Il Pjazza tal Mirakli bit Taljan Piazza dei Miracoli pjattsa dei miˈraːkoli li formalment hija magħrufa bħala l Pjazza t
Pjazza tal Mirakli

Il-Pjazza tal-Mirakli (bit-Taljan: Piazza dei Miracoli [pjattsa dei miˈraːkoli]), li formalment hija magħrufa bħala l-Pjazza tal-Katidral (bit-Taljan Piazza del Duomo), hija pjazza ta' 8.87 ettari mdawra b'ħitan Medjevali f'Pisa, it-Toskana, l-Italja. Il-pjazza hija rikonoxxuta bħala ċentru importanti tal-arti Medjevali Ewropea u tħaddan wieħed mill-ifjen kumplessi arkitetturali fid-dinja. Il-pjazza titqies ikkonsagrata mill-Knisja Kattolika, li għandha s-sjieda tagħha, u fiha erba' binjiet reliġjużi mill-aqwa: il-Katidral ta' Pisa, il- ta' Pisa, il-, u ċ- Monumentali. Parti mill-pjazza fiha rqajja' bil-ħaxix aħdar u parti minnha ġiet pavimentata. Fil-Pjazza tal-Mirakli hemm ukoll il-binja tal-Isptar il-Ġdid tal-Ispirtu s-Santu li issa fiha l-Mużew tal-Abbozzi ta' Tpinġijiet u l-Mużew tal-Katidral.
L-isem Pjazza tal-Mirakli ngħata mill-kittieb u poeta Taljan , li fir-rumanz tiegħu Forse che sì forse che no (1910), iddeskriva l-pjazza bħala "prato dei Miracoli", jiġifieri "marġ tal-mirakli". Il-pjazza ġieli tissejjaħ Campo dei Miracoli (jiġifieri Għalqa tal-Mirakli). Fl-1987, il-pjazza kollha ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.
Topografija
Għad-differenza ta' bliet oħra, il-Katidral ma jinsabx f'nofs iċ-ċentru storiku, iżda fin-naħa tal-Majjistral tal-belt. Din l-għażla saret minħabba li l-belt antika tal-Medju Evu hija ferm iżgħar, bħala turija tal-poter, kif ukoll għaliex inbniet fuq knisja preċedenti li kienet iddedikata lil Santa Marija. Iż-żamma tal-pjazza u tal-kumpless ta' monumenti minn dejjem kienet f'idejn l'Opera della Primaziale Pisana. Uħud isostnu li l-monumenti tal-pjazza nbnew skont l-iskema tal-Miżien taż-żodjaku u t-Torri Mxengel huwa l-fulkru tal-iskema.
Il-pjazza mhix aċċessibbli għall-karozzi. Kisbet id-dehra li għandha llum lejn is-seklu 19, speċjalment bis-saħħa tal-arkitett , li ġarraf xi binjiet li kien hemm qabel, bena residenza ekkleżjastika ġdida (li twaqqgħet fl-1863) u ħa ħsieb ir-restawr tal-monumenti li għad hemm s'issa.
Storja
Il-kostruzzjoni tal-pjazza ma bdietx fil-Medju Evu iżda kienet ġa tintuża fil-perjodu tal- u ċertament fi żmien ir-Rumani. Fil-fatt, il-kanal Ozzeri kien jgħaddi qrib il-parti tal-pjazza fin-naħa tat-Tramuntana, filwaqt li fin-naħa tal-Lvant kien hemm port tax-xmara. Iż-żona kollha kienet art għan-niżla li kienet twassal lejn iż-żona tal-port. Fiż-żona bejn il-Katidral u ċ-Ċimiterju Monumentali nstabu s-sisien u l-fdalijiet ta' ta' żewġ domus ta' żmien ir-Rumani. Iktar 'il quddiem, il-pjazza ġiet ittrasformata u l-użu tagħha nbidel minn wieħed ċivili għal wieħed sagru, x'aktarx għall-ħabta tal-waqgħa tal-Imperu Ruman tal-Punent u t-tnaqqis taċ-ċivitas. Jaf kien f'dan il-perjodu li l-art tal-pjazza ġiet iċċattjata biex tkun iktar watja flok għan-niżla. Fi żmien il- ġew midfuna diversi nies fil-pjazza.
Fil-Medju Evu, lejn is-seklu 10, inbniet knisja li jingħad li kienet iddedikata lil Santa Marija. Din il-knisja kellha binja separata ta' battisterju maġenba. Skavi arkeoloġiċi li saru dan l-aħħar ħarġu fid-dieher kif din il-knisja tassew kienet teżisti, iżda qatt ma tlestiet. Fil-kjostru taċ-Ċimiterju Monumentali nstabu s-sisien ta' binja b'għamla ottagonali, li kien jingħad li kienu tal-battisterju tal-katidral antik, instab li fil-fatt kienu tas-seklu 14 u li kienu parti taċ-Ċimiterju Monumentali stess f'waħda mill-fażijiet differenti tal-kostruzzjoni tiegħu.
Il-pjazza bdiet tieħu x-xejra kif nafuha llum fl-1063 (fl-1064 skont il- ta' Pisa ta' dak iż-żmien) meta nbena l-katidral l-ġdid tal-belt iddedikat lil Santa Marija Maġġuri. Din l-opra tal-arti ġiet iffinanzjata bis-saħħa tar-rebħa militari ta' Pisa fi Sqallija, kontra l-, li ġiet immexxija minn . Dak iż-żmien, iż-żona kienet għadha barra mill-ħitan li mbagħad twessgħu lejn l-1156 mill-konslu . Tliet snin qabel it-twessigħ tal-ħitan, inbeda jinbena l-Battisterju l-ġdid, din id-darba quddiem il-katidral u b'dijametru daqs il-wisa' tal-faċċata tal-katidral. Il-bieb li jagħti aċċess mill-ħitan għall-pjazza huwa Bieb l-Iljun, li huwa wieħed mill-punti ewlenin ta' aċċess għall-belt.
Dan il-bieb huwa miftuħ lejn il-Majjistral tal-pjazza f'żona żgħira b'iktar fortifikazzjonijiet u mħarsa minn tliet torrijiet: ta' Santa Marija, tal-Iljun u ta' Catallo. Fl-1173 inbdiet il-kostruzzjoni tal-kampnar. Lejn tmiem is-seklu 12 bdiet tinbena wkoll ir-residenza tal-kanoniċi fin-Nofsinhar tal-kampnar li għalqet il-pjazza fuq in-naħa tal-Lvant. Fl-1257, il-pjazza ngħalqet lejn in-Nofsinhar ukoll mill-binja tal-Isptar il-Ġdid tal-Ispirtu s-Santu, u fl-1277 ingħalqet anke lejn it-Tramuntana, qrib il-ħitan, miċ-Ċimiterju Monumentali.
Il-pożizzjonament u l-mod kif inbnew it-tliet monumenti ewlenin, ir-rabta spazjali bejniethom, il-konfigurazzjoni partikolari u l-volumetrija tal-Battisterju għadhom jiġu studjati fuq livel interdixxiplinari, mill-arkitettura, il-ġeometrija, u t-.
Id-dehra tal-pjazza nbidlet ferm waqt id-dominju tal-belt mill-: Bieb l-Iljun ingħalaq għal dejjem u ż-żona quddiem dan l-aċċess ingħatat b'konċessjoni lill-komunità tal-Lhud għaċ-ċimiterju tagħhom; minflok infetaħ bieb ġdid, imsejjaħ proprju Bieb il-Ġdid, fuq in-naħa tal-Punent tal-pjazza tul it-triq ta' quddiem l-isptar. Dan tal-aħħar ġie mmodifikat għalkollox bl-istil ta' Firenze, u b'hekk tilef kull konnotazzjoni Gotika oriġinali.
Matul il-perjodu kollu tad-dominju tal-familji Medici u Lorraine nbnew ħafna binjiet fejn kien hemm spazji ħielsa: inbniet binja oħra tal-kanoniċi fit-Tramuntana tal-kampnar u l-binja tan-Nofsinhar ġiet imwessa' flimkien mal-Knisja ta' San Ranierino u d-dar tal-Battezieri; il-kampnar stess ġie mdawwar b'ħajt żgħir li jikkollega ż-żewġ binjiet fil-qrib; fil-Punent tal-Battisterju kien hemm dar bejjiegħ tal-merċa u ċint madwar biċċa raba' bil-ħxejjex tiegħu; dejjem fuq in-naħa tal-Punent, biswit il-ħitan, kien hemm id-, b'biċċa raba' wkoll; fit-Tramuntana, bejn iċ-Ċimiterju Monumentali u Bieb l-Iljun, kien hemm dar id-deffien. Fiż-żona lejn in-Nofsinhar tal-Katidral kien hemm xi binjiet żgħar oħra.
Wara x-xogħlijiet ta' Alessandro Gherardesca, li kkontribwixxa biex il-pjazza jkollha x-xejra li għandha sa llum, fl-aħħar tas-seklu 19 ġie deċiż li terġa' lura għal kif kienet oriġinarjament. Għalhekk, bil-mod il-mod twaqqgħu l-binjiet kollha li nbnew waqt id-dominju tal-familji Medici u Lorraine.
L-aħħar modifiki saru lejn il-bidu tas-seklu 20 waqt żmien il- li għamlu l-monument iddedikat lill-Lupa ta' Ruma fl-art bil-ħaxix fit-Tramuntana tal-kampnar, li ħawwlu sbatax-il ċipress lejn it-tarf fil-Lvant tal-pjazza biex ifakkru s-sbatax-il militant Faxxist li kienu nqatlu, u li fetħu żewġ bibien żgħar fil-ġnub ta' Bieb il-Ġdid. Il-kolonna tal-monument tal-lupa oriġinat miċ-ċisterna fil-qrib li kienet iġġarrfet fis-seklu ta' qabel.
Bejn l-1912 u l-1952, fil-pjazza kien hemm binarji u stazzjon iddedikat lin-network ferrovjarju ta' Pisa.
Fl-2007, wara li ġiet konkluża sejħa internazzjonali f'żewġ fażijiet, ġie inkarigat biex jieħu ħsieb l-iktar proġett importanti tad-19-il kontenut tal-PIUSS (il-Programm Operattiv "Kompetittività reġjonali u okkupazzjoni"), fiż-żona maġenb l-isptar ta' Santa Klara. Il-proġett kellu jitwettaq sal-2015 iżda minħabba dewmien fit-trasferiment tal-funzjonijiet kollha tal-isptar attwali lejn dak ta' fl-2018, il-proġett baqa' qatt ma nbeda.
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Pjazza tal-Mirakli ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1987. Il-pjazza tqieset bħala waħda notevoli peress li fiha opri tal-art li jixhdu l-ispirtu kreattiv tas-seklu 14. Il-monumenti tal-pjazza jirriflettu dan l-istadju deċiżiv fl-istorja tal-arkitettura Medjevali u saru punt ta' referenza għall-istudji marbuta mal-istil ta' Pisa. Iċ-Ċimiterju Monumentali u ċ-ċiklu ta' tiegħu, b'tipoloġija u użu partikolari, jikkostitwixxi eżempju mill-aqwa tal-istorja tal-pittura Medjevali Taljani tas-sekli 14 u 15.
Ġie meqjus li l-pjazza għandha valur straordinarju universali biex titniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem", ladarba l-pjazza hija unika artistikament minħabba d-disinn spazjali tagħha u l-erba' kapulavuri arkitetturali assoluti li huma l-katidral, il-battisterju, il-kampnar (it-Torri Mxengel ta' Pisa) u ċ-ċimiterju monumentali; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ", ladarba l-monumenti tal-pjazza influwenzaw b'mod konsiderevoli l-iżvilupp tal-arkitettura u l-arti monumentali fis-sekli 11 sa 13 u fis-seklu 14 wara l-pesta s-sewda; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem", ladarba l-monumenti tal-pjazza jirrappreżentaw eżempju straordinarju tal-arkitettura Kristjana Medjevali; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju", ladarba Galileo Galilei, osserva l-oxxillazzjonijiet tal-kandilabru tal-bronż magħmul minn fil-Katidral ta' Pisa, u meta kellu 19-il sena skopra t-teorija tal- tal-oxxillazzjonijiet iż-żgħar, li kienet preludju għax-xogħlijiet tiegħu fil-qasam tad-dinamika. Minn fuq il-kampnar, Galileo wettaq esperimenti li wasslu biex jifformula l-liġijiet li jirregolaw l-oġġetti li jitwaqqgħu. Għaldaqstant, żewġ binjiet prinċipali tal-Pjazza tal-Mirakli huma assoċjati direttament u b'mod tanġibbli ma' stadju deċiżiv fl-istorja tax-.
Referenzi
- ^ a b Renzulli, Melanie (2010). Rachel Mills (ed.). The Green Guide: Italy (bl-Ingliż). Greenville, SC: Michelin. p. 328. ISBN 9781907099571.
- ^ "Piazza del Duomo - Scavi archeologici" (bit-Taljan). Komun ta' Pisa. Miġbur 2021-02-27.
- ^ a b ċ "I tesori archeologici sotto il prato di Piazza dei Miracoli" (bit-Taljan). Università ta' Pisa. Miġbur 2021-02-27.
- ^ Franca Manenti Valli, Pisa. Lo spazio e il sacro, Firenze, Polistampa, 2016, ISBN 8859616662.
- ^ La Piazza dei Miracoli: numeri e alchimie, fil-Corriere Fiorentino, 31-05-2019.
- ^ "Chipperfield vince il concorso di Santa Chiara a Pisa" (bit-Taljan). Archiportale. Miġbur 2021-02-27.
- ^ "Ospedale Cisanello, verso il nuovo 'Santa Chiara': a maggio via all'ultimo lotto di lavori" (bit-Taljan). PisaToday. Miġbur 2021-02-27.
- ^ "Piazza del Duomo, Pisa" (bl-Ingliż). UNESCO World Heritage Centre. Miġbur 2021-02-27.
Awtur: www.NiNa.Az
Data tal-pubblikazzjoni:
wikipedija, wiki, ktieb, kotba, librerija, artiklu, aqra, niżżel, b'xejn, download b'xejn, mp3, vidjo, mp4, 3gp, jpg, jpeg, gif, png, stampa, mużika, kanzunetta, film, ktieb, logħba, logħob, mobbli, telefon, android, ios, apple, mowbajl, samsung, iphone, xiomi, xiaomi, redmi, honor, oppo, nokia, sonya, mi, pc, web, kompjuter, Informazzjoni dwar Pjazza tal Mirakli, X'inhi Pjazza tal Mirakli? Xi tfisser Pjazza tal Mirakli?
Il Pjazza tal Mirakli bit Taljan Piazza dei Miracoli pjattsa dei miˈraːkoli li formalment hija magħrufa bħala l Pjazza tal Katidral bit Taljan Piazza del Duomo hija pjazza ta 8 87 ettari mdawra b ħitan Medjevali f Pisa it Toskana l Italja Il pjazza hija rikonoxxuta bħala ċentru importanti tal arti Medjevali Ewropea u tħaddan wieħed mill ifjen kumplessi arkitetturali fid dinja Il pjazza titqies ikkonsagrata mill Knisja Kattolika li għandha s sjieda tagħha u fiha erba binjiet reliġjuzi mill aqwa il Katidral ta Pisa il ta Pisa il u ċ Monumentali Parti mill pjazza fiha rqajja bil ħaxix aħdar u parti minnha ġiet pavimentata Fil Pjazza tal Mirakli hemm ukoll il binja tal Isptar il Ġdid tal Ispirtu s Santu li issa fiha l Muzew tal Abbozzi ta Tpinġijiet u l Muzew tal Katidral Il Pjazza tal Mirakli L isem Pjazza tal Mirakli ngħata mill kittieb u poeta Taljan li fir rumanz tiegħu Forse che si forse che no 1910 iddeskriva l pjazza bħala prato dei Miracoli jiġifieri marġ tal mirakli Il pjazza ġieli tissejjaħ Campo dei Miracoli jiġifieri Għalqa tal Mirakli Fl 1987 il pjazza kollha ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO TopografijaGħad differenza ta bliet oħra il Katidral ma jinsabx f nofs iċ ċentru storiku izda fin naħa tal Majjistral tal belt Din l għazla saret minħabba li l belt antika tal Medju Evu hija ferm izgħar bħala turija tal poter kif ukoll għaliex inbniet fuq knisja preċedenti li kienet iddedikata lil Santa Marija Iz zamma tal pjazza u tal kumpless ta monumenti minn dejjem kienet f idejn l Opera della Primaziale Pisana Uħud isostnu li l monumenti tal pjazza nbnew skont l iskema tal Mizien taz zodjaku u t Torri Mxengel huwa l fulkru tal iskema Il pjazza mhix aċċessibbli għall karozzi Kisbet id dehra li għandha llum lejn is seklu 19 speċjalment bis saħħa tal arkitett li ġarraf xi binjiet li kien hemm qabel bena residenza ekklezjastika ġdida li twaqqgħet fl 1863 u ħa ħsieb ir restawr tal monumenti li għad hemm s issa StorjaVeduta tal pjazza mit Torri Mxengel Il kostruzzjoni tal pjazza ma bdietx fil Medju Evu izda kienet ġa tintuza fil perjodu tal u ċertament fi zmien ir Rumani Fil fatt il kanal Ozzeri kien jgħaddi qrib il parti tal pjazza fin naħa tat Tramuntana filwaqt li fin naħa tal Lvant kien hemm port tax xmara Iz zona kollha kienet art għan nizla li kienet twassal lejn iz zona tal port Fiz zona bejn il Katidral u ċ Ċimiterju Monumentali nstabu s sisien u l fdalijiet ta ta zewġ domus ta zmien ir Rumani Iktar il quddiem il pjazza ġiet ittrasformata u l uzu tagħha nbidel minn wieħed ċivili għal wieħed sagru x aktarx għall ħabta tal waqgħa tal Imperu Ruman tal Punent u t tnaqqis taċ ċivitas Jaf kien f dan il perjodu li l art tal pjazza ġiet iċċattjata biex tkun iktar watja flok għan nizla Fi zmien il ġew midfuna diversi nies fil pjazza Fil Medju Evu lejn is seklu 10 inbniet knisja li jingħad li kienet iddedikata lil Santa Marija Din il knisja kellha binja separata ta battisterju maġenba Skavi arkeoloġiċi li saru dan l aħħar ħarġu fid dieher kif din il knisja tassew kienet tezisti izda qatt ma tlestiet Fil kjostru taċ Ċimiterju Monumentali nstabu s sisien ta binja b għamla ottagonali li kien jingħad li kienu tal battisterju tal katidral antik instab li fil fatt kienu tas seklu 14 u li kienu parti taċ Ċimiterju Monumentali stess f waħda mill fazijiet differenti tal kostruzzjoni tiegħu Il pjazza bdiet tieħu x xejra kif nafuha llum fl 1063 fl 1064 skont il ta Pisa ta dak iz zmien meta nbena l katidral l ġdid tal belt iddedikat lil Santa Marija Maġġuri Din l opra tal arti ġiet iffinanzjata bis saħħa tar rebħa militari ta Pisa fi Sqallija kontra l li ġiet immexxija minn Dak iz zmien iz zona kienet għadha barra mill ħitan li mbagħad twessgħu lejn l 1156 mill konslu Tliet snin qabel it twessigħ tal ħitan inbeda jinbena l Battisterju l ġdid din id darba quddiem il katidral u b dijametru daqs il wisa tal faċċata tal katidral Il bieb li jagħti aċċess mill ħitan għall pjazza huwa Bieb l Iljun li huwa wieħed mill punti ewlenin ta aċċess għall belt Dan il bieb huwa miftuħ lejn il Majjistral tal pjazza f zona zgħira b iktar fortifikazzjonijiet u mħarsa minn tliet torrijiet ta Santa Marija tal Iljun u ta Catallo Fl 1173 inbdiet il kostruzzjoni tal kampnar Lejn tmiem is seklu 12 bdiet tinbena wkoll ir residenza tal kanoniċi fin Nofsinhar tal kampnar li għalqet il pjazza fuq in naħa tal Lvant Fl 1257 il pjazza ngħalqet lejn in Nofsinhar ukoll mill binja tal Isptar il Ġdid tal Ispirtu s Santu u fl 1277 ingħalqet anke lejn it Tramuntana qrib il ħitan miċ Ċimiterju Monumentali Bieb il Ġdid Il pozizzjonament u l mod kif inbnew it tliet monumenti ewlenin ir rabta spazjali bejniethom il konfigurazzjoni partikolari u l volumetrija tal Battisterju għadhom jiġu studjati fuq livel interdixxiplinari mill arkitettura il ġeometrija u t Id dehra tal pjazza nbidlet ferm waqt id dominju tal belt mill Bieb l Iljun ingħalaq għal dejjem u z zona quddiem dan l aċċess ingħatat b konċessjoni lill komunita tal Lhud għaċ ċimiterju tagħhom minflok infetaħ bieb ġdid imsejjaħ proprju Bieb il Ġdid fuq in naħa tal Punent tal pjazza tul it triq ta quddiem l isptar Dan tal aħħar ġie mmodifikat għalkollox bl istil ta Firenze u b hekk tilef kull konnotazzjoni Gotika oriġinali Matul il perjodu kollu tad dominju tal familji Medici u Lorraine nbnew ħafna binjiet fejn kien hemm spazji ħielsa inbniet binja oħra tal kanoniċi fit Tramuntana tal kampnar u l binja tan Nofsinhar ġiet imwessa flimkien mal Knisja ta San Ranierino u d dar tal Battezieri il kampnar stess ġie mdawwar b ħajt zgħir li jikkollega z zewġ binjiet fil qrib fil Punent tal Battisterju kien hemm dar bejjiegħ tal merċa u ċint madwar biċċa raba bil ħxejjex tiegħu dejjem fuq in naħa tal Punent biswit il ħitan kien hemm id b biċċa raba wkoll fit Tramuntana bejn iċ Ċimiterju Monumentali u Bieb l Iljun kien hemm dar id deffien Fiz zona lejn in Nofsinhar tal Katidral kien hemm xi binjiet zgħar oħra Wara x xogħlijiet ta Alessandro Gherardesca li kkontribwixxa biex il pjazza jkollha x xejra li għandha sa llum fl aħħar tas seklu 19 ġie deċiz li terġa lura għal kif kienet oriġinarjament Għalhekk bil mod il mod twaqqgħu l binjiet kollha li nbnew waqt id dominju tal familji Medici u Lorraine Inċizjoni tal Pjazza tal Mirakli tas seklu 19 L aħħar modifiki saru lejn il bidu tas seklu 20 waqt zmien il li għamlu l monument iddedikat lill Lupa ta Ruma fl art bil ħaxix fit Tramuntana tal kampnar li ħawwlu sbatax il ċipress lejn it tarf fil Lvant tal pjazza biex ifakkru s sbatax il militant Faxxist li kienu nqatlu u li fetħu zewġ bibien zgħar fil ġnub ta Bieb il Ġdid Il kolonna tal monument tal lupa oriġinat miċ ċisterna fil qrib li kienet iġġarrfet fis seklu ta qabel Bejn l 1912 u l 1952 fil pjazza kien hemm binarji u stazzjon iddedikat lin network ferrovjarju ta Pisa Fl 2007 wara li ġiet konkluza sejħa internazzjonali f zewġ fazijiet ġie inkarigat biex jieħu ħsieb l iktar proġett importanti tad 19 il kontenut tal PIUSS il Programm Operattiv Kompetittivita reġjonali u okkupazzjoni fiz zona maġenb l isptar ta Santa Klara Il proġett kellu jitwettaq sal 2015 izda minħabba dewmien fit trasferiment tal funzjonijiet kollha tal isptar attwali lejn dak ta fl 2018 il proġett baqa qatt ma nbeda Sit ta Wirt DinjiIt Torri Mxengel ta Pisa Il Pjazza tal Mirakli ġiet iddezinjata bħala Sit ta Wirt Dinji tal UNESCO fl 1987 Il pjazza tqieset bħala waħda notevoli peress li fiha opri tal art li jixhdu l ispirtu kreattiv tas seklu 14 Il monumenti tal pjazza jirriflettu dan l istadju deċiziv fl istorja tal arkitettura Medjevali u saru punt ta referenza għall istudji marbuta mal istil ta Pisa Iċ Ċimiterju Monumentali u ċ ċiklu ta tiegħu b tipoloġija u uzu partikolari jikkostitwixxi ezempju mill aqwa tal istorja tal pittura Medjevali Taljani tas sekli 14 u 15 Ġie meqjus li l pjazza għandha valur straordinarju universali biex titnizzel fil lista tas Siti ta Wirt Dinji abbazi ta erba kriterji tal għazla tal UNESCO il kriterju i Rapprezentazzjoni ta kapulavur frott il kreattivita tal bniedem ladarba l pjazza hija unika artistikament minħabba d disinn spazjali tagħha u l erba kapulavuri arkitetturali assoluti li huma l katidral il battisterju il kampnar it Torri Mxengel ta Pisa u ċ ċimiterju monumentali il kriterju ii Wirja ta skambju importanti ta valuri umani tul perjodu ta zmien jew fi ħdan zona kulturali fid dinja dwar l izviluppi fl arkitettura jew it teknoloġija l arti monumentali l ippjanar tal bliet jew id disinn tal pajsaġġ ladarba l monumenti tal pjazza influwenzaw b mod konsiderevoli l izvilupp tal arkitettura u l arti monumentali fis sekli 11 sa 13 u fis seklu 14 wara l pesta s sewda il kriterju iv Ezempju straordinarju ta tip ta bini ta grupp ta siti jew ta pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid dieher stadju i sinifikanti fl istorja tal bniedem ladarba l monumenti tal pjazza jirrapprezentaw ezempju straordinarju tal arkitettura Kristjana Medjevali u l kriterju vi Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma avvenimenti jew ma tradizzjonijiet ħajjin ma ideat jew ma twemmin jew ma xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta valur universali straordinarju ladarba Galileo Galilei osserva l oxxillazzjonijiet tal kandilabru tal bronz magħmul minn fil Katidral ta Pisa u meta kellu 19 il sena skopra t teorija tal tal oxxillazzjonijiet iz zgħar li kienet preludju għax xogħlijiet tiegħu fil qasam tad dinamika Minn fuq il kampnar Galileo wettaq esperimenti li wasslu biex jifformula l liġijiet li jirregolaw l oġġetti li jitwaqqgħu Għaldaqstant zewġ binjiet prinċipali tal Pjazza tal Mirakli huma assoċjati direttament u b mod tanġibbli ma stadju deċiziv fl istorja tax Veduta panoramika tal Pjazza tal MirakliReferenzi a b Renzulli Melanie 2010 Rachel Mills ed The Green Guide Italy bl Ingliz Greenville SC Michelin p 328 ISBN 9781907099571 Piazza del Duomo Scavi archeologici bit Taljan Komun ta Pisa Miġbur 2021 02 27 a b ċ I tesori archeologici sotto il prato di Piazza dei Miracoli bit Taljan Universita ta Pisa Miġbur 2021 02 27 Franca Manenti Valli Pisa Lo spazio e il sacro Firenze Polistampa 2016 ISBN 8859616662 La Piazza dei Miracoli numeri e alchimie fil Corriere Fiorentino 31 05 2019 Chipperfield vince il concorso di Santa Chiara a Pisa bit Taljan Archiportale Miġbur 2021 02 27 Ospedale Cisanello verso il nuovo Santa Chiara a maggio via all ultimo lotto di lavori bit Taljan PisaToday Miġbur 2021 02 27 Piazza del Duomo Pisa bl Ingliz UNESCO World Heritage Centre Miġbur 2021 02 27