Azərbaycan  AzərbaycanMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  Türkiyə
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Ilarju ta Poitiers Poitiers madwar 315 Poitiers 367 kien isqof ta Pictavium illum Poitiers teologuo filosfu u kittieb Hu

Ilarju ta' Poitiers

  • Paġna Ewlenija
  • Ilarju ta' Poitiers
Ilarju ta' Poitiers
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Ilarju ta' Poitiers (Poitiers, madwar 315 – Poitiers, 367) kien isqof ta' Pictavium (illum Poitiers), teologuo, filosfu u kittieb. Hu meqjum bħala qaddis fil-Knisja Kattolika, fil-Knisja Ortodossa u fil-Komunjoni Anglikana u ġie proklamat Duttur tal-Knisja.


L-ordinazzjoni ta' Sant'Ilarju, manuskritt tas-seklu XIV
Twelid madwar 315
Poitiers
Mewt 367
Poitiers
Pre kongregazzjoni
13 ta' Jannar

Il-Bidu

Twieled għall-ħabta tas-sena 315, madwar erbgħin sena qabel Santu Wistin. Hu sar Isqof ta’ Poitiers, il-belt kapitali ta’ Poitou li kienet provinċja qadima ta’ Franza, qrib is-sena 350. Fis-sena 356 hu ħa sehem fil-Konċilju ta’ Beziers. Dan tlaqqa’ sena wara l-Konċilju ta’ Milan li minħabba l-pressjoni ta’ l-Imperatur Arjan Kostanzu, iben l-, kien ikkundanna lil Atanasju, Isqof ta’ Lixandra, għax dan ma kienx laqa’ mill-ġdid fil-Knisja lill-ereżjarka .

Sant'Illarju kien kontra l-kundanna ta’ Atanasju. Minħabba f’hekk hu kien akkużat fil-Konċilju ta’ Beziers li ma kienx qabel ma’ l-isqfijiet l-oħra Oċċidentali meta dawn ikkundannaw lil Atanasju. Dan kien ħadha kontra Arju li ċaħad kemm l-unità u l-konsustanzjalità tat-Tliet Persuni tat-Trinita’ Qaddisa kif ukoll id-divinità ta’ l-Iben ta’ Alla. Bħala konsegwenza Illarju kien imneħħi minn Isqof ta’ Poitiers u eżiljat fil-Friġja, fl-Asja Minuri.

Is-snin li Illarju għadda fl-eżilju fl-Asja Minuri servewh biex kabbar il-kultura tiegħu u ssaħħaħ fid-duttrina nisranija. Hawnhekk hu sab ruħu espost għall-kitbiet ta’ Missirijiet il-Knisja u ta’ kittieba nsara oħrajn li kitbu bil-Grieg. Kien influwenzat b’mod speċjali mill-kitba Griega ta’ . Minħabba f’hekk hu seta’ jitbiegħed mill-materjaliżmu ta’ Tertulljanu u jasal għall-ispiritwaliżmu ta’ . Għal dik li hi formazzjoni teoloġika, Illarju sar jaf minn ras il-għajn x’kien ifisser l-Arjaniżmu u x’valur kellha l-kontroversja Arjana. Illarju għamel użu minn din it-teoloġija Griega meta kiteb iż-żewġ trattati ta’ matul l-eżilju, jiġifieri It-Trinita’ u Is-Sinodi. Hu għamel enfasi fuq il-fatt li l-Iben kien imnissel mill-Missier qabel kull żmien, jiġifieri minn dejjem ta’ dejjem. Sostna wkoll li l-Persuni jintgħażlu minn xulxin, imma huma Alla wieħed, b’sustanza waħda, minkejja l-fatt li l-Missier hu Alla, l-Iben hu Alla u l-Ispirtu s-Santu hu Alla. Min-naħa l-oħra l-Ispirtu s-Santu ġej mill-Missier u mill-Iben, u la hu mnissel u lanqas maħluq mill-Iben qabel il-ħolqien ta’ l-univers.

Kemm dam fl-eżilju fil-Friġja, Illarju kien ħieles li jagħmel u jmur fejn irid, mhux bħal xi isqfijiet u kittieba sagri oħra mill-Oċċident, ngħidu aħna Ewsebju ta’ Verċelli u Luċiferu ta’ Cagliari. Minħabba f’din il-libertà hu ħa sehem fil-Konċilju ta’ Selewċja f’Settembru tas-sena 359. Wara li ntemm dan il-Konċilju, l-Arjani u dawk li ma kinux jemmnu fil-konsustanzjalità tat-Tliet Persuni, jiġifieri li l-Persuni huma essenza jew sustanza waħda, marru Kostantinopli għand l-Imperatur Kostanzu li kien Arjan bħalhom u qalulu b’dak li kien ġara.

Fl-istess żmien Illarju mar hu stess Kostantinopli, imma qrib it-tmiem tas-sena 359 waslitlu l-aħbar kerha li l-isqfijiet tal-Knisja Latina kienu ltaqgħu f’Rimini u, taħt il-pressjoni ta’ l-Imperatur Kostanzu, iffirmaw il-formula ta’ fidi Trinitarja li kienet influwenzata mit-tagħlim Arjan u setgħet tissejjaħ formula Filoarjana bħala konsegwenza tat-taħlita tad-duttrina ta’ Filone u dik ta’ Arju.

Fis-sena 364 Illarju mar Milan minn Poitiers biex flimkien ma’ Ewsebju ta’ Verċelli jneħħi lill-Isqof Awsenzju minn dik is-sede. Dan kien ilu isqof ta’ dik id-djoċesi importanti sa mis-sena 355. It-tentattiv falla u l-Isqof Illarju kellu jerġa’ lura pajjiżu bla ma kiseb suċċess. Skont San Ġlormu hu miet kważi tliet snin wara, fis-sena 367.

Id-duttrina Arjana

Il-fundatur tad-duttrina Arjana kien Arju, qassis ta’ nisel Libjan (ċ. 256-336) imma li kien tgħallem it-teoloġija f’Antijokja. Hu sar djaknu u wara kien ordnat saċerdot fil-Knisja ta’ Lixandra. Mill-istess skola Antijokena ħarġu ereżjarki oħra, bħal Nestorju u Appollinar ta’ Laodicea. Kien hemm ukoll Teodoru ta’ Mopswestja, imma dan għall-inqas kellu tajbin il-kummentarji bibliċi tiegħu li fihom wera talent kbir eseġetiku; ħdejn l-oħrajn, għalhekk, Teodoru kien inqas ħażin f’tagħlimu.

F’Antijokja fil-fatt kien hemm l-għalliem Luċjanu li l-Isqof Alessandru ta’ Lixandra jgħoddu bħala wieħed mill-fundaturi ta’ l-Arjaniżmu. Qrib is-sena 318 Arju beda jqajjem ħafna diskussjonijiet minħabba l-fatt li beda jippriedka duttrina teoloġika personali u jippreżentaha bħala d-duttrina tal-Knisja Kattolika. Hu kiteb ftit ferm u l-ftit li kiteb intilef, neħħi xi frammenti ’l hawn u ’l hinn.

Arju bena d-duttrina tiegħu fuq tagħrif li kien parzjalment żbaljat. Meta qal li d-divinità ma tistax tkun maħluqa kien qed jgħid sewwa, imma meta sostna li din (id-divinità) ma tistax tkun imnissla kien qed jiżbalja. Minn din it-tieni asserzjoni ġibed il-konklużjoni li l-Logos, jew l-Iben ta’ Alla, mhux Alla imma ħlejqa ta’ Alla. Skond hu l-Iben kien maħluq mix-xejn, imma mhux mis-sustanza ta’ Alla. Għalhekk hu differenti ħafna mill-Missier. Kien hemm żmien meta l-Iben ma kienx jeżisti. Hu jista’ jissejjaħ l-Iben ta’ Alla fis-sens wiesa’ u morali tal-kelma għaliex Alla l-Missier tah l-adozzjoni divina minħabba li applikaha għalih minn qabel ma seħħew il-merti li kien se jikseb f’ħajtu. Alla l-Missier hu l-uniku Alla. Il-Logos, jew l-Iben, għandu post speċjali fil-ħolqien għaliex jokkupa l-post singulari ta’ esseri suprem bejn il-ħolqien u Alla l-Missier. Fil-fatt Arju jgħid li Alla l-Missier ħalaq l-Iben mix-xejn biex hu jieħu ħsieb joħloq id-dinja u kull ma fiha. Imbagħad l-Iben sar bniedem fis-sens li ħa post ir-ruħ ta’ Ġesu’ Kristu. L-Iben wettaq f’Ġesu’ Kristu l-funzjoni tar-ruħ tiegħu. Meta l-Logos imbagħad ġie biex joħloq, l-ewwel ħalaq l-Ispirtu s-Santu u wara l-univers. Din id-duttrina ma kienx Arju li vvintaha imma kienet ilha teżisti mal-ħamsin sena kaġun ta’ l-influwenza tad-duttrini Neoplatoniċi. Dak li għamel Arju kien li bħala duttrina wassalha sa l-estrem.

L-Arjaniżmu kien attakkat sa minn kmieni minħabba l-fatt li kien qed jesponi duttrina li kienet teħodha kontra l-bażi tat-teoloġija nisranija. Li kieku l-Iben ma kienx Alla, hu ma kienx ikun jista’ jifdi l-umanità mid-dnub tan-nisel u mid-dnubiet personali.

Il-qagħda tal-kontroversja Arjana ħżienet meta Alessandru, Isqof ta’ Lixandra, talab lil Arju u lis-segwaċi tiegħu biex jirtiraw id-duttrina falza tagħhom. Dawn irrifjutaw bil-qawwa kollha. Għalhekk fis-sena 318 l-Isqof Alessandru sejjaħ sinodu li skomunika lil Arju u lis-segwaċi tiegħu. Minflok ma aċċetta s-sentenza, Arju fittex l-appoġġ tal-kondixxipli tiegħu f’Antijokja. Xi wħud minn dawn kienu ġa isqfijiet, fosthom Ewsebju ta’ Nikomedja li tah l-appoġġ kollu u għamillu laqgħa kbira. B’hekk in-nuqqas ta’ qbil infirex fil-knisja Griega u l-periklu kiber. L-Imperatur Kostantinu ried li tinstab soluzzjoni u għalhekk laqqa’ l-ewwel Konċilju Ekumeniku: dak ta’ Niċea. B’kollox kien hemm aktar minn tliet mitt isqof li ħadu sehem. Il-konklużjoni kienet li l-konċilju kkonferma s-sentenza ta’ l-Isqof Alessandru kontra Arju u fformula s-Simbolu jew Kredu ta’ Niċea li għadu magħruf sa llum għad-dettalji duttrinali li jesponi.

L-Imperatur Kostantinu bagħat lil Arju fl-eżilju f’Illirja, imma wara għaxar snin, fis-sena 328, ħallieh jerġa’ lura lejn pajjiżu. Wara s-Sinodu ta’ Tir u dak ta’ Ġerusalemm, fis-sena 335, l-isqfijiet iddeċidew li jaħfru lil Arju u jerġgħu jilqgħuh fil-Knisja fost il-membri tal-kleru. Fis-sena 336 l-Imperatur Kostantinu ordna li ssir rikonċiljazzjoni solenni f’Kostantinopli bil-ħidma ta’ l-isqof tal-belt imperjali, imma lejliet il-jum tar-rikonċiljazzjoni Arju miet għal għarrieda.

Ir-ritorn ta’ Illarju fi Poitiers

Sa fl-aħħar l-Imperatur Kostanzu ta l-maħfra lil Illarju u ħallieh jerġa’ lura lejn pajjiżu fi Franza bla ma ġiegħlu jiffirma l-formula tal-fidi Filoarjana. Illarju kien milqugħ bil-kbir. Ftit wara hu ħa sehem fil-Konċilju ta’ Pariġi li sar fis-sena 351.

L-isqfijiet li ħadu sehem fil-Konċilju ta’ Pariġi rnexxielhom isibu termini dommatiċi li kienu kompatibbli mat-tagħlim tal-Knisja u setgħu jkunu milqugħa bħala teoloġikament tajbin.

Fil-kontroversja Arjana kien hemm min tkellem dwar it-Tliet Persuni tat-Trinita’ u ħareġ bit-tifsira omousiana, terminu li jfisser li l-Persuni għandhom essenza waħda, dik li llum ngħidulha sustanza waħda. Kien hemm ukoll min ħareġ bit-tifsira omeousiana, terminu li jfisser li l-Persuni tat-Trinita’ jixxiebħu fl-essenza jew fis-sustanza. Il-Konċilju ta’ Pariġi aċċetta dawn iż-żewġ tifsiriet, imma fl-istess ħin ikkundanna l-mexxejja ta’ l-Arjaniżmu tal-Knisja Latina, filwaqt li wera ħniena kbira ma’ l-isqfijiet li f’Rimini u bnadi oħra kienu ċedew għall-pressjoni li kienet saret fuqhom mill-Imperatur Kostanzu jew minn ħaddieħor. Ir-riżultat kien li l-Franċiżi kienu meħlusa immedjatament mill-fdalijiet ta’ l-Arjaniżmu.

Il-ħidma letterarja ta’ Illarju

Il-parti l-kbira tal-kitbiet ta’ Illarju waslu sħaħ sa għandna u dan juri l-imħabba li kellhom lejh il-qarrejja tiegħu matul iż-żminijiet. Ix-xogħlijiet tiegħu jinqasmu f’erbgħa:

(1) opri dottrinali, (2) opri storiċi, (3) opri eseġetiċi jew ta’ tifsir il-Bibbja u (4) innijiet.

(A) L-opri dottrinali ta’ Illarju

L-opri dottrinali ta’ Illarju huma ż-żewġ trattati li kiteb kemm dam fl-eżilju, jiġifieri It-Trinita’ u Is-Sinodi.

It-Trinita’ (De Trinitate)

Dan it-trattat fih 12-il ktieb. X’aktarx li Illarju ma tahx dan it-titlu. San Ġirolmu jirreferi għalih bħala Kontra l-Kotba ta’ l-Arjani. Hu fil-manuskritt l-iktar riċenti li jissejjaħ It-Trinita’. Kittieba oħra sejħulu Dwar il-Fidi.

Il-kitba kienet ispirata mill-kuntatt li Illarju kellu fl-Orjent mal-omeousiani, jew dawk li kienu jgħidu li l-Persuni tat-Trinita’ għandhom essenza li tixxiebah. Din tista’ tkun duttrina tajba jekk wieħed jgħallem li l-essenza tixxiebah għax hi l-istess, imma hi duttrina ħażina jekk wieħed isostni li l-essenza tal-Persuni Divini tixxiebah biss imma mhix l-istess. Hu f’dan it-tieni sens li l-omeousiani kienu qegħdin jinterpretaw ix-xebh bejn il-Persuni tat-Trinita’.

L-ewwel ktieb hu introduzzjoni. Fil-prologu Illarju jistqarr li ħadd ma jista’ jifhem il-misteru tat-Trinita’, iżda hu kien qiegħed fi ‘vjaġġ lejn Alla’. Imbagħad jagħti sintesi ta’ l-opra kollha. Is-suġġett fil-fatt hu ttrattat mit-tieni ktieb ’il quddiem.

Il-kotba mit-tieni sat-tnax huma maqsumin fi tlieta: (a) l-ewwel taqsima tiġbor fiha t-tieni u t-tielet ktieb, (b) it-tieni tkopri mir-raba’ sas-seba’ ktieb u (ċ) it-tielet mit-tmienja sat-tnax.

L-ewwel taqsima fiha espożizzjoni ġenerali tal-kontroversja dwar ir-rabta bejn il-Missier u l-Iben u dwar id-divinità ta’ l-Iben li kienet miċħuda mill-Arjani. Imbagħad fit-tieni ktieb l-awtur juri x’kienet tgħallem il-Knisja Kattolika dwar id-diversi ereżiji. Jgħid xi ħaġa wkoll dwar l-Ispirtu s-Santu. It-tielet ktieb jeħodha kontra l-argumenti foloz li l-Arjani kienu jġibu biex juru li l-Iben hu inferjuri għall-Missier.

Fit-tieni taqsima Illarju jagħti lista ta’ l-istqarrijiet tal-fidi ta’ l-Arjani. Jagħti traduzzjoni Latina tat-test sħiħ tal-professjoni Arjana li Arju kien bagħat lil Alessandru, Isqof ta’ Lixandra u jeħodha kontra l-kontenut tagħha permezz ta’ siltiet bibliċi biex jipprova li l-Iben hu Alla veru bħall-Missier.

Fit-tielet taqsima jikkonfuta t-tagħlim Arjan u juri li r-rabta bejn il-Missier u l-Iben hi vera u reali u mhux biss morali kif kienu jgħidu l-Arjani. L-Iben mhux inferjuri għall-Missier. Kristu bata iżda b’daqshekk ma kienx esseri imperfett; id-divinità ma tbatix. Sar bniedem biex ikun jista’ jbati u jmut. Qam mill-mewt għaliex kien bniedem u Alla. Fi tmiem din it-taqsima Illarju kiteb il-kapitli 55 u 56 dwar l-Ispirtu s-Santu.

Is-Sinodi (De Synodis)

Illarju kiteb dan it-trattat fis-sena 359 waqt li kien qed jikteb fuq it-Trinita’. Fl-istess ħin kienu qed isiru t-tħejjijiet għall-Konċilju ta’ Rimini u ta’ Selewċja. It-trattat kien indirizzat lill-Isqfijiet tal-Gallja u fl-aħħar lill-Isqfijiet ta’ l-Orjent. L-opra hi maqsuma f’żewġ taqsimiet. Fl-ewwel taqsima (kap1 sa 65) Illarju jeżamina l-istqarrijiet varji tal-fidi li l-Orjentali kienu ppubblikaw bejn is-snin 341 u 359, u li l-Insara tal-Knejjes Latini kienu jqisu kollha flimkien bħala stqarrija tal-fidi Arjana. Illarju qies bħala Arjana l-istqarrija l-iżjed estrema - dik tas-sena 357 imsawra f’Sirmio. Fit-tieni taqsima (kap 66 sa 92) hu jistudja t-termini Griegi homoousios u homoiousios. It-terminu homoousios ifisser li Kristu hu ta’ l-istess essenza jew sustanza tal-Missier; it-terminu homoiousios ifisser li Kristu hu bħall-Missier skond l-essenza jew is-sustanza. Illarju interpreta l-kliem ‘ta’ l-istess sustanza tal-Missier’ bħala li tfisser li l-Iben hu bħall-Missier skond is-sustanza. B’hekk wera li ż-żewġ termini kienu aċċettabli jekk jingħataw interpretazzjoni ortodossa. Għalhekk il-Persuni Divini huma sustanza waħda għalkemm magħżulin minn xulxin.

B. L-opri storiċi ta’ Illarju.

Insibu ħames opri storiċi ta’ Illarju, jiġifieri Ktieb lil Kostanzu, It-Tieni Ktieb lil Kostanzu, Ktieb Kontra Kostanzu, Kontra Awsenzju u Frammenti Storiċi.

(1)Ktieb lil Kostanzu (Liber ad Costantium Augustum)

Fl-ewwel parti ta’ din l-opra nsibu t-test ta’ l-ittri li bagħtu l-isqfijiet tal-Knisja Latina miġburin fil-Konċilji lill-Imperatur Kostanzu biex jitolbuh iwaqqaf il-persekuzzjoni kontra min kien isostni l-Kredu tal-Konċilju ta’ Niċea. Fit-tieni parti Illarju jitkellem dwar il-proċedura irregolari li kien hemm fil-Konċilju ta’ Milan fis-sena 355 u li wasslet għall-kundanna ta’ Atanasju u ta’ Ewsebju ta’ Verċelli.

(2)It-Tieni Ktieb lil Kostanzu

Kitbu fis-sena 359. Wara l-Konċilju ta’ Selewċja Illarju mar Kostantinopli u bagħat jitlob lill-Imperatur Kostanzu biex jippermettilu jidħol f’dibattitu pubbliku ma’ Saturninu ta’ Arles. Talbu wkoll biex ma jistqarrx il-fidi Arjana fformulata f’Rimini iżda jirrikorri għall-fidi li kellu fil-Magħmudija. It-talba ta’ Illarju ma kinitx milqugħa u għalhekk Illarju kiteb din l-opra.

(3)Ktieb kontra Kostanzu (Contra Costantium Imperatorem)

Kitba qalila ħafna fejn Kostanzu hu mqabbel ma’ Neruni u Deċju. Din ukoll kienet intenzjonata bħala apoloġija (difiża) għall-isqfijiet.

(4)Kontra Awsenzju (Contra Auxentium) (jew Contra Arianos)

Illarju kiteb dal-ktieb fis-sena 364, wara li hu u Ewsebju ta’ Verċelli ma rnexxilhomx ineħħu mis-sede episkopali ta’ Milan lill-Isqof Awsenzju li kien Arjan. Illarju kiteb lill-Imperatur Valentinjanu kontra Ewsebju, iżda l-Imperatur ried jibqa’ newtrali fil-każ tal-kontroversji reliġjużi.

(5)Frammenti Storiċi

Dawn il-frammenti fihom diversi dokumenti marbutin mal-Konċilju ta’ Sardica (343) u mas-snin ta’ wara bejn is-Sinodu ta’ Béżiers u t-tluq ta’ Illarju għall-eżilju. Fihom ukoll dokumenti dwar il-Konċilju ta’ Rimini u ittri tal-Papa Liberju. Jinkludu wkoll dokumenti ta’ wara s-sena 359 u jagħtu direttivi dwar kif għandhom ikunu ttrattati l-isqfijiet li ffirmaw il-formula tal-fidi ta’ Rimini.

Dawn il-frammenti jagħtuna dokumentazzjoni tajba dwar il-kontroversji Arjani bejn is-snin 343 u 366.

Ġ. L-opri eseġetiċi ta’ Illarju.

Illarju għandu 3 opri eseġetiċi: (i) Kumment għall-Mattew (355) – opra li fiha jimxi mat-test bibliku u jiddiskuti l-fatti ewlenin u t-tifsira spiritwali tagħhom; (ii) Kumment għas-Salmi (364) – opra li fiha kien influwenzat minn Oriġene li wkoll kien kiteb il-Kumment għas-Salmi. Hawn Illarju jagħti diversi kummenti marbutin mal-kontroversja Arjana; (iii) Dwar il-misteri (ċ. 360) – jgħid li l-Iskrittura titkellem dwar l-Inkarnazzjoni bil-fatti u bil-kliem. Kristu kien prefigurat fl-irqad ta’ Adam, fid-dulluvju ta’ żmien Noè, fil-barka ta’ Melkisedek, fil-ġustifikazzjoni ta’ Abraham fit-twelid ta’ Iżakk, u fil-jasar ta’ Ġakobb. Parti minn din l-opra ġiet skoperta minn J.F. Gammurrini f’manuskritt ta’ Arezzo fl-1887. D. L-innijiet ta’ Illarju

Illarju hu l-ewwel kittieb tal-Knisja Latina li kiteb l-innijiet Latini. Il-Konċilju ta’ Toledo approva l-kant ta’ l-innijiet bħal dawk li kitbu Illarju u Ambroġju ta’ Milan. Ġirolmu jgħid li Illarju kiteb din l-opra. L-innijiet ġew skoperti wkoll minn J.F. Gammurrini.

San Illarju ta’ Poitiers kien espost għall-kitbiet tal-Padri tal-Knisja Griega u tal-kittieba sagri fl-Orjent fi żmien l-eżilju tiegħu fil-Friġja (Asja Minuri). Dan il-fatt kellu importanza kbira fil-formazzjoni personali tiegħu u għall-patrimonju tal-Knisja Latina. Illarju kiteb bil-Latin u għalhekk ta kontribut kbir lill-Ewropa tal-Punent u l-Afrika ta’ Fuq. Għen mhux ftit biex il-Knisja Latina taġġorna ruħha mal-Knisja Griega ta’ dak iż-żmien, tant li ħafna jsejħulu l-Anastasju tal-Punent. Il-Papa Piju IX għamel lil San Illarju ta’ Potiers Duttur tal-Knisja fl-1851.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 09 Ġun, 2025 / 04:51

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Ilarju ta' Poitiers, X'inhi Ilarju ta' Poitiers? Xi tfisser Ilarju ta' Poitiers?

Ilarju ta Poitiers Poitiers madwar 315 Poitiers 367 kien isqof ta Pictavium illum Poitiers teologuo filosfu u kittieb Hu meqjum bħala qaddis fil Knisja Kattolika fil Knisja Ortodossa u fil Komunjoni Anglikana u ġie proklamat Duttur tal Knisja L ordinazzjoni ta Sant Ilarju manuskritt tas seklu XIVTwelid madwar 315 PoitiersMewt 367 PoitiersPre kongregazzjoni13 ta JannarIl BiduTwieled għall ħabta tas sena 315 madwar erbgħin sena qabel Santu Wistin Hu sar Isqof ta Poitiers il belt kapitali ta Poitou li kienet provinċja qadima ta Franza qrib is sena 350 Fis sena 356 hu ħa sehem fil Konċilju ta Beziers Dan tlaqqa sena wara l Konċilju ta Milan li minħabba l pressjoni ta l Imperatur Arjan Kostanzu iben l kien ikkundanna lil Atanasju Isqof ta Lixandra għax dan ma kienx laqa mill ġdid fil Knisja lill erezjarka Sant Illarju kien kontra l kundanna ta Atanasju Minħabba f hekk hu kien akkuzat fil Konċilju ta Beziers li ma kienx qabel ma l isqfijiet l oħra Oċċidentali meta dawn ikkundannaw lil Atanasju Dan kien ħadha kontra Arju li ċaħad kemm l unita u l konsustanzjalita tat Tliet Persuni tat Trinita Qaddisa kif ukoll id divinita ta l Iben ta Alla Bħala konsegwenza Illarju kien imneħħi minn Isqof ta Poitiers u eziljat fil Friġja fl Asja Minuri Is snin li Illarju għadda fl ezilju fl Asja Minuri servewh biex kabbar il kultura tiegħu u ssaħħaħ fid duttrina nisranija Hawnhekk hu sab ruħu espost għall kitbiet ta Missirijiet il Knisja u ta kittieba nsara oħrajn li kitbu bil Grieg Kien influwenzat b mod speċjali mill kitba Griega ta Minħabba f hekk hu seta jitbiegħed mill materjalizmu ta Tertulljanu u jasal għall ispiritwalizmu ta Għal dik li hi formazzjoni teoloġika Illarju sar jaf minn ras il għajn x kien ifisser l Arjanizmu u x valur kellha l kontroversja Arjana Illarju għamel uzu minn din it teoloġija Griega meta kiteb iz zewġ trattati ta matul l ezilju jiġifieri It Trinita u Is Sinodi Hu għamel enfasi fuq il fatt li l Iben kien imnissel mill Missier qabel kull zmien jiġifieri minn dejjem ta dejjem Sostna wkoll li l Persuni jintgħazlu minn xulxin imma huma Alla wieħed b sustanza waħda minkejja l fatt li l Missier hu Alla l Iben hu Alla u l Ispirtu s Santu hu Alla Min naħa l oħra l Ispirtu s Santu ġej mill Missier u mill Iben u la hu mnissel u lanqas maħluq mill Iben qabel il ħolqien ta l univers Kemm dam fl ezilju fil Friġja Illarju kien ħieles li jagħmel u jmur fejn irid mhux bħal xi isqfijiet u kittieba sagri oħra mill Oċċident ngħidu aħna Ewsebju ta Verċelli u Luċiferu ta Cagliari Minħabba f din il liberta hu ħa sehem fil Konċilju ta Selewċja f Settembru tas sena 359 Wara li ntemm dan il Konċilju l Arjani u dawk li ma kinux jemmnu fil konsustanzjalita tat Tliet Persuni jiġifieri li l Persuni huma essenza jew sustanza waħda marru Kostantinopli għand l Imperatur Kostanzu li kien Arjan bħalhom u qalulu b dak li kien ġara Fl istess zmien Illarju mar hu stess Kostantinopli imma qrib it tmiem tas sena 359 waslitlu l aħbar kerha li l isqfijiet tal Knisja Latina kienu ltaqgħu f Rimini u taħt il pressjoni ta l Imperatur Kostanzu iffirmaw il formula ta fidi Trinitarja li kienet influwenzata mit tagħlim Arjan u setgħet tissejjaħ formula Filoarjana bħala konsegwenza tat taħlita tad duttrina ta Filone u dik ta Arju Fis sena 364 Illarju mar Milan minn Poitiers biex flimkien ma Ewsebju ta Verċelli jneħħi lill Isqof Awsenzju minn dik is sede Dan kien ilu isqof ta dik id djoċesi importanti sa mis sena 355 It tentattiv falla u l Isqof Illarju kellu jerġa lura pajjizu bla ma kiseb suċċess Skont San Ġlormu hu miet kwazi tliet snin wara fis sena 367 Id duttrina ArjanaIl fundatur tad duttrina Arjana kien Arju qassis ta nisel Libjan ċ 256 336 imma li kien tgħallem it teoloġija f Antijokja Hu sar djaknu u wara kien ordnat saċerdot fil Knisja ta Lixandra Mill istess skola Antijokena ħarġu erezjarki oħra bħal Nestorju u Appollinar ta Laodicea Kien hemm ukoll Teodoru ta Mopswestja imma dan għall inqas kellu tajbin il kummentarji bibliċi tiegħu li fihom wera talent kbir eseġetiku ħdejn l oħrajn għalhekk Teodoru kien inqas ħazin f tagħlimu F Antijokja fil fatt kien hemm l għalliem Luċjanu li l Isqof Alessandru ta Lixandra jgħoddu bħala wieħed mill fundaturi ta l Arjanizmu Qrib is sena 318 Arju beda jqajjem ħafna diskussjonijiet minħabba l fatt li beda jippriedka duttrina teoloġika personali u jipprezentaha bħala d duttrina tal Knisja Kattolika Hu kiteb ftit ferm u l ftit li kiteb intilef neħħi xi frammenti l hawn u l hinn Arju bena d duttrina tiegħu fuq tagħrif li kien parzjalment zbaljat Meta qal li d divinita ma tistax tkun maħluqa kien qed jgħid sewwa imma meta sostna li din id divinita ma tistax tkun imnissla kien qed jizbalja Minn din it tieni asserzjoni ġibed il konkluzjoni li l Logos jew l Iben ta Alla mhux Alla imma ħlejqa ta Alla Skond hu l Iben kien maħluq mix xejn imma mhux mis sustanza ta Alla Għalhekk hu differenti ħafna mill Missier Kien hemm zmien meta l Iben ma kienx jezisti Hu jista jissejjaħ l Iben ta Alla fis sens wiesa u morali tal kelma għaliex Alla l Missier tah l adozzjoni divina minħabba li applikaha għalih minn qabel ma seħħew il merti li kien se jikseb f ħajtu Alla l Missier hu l uniku Alla Il Logos jew l Iben għandu post speċjali fil ħolqien għaliex jokkupa l post singulari ta esseri suprem bejn il ħolqien u Alla l Missier Fil fatt Arju jgħid li Alla l Missier ħalaq l Iben mix xejn biex hu jieħu ħsieb joħloq id dinja u kull ma fiha Imbagħad l Iben sar bniedem fis sens li ħa post ir ruħ ta Ġesu Kristu L Iben wettaq f Ġesu Kristu l funzjoni tar ruħ tiegħu Meta l Logos imbagħad ġie biex joħloq l ewwel ħalaq l Ispirtu s Santu u wara l univers Din id duttrina ma kienx Arju li vvintaha imma kienet ilha tezisti mal ħamsin sena kaġun ta l influwenza tad duttrini Neoplatoniċi Dak li għamel Arju kien li bħala duttrina wassalha sa l estrem L Arjanizmu kien attakkat sa minn kmieni minħabba l fatt li kien qed jesponi duttrina li kienet teħodha kontra l bazi tat teoloġija nisranija Li kieku l Iben ma kienx Alla hu ma kienx ikun jista jifdi l umanita mid dnub tan nisel u mid dnubiet personali Il qagħda tal kontroversja Arjana ħzienet meta Alessandru Isqof ta Lixandra talab lil Arju u lis segwaċi tiegħu biex jirtiraw id duttrina falza tagħhom Dawn irrifjutaw bil qawwa kollha Għalhekk fis sena 318 l Isqof Alessandru sejjaħ sinodu li skomunika lil Arju u lis segwaċi tiegħu Minflok ma aċċetta s sentenza Arju fittex l appoġġ tal kondixxipli tiegħu f Antijokja Xi wħud minn dawn kienu ġa isqfijiet fosthom Ewsebju ta Nikomedja li tah l appoġġ kollu u għamillu laqgħa kbira B hekk in nuqqas ta qbil infirex fil knisja Griega u l periklu kiber L Imperatur Kostantinu ried li tinstab soluzzjoni u għalhekk laqqa l ewwel Konċilju Ekumeniku dak ta Niċea B kollox kien hemm aktar minn tliet mitt isqof li ħadu sehem Il konkluzjoni kienet li l konċilju kkonferma s sentenza ta l Isqof Alessandru kontra Arju u fformula s Simbolu jew Kredu ta Niċea li għadu magħruf sa llum għad dettalji duttrinali li jesponi L Imperatur Kostantinu bagħat lil Arju fl ezilju f Illirja imma wara għaxar snin fis sena 328 ħallieh jerġa lura lejn pajjizu Wara s Sinodu ta Tir u dak ta Ġerusalemm fis sena 335 l isqfijiet iddeċidew li jaħfru lil Arju u jerġgħu jilqgħuh fil Knisja fost il membri tal kleru Fis sena 336 l Imperatur Kostantinu ordna li ssir rikonċiljazzjoni solenni f Kostantinopli bil ħidma ta l isqof tal belt imperjali imma lejliet il jum tar rikonċiljazzjoni Arju miet għal għarrieda Ir ritorn ta Illarju fi PoitiersSa fl aħħar l Imperatur Kostanzu ta l maħfra lil Illarju u ħallieh jerġa lura lejn pajjizu fi Franza bla ma ġiegħlu jiffirma l formula tal fidi Filoarjana Illarju kien milqugħ bil kbir Ftit wara hu ħa sehem fil Konċilju ta Pariġi li sar fis sena 351 L isqfijiet li ħadu sehem fil Konċilju ta Pariġi rnexxielhom isibu termini dommatiċi li kienu kompatibbli mat tagħlim tal Knisja u setgħu jkunu milqugħa bħala teoloġikament tajbin Fil kontroversja Arjana kien hemm min tkellem dwar it Tliet Persuni tat Trinita u ħareġ bit tifsira omousiana terminu li jfisser li l Persuni għandhom essenza waħda dik li llum ngħidulha sustanza waħda Kien hemm ukoll min ħareġ bit tifsira omeousiana terminu li jfisser li l Persuni tat Trinita jixxiebħu fl essenza jew fis sustanza Il Konċilju ta Pariġi aċċetta dawn iz zewġ tifsiriet imma fl istess ħin ikkundanna l mexxejja ta l Arjanizmu tal Knisja Latina filwaqt li wera ħniena kbira ma l isqfijiet li f Rimini u bnadi oħra kienu ċedew għall pressjoni li kienet saret fuqhom mill Imperatur Kostanzu jew minn ħaddieħor Ir rizultat kien li l Franċizi kienu meħlusa immedjatament mill fdalijiet ta l Arjanizmu Il ħidma letterarja ta IllarjuLucubrationes 1523 Il parti l kbira tal kitbiet ta Illarju waslu sħaħ sa għandna u dan juri l imħabba li kellhom lejh il qarrejja tiegħu matul iz zminijiet Ix xogħlijiet tiegħu jinqasmu f erbgħa 1 opri dottrinali 2 opri storiċi 3 opri eseġetiċi jew ta tifsir il Bibbja u 4 innijiet A L opri dottrinali ta Illarju L opri dottrinali ta Illarju huma z zewġ trattati li kiteb kemm dam fl ezilju jiġifieri It Trinita u Is Sinodi It Trinita De Trinitate Dan it trattat fih 12 il ktieb X aktarx li Illarju ma tahx dan it titlu San Ġirolmu jirreferi għalih bħala Kontra l Kotba ta l Arjani Hu fil manuskritt l iktar riċenti li jissejjaħ It Trinita Kittieba oħra sejħulu Dwar il Fidi Il kitba kienet ispirata mill kuntatt li Illarju kellu fl Orjent mal omeousiani jew dawk li kienu jgħidu li l Persuni tat Trinita għandhom essenza li tixxiebah Din tista tkun duttrina tajba jekk wieħed jgħallem li l essenza tixxiebah għax hi l istess imma hi duttrina ħazina jekk wieħed isostni li l essenza tal Persuni Divini tixxiebah biss imma mhix l istess Hu f dan it tieni sens li l omeousiani kienu qegħdin jinterpretaw ix xebh bejn il Persuni tat Trinita L ewwel ktieb hu introduzzjoni Fil prologu Illarju jistqarr li ħadd ma jista jifhem il misteru tat Trinita izda hu kien qiegħed fi vjaġġ lejn Alla Imbagħad jagħti sintesi ta l opra kollha Is suġġett fil fatt hu ttrattat mit tieni ktieb il quddiem Il kotba mit tieni sat tnax huma maqsumin fi tlieta a l ewwel taqsima tiġbor fiha t tieni u t tielet ktieb b it tieni tkopri mir raba sas seba ktieb u ċ it tielet mit tmienja sat tnax L ewwel taqsima fiha espozizzjoni ġenerali tal kontroversja dwar ir rabta bejn il Missier u l Iben u dwar id divinita ta l Iben li kienet miċħuda mill Arjani Imbagħad fit tieni ktieb l awtur juri x kienet tgħallem il Knisja Kattolika dwar id diversi ereziji Jgħid xi ħaġa wkoll dwar l Ispirtu s Santu It tielet ktieb jeħodha kontra l argumenti foloz li l Arjani kienu jġibu biex juru li l Iben hu inferjuri għall Missier Fit tieni taqsima Illarju jagħti lista ta l istqarrijiet tal fidi ta l Arjani Jagħti traduzzjoni Latina tat test sħiħ tal professjoni Arjana li Arju kien bagħat lil Alessandru Isqof ta Lixandra u jeħodha kontra l kontenut tagħha permezz ta siltiet bibliċi biex jipprova li l Iben hu Alla veru bħall Missier Fit tielet taqsima jikkonfuta t tagħlim Arjan u juri li r rabta bejn il Missier u l Iben hi vera u reali u mhux biss morali kif kienu jgħidu l Arjani L Iben mhux inferjuri għall Missier Kristu bata izda b daqshekk ma kienx esseri imperfett id divinita ma tbatix Sar bniedem biex ikun jista jbati u jmut Qam mill mewt għaliex kien bniedem u Alla Fi tmiem din it taqsima Illarju kiteb il kapitli 55 u 56 dwar l Ispirtu s Santu Is Sinodi De Synodis Illarju kiteb dan it trattat fis sena 359 waqt li kien qed jikteb fuq it Trinita Fl istess ħin kienu qed isiru t tħejjijiet għall Konċilju ta Rimini u ta Selewċja It trattat kien indirizzat lill Isqfijiet tal Gallja u fl aħħar lill Isqfijiet ta l Orjent L opra hi maqsuma f zewġ taqsimiet Fl ewwel taqsima kap1 sa 65 Illarju jezamina l istqarrijiet varji tal fidi li l Orjentali kienu ppubblikaw bejn is snin 341 u 359 u li l Insara tal Knejjes Latini kienu jqisu kollha flimkien bħala stqarrija tal fidi Arjana Illarju qies bħala Arjana l istqarrija l izjed estrema dik tas sena 357 imsawra f Sirmio Fit tieni taqsima kap 66 sa 92 hu jistudja t termini Griegi homoousios u homoiousios It terminu homoousios ifisser li Kristu hu ta l istess essenza jew sustanza tal Missier it terminu homoiousios ifisser li Kristu hu bħall Missier skond l essenza jew is sustanza Illarju interpreta l kliem ta l istess sustanza tal Missier bħala li tfisser li l Iben hu bħall Missier skond is sustanza B hekk wera li z zewġ termini kienu aċċettabli jekk jingħataw interpretazzjoni ortodossa Għalhekk il Persuni Divini huma sustanza waħda għalkemm magħzulin minn xulxin B L opri storiċi ta Illarju Insibu ħames opri storiċi ta Illarju jiġifieri Ktieb lil Kostanzu It Tieni Ktieb lil Kostanzu Ktieb Kontra Kostanzu Kontra Awsenzju u Frammenti Storiċi 1 Ktieb lil Kostanzu Liber ad Costantium Augustum Fl ewwel parti ta din l opra nsibu t test ta l ittri li bagħtu l isqfijiet tal Knisja Latina miġburin fil Konċilji lill Imperatur Kostanzu biex jitolbuh iwaqqaf il persekuzzjoni kontra min kien isostni l Kredu tal Konċilju ta Niċea Fit tieni parti Illarju jitkellem dwar il proċedura irregolari li kien hemm fil Konċilju ta Milan fis sena 355 u li wasslet għall kundanna ta Atanasju u ta Ewsebju ta Verċelli 2 It Tieni Ktieb lil Kostanzu Kitbu fis sena 359 Wara l Konċilju ta Selewċja Illarju mar Kostantinopli u bagħat jitlob lill Imperatur Kostanzu biex jippermettilu jidħol f dibattitu pubbliku ma Saturninu ta Arles Talbu wkoll biex ma jistqarrx il fidi Arjana fformulata f Rimini izda jirrikorri għall fidi li kellu fil Magħmudija It talba ta Illarju ma kinitx milqugħa u għalhekk Illarju kiteb din l opra 3 Ktieb kontra Kostanzu Contra Costantium Imperatorem Kitba qalila ħafna fejn Kostanzu hu mqabbel ma Neruni u Deċju Din ukoll kienet intenzjonata bħala apoloġija difiza għall isqfijiet 4 Kontra Awsenzju Contra Auxentium jew Contra Arianos Illarju kiteb dal ktieb fis sena 364 wara li hu u Ewsebju ta Verċelli ma rnexxilhomx ineħħu mis sede episkopali ta Milan lill Isqof Awsenzju li kien Arjan Illarju kiteb lill Imperatur Valentinjanu kontra Ewsebju izda l Imperatur ried jibqa newtrali fil kaz tal kontroversji reliġjuzi 5 Frammenti Storiċi Dawn il frammenti fihom diversi dokumenti marbutin mal Konċilju ta Sardica 343 u mas snin ta wara bejn is Sinodu ta Beziers u t tluq ta Illarju għall ezilju Fihom ukoll dokumenti dwar il Konċilju ta Rimini u ittri tal Papa Liberju Jinkludu wkoll dokumenti ta wara s sena 359 u jagħtu direttivi dwar kif għandhom ikunu ttrattati l isqfijiet li ffirmaw il formula tal fidi ta Rimini Dawn il frammenti jagħtuna dokumentazzjoni tajba dwar il kontroversji Arjani bejn is snin 343 u 366 Ġ L opri eseġetiċi ta Illarju Illarju għandu 3 opri eseġetiċi i Kumment għall Mattew 355 opra li fiha jimxi mat test bibliku u jiddiskuti l fatti ewlenin u t tifsira spiritwali tagħhom ii Kumment għas Salmi 364 opra li fiha kien influwenzat minn Oriġene li wkoll kien kiteb il Kumment għas Salmi Hawn Illarju jagħti diversi kummenti marbutin mal kontroversja Arjana iii Dwar il misteri ċ 360 jgħid li l Iskrittura titkellem dwar l Inkarnazzjoni bil fatti u bil kliem Kristu kien prefigurat fl irqad ta Adam fid dulluvju ta zmien Noe fil barka ta Melkisedek fil ġustifikazzjoni ta Abraham fit twelid ta Izakk u fil jasar ta Ġakobb Parti minn din l opra ġiet skoperta minn J F Gammurrini f manuskritt ta Arezzo fl 1887 D L innijiet ta Illarju Illarju hu l ewwel kittieb tal Knisja Latina li kiteb l innijiet Latini Il Konċilju ta Toledo approva l kant ta l innijiet bħal dawk li kitbu Illarju u Ambroġju ta Milan Ġirolmu jgħid li Illarju kiteb din l opra L innijiet ġew skoperti wkoll minn J F Gammurrini San Illarju ta Poitiers kien espost għall kitbiet tal Padri tal Knisja Griega u tal kittieba sagri fl Orjent fi zmien l ezilju tiegħu fil Friġja Asja Minuri Dan il fatt kellu importanza kbira fil formazzjoni personali tiegħu u għall patrimonju tal Knisja Latina Illarju kiteb bil Latin u għalhekk ta kontribut kbir lill Ewropa tal Punent u l Afrika ta Fuq Għen mhux ftit biex il Knisja Latina taġġorna ruħha mal Knisja Griega ta dak iz zmien tant li ħafna jsejħulu l Anastasju tal Punent Il Papa Piju IX għamel lil San Illarju ta Potiers Duttur tal Knisja fl 1851

L-aħħar artikli
  • Ġunju 07, 2025

    Maastricht

  • Ġunju 09, 2025

    Mawritanja

  • Ġunju 07, 2025

    Matematika

  • Ġunju 07, 2025

    Montpellier

  • Ġunju 07, 2025

    Montenegro

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq