fuq nett u rrifjuta l idea li kull Parti nbniet u ffunzjonat individwalment bħala ferm inqas probabbli Tumbata artifiċjali It tinqix ta volpi fuq il Pilastru 10 tal Parti B Fit tarf tal Punent tal għolja instabet figura qisha ta iljun F din iz zona spiss instabu frammenti taz znied u tal ġebla tal ġir Għalhekk ġie ssuġġerit li din iz zona setgħet kienet post fejn kienu jsir l iskulturi Min naħa l oħra mhuwiex ċar kif jistgħu jiġu kklassifikati t tliet immaġnijiet ta pene li nstabu fis superfiċe tal promontorju tan Nofsinhar Instabu qrib il barrieri taz zminijiet klassiċi u b hekk id datazzjoni tagħha hija ferm diffiċli Apparti t tumbata artifiċjali hemm pjattaforma inċiza b zewġ sokits li seta kien fihom xi pilastri u bank ċatt fil madwar Din il pjattaforma tikkorrispondi għall kumplessi mis Saff III tat tumbata artifiċjali Bi tkomplija tal mudell tat tismija issejħet il kumpless E Minħabba s similarita tagħha mal binjiet reliġjuzi ta Nevali Cori issejħet ukoll it Tempju tal Blata L art tal kumpless ġiet imħaffra bir reqqa mis saff ewlieni tal blat u llixxata bħall artijiet tat terrazzo tal kumplessi inqas antiki f Gobekli Tepe Ezatt fil Majjistral ta din iz zona hemm zewġ fosos qishom ġibjuni li huwa maħsub li huma parti mill kumpless E Wieħed minn dawn il fosos għandu struttura olzata qisha mejda kif ukoll ħames tarġiet Saff III It tinqix ta diversi annimali fuq il Pilastru 2 tal Parti A F dan l istadju bikri tal istorja tas sit bdew ifeġġu għall ewwel darba kumplessi ċirkolari jew temene Ivarjaw bejn 10 sa 30 metru 33 sa 98 pied bħala dijametru L izjed karatteristika notevoli tagħhom hija l prezenza ta pilastri tal ġebla tal ġir b għamla tal ittra T stabbiliti b mod indaqs fi ħdan ħitan interni ħoxnin magħmula minn ġebel mhux maħdum Sa issa ġew zvelati erba strutturi ta dan it tip Stħarriġiet ġeofiziċi jindikaw li hemm 16 oħra li jinkludu sa tmien pilastri kull wieħed u li b hekk jammontaw għal kwazi 200 pilastru b kollox Il ħaġriet ġew ittrasportati minn fosos bis saff tal blat ewlieni li jinstabu madwar 100 metru 330 pied mill quċċata tal għolja u l ħaddiema kienu juzaw ponot taz znied biex jaqtgħu l ġebla tal ġir mis saff tal blat ewlieni Hemm zewġ pilastri itwal weqfin quddiem xulxin fiċ ċentru ta kull ċirku Mhuwiex ċert jekk iċ ċrieki kinux imsaqqfa Fuq ġewwa nstabu bankijiet tal ġebel biex wieħed ikun jista joqgħod bilqiegħda fuqhom Ħafna mill pilastri huma mzejna b pittogrammi enigmatiċi astratt u mnaqqxin b riljievi jew b tinqix ta diversi annimali Il pittogrammi jaf jirrapprezentaw simbolu sagri komuni kif ikkonfermat minn pitturi fl għerien Neolitiċi f inħawi oħra Ir riljievi juru mammiferi bħal iljuni barrin ċingjali volpi gazzelli u ħmir sriep u rettili oħra artropodi bħal insetti u araknidi u għasafar partikolarment avvultuni Fiz zmien meta nbena s sit il pajsaġġ tal madwar x aktarx li kien mimli foresti u kapaċi jsostni din il varjeta ta ħajja selvaġġa qabel millenji ta insedjament uman u kultivazzjoni wasslu għall kundizzjonijiet prevalenti llum il ġurnata kwazi ta dezert L avvultuni jispikkaw ukoll fil ikonografija ta Catalhoyuk u ta Ftit figuri umanojdi tfaċċaw fl arti ta Gobekli Tepe Uħud mill pilastri b għamla tal ittra T fihom dirgħajn umani mnaqqxin fuq il parti baxxa tagħhom li madankollu jissuġġerixxu lill iskavatur tas sit Schmidt li kienu maħsuba biex jirrapprezentaw l iġsma ta bnedmin jew forsi allat stilizzati Biċċiet tad drapp imdawra mal ġenbejn jidhru wkoll fil parti baxxa ta wħud mill pilastri Il ħaġra orizzontali tal ġebel fuq nett hija maħsuba minn Schmidt li tissimboleġġa l ispallejn li jissuġġerixxu li l figuri tħallew bla ras Mhuwiex magħruf jekk kinux maħsuba biex jaqdu lil xi fidili biex jissimboleġġaw xi antenati vvenerati jew biex jirrapprezentaw ħlejqiet antropomorfiċi sovranaturali Uħud mill artijiet f dan is saff li huwa l eqdem wieħed huma magħmulin mit terrazzo ġir maħruq oħrajn huma tal blat u minnhom ġew imnaqqxin pedestalli biex izommu l par pilastri ċentrali l kbar Id datazzjoni bir radjukarbonju tindika li l kostruzzjoni ta dawn iċ ċrieki bikrin seħħet għall ħabta tad 9000 Q K Id datazzjoni bir radjukarbonju tissuġġerixxi li għal raġunijiet mhux magħrufa il Partijiet ġew mirduma matul Zmien il Ħaġar Saff II It tinqix ta avvultun fuq il Pilastru 43 tal Parti D Il ħolqien tal Partijiet ċirkolari fis Saff III iktar il quddiem witta t triq għall kostruzzjoni ta kmamar rettangolari zgħar fis Saff II Il binjiet rettangolari jagħmlu uzu iktar effiċjenti tal ispazju meta mqabbla mal istrutturi ċirkolari Spiss jiġu assoċjati man Neolitiku izda l pilastri b għamla tal ittra T il karatteristika prinċipali tal Partijiet iktar antiki huma prezenti f dan is saff ukoll u dan jindika li l binjiet tas Saff II baqgħu jintuzaw għall istess raġuni fi ħdan il kultura x aktarx bħala santwarji Is Saff II ġie attribwit għall PPN B Id diversi kmamar rettangolari li jagħtu għal ġo xulxin mingħajr bibien u mingħajr twieqi għandhom artijiet tal ġir illostrat qishom artijiet Rumani bit terrazzo Id datazzjoni bir radjukarbonju indikat dati bejn it 8800 u t 8000 Q K Diversi pilastri b għamla tal ittra T għoljin sa 1 5 metru jokkupaw iċ ċentru tal kmamar Par imzejna b iljuni b ħarsa kiefra huwa l istess raġunament li wassal għall isem binja tal pilastri tal iljuni kif inhi magħrufa din il Parti Pilastru tal ġebel li qisu totem ġie skopert fis Saff II ta Gobekli Tepe fl 2010 Huwa għoli 1 92 metru u superfiċjalment qisu wieħed mit totem tal Amerka ta Fuq Il pilastru fih tliet figuri ta fuq nett b għamla ta predatur probabbilment ors u taħt għamla qisha ta bniedem Minħabba li l istatwa hija danneġġata l interpretazzjoni mhijiex ċara għalkollox Frammenti ta pilastru simili ġew skoperti wkoll xi 20 sena ilu f sit ieħor fit Turkija f Nevali Cori Barra minn hekk saff iktar antik f Gobekli Tepe fih xi skulturi relatati ta annimali fuq irjus ta bnedmin Saff I Klaus Schmidt jagħti lekċer f Salzburg fl 2014 Is Saff I huwa dak ta fuq nett fl għolja Huwa l izjed wieħed baxx izda jirrapprezenta l itwal firxa ta zmien Jikkonsisti minn sedimenti sfuzi kkawzati mill erozjoni u mill uzu prattikament bla waqfien tal għolja għal skopijiet agrikoli meta ma baqgħetx tintuza bħala ċentru ċerimonjali Għall ħabta tal bidu tat tmien millenju Q K Gobekli Tepe tilef l importanza tiegħu Il wasla tal agrikoltura u t trobbija tal annimali ġabu magħhom realtajiet ġodda għall bniedem fiz zona u z zu ta Zmien il Ħaġar il frazi li uza Schmidt partikolarment għall Parti D tas Saff III milli jidher tilef kwalunkwe importanza li kellu għall komunitajiet iktar antiki tar reġjun Madankollu il kumpless ma ġiex sempliċement abbandunat u ntesa u tħalla jinqered gradwalment mill elementi Minflok kull Parti ġiet mirduma apposta b saħansitra 300 sa 500 metru kubu ta radam u b hekk inħolqot tumbata artifiċjali l iktar bi frammenti zgħar tal ġebla tal ġir reċipjenti tal ġebel u għodod tal ġebel Ġie identifikat ukoll ħafna għadam tal annimali u tal bnedmin fir radam Is sit ġie mirdum apposta xi zmien wara t 8000 Q K il binjiet intradmu taħt ir radam l iktar zrar znied għodod tal ġebel u għadam tal annimali Barra minn hekk instabu wkoll bosta ponot ta vleġeġ u lanez ta Byblos ta Nemrik ta Helwan u ta Aswad Kostruzzjoni It totem tas Saff II Il promontorju li jinsabu fuqu Gobekli Tepe ssawwar bl erozjoni u bit tħaffir fil barrieri kemm fin Neolitiku kif ukoll fil perjodi ta wara Hemm erba kanali twal 10 metri 33 pied u wesgħin 20 ċentimetru 7 9 pulzieri fin naħa tan Nofsinhar tal promontorju li ġew interpretati bħala l fdalijiet ta barriera antika li minnha kienu jinqatgħu blokok rettangolari Dawn possibbilment huma relatati ma binja kwadra fil qrib li ġew ippreservati biss is sisien tagħha X aktarx dawn huma l fdalijiet ta torri tal għassa Ruman li kien parti mil Limes Arabicus izda din hi biss teorija Il biċċa l kbira tal istrutturi fuq il promontorju milli jidher kienu r rizultat ta tħaffir fil barrieri Neolitiċi fejn il barrieri ntuzaw bħala sorsi għall elementi arkitettoniċi monolitiċi enormi Il profili tagħhom tħaffru mill blat u l blokok li kienu jinqatgħu kien jittellgħu sa fejn l għolja Diversi barrieri ġew identifikati fejn kienu ġew prodotti l ħaġriet kbar tas sit L istatus tagħhom bħala barrieri ġie kkonfermat bis saħħa tas sejba ta biċċa blat ta tliet metri bi tliet metri fix xaqliba tax Xlokk tal promontorju Ma hemmx dubju li t tliet pilastri b għamla tal ittra T li kienu għadhom ma nqatgħux mill blat huma Neolitiċi L ikbar wieħed minnhom jinsab fin naħa tat Tramuntana tal promontorju Huwa twil seba metri 23 pied u l biċċa ta fuq tiegħu hija wiesgħa tliet metri 10 piedi Il piz tagħha x aktarx li huwa madwar 50 tunnellata Iz zewġ pilastri l oħra mhux kompluti jinsabu fin naħa tan Nofsinhar tal promontorju L arkeologi ma jaqblux fuq kemm kien meħtieġ xogħol għall kostruzzjoni tas sit Schmidt sostna li x xogħol tat tħaffir fil barrieri tat trasport u tat twaqqif ta tunnellati sħaħ ta pilastri tqal monolitiċi u kwazi mħejjija b mod universali tal ġebla tal ġir ma kienx xogħol ta ftit nies Bl uzu tal esperimenti ta bil moai ta bħala referenza huwa stima li ċ ċaqliq biss tal pilastri x aktarx li involva mijiet ta nies Skont dawn l esperimenti moai ta daqs simili għal pilastru b għamla tal ittra T minn Gobekli Tepe kien jirrikjedi sena xogħol b total ta 20 ruħ biex jitnaqqax u xi ġimgħa biex 50 75 ruħ jittrasportawh għal 15 il kilometru It tim ta Schmidt ikkwota wkoll rendikont tal 1917 tal kostruzzjoni ta ħaġra megalitika fuq il gzira ta fl Indonezja li tlestiet fi tlett ijiem b total ta 525 ruħ jaħdmu fuqha Dawn l istimi jirfdu l interpretazzjoni tagħhom li s sit inbena minn forza tax xogħol kbira u mhux residenti obbligata taħdem hemm minn elit reliġjuz zgħir Skont stimi oħra 7 14 il ruħ biss setgħu ċaqilqu l pilastri bl uzu ta ħbula u ilma jew lubrifikant ieħor b tekniki li ntuzaw għall kostruzzjoni ta monumenti oħra bħal Stonehenge Sperimenti fuq is sit ssuġġerew li l istrutturi kollha tal PPN B attwalment esposti setgħu nbnew minn 12 24 ruħ f inqas minn erba xhur b bizzejjed zmien għat tħaffir fil barrieri u għat tħejjija tal ikel Huwa maħsub li dawn l istimi dwar ix xogħol kienu jirrapprezentaw familja estiza waħda jew komunita waħda tal villaġġ fin Neolitiku Jaqblu wkoll mal għadd ta nies li setgħu jgħixu komdi ġewwa waħda mill binjiet dak iz zmien Sit ta Wirt DinjiStatwetta ta ras annimal Is sit arkeoloġiku ta Gobekli Tepe ġie ddezinjat bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2018 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta tliet kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ u l kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem Referenzi a b ċ Centre UNESCO World Heritage Gobekli Tepe UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2022 04 07