Azərbaycan  AzərbaycanDeutschland  DeutschlandLietuva  LietuvaMalta  Maltaශ්‍රී ලංකාව  ශ්‍රී ලංකාවTürkmenistan  TürkmenistanTürkiyə  TürkiyəУкраина  Украина
Appoġġ
www.datawiki.mt-mt.nina.az
  • Dar

Kunya Urgench bit Turkmen Köneürgenç Көнеүргенч bil Persjan کهنه گرگانج Kuhna Gurgānj litteralment Gurgānj Antika magħru

Kunya Urgench

  • Paġna Ewlenija
  • Kunya Urgench
Kunya Urgench
www.datawiki.mt-mt.nina.azhttps://www.datawiki.mt-mt.nina.az

Kunya-Urgench (bit-Turkmen: Köneürgenç / Көнеүргенч; bil-Persjan: کهنه گرگانج, Kuhna Gurgānj, litteralment "Gurgānj Antika"), magħrufa wkoll bħala Urgench Antika, Urganj jew Konye-Urgench, hija belt ta' madwar 30,000 ruħ fit-Tramuntana tat-Turkmenistan, kemm kemm fin-Nofsinhar tal-fruntiera mal-Użbekistan. Hija wkoll is-sit fejn kienet ġiet stabbilita l-belt antika ta' Gurgānj, fejn hemm il-fdalijiet tal-belt kapitali ta' Khwarazm. L-abitanti tal-belt abbandunawha fil-bidu tas-seklu 18 sabiex jiżviluppaw insedjament ġdid, u Kunya-Urgench baqgħet mhux mimsusa minn dak iż-żmien. Fl-2005, il-fdalijiet ta' Urgench Antika tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

Kunya-Urgench
 Turkmenistan
Amministrazzjoni
Stat sovranTurkmenistan
Region of TurkmenistanDaşoguz Region (en)
Isem uffiċjali Köneürgenç
Ismijiet oriġinali Köneürgenç
Ġeografija
Koordinati 42°19′00″N 59°09′31″E / 42.3167°N 59.1586°E / 42.3167; 59.1586Koordinati: 42°19′00″N 59°09′31″E / 42.3167°N 59.1586°E / 42.3167; 59.1586
Kunya-Urgench
Kunya-Urgench (Turkmenistan)
Demografija
Popolazzjoni 36,754 abitanti
Informazzjoni oħra
Żona tal-Ħin UTC+5

Ħarsa ġenerali

Stabbilita fuq in-naħa tan-Nofsinhar tax-xmara Amu Darya, Ürgenç Antika kienet tinsab tul waħda mill-iżjed mogħdijiet Medjevali importanti: it-Triq tal-Ħarir, is-salib it-toroq taċ-ċivilizzazzjonijiet tal-Punent u tal-Lvant. Il-belt antika ta' Kunya-Urgench hija waħda mill-iżjed siti arkeoloġiċi importanti fit-Turkmenistan, u tinsab f'żona enormi f'pajsaġġ protett li fih għadd kbir ta' monumenti ppreservati tajjeb, li jmorru lura għas-sekli 11 sa 16. Dawn jinkludu moskej, id-daħliet ta' caravanserai, fortizzi, mawżolej u minaret. L-influwenza tal-istil arkitettoniku u tax-xogħol tas-sengħa tagħhom waslet sal-Iran, sal-Afganistan u sal-arkitettura tas-seklu 16 tal- fl-Indja.

Etimoloġija

Atanyyazow jispjega, "Fix-xogħlijiet tal-istoriċi Ċiniżi, l-isem ta' Yue-Gyan, li jitfaċċa b'karattri Ġeorġjani fix-xogħlijiet ta' studjużi Għarab tas-seklu 10... kien jintuża bħala Gurganj, nattiv ta' Khorezm.... u s-suffiss -j, skont Yakut, ifisser l-istess bħall-kelma... abat, jiġifieri "villaġġ" u "belt"... Peress li l-isem antik oriġina mill-kelma Gurgen..., it-toponimu ta' Gurganj... ifisser "il-belt ta' Gurgen" kif ukoll "Gurgen, il-belt tan-nies". Iktar 'il quddiem, minflok l-isem ta' Gurganj beda jintuża Urgench". Madankollu, ma teżistix spjegazzjoni dwar it-tifsira ta' Gurgen jew Gurgan.

Storja u żvilupp

Id-dati preċiżi meta ġiet stabbilita l-belt ta' Kunya-Urgench mhumiex ċerti, iżda sejbiet arkeoloġiċi fl-Għolja ta' Kyrkmolla (waħda mill-fortizzi prinċipali tas-sit arkeoloġiku) jiżvelaw li l-belt diġà kellha struttura b'saħħitha fis-sekli 5 u 4 Q.K. Uħud mill-iżjed dokumentazzjonijiet bikrin juru li Khwarezm kienet inħakmet mill-Għarab fis-712 W.K., li ħadu f'idejhom il-belt kapitali ta' tad-dinastija tal-Khwarezm Iranjana. Il-belt kibret u saret prominenti bejn is-sekli 10 u 14 bħala l-belt kapitali ta' Khwarezm minflok Kath. Gurjanu ntużat bħala ċentru kummerċjali importanti, u kienet tikkompeti bħala fama u bħala popolazzjoni ma' bosta bliet oħra tal-Asja Ċentrali, bħal pereżempju Bukhara. Kienet saret prosperuża ferm minħabba l-pożizzjoni strateġika tagħha tul ir-rotot kummerċjali prinċipali min-Nofsinhar sat-Tramuntana, u mill-Punent sal-Lvant, u tat kontribut siewi lill-iżvilupp tax-xjenza u tal-kultura fl-Asja Ċentrali.

Skont kittieb tal-1893, Djordjania jew Jorjania kienet it-"tieni belt kapitali" tal-pajjiż. Kienet tinsab fuq il-kanal ta' Wadak li x'aktarx kien fit-tarf tal-Lvant ta' Kunya-Darya, li x'aktarx kienet il-baċir tax-xmara li issa tagħti għal-Lag ta' Sarykamysh. Kemm kemm fil-Lvant tal-belt kien hemm diga li kienet tisqi l-inħawi u kienet timblokka l-fluss tax-xmara Oxus fil-. Fl-1220 kemm il-belt kif ukoll id-diga nqerdu mill-Mongoli u l-inħawi kollha tal-madwar saru mraġ. Kunya-Urgench ma damitx wisq ma' nbniet fuq jew qrib is-sit ta' Jorjania.

Fl-1221, Genghis Khan qered il-belt fl-invażjoni tal-Asja Ċentrali min-naħa tal-Mongoli, f'wieħed mill-iżjed massakri mdemmija fl-istorja tal-bniedem. Il-biċċa l-kbira tal-poplu fil-belt antika, jekk mhux kollu, inqatlu jew tkeċċew, u dan witta t-triq għat-"Turkifikazzjoni" ta' Khwarazm. Minkejja l-effetti devastanti tal-invażjoni, il-belt reġgħet ingħatat il-ħajja u reġgħet kisbet l-istatus li kellha qabel. Ġiet deskritta mill-vjaġġatur Berberu tas-seklu 14 Ibn Battuta bħal "l-ikbar u l-isbaħ belt, l-iktar waħda grandjuża u l-iżjed waħda importanti tat-Torok. Fiha bażars fini u toroq wesgħin, għadd kbir ta' binjiet u abbundanza ta' prodotti bażiċi".

Fl-1373, attakka lil Khwarezm, u l-mexxej tad-dinastija Sufi arrenda quddiem il-qawwa ta' Timur. Fl-1379, Yusef Sufi rribella kontra Timur, li seraq lil Urgench, u Yusef Sufi nqatel. Fl-1388, id-dinastija Sufi ta' Urgench reġgħet irvellat kontra Timur; din id-darba Timur qered għalkollox il-binjiet kollha ta' Urgench sal-art, immassakra l-popolazzjoni kollha, qered is-sistema ta' irrigazzjoni tal-belt, u ordna li jinżera' x-xgħir fuq l-art fejn qabel kien hemm il-belt. Ħalla biss moskea waħda mhux imġarrfa. Dan kollu, flimkien mal-bidla f'daqqa tal-fluss tax-xmara Amu Darya, fissru l-bidu tad-deklin ta' Kunya-Urgench sas-seklu 16, meta mbagħad ġiet sostitwita bħala belt kapitali reġjonali minn Khiva u fl-aħħar mill-aħħar ġiet abbandunata.

Iktar 'il quddiem l-inħawi ġew abitati mit-Turkmeni mill-bidu tas-seklu 19, iżda żviluppaw l-iktar l-inħawi 'l barra mill-belt antika, u użaw lil din tal-aħħar bħala ċimiterju. Madankollu, dan l-użu issa waqaf għalkollox, u saru sforzi biex il-lapadi tal-oqbra li kienu qed jittieklu biż-żmien jitneħħew mis-sit.

Il-belt il-ġdida ta' Urgench ġiet żviluppata lejn ix-Xlokk, fit-territorju li llum il-ġurnata jagħmel parti mill-Użbekistan. Ftit mill-ewwel riċerka arkeoloġika fis-sit tal-belt antika sar minn fl-1929.

Sit ta' Wirt Dinji

Kunya-Urgench ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2005.

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".

Fdalijiet arkeoloġiċi

Il-konfigurazzjoni urbana ta' Kunya Urgench intilfet u għad fadal biss ċerti monumenti li għadhom weqfin. Dawn huma eżempji awtentiċi u rikki ta' arkitettura fina u ta' tradizzjonijiet tal-bini li kienu jeżistu għal sekli sħaħ. Il-livell ta' konservazzjoni jvarja minn binja għall-oħra, u l-iżjed xogħol ta' restawr sostanzjali twettaq f'dawn l-aħħar tletin sena, matul l-era Sovjetika, permezz ta' metodi u materjali tradizzjonali.

Minaret ta' Kutlug-Timur

Il-Minaret ta' Kutlug Timur x'aktarx li huwa l-iżjed struttura li tispikka f'dan is-sit. Imur lura għas-sekli 11 u 12, u huwa għoli 60 metru. B'hekk huwa l-ogħla monument fis-sit. Għandu dijametru ta' 12-il metru fil-bażi tiegħu u ta' żewġ metri fuq nett.

Abbażi tax-xogħol ta' tiżjin tiegħu fil-brikks, inkluż kitbiet Kufiċi, huwa maħsub li l-minaret huwa kostruzzjoni iktar bikrija, li ġiet irrestawrata biss minn Kutlug-Timur għall-ħabta tal-1330.

Mawżolew ta' Turabek-Khanum

Imsemmi għal Turabek-Khanum, il-mara ta' Kutlug-Timur (li rrenja bejn l-1321 u l-1336), din l-istruttura tinsab fil-parti tat-Tramuntana ta' Gurgench tal-qedem. Il-mawżolew huwa notevoli għad-disinn eleganti tiegħu u għat-tiżjin impressjonanti bil-madum. Huwa biċċa xogħol sofistikata tal-arkitettura, kemm fil-kunċettwalizzazzjoni tal-ispazji tiegħu kif ukoll fl-inġinerija tiegħu. Dawn iż-żewġ aspetti jintużaw bis-sħiħ b'mod konxju sabiex jinkiseb effett viżiv, estetiku u spiritwali.

Il-binja oriġinali kienet magħmula minn żewġ kmamar: sala kbira b'koppla u waħda iżgħar warajha. Is-sala l-kbira għandha tnax-il naħa fuq barra u hija eżagonali minn ġewwa. Qabilha hemm portal tad-daħla u vestibolu.

Waħda mill-iżjed karatteristiċi arkitettoniċi impressjonanti tal-mawżolew hija l-koppla tonda li ssaqqaf is-sala prinċipali. Il-wiċċ tal-koppla minn ġewwa huwa miksi b'mużajk ikkulurit li jifforma għamliet ornamentali mirquma li jikkonsistu minn fjuri u minn stilel, li joħolqu metafora viżiva tas-smewwiet jew tal-ġenna. Ma hemmx eżempji kontemporanji paralleli ta' din ix-xorta f'Urgench, u xi karatteristiċi arkitettoniċi, bħat-tiżjin imsemmi hawn fuq, mhux preżenti f'monumenti oħra li nbnew matul il-ħajja ta' Turabek-Khanum, għall-ħabta tal-1330. Għalhekk, diffiċli li l-binja tiġi datata għal żmien daqstant bikri. Madankollu, dawn il-karatteristiċi huma preżenti fl-Asja Ċentrali, iżda iktar 'il quddiem, matul ir-renju ta' Timur, ġellied ta' dixxendenza Torka-Mongola. Teknoloġiji ġodda, bħall-mużajk bil-fajjenza, huma preżenti fil-binjiet l-iktar bikrin ta' Timur, bħall-Palazz ta' Aq Saray f'Shahrisabz, fl-Użbekistan, li nbeda fl-1379 iżda li kien għadu ma tlestiex fl-1404.

Mawżolew ta' Tekesh

Din l-istruttura x'aktarx li hija l-Qabar tas-Sultan , il-fundatur tal-Imperu ta' Khwarezm u l-mexxej tiegħu bejn l-1172 u l-1200. Ġiet identifikata bħala mawżolew minħabba t-tradizzjoni li kull binja antika tal-Asja Ċentrali tiġi ddedikata lil xi ħadd storiku jew mitiku.

Il-binja hija magħmula mill-brikks u tikkonsisti minn sala kwadra b'ħitan li huma għoljin sa 11.45-il metru, tanbur tond enormi u saqaf koniku b'koppla interna moħbija taħtu. Il-koppla hija kkollegata mal-ħitan tas-sala kwadra li sserraħ fuqhom permezz ta' "ċintorin" ottagonali. L-istruttura bejn il-koppla u l-ottagonu hija mżejna b'16-il niċċa mhux daqstant fondi. L-għamla tagħhom mhijiex ippuntata bħalma wieħed isib spiss fl-arkitettura Iżlamika tal-Asja Ċentrali, iżda pjuttost semiċirkolari. Dan huwa motiv li jista' jinstab fil-miħrab tal-irħam tas-seklu 8 fil-Mużew ta' , u qajla ntuża fl-Asja Ċentrali: każ paragunabbli ieħor li jista' jinstab fit-Turkmenistan hu dak tal-miħrab tal-moskea ta' tas-seklu 11 f'Merv. Madankollu, iż-żewġ strutturi jinsabu wisq 'il bogħod minn xulxin biex jitqiesu bħala prototipi.

Is-saqaf koniku fuq barra nbena f'saffi orizzontali permezz tat-teknika ta' volta falza. Fuq ġewwa, is-saqaf huwa msaħħaħ permezz ta' 12-il riffieda weqfin fuq il-koppla interna. Għalkemm dan jaf jidher bħala teknika riskjuża ta' kostruzzjoni, is-saqaf għadu f'kundizzjoni pjuttost tajba: il-quċċata nett biss iġġarfet, u hemm ftit ħsara fit-tiżjin bil-madum blu tal-majjolika.

Waħda mill-karatteristiċi speċjali tal-arkitettura tal-binja hi l-faċċata tagħha. Għandha niċċa b'portal għoli u b'arkata prinċipali, li issa tilfet l-għamla oriġinali tagħha. Il-ħnejja ppuntata tal-portal hija miksija b'sistema kkumplikata ta' għamliet qishom stalaktiti, li huma motiv dekorattiv magħmula bit-terrakotta u huwa armat fuq zkuk tal-injam fi ħdan ix-xogħol bil-brikks.

Mir-riċerka fuq din l-istruttura nibtu spekulazzjonijiet li l-Mawżolew ta' Tekesh jaf kien jinsab fiċ-ċentru ta' xi kostruzzjoni kbira li kienet tikkonsisti minn għadd ta' binjiet oħra. Għaldaqstant, ċerti studjużi jargumentaw li l-binja kellha skop differenti minn dak ta' mawżolew, pereżempju bħala Binja tal-Gvern jew Palazz tal-mexxejja tal-Imperu ta' Khwarezm.

Kyrkmolla

Kyrkmolla hija tumbata tal-ħamrija għolja 12-il metru (39 pied) li fl-imgħoddi kienet fortizza. Tinsab fil-periferiji tal-Grigal ta' Gurgench. Din hija partikolarment sinifikanti peress li hemmhekk instabu l-iżjed bċejjeċ bikrin taċ-ċeramika, li jmorru lura għas-seklu 5 Q.K. Is-sit huwa protett permezz ta' ħajt oħxon tal-brikks u tat-tajn li jmur lura għas-sekli 10 sa 14, u dan ġie parzjalment rikostruwit wara li saru l-iskavi arkeoloġiċi.

Kumpless tal-Mawżolej ta' Najm-ad-Din al-Kubra, tas-Sultan Ali u ta' Piryar Vali

Dan il-kumpless jinsab fiċ-ċentru tal-belt il-ġdida ta' Kunya-Urgench, fi ħdan ċimiterju Musulman. Il-Mawżolew ta' Najm-ad-Din al-Kubra nbena fl-ewwel nofs tas-seklu 14, u ġie ddedikat lill-filosfu, pittur, tabib, mastru taċ-ċess u ġeneral , il-fundatur tal-ordni Sufi ta' Kubrawiya. Dan il-mawżolew huwa wieħed mill-istrutturi li ġie rikostruwit matul l-era ta' prosperità ta' Khorezm, u anke wara l-invażjoni tal-Mongoli.

Il-Mawżolew tas-Sultan Ali, li rrenja fis-seklu 16, jinstab faċċata tal-Mawżolew ta' Najm-ad-Din al-Kubra. Huwa monument eżagonali, b'koppla li għandha dijametru ta' 9.5 metri.

Il-Mawżolew ta' , kontemporanju ta' Najm ad-Din al-Kubra, jinsab fil-Punent tal-Mawżolew ta' Najm-ad-Din al-Kubra, u nbena fis-sekli 13 u 14. Għandu għoli ta' 6.5 metri u tul ta' 7.5 metri.

Mawżolew ta' Il Arslan

Il-Mawżolew ta' Il Arslan huwa opra tal-għaġeb tal-arkitettura, u huwa magħruf ukoll lokalment bħala l-Mawżolew ta' Kho-Rezmshah II Arslan, li rrenja mill-1156 sal-1172. Il-mawżolew, li jmur lura għas-seklu 12, huwa l-eqdem monument f'Gurgench li għadu ma ġġarrafx.

Il-binja għandha struttura kubojdali tal-brikks, simili għall-iżjed mawżolew Iżlamiku bikri eżistenti fl-Asja Ċentrali, il-mawżolew tas- tal-bidu tas-seklu 10 f'Bukhara, iżda minflok għandu koppla emisferika b'saqaf koniku fuq barra. L-istruttura hija mżejna b'motiv imnaqqax bħala riljiev fil-panewijiet tal-brikks, freġju b'aforiżma miktuba b'kitba mill-isbaħ, u b'motivi veġetali mnaqqxa li juru varjazzjonijiet ta' mudell Għarbi. L-iskema dekorattiva tal-koppla hija magħmula b'teknika tal-madum ikħal ileqq li jifforma mudell ġeometriku.

Skont uħud mill-iżjed skoperti xjentifiċi reċenti, waħda mill-funzjonijiet tal-istruttura, f'ċertu punt, kienet il-ħżin tal-ilma.

Kumpless ta' Ibn Khajib

Dan il-monument huwa ddedikat lil , wieħed mid-dixxipli ta' Najm-ad-Din al-Kubra li kellu talent kbir. Il-kumpless jinsab fil-parti tal-Punent ta' Urgench Antika u jikkonsisti minn għadd ta' monumenti li nbnew f'perjodi differenti, mis-seklu 14 sas-seklu 19.

Ak-Kala

Ak-Kala hija fortizza li tinsab fil-Lbiċ tal-fdalijiet tal-belt Medjevali ta' Urgench. Il-ħitan tagħha, għoljin bejn sitt metri sa tmien metri, u li huma ħoxnin madwar żewġ metri fuq in-naħa ta' fuq, huma estiżi għal iktar minn kilometru. Il-ħitan inbnew bil-brikks u bit-tajn imnixxfin fix-xemx u l-irkejjen tagħhom huma mżejna b'torrijiet semiċirkolari, filwaqt li n-naħa ta' ġewwa tal-fortizza hija mirfuda bir-riffieda.

Khorezm-Bag

Khorezm-Bag hija fortizza kwadra, mibnija minn , ta' 400 metru b'500 metru, u nbniet f'nofs is-seklu 19 fil-periferiji tal-Lbiċ ta' Kunya-Urgench. Il-fortizza hija mdawra b'ħajt difensiv għoli li fil-biċċa l-kbira tiegħu ttiekel ferm bl-erożjoni u biż-żmien.

Mużew ta' Kunya-Urgench (Moskea ta' Dash)

Il-mużew jinsab fl-istruttura tal-brikks tal-Moskea ta' Dash, eks madrasa li nbniet fil-bidu tas-seklu 20. Kien inbena bħala moskea u ntuża bħala madrasa qabel ma ġie kkonvertit f'mużew fis-snin 90 tas-seklu 20. L-istruttura hija fil-biċċa l-kbira kwadra, b'sensiela ta' kmamar li jagħtu għal bitħa interna kbira, u li issa jospitaw diversi artefatti.

Il-mużew jiffoka fuq l-istorja ta' Kunya-Urgench, fuq l-arti u l-artiġjanat tradizzjonali tar-reġjun, u fuq it-tradizzjoni tal-bini ta' Kunya-Urgench. L-ikbar kamra hija ddedikata lill-istorja u lit-teżori tal-belt antika, u tinkludi mudell komprensiv f'minjatura ta' Gurgench u varjetà ta' artefatti bħal skutelli taċ-ċeramika, madumiet ileqqu, ġugarelli tat-tfal jew testi bl-Għarbi. Kamra importanti oħra hija ċċentrata madwar il-Moskea ta' Dash u l-istorja tal-kostruzzjoni u tal-użu tagħha. Madwar il-bitħa interna, wara l-binja prinċipali, il-kumplament tal-kmamar iżgħar, li qabel kienu l-kmamar tas-sodda tal-istudenti tal-madrasa, ġew ikkonvertiti f'19-il kamra b'artefatti u b'tagħrif li jispjega l-artiġjanat tradizzjonali tar-reġjun, bħall-produzzjoni tat-twapet u tal-fuħħar, il-kostruzzjoni tal-Yurts, eċċ.

Tradizzjoni tal-bini

Kunya-Urgench, għal żmien twil ħafna, kienet skola prolifika ta' mastri, bennejja u arkitetti, tal-kostruzzjoni. L-għarfien u l-ħiliet ta' dan l-iskola nfirxu, tul is-sekli, fid-dinja Musulmana kollha, u jistgħu jiġu ammirati fl-istrutturi u fit-tiżjin ta' bosta binjiet mill-perjodu ta' Timur, kemm fit-Turkmenistan stess kif ukoll fl-Użbekistan, fl-Afganistan, fit-Transkawkasja, fit-Turkija, fl-Iran, fil-Pakistan u fl-Indja. Pereżempju, għadd ta' binjiet f'Samarkanda nbnew minn bennejja u minn arkitetti li ġew impjegati minn Kunya-Urgench fis-seklu 14.

L-inġenjożità u l-ħila tal-artiġjani u tal-arkitetti lokali joħorġu fid-dieher fid-dettalji eċċezzjonali tal-kostruzzjoni, bħall-istrutturi, l-għamliet jew it-tiżjin, li lkoll kemm huma ġew ipperfezzjonati matul iż-żmien. Barra minn hekk, it-tekniki tradizzjonali tal-bini baqgħu jeżistu sa llum il-ġurnata: pereżempju, il-kalkara f'Kunya-Urgench għadhom jintużaw fir-reġjun kollu għall-produzzjoni tal-brikks li jintużaw fir-rikostruzzjoni ta' binjiet storiċi.

Ġeografija

Klima

Kunya Urgench għandha klima bierda ta' deżert (BWk skont il-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen), bi sjuf twal u sħan. Ix-xtiewi ta' Kunya Urgench ikunu relattivament qosra, iżda pjuttost kesħin. Il-preċipitazzjoni hija skarsa matul is-sena kollha, b'medja ta' 109 mm (4.36 pulzieri) ta' xita.

Data klimatika għal Kunya-Urgench
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja medja f'°C (°F) 0.2

(32.4)

2.7

(36.9)

10.4

(50.7)

20.7

(69.3)

28.5

(83.3)

33.4

(92.1)

35.2

(95.4)

32.6

(90.7)

26.9

(80.4)

17.9

(64.2)

10.1

(50.2)

3.1

(37.6)

18.5

(65.3)

Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) −4.0

(24.8)

−2.3

(27.9)

4.8

(40.6)

14.1

(57.4)

21.3

(70.3)

25.9

(78.6)

27.9

(82.2)

25.3

(77.5)

19.3

(66.7)

11.1

(52.0)

5.0

(41.0)

0.1

(32.2)

12.4

(54.3)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) −8.0

(17.6)

−7.1

(19.2)

−0.5

(31.1)

7.7

(45.9)

14.2

(57.6)

18.4

(65.1)

20.7

(69.3)

18.0

(64.4)

11.7

(53.1)

4.4

(39.9)

0.0

(32.0)

−2.8

(27.0)

6.4

(43.5)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 9

(0.4)

8

(0.3)

17

(0.7)

19

(0.7)

13

(0.5)

4

(0.2)

3

(0.1)

2

(0.1)

3

(0.1)

9

(0.4)

10

(0.4)

12

(0.5)

109

(4.4)

Sors: Climate-data.org

Referenzi

  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Kunya-Urgench". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-01-17.
  2. ^ "Скачать Атаныязов Солтанша. Туркменистаның географик атларынын душундиришли сѳзлуги [DJVU]". www.twirpx.com (bir-Russu). Miġbur 2023-01-17.
  3. ^ Gloukhovsky, Alexandr Ivanovitch, The Passage of the Water of the Amu-Darya by its Old Bed into the Caspian Sea, San Pietruburgu, 1893, pp. 8,10,15,28.
  4. ^ Gibb, H.A.R. trans. and ed. (1971). The Travels of Ibn Baṭṭūṭa, A.D. 1325–1354 (Volume 3). London: Hakluyt Society. p. 541.
  5. ^ a b ċ d "Nomination of the Ancient Town of Kunya-Urgench for the Inclusion on the World Heritage List" (PDF).
  6. ^ a b Golombek, L. 2011. 'The Turabeg Khanom Mausoleum in Kunya Urgench: Problems of Attribution, in Muqarnas. An Annual on the Visual Cultures of the Islamic World, Volume 28, 133-156.
  7. ^ Chmelnizkij, S. 1995 'The Mausoleum of Tekesh in Kunya Urgench', in International Congress of Turkish Art: Art Turc, Turkish Art, Geneve, Fondation Max Van Berchem, 217-221.
  8. ^ Kuehn, S. 2007. 'Tilework on 12th to 14th century funerary monuments in Urgench (Gurganj)', in Arts of Asia, Volume 37, Number 2, 112-129.
  9. ^ "Konye-Urgench Weather & Climate | Temperature & Weather By Month - Climate-Data.org". en.climate-data.org. Miġbur 2023-01-17.

Awtur: www.NiNa.Az

Data tal-pubblikazzjoni: 25 Lul, 2025 / 14:28

wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Kunya Urgench, X'inhi Kunya Urgench? Xi tfisser Kunya Urgench?

Kunya Urgench bit Turkmen Koneurgenc Koneүrgench bil Persjan کهنه گرگانج Kuhna Gurganj litteralment Gurganj Antika magħrufa wkoll bħala Urgench Antika Urganj jew Konye Urgench hija belt ta madwar 30 000 ruħ fit Tramuntana tat Turkmenistan kemm kemm fin Nofsinhar tal fruntiera mal Uzbekistan Hija wkoll is sit fejn kienet ġiet stabbilita l belt antika ta Gurganj fejn hemm il fdalijiet tal belt kapitali ta Khwarazm L abitanti tal belt abbandunawha fil bidu tas seklu 18 sabiex jizviluppaw insedjament ġdid u Kunya Urgench baqgħet mhux mimsusa minn dak iz zmien Fl 2005 il fdalijiet ta Urgench Antika tnizzlu fil lista tas Siti ta Wirt Dinji tal UNESCO Kunya Urgench TurkmenistanAmministrazzjoniStat sovranTurkmenistanRegion of TurkmenistanDasoguz Region en Isem uffiċjali KoneurgencIsmijiet oriġinali KoneurgencĠeografijaKoordinati 42 19 00 N 59 09 31 E 42 3167 N 59 1586 E 42 3167 59 1586 Koordinati 42 19 00 N 59 09 31 E 42 3167 N 59 1586 E 42 3167 59 1586Kunya UrgenchKunya Urgench Turkmenistan DemografijaPopolazzjoni 36 754 abitantiInformazzjoni oħraZona tal Ħin UTC 5Veduta tal minaret twil ta Kunya Urgench Ħarsa ġeneraliStabbilita fuq in naħa tan Nofsinhar tax xmara Amu Darya Urgenc Antika kienet tinsab tul waħda mill izjed mogħdijiet Medjevali importanti it Triq tal Ħarir is salib it toroq taċ ċivilizzazzjonijiet tal Punent u tal Lvant Il belt antika ta Kunya Urgench hija waħda mill izjed siti arkeoloġiċi importanti fit Turkmenistan u tinsab f zona enormi f pajsaġġ protett li fih għadd kbir ta monumenti ppreservati tajjeb li jmorru lura għas sekli 11 sa 16 Dawn jinkludu moskej id daħliet ta caravanserai fortizzi mawzolej u minaret L influwenza tal istil arkitettoniku u tax xogħol tas sengħa tagħhom waslet sal Iran sal Afganistan u sal arkitettura tas seklu 16 tal fl Indja EtimoloġijaAtanyyazow jispjega Fix xogħlijiet tal istoriċi Ċinizi l isem ta Yue Gyan li jitfaċċa b karattri Ġeorġjani fix xogħlijiet ta studjuzi Għarab tas seklu 10 kien jintuza bħala Gurganj nattiv ta Khorezm u s suffiss j skont Yakut ifisser l istess bħall kelma abat jiġifieri villaġġ u belt Peress li l isem antik oriġina mill kelma Gurgen it toponimu ta Gurganj ifisser il belt ta Gurgen kif ukoll Gurgen il belt tan nies Iktar il quddiem minflok l isem ta Gurganj beda jintuza Urgench Madankollu ma tezistix spjegazzjoni dwar it tifsira ta Gurgen jew Gurgan Storja u zviluppL armata ta tassedja l belt ta Urgench fis seklu 14 Id dati preċizi meta ġiet stabbilita l belt ta Kunya Urgench mhumiex ċerti izda sejbiet arkeoloġiċi fl Għolja ta Kyrkmolla waħda mill fortizzi prinċipali tas sit arkeoloġiku jizvelaw li l belt diġa kellha struttura b saħħitha fis sekli 5 u 4 Q K Uħud mill izjed dokumentazzjonijiet bikrin juru li Khwarezm kienet inħakmet mill Għarab fis 712 W K li ħadu f idejhom il belt kapitali ta tad dinastija tal Khwarezm Iranjana Il belt kibret u saret prominenti bejn is sekli 10 u 14 bħala l belt kapitali ta Khwarezm minflok Kath Gurjanu ntuzat bħala ċentru kummerċjali importanti u kienet tikkompeti bħala fama u bħala popolazzjoni ma bosta bliet oħra tal Asja Ċentrali bħal perezempju Bukhara Kienet saret prosperuza ferm minħabba l pozizzjoni strateġika tagħha tul ir rotot kummerċjali prinċipali min Nofsinhar sat Tramuntana u mill Punent sal Lvant u tat kontribut siewi lill izvilupp tax xjenza u tal kultura fl Asja Ċentrali Skont kittieb tal 1893 Djordjania jew Jorjania kienet it tieni belt kapitali tal pajjiz Kienet tinsab fuq il kanal ta Wadak li x aktarx kien fit tarf tal Lvant ta Kunya Darya li x aktarx kienet il baċir tax xmara li issa tagħti għal Lag ta Sarykamysh Kemm kemm fil Lvant tal belt kien hemm diga li kienet tisqi l inħawi u kienet timblokka l fluss tax xmara Oxus fil Fl 1220 kemm il belt kif ukoll id diga nqerdu mill Mongoli u l inħawi kollha tal madwar saru mraġ Kunya Urgench ma damitx wisq ma nbniet fuq jew qrib is sit ta Jorjania Fl 1221 Genghis Khan qered il belt fl invazjoni tal Asja Ċentrali min naħa tal Mongoli f wieħed mill izjed massakri mdemmija fl istorja tal bniedem Il biċċa l kbira tal poplu fil belt antika jekk mhux kollu inqatlu jew tkeċċew u dan witta t triq għat Turkifikazzjoni ta Khwarazm Minkejja l effetti devastanti tal invazjoni il belt reġgħet ingħatat il ħajja u reġgħet kisbet l istatus li kellha qabel Ġiet deskritta mill vjaġġatur Berberu tas seklu 14 Ibn Battuta bħal l ikbar u l isbaħ belt l iktar waħda grandjuza u l izjed waħda importanti tat Torok Fiha bazars fini u toroq wesgħin għadd kbir ta binjiet u abbundanza ta prodotti baziċi Fl 1373 attakka lil Khwarezm u l mexxej tad dinastija Sufi arrenda quddiem il qawwa ta Timur Fl 1379 Yusef Sufi rribella kontra Timur li seraq lil Urgench u Yusef Sufi nqatel Fl 1388 id dinastija Sufi ta Urgench reġgħet irvellat kontra Timur din id darba Timur qered għalkollox il binjiet kollha ta Urgench sal art immassakra l popolazzjoni kollha qered is sistema ta irrigazzjoni tal belt u ordna li jinzera x xgħir fuq l art fejn qabel kien hemm il belt Ħalla biss moskea waħda mhux imġarrfa Dan kollu flimkien mal bidla f daqqa tal fluss tax xmara Amu Darya fissru l bidu tad deklin ta Kunya Urgench sas seklu 16 meta mbagħad ġiet sostitwita bħala belt kapitali reġjonali minn Khiva u fl aħħar mill aħħar ġiet abbandunata Iktar il quddiem l inħawi ġew abitati mit Turkmeni mill bidu tas seklu 19 izda zviluppaw l iktar l inħawi l barra mill belt antika u uzaw lil din tal aħħar bħala ċimiterju Madankollu dan l uzu issa waqaf għalkollox u saru sforzi biex il lapadi tal oqbra li kienu qed jittieklu biz zmien jitneħħew mis sit Il belt il ġdida ta Urgench ġiet zviluppata lejn ix Xlokk fit territorju li llum il ġurnata jagħmel parti mill Uzbekistan Ftit mill ewwel riċerka arkeoloġika fis sit tal belt antika sar minn fl 1929 Sit ta Wirt DinjiKunya Urgench ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 2005 Il valur universali straordinarju tas sit ġie rrikonoxxut abbazi ta zewġ kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ u l kriterju iii Xhieda unika jew minn tal inqas eċċezzjonali ta tradizzjoni kulturali jew ta ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet Fdalijiet arkeoloġiċiIl Minaret ta Kutlug Timur Il konfigurazzjoni urbana ta Kunya Urgench intilfet u għad fadal biss ċerti monumenti li għadhom weqfin Dawn huma ezempji awtentiċi u rikki ta arkitettura fina u ta tradizzjonijiet tal bini li kienu jezistu għal sekli sħaħ Il livell ta konservazzjoni jvarja minn binja għall oħra u l izjed xogħol ta restawr sostanzjali twettaq f dawn l aħħar tletin sena matul l era Sovjetika permezz ta metodi u materjali tradizzjonali Minaret ta Kutlug Timur Il Minaret ta Kutlug Timur x aktarx li huwa l izjed struttura li tispikka f dan is sit Imur lura għas sekli 11 u 12 u huwa għoli 60 metru B hekk huwa l ogħla monument fis sit Għandu dijametru ta 12 il metru fil bazi tiegħu u ta zewġ metri fuq nett Abbazi tax xogħol ta tizjin tiegħu fil brikks inkluz kitbiet Kufiċi huwa maħsub li l minaret huwa kostruzzjoni iktar bikrija li ġiet irrestawrata biss minn Kutlug Timur għall ħabta tal 1330 Mawzolew ta Turabek Khanum Veduta tal Mawzolew ta Turabek Khanum min Nofsinhar Imsemmi għal Turabek Khanum il mara ta Kutlug Timur li rrenja bejn l 1321 u l 1336 din l istruttura tinsab fil parti tat Tramuntana ta Gurgench tal qedem Il mawzolew huwa notevoli għad disinn eleganti tiegħu u għat tizjin impressjonanti bil madum Huwa biċċa xogħol sofistikata tal arkitettura kemm fil kunċettwalizzazzjoni tal ispazji tiegħu kif ukoll fl inġinerija tiegħu Dawn iz zewġ aspetti jintuzaw bis sħiħ b mod konxju sabiex jinkiseb effett viziv estetiku u spiritwali Il binja oriġinali kienet magħmula minn zewġ kmamar sala kbira b koppla u waħda izgħar warajha Is sala l kbira għandha tnax il naħa fuq barra u hija ezagonali minn ġewwa Qabilha hemm portal tad daħla u vestibolu Waħda mill izjed karatteristiċi arkitettoniċi impressjonanti tal mawzolew hija l koppla tonda li ssaqqaf is sala prinċipali Il wiċċ tal koppla minn ġewwa huwa miksi b muzajk ikkulurit li jifforma għamliet ornamentali mirquma li jikkonsistu minn fjuri u minn stilel li joħolqu metafora viziva tas smewwiet jew tal ġenna Ma hemmx ezempji kontemporanji paralleli ta din ix xorta f Urgench u xi karatteristiċi arkitettoniċi bħat tizjin imsemmi hawn fuq mhux prezenti f monumenti oħra li nbnew matul il ħajja ta Turabek Khanum għall ħabta tal 1330 Għalhekk diffiċli li l binja tiġi datata għal zmien daqstant bikri Madankollu dawn il karatteristiċi huma prezenti fl Asja Ċentrali izda iktar il quddiem matul ir renju ta Timur ġellied ta dixxendenza Torka Mongola Teknoloġiji ġodda bħall muzajk bil fajjenza huma prezenti fil binjiet l iktar bikrin ta Timur bħall Palazz ta Aq Saray f Shahrisabz fl Uzbekistan li nbeda fl 1379 izda li kien għadu ma tlestiex fl 1404 Tizjin bil muzajk fuq il koppla tal Mawzolew ta Turabek Khanum Mawzolew ta Tekesh Din l istruttura x aktarx li hija l Qabar tas Sultan il fundatur tal Imperu ta Khwarezm u l mexxej tiegħu bejn l 1172 u l 1200 Ġiet identifikata bħala mawzolew minħabba t tradizzjoni li kull binja antika tal Asja Ċentrali tiġi ddedikata lil xi ħadd storiku jew mitiku Il binja hija magħmula mill brikks u tikkonsisti minn sala kwadra b ħitan li huma għoljin sa 11 45 il metru tanbur tond enormi u saqaf koniku b koppla interna moħbija taħtu Il koppla hija kkollegata mal ħitan tas sala kwadra li sserraħ fuqhom permezz ta ċintorin ottagonali L istruttura bejn il koppla u l ottagonu hija mzejna b 16 il niċċa mhux daqstant fondi L għamla tagħhom mhijiex ippuntata bħalma wieħed isib spiss fl arkitettura Izlamika tal Asja Ċentrali izda pjuttost semiċirkolari Dan huwa motiv li jista jinstab fil miħrab tal irħam tas seklu 8 fil Muzew ta u qajla ntuza fl Asja Ċentrali kaz paragunabbli ieħor li jista jinstab fit Turkmenistan hu dak tal miħrab tal moskea ta tas seklu 11 f Merv Madankollu iz zewġ strutturi jinsabu wisq il bogħod minn xulxin biex jitqiesu bħala prototipi Il Mawzolew ta Tekesh Is saqaf koniku fuq barra nbena f saffi orizzontali permezz tat teknika ta volta falza Fuq ġewwa is saqaf huwa msaħħaħ permezz ta 12 il riffieda weqfin fuq il koppla interna Għalkemm dan jaf jidher bħala teknika riskjuza ta kostruzzjoni is saqaf għadu f kundizzjoni pjuttost tajba il quċċata nett biss iġġarfet u hemm ftit ħsara fit tizjin bil madum blu tal majjolika Waħda mill karatteristiċi speċjali tal arkitettura tal binja hi l faċċata tagħha Għandha niċċa b portal għoli u b arkata prinċipali li issa tilfet l għamla oriġinali tagħha Il ħnejja ppuntata tal portal hija miksija b sistema kkumplikata ta għamliet qishom stalaktiti li huma motiv dekorattiv magħmula bit terrakotta u huwa armat fuq zkuk tal injam fi ħdan ix xogħol bil brikks Mir riċerka fuq din l istruttura nibtu spekulazzjonijiet li l Mawzolew ta Tekesh jaf kien jinsab fiċ ċentru ta xi kostruzzjoni kbira li kienet tikkonsisti minn għadd ta binjiet oħra Għaldaqstant ċerti studjuzi jargumentaw li l binja kellha skop differenti minn dak ta mawzolew perezempju bħala Binja tal Gvern jew Palazz tal mexxejja tal Imperu ta Khwarezm Veduta tal faċċata tal Mawzolew ta Tekesh Kyrkmolla Kyrkmolla hija tumbata tal ħamrija għolja 12 il metru 39 pied li fl imgħoddi kienet fortizza Tinsab fil periferiji tal Grigal ta Gurgench Din hija partikolarment sinifikanti peress li hemmhekk instabu l izjed bċejjeċ bikrin taċ ċeramika li jmorru lura għas seklu 5 Q K Is sit huwa protett permezz ta ħajt oħxon tal brikks u tat tajn li jmur lura għas sekli 10 sa 14 u dan ġie parzjalment rikostruwit wara li saru l iskavi arkeoloġiċi Kumpless tal Mawzolej ta Najm ad Din al Kubra tas Sultan Ali u ta Piryar Vali Dan il kumpless jinsab fiċ ċentru tal belt il ġdida ta Kunya Urgench fi ħdan ċimiterju Musulman Il Mawzolew ta Najm ad Din al Kubra nbena fl ewwel nofs tas seklu 14 u ġie ddedikat lill filosfu pittur tabib mastru taċ ċess u ġeneral il fundatur tal ordni Sufi ta Kubrawiya Dan il mawzolew huwa wieħed mill istrutturi li ġie rikostruwit matul l era ta prosperita ta Khorezm u anke wara l invazjoni tal Mongoli Il Mawzolew tas Sultan Ali li rrenja fis seklu 16 jinstab faċċata tal Mawzolew ta Najm ad Din al Kubra Huwa monument ezagonali b koppla li għandha dijametru ta 9 5 metri Il Mawzolew ta kontemporanju ta Najm ad Din al Kubra jinsab fil Punent tal Mawzolew ta Najm ad Din al Kubra u nbena fis sekli 13 u 14 Għandu għoli ta 6 5 metri u tul ta 7 5 metri Il Mawzolew ta Najm ad Din al Kubra Mawzolew ta Il Arslan Il Mawzolew ta Il Arslan huwa opra tal għaġeb tal arkitettura u huwa magħruf ukoll lokalment bħala l Mawzolew ta Kho Rezmshah II Arslan li rrenja mill 1156 sal 1172 Il mawzolew li jmur lura għas seklu 12 huwa l eqdem monument f Gurgench li għadu ma ġġarrafx Il binja għandha struttura kubojdali tal brikks simili għall izjed mawzolew Izlamiku bikri ezistenti fl Asja Ċentrali il mawzolew tas tal bidu tas seklu 10 f Bukhara izda minflok għandu koppla emisferika b saqaf koniku fuq barra L istruttura hija mzejna b motiv imnaqqax bħala riljiev fil panewijiet tal brikks freġju b aforizma miktuba b kitba mill isbaħ u b motivi veġetali mnaqqxa li juru varjazzjonijiet ta mudell Għarbi L iskema dekorattiva tal koppla hija magħmula b teknika tal madum ikħal ileqq li jifforma mudell ġeometriku Portal quddiem il Mawzolew ta Najm ad Din al Kubra Skont uħud mill izjed skoperti xjentifiċi reċenti waħda mill funzjonijiet tal istruttura f ċertu punt kienet il ħzin tal ilma Kumpless ta Ibn Khajib Dan il monument huwa ddedikat lil wieħed mid dixxipli ta Najm ad Din al Kubra li kellu talent kbir Il kumpless jinsab fil parti tal Punent ta Urgench Antika u jikkonsisti minn għadd ta monumenti li nbnew f perjodi differenti mis seklu 14 sas seklu 19 Ak Kala Ak Kala hija fortizza li tinsab fil Lbiċ tal fdalijiet tal belt Medjevali ta Urgench Il ħitan tagħha għoljin bejn sitt metri sa tmien metri u li huma ħoxnin madwar zewġ metri fuq in naħa ta fuq huma estizi għal iktar minn kilometru Il ħitan inbnew bil brikks u bit tajn imnixxfin fix xemx u l irkejjen tagħhom huma mzejna b torrijiet semiċirkolari filwaqt li n naħa ta ġewwa tal fortizza hija mirfuda bir riffieda Khorezm Bag Khorezm Bag hija fortizza kwadra mibnija minn ta 400 metru b 500 metru u nbniet f nofs is seklu 19 fil periferiji tal Lbiċ ta Kunya Urgench Il fortizza hija mdawra b ħajt difensiv għoli li fil biċċa l kbira tiegħu ttiekel ferm bl erozjoni u biz zmien Muzew ta Kunya Urgench Moskea ta Dash Il Mawzolew ta Il Arslan Il muzew jinsab fl istruttura tal brikks tal Moskea ta Dash eks madrasa li nbniet fil bidu tas seklu 20 Kien inbena bħala moskea u ntuza bħala madrasa qabel ma ġie kkonvertit f muzew fis snin 90 tas seklu 20 L istruttura hija fil biċċa l kbira kwadra b sensiela ta kmamar li jagħtu għal bitħa interna kbira u li issa jospitaw diversi artefatti Il muzew jiffoka fuq l istorja ta Kunya Urgench fuq l arti u l artiġjanat tradizzjonali tar reġjun u fuq it tradizzjoni tal bini ta Kunya Urgench L ikbar kamra hija ddedikata lill istorja u lit tezori tal belt antika u tinkludi mudell komprensiv f minjatura ta Gurgench u varjeta ta artefatti bħal skutelli taċ ċeramika madumiet ileqqu ġugarelli tat tfal jew testi bl Għarbi Kamra importanti oħra hija ċċentrata madwar il Moskea ta Dash u l istorja tal kostruzzjoni u tal uzu tagħha Madwar il bitħa interna wara l binja prinċipali il kumplament tal kmamar izgħar li qabel kienu l kmamar tas sodda tal istudenti tal madrasa ġew ikkonvertiti f 19 il kamra b artefatti u b tagħrif li jispjega l artiġjanat tradizzjonali tar reġjun bħall produzzjoni tat twapet u tal fuħħar il kostruzzjoni tal Yurts eċċ Tradizzjoni tal biniKunya Urgench għal zmien twil ħafna kienet skola prolifika ta mastri bennejja u arkitetti tal kostruzzjoni L għarfien u l ħiliet ta dan l iskola nfirxu tul is sekli fid dinja Musulmana kollha u jistgħu jiġu ammirati fl istrutturi u fit tizjin ta bosta binjiet mill perjodu ta Timur kemm fit Turkmenistan stess kif ukoll fl Uzbekistan fl Afganistan fit Transkawkasja fit Turkija fl Iran fil Pakistan u fl Indja Perezempju għadd ta binjiet f Samarkanda nbnew minn bennejja u minn arkitetti li ġew impjegati minn Kunya Urgench fis seklu 14 L inġenjozita u l ħila tal artiġjani u tal arkitetti lokali joħorġu fid dieher fid dettalji eċċezzjonali tal kostruzzjoni bħall istrutturi l għamliet jew it tizjin li lkoll kemm huma ġew ipperfezzjonati matul iz zmien Barra minn hekk it tekniki tradizzjonali tal bini baqgħu jezistu sa llum il ġurnata perezempju il kalkara f Kunya Urgench għadhom jintuzaw fir reġjun kollu għall produzzjoni tal brikks li jintuzaw fir rikostruzzjoni ta binjiet storiċi ĠeografijaKlima Kunya Urgench għandha klima bierda ta dezert BWk skont il klassifikazzjoni klimatika ta Koppen bi sjuf twal u sħan Ix xtiewi ta Kunya Urgench ikunu relattivament qosra izda pjuttost kesħin Il preċipitazzjoni hija skarsa matul is sena kollha b medja ta 109 mm 4 36 pulzieri ta xita Data klimatika għal Kunya Urgench Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena Temp għolja medja f C F 0 2 32 4 2 7 36 9 10 4 50 7 20 7 69 3 28 5 83 3 33 4 92 1 35 2 95 4 32 6 90 7 26 9 80 4 17 9 64 2 10 1 50 2 3 1 37 6 18 5 65 3 Temp medja ta kuljum f C F 4 0 24 8 2 3 27 9 4 8 40 6 14 1 57 4 21 3 70 3 25 9 78 6 27 9 82 2 25 3 77 5 19 3 66 7 11 1 52 0 5 0 41 0 0 1 32 2 12 4 54 3 Temp baxxa medja f C F 8 0 17 6 7 1 19 2 0 5 31 1 7 7 45 9 14 2 57 6 18 4 65 1 20 7 69 3 18 0 64 4 11 7 53 1 4 4 39 9 0 0 32 0 2 8 27 0 6 4 43 5 Preċipitazzjoni medja f mm pulzieri 9 0 4 8 0 3 17 0 7 19 0 7 13 0 5 4 0 2 3 0 1 2 0 1 3 0 1 9 0 4 10 0 4 12 0 5 109 4 4 Sors Climate data orgReferenzi a b ċ Centre UNESCO World Heritage Kunya Urgench UNESCO World Heritage Centre bl Ingliz Miġbur 2023 01 17 Skachat Atanyyazov Soltansha Turkmenistanyn geografik atlarynyn dushundirishli sѳzlugi DJVU www twirpx com bir Russu Miġbur 2023 01 17 Gloukhovsky Alexandr Ivanovitch The Passage of the Water of the Amu Darya by its Old Bed into the Caspian Sea San Pietruburgu 1893 pp 8 10 15 28 Gibb H A R trans and ed 1971 The Travels of Ibn Baṭṭuṭa A D 1325 1354 Volume 3 London Hakluyt Society p 541 a b ċ d Nomination of the Ancient Town of Kunya Urgench for the Inclusion on the World Heritage List PDF a b Golombek L 2011 The Turabeg Khanom Mausoleum in Kunya Urgench Problems of Attribution in Muqarnas An Annual on the Visual Cultures of the Islamic World Volume 28 133 156 Chmelnizkij S 1995 The Mausoleum of Tekesh in Kunya Urgench in International Congress of Turkish Art Art Turc Turkish Art Geneve Fondation Max Van Berchem 217 221 Kuehn S 2007 Tilework on 12th to 14th century funerary monuments in Urgench Gurganj in Arts of Asia Volume 37 Number 2 112 129 Konye Urgench Weather amp Climate Temperature amp Weather By Month Climate Data org en climate data org Miġbur 2023 01 17

L-aħħar artikli
  • Lulju 11, 2025

    Torri ta' Erkole

  • Lulju 24, 2025

    Tony Camilleri

  • Lulju 16, 2025

    Togo

  • Lulju 16, 2025

    Wikipedia

  • Lulju 16, 2025

    Wiki

www.NiNa.Az - Studio

    Ikkuntattjana
    Lingwi
    Ikkuntattjana
    DMCA Sitemap
    © 2019 nina.az - Id-drittijiet kollha riservati.
    Copyright: Dadash Mammadov
    Websajt b’xejn li tipprovdi informazzjoni u qsim ta’ fajls minn madwar id-dinja.
    Fuq