Il Kemmun Cuminum cyminum huwa pjanta li twarrad fil familja Apiaceae nattiva f territorju li jinkludi l Lvant Nofsani u
Kemmun

Il-Kemmun (Cuminum cyminum) huwa pjanta li twarrad fil-familja Apiaceae, nattiva f'territorju li jinkludi l-Lvant Nofsani u jasal fil-Lvant sal-Indja. Iż-żerriegħa tiegħu - kull waħda minnhom tkun fi frotta li titnixxef - hi wżata fil-kċejjen ta’ ħafna kulturi kemm fil-forma sħiħa kif ukoll midħuna. Għalkemm il-kemmun jintuża fil-mediċina tradizzjonali, m'hemm l-ebda xhieda soda li sejf jew effettiv bħala aġent terapewtiku.
Kemmun | |
---|---|
Xitla tal-kemmun | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Dominju: | |
Renju: | |
Diviżjoni: | |
Klassi: | |
Ordni: | |
Familja: | |
Ġeneru: | |
Speċi: | C. cyminum |
Cuminum cyminum |
Etimoloġija
Il-kelma Maltija "kemmun" ġejja mill-Għarbi كمون (kammun).
Deskrizzjoni
Il-kemmun għandu zokk irqiq u ramifikat għoli bejn 20 u 30ċm. Il-weraq huma twal bejn 5 u 10cm twal, irranġati bħal moxt. Il-fjuri huma żgħar, bojod jew roża, u rranġati fl-umbrelel. Il-frott huwa akne laterali fusiformi ovojdi, twil xi 4-5 mm, li fih żerriegħa waħda. Iż-żerriegħa tal-kemmun tixbah lil dik tal-bużbież u l-ħlewwa, iżda hi iżgħar u ta' kulur skur. M'għandux jiġi konfuż mal-Karwija/Ħlewwa Ġermaniża, li għandha frott simili iżda b'aroma kompletament differenti.
Storja
Il-kemmun ilu jintuża minn żminijiet antiki. Iż-żerriegħa instabet fis-sit Sirjan ta’ Tell ed-Der, u ġiet segwita lura sat-tieni millenju QK Saru wkoll diversi sejbiet li għndhom x'jaqsmu mal-età tar-Renju l-Ġdid tal-Eġittu tal-Antik.
Oriġinarjament ikkultivata fl-Iran u fir-reġjuni tal-Mediterran, il-kemmun jissemma fil-Bibbja, kemm fit-Testment il-Qadim (Isaija 28:27) kif ukoll fit-Testment il-Ġdid (Mattew 23:23). Kien magħruf ukoll fil-Greċja antika u Ruma antika. Il-Griegi kienu jżommu l-kemmun fuq il-mejda, f'kontenituri speċifiku għalih (ftit jew wisq kif jintuża l-bżar illum), u din id-drawwa għadha sal-lum fil-Marokk. L-użu tal-kemmun sar inqas u inqas frekwenti, fl-Ewropa (bl-eċċezzjoni ta’ Spanja u Malta) li jibda mill-Medju Evu. Ġie introdott fil-kontinent Amerikan minn kolonizzaturi Spanjoli.
Folklor
Matul il-Medju Evu, is-superstizzjoni kienet tgħid li l-kemmun iżomm lura lit-tiġieġ, u lin-namrati, milli jaħarbu. Kienu jaħsbu wkoll li l-għarajjes li jieħdu magħhom żerriegħa tal-kemmun waqt iċ-ċerimonja tat-tieġ kien ikollhom ħajja ferħana. Il-kemmun huwa meqjus ukoll ta' għajnuna fit-trattament tal-irjiħat meta jitħallat mal-ħalib sħun.
Fl-Asja t'Isfel, it-te tal-kemmun (żerriegħa mnixxfa mgħollija fl-ilma) tintuża biex tiddistingwi nefħa fl-istonku minħabba l-gass minn tqala vera.
Fis-Sri Lanka, iż-żerriegħa nkaljata u mbagħad mgħallija tipproduċi tè li jintuża biex jikkalma problemi serji fl-istonku.
Kultivazzjoni u użu
Iż-żerrieg]a tal-kemmun tintuża għat-taħwir tal-ikel minħabba l-aroma partikulari tagħha, speċjalment fil-kċina tal-Afrika ta' Fuq, tal-Lvant Nofsani, il-kċina tl-Xinjiang, Indjana, Kubana u fil-kċina tal-Messiku ta' Fuq.
Il-fwieħa partikolari u l-aroma qawwija u sħuna tal-kemmun huma dovuti għaż-żjut essenzjali li fih. Il-kostitwent ewlieni tiegħu u l-kontributur l-aktar importanti għall-aroma, huwa l-kuminaldejde. Bħala komponenti importanti oħra tal-aroma tal-kemmun inkaljat hemm l-pirazini sostitwiti: 2-etossi-3-isopropilpirażina, 2-metossi-3-sec-butilpirażina u 2-metossi-3-metilpirażina.
Jintuża bħala ingredjent fil-curry. Il-kemmun tista' ssibu f'xi ġobnijiet Olandiżi, bħall-ġobon ta' Leyden, u f'xi wħud fil-Valle d'Aosta (fil-Valle d'Aosta il-pjanta tikber selvaġġa) u f'xi tipi ta' ħobż Franċiż. Spiss jintuża fil-kċina tradizzjonali Brażiljana. Fil-mediċina tal-ħxejjex, il-kemmun huwa kklassifikat bħala stimulant, karminattiv u antimikrobjali. Il-kemmun huwa wkoll komponent importanti tat-trab taċ-chili, u jinstab f'taħlitiet ta' annatto, dawk moqlija bħal garam masala, curry, u baharat.
Il-kemmun jista' jintuża biex iħawwar ħafna platti, kemm fil-forma ta' trab kif ukoll ta' żerriegħa sħiħa, peress li anke minnha t-togħma ħelwa naturali tista' tiġi estratta, filwaqt li fiz-zlazi jista' jintuża biex iqawwi t-togħma. Il-kemmun intuża wkoll fuq il-laħam flimkien ma' ħwawar oħra. Il-kemmun kien jintuża ħafna fil-kċina ta' Ruma antika.
Il-koltivazzjoni taċ-ċumin teħtieġ sajf twil u sħun, li jdum bejn 3 u 4 xhur, b'temperaturi ta' binhar ta' madwar 30° C; jittollera n-nixfa, u huwa kkultivat prinċipalment fi klimi Mediterranji. Jinżera' matul ir-rebbiegħa u jeħtieġ ħamrija fertili u niexfa.
Kultivazzjoni f'Malta
Fis-snin 1600 Malta kienet tikkultiva u tesporta il-Kemmun. Dan kien isir permezz ta' dgħajjes magħrufa bhala 'Tartana'. Il-Kemmun ta' Malta kien jiġi esportat lejn Spanja.Kull sena kienu jinġabru 3000 qantar kemmun, u 100 qantar ħlewwa, skont kif ikkalkula Gian Frangisk Abela fil-ktieb tieghu Melitae Historica.Jidher li l-bdiewa Maltin waqqfu jkabbru l-kemmun ftit wara l-aħħar Gwerra Dinjija. Dan minħabba li ma setawx jesportawh minħabba l-gwerra. Jingħad li l-gżira ta' Kemmuna ħadet isimha minħabba li kien jikber ħafna kemmun.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Kemmun, X'inhi Kemmun? Xi tfisser Kemmun?
Il Kemmun Cuminum cyminum huwa pjanta li twarrad fil familja Apiaceae nattiva f territorju li jinkludi l Lvant Nofsani u jasal fil Lvant sal Indja Iz zerriegħa tiegħu kull waħda minnhom tkun fi frotta li titnixxef hi wzata fil kċejjen ta ħafna kulturi kemm fil forma sħiħa kif ukoll midħuna Għalkemm il kemmun jintuza fil mediċina tradizzjonali m hemm l ebda xhieda soda li sejf jew effettiv bħala aġent terapewtiku Kemmun Xitla tal kemmun Klassifikazzjoni xjentifika Dominju Renju Divizjoni Klassi Ordni Familja Ġeneru Speċi C cyminum Cuminum cyminumEtimoloġijaIl kelma Maltija kemmun ġejja mill Għarbi كمون kammun DeskrizzjoniIl kemmun għandu zokk irqiq u ramifikat għoli bejn 20 u 30ċm Il weraq huma twal bejn 5 u 10cm twal irranġati bħal moxt Il fjuri huma zgħar bojod jew roza u rranġati fl umbrelel Il frott huwa akne laterali fusiformi ovojdi twil xi 4 5 mm li fih zerriegħa waħda Iz zerriegħa tal kemmun tixbah lil dik tal buzbiez u l ħlewwa izda hi izgħar u ta kulur skur M għandux jiġi konfuz mal Karwija Ħlewwa Ġermaniza li għandha frott simili izda b aroma kompletament differenti StorjaIl kemmun ilu jintuza minn zminijiet antiki Iz zerriegħa instabet fis sit Sirjan ta Tell ed Der u ġiet segwita lura sat tieni millenju QK Saru wkoll diversi sejbiet li għndhom x jaqsmu mal eta tar Renju l Ġdid tal Eġittu tal Antik Oriġinarjament ikkultivata fl Iran u fir reġjuni tal Mediterran il kemmun jissemma fil Bibbja kemm fit Testment il Qadim Isaija 28 27 kif ukoll fit Testment il Ġdid Mattew 23 23 Kien magħruf ukoll fil Greċja antika u Ruma antika Il Griegi kienu jzommu l kemmun fuq il mejda f kontenituri speċifiku għalih ftit jew wisq kif jintuza l bzar illum u din id drawwa għadha sal lum fil Marokk L uzu tal kemmun sar inqas u inqas frekwenti fl Ewropa bl eċċezzjoni ta Spanja u Malta li jibda mill Medju Evu Ġie introdott fil kontinent Amerikan minn kolonizzaturi Spanjoli FolklorMatul il Medju Evu is superstizzjoni kienet tgħid li l kemmun izomm lura lit tiġieġ u lin namrati milli jaħarbu Kienu jaħsbu wkoll li l għarajjes li jieħdu magħhom zerriegħa tal kemmun waqt iċ ċerimonja tat tieġ kien ikollhom ħajja ferħana Il kemmun huwa meqjus ukoll ta għajnuna fit trattament tal irjiħat meta jitħallat mal ħalib sħun Fl Asja t Isfel it te tal kemmun zerriegħa mnixxfa mgħollija fl ilma tintuza biex tiddistingwi nefħa fl istonku minħabba l gass minn tqala vera Fis Sri Lanka iz zerriegħa nkaljata u mbagħad mgħallija tipproduċi te li jintuza biex jikkalma problemi serji fl istonku Kultivazzjoni u uzuTrab tal kemmun fis suq ta Ortigia Sirakuza Iz zerrieg a tal kemmun tintuza għat taħwir tal ikel minħabba l aroma partikulari tagħha speċjalment fil kċina tal Afrika ta Fuq tal Lvant Nofsani il kċina tl Xinjiang Indjana Kubana u fil kċina tal Messiku ta Fuq Il fwieħa partikolari u l aroma qawwija u sħuna tal kemmun huma dovuti għaz zjut essenzjali li fih Il kostitwent ewlieni tiegħu u l kontributur l aktar importanti għall aroma huwa l kuminaldejde Bħala komponenti importanti oħra tal aroma tal kemmun inkaljat hemm l pirazini sostitwiti 2 etossi 3 isopropilpirazina 2 metossi 3 sec butilpirazina u 2 metossi 3 metilpirazina Jintuza bħala ingredjent fil curry Il kemmun tista ssibu f xi ġobnijiet Olandizi bħall ġobon ta Leyden u f xi wħud fil Valle d Aosta fil Valle d Aosta il pjanta tikber selvaġġa u f xi tipi ta ħobz Franċiz Spiss jintuza fil kċina tradizzjonali Braziljana Fil mediċina tal ħxejjex il kemmun huwa kklassifikat bħala stimulant karminattiv u antimikrobjali Il kemmun huwa wkoll komponent importanti tat trab taċ chili u jinstab f taħlitiet ta annatto dawk moqlija bħal garam masala curry u baharat Il kemmun jista jintuza biex iħawwar ħafna platti kemm fil forma ta trab kif ukoll ta zerriegħa sħiħa peress li anke minnha t togħma ħelwa naturali tista tiġi estratta filwaqt li fiz zlazi jista jintuza biex iqawwi t togħma Il kemmun intuza wkoll fuq il laħam flimkien ma ħwawar oħra Il kemmun kien jintuza ħafna fil kċina ta Ruma antika Il koltivazzjoni taċ ċumin teħtieġ sajf twil u sħun li jdum bejn 3 u 4 xhur b temperaturi ta binhar ta madwar 30 C jittollera n nixfa u huwa kkultivat prinċipalment fi klimi Mediterranji Jinzera matul ir rebbiegħa u jeħtieġ ħamrija fertili u niexfa Kultivazzjoni f Malta Fis snin 1600 Malta kienet tikkultiva u tesporta il Kemmun Dan kien isir permezz ta dgħajjes magħrufa bhala Tartana Il Kemmun ta Malta kien jiġi esportat lejn Spanja Kull sena kienu jinġabru 3000 qantar kemmun u 100 qantar ħlewwa skont kif ikkalkula Gian Frangisk Abela fil ktieb tieghu Melitae Historica Jidher li l bdiewa Maltin waqqfu jkabbru l kemmun ftit wara l aħħar Gwerra Dinjija Dan minħabba li ma setawx jesportawh minħabba l gwerra Jingħad li l gzira ta Kemmuna ħadet isimha minħabba li kien jikber ħafna kemmun miklem 2020 10 23 L ESPORTAZZJONI TAL KEMMUN MINN MALTA Il Miklem bl Ingliz Miġbur 2021 06 08 Comino Malta more than just a Blue Lagoon Malta InsideOut bl Ingliz 2010 03 08 Miġbur 2021 06 08